RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
20.4.2011 - (COM(2010)0537 – C7-0295/2010 – 2010/0266(COD)) - ***I
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Paolo De Castro
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
(COM(2010)0537 – C7‑0295/2010 – 2010/0266(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0537),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0295/2010),
– wara li kkunsdira l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Litwan, il-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu u mid-Diet Pollakk u s-Senat Pollakk, li jaffermaw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0161/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat biex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. L-elementi li għalihom tista’ tiġi eżerċitata din is-setgħa għandhom jiġu ddefiniti, flimkien mal-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun suġġetta dik id-delega. |
(3) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tar-reġim stabbilit minn dan ir-Regolament, is-setgħa biex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert tagħha. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tirrifletti l-"Ftehim Komuni" dwar arranġamenti prattiċi għall-użu ta' atti delegati (Artikolu 290 TFUE) sabiex isir qbil formali dwarhom mill-Kunsill u l-Parlament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Sabiex tiġi garantita applikazzjoni uniformi tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter tadotta atti implimentattivi skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. Ħlief fejn jingħad espliċitament xort’oħra, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti implimentattivi skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar… |
(4) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, is-setgħat implimentattivi għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat, ħlief fejn jingħad espliċitament xort'oħra, għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
________________________ ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tikkunsidra r-"Regolament dwar is-setgħat ta' implimentazzjoni" (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi tal-kontroll mill-Istati Membri għall-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni) li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2011. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 9 Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 18 Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 1 - punt 26 - punt b Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 66 - paragrafu 3 - subparagrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Bidla teknika. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 27 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 69 - paragrafu 5 d (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 29 – punt b a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 71 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 29 – punt b b (ġdid) Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 71 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 37 Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 91b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tirrifletti l-"Ftehim Komuni" dwar arranġamenti prattiċi għall-użu ta' atti delegati (Artikolu 290 TFUE) sabiex isir qbil formali dwarhom mill-Kunsill u l-Parlament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 37 Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 91c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tikkunsidra r-"Regolament dwar is-setgħat ta' implimentazzjoni" (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi tal-kontroll għall-Istati Membri dwar l-eżerċitar tal-poteri ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni) li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2011. |
- [1] ĠU C 107, 6.4.2011, p. 30.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-qasam ta' applikazzjoni tad-direttiva l-ġdida
Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ir-Regolament attwali (KE) 1698/2005 (bħala wieħed mill-ewwel proposti) għandu jkun konformi fuq bażi tal-prinċipju tal-għażla bejn miżuri ta' natura implimentattiva u miżuri ta' natura delegattiva - tal-poteri ta' implimentazzjoni attwali tal-Kummissjoni li ġew adottati abbażi tar-Regolamenti (KE) Nru 1974/2006 u Nru 1975/2006.
Konformità ma' dispożizzjonijiet TFUE
Skont l-Artikolu 290 tat-Trattat (atti delegati), il-Leġiżlatur jista' jiddelega l-poter lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti ta' applikazzjoni ġenerali li mhumiex leġiżlattivi sabiex dawn jissupplimentaw jew jemendaw kif ukoll jikkompletaw jew jimmodifikaw ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv fejn hu meħtieġ. B'hekk l-att delegat tal-Kummissjoni jista' jiddetermina l-elementi addizzjonali meħtieġa għall-funzjonament kif suppost tal-iskema stabbilita mil-Leġiżlatur.
Fir-rigward tar-Regolament attwali, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati biex tadotta eċċezzjonijiet għar-regola li m'għandu jingħata l-ebda appoġġ għal żvilupp rurali lil skemi eliġibbli għal appoġġ li jingħata minn organizzazzjonijiet tas-suq komuni (l-Artikolu 5(6)). Bl-istess mod, il-Leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni l-poter biex tadotta kundizzjonijiet dettaljati dwar il-miżuri u l-għajnuna teknika kollha biex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-politika, il-prijoritajiet u l-liġi tal-UE (l-Artikoli 20, 32, 36, 38, 52, 63 u 66). Minbarra dan, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati dwar regoli dettaljati għat-tnaqqis u l-esklużjonijiet (l-Artikolu 51(4)). Barra min hekk, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi valur limitu għall-flessibbiltà għal kull ass (l-Artikolu 70(1)), u għandha tiddefinixxi regoli dettaljati għal għamliet oħra ta’ għajnuna minn dawk ta' għajnuna diretta li ma titħallasx lura (l-Artikolu 71(5)). Il-Kummissjoni għandha tiffissa regoli dettaljati ta’ kontroll (l-Artikolu 74(4)). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri tranżizzjonali speċifiċi (l-Artikolu 92(1)).
Fil-każ tal-Artikolu 291 tat-Trattat (atti tal-implimentazzjoni), il-Leġiżlatur jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta kundizzjonijiet uniformi għal atti vinkolanti tal-Unjoni Ewropea.
Rigward ir-Regolament attwali, il-Leġiżlatur jagħti poteri tal-infurzar lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 291, il-paragrafu 2 tat-Trattat, li jirrigwardaw kundizzjonijiet uniformi għall-preżentazzjoni ta’ programmi ta’ żvilupp rurali (l-Artikolu 18(3)), l-approvazzjoni ta’ programmi (l-Artikolu 18(4)), l-approvazzjoni ta’ reviżjoni ta’ programmi (l-Artikolu 19(2)), id-determinazzjoni ta’ bidliet li jkunu jeħtieġu approvazzjoni b’deċiżjoni tal-Kummissjoni (l-Artikolu 19(2)), perjodi itwal ta’ impenji (l-Artikoli 39(3), 40(2) u 47(1)), dispożizzjonijiet speċifiċi dwar denominazzjoni ta’ żoni (l-Artikolu 50(4)), l-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali (l-Artikolu 66(3)), il-preżentazzjoni ta’ rapporti annwali speċifiċi (l-Artikolu 82(4)), il-qafas ġenerali għall-kontrolli u l-qafas komuni għall-monitoraġġ u evalwazzjoni li għandu jiġi implimentat mill-Istati Membri (l-Artikoli 74(4) u 80).
Il-pożizzjoni tar-Rapporteur dwar il-konformità
Fil-fehma tar-Rapporteur, f'din il-proposta, il-Kummissjoni għamlet ripartizzjoni akkurata bejn dispożizzjonijiet iktar ġenerali, li jistabbilixxu elementi addizzjonali (dispożizzjonijiet 290), u dawk l-elementi iktar tekniċi li huma konnessi ħafna mad-diskrezzjoni li jgawdu Stati Membri fl-implimentazzjoni ta' din il-miżura (dispożizzjonijiet 291). B'hekk mhux qed jiġu proposti emendi rigward il-proposta għall-Iżvilupp Rurali (li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) dwar il-klassifikazzjoni ta' atti delegati u tal-implimentazzjoni.
Ġeneralment, il-proposta tal-Kummissjoni tissuġġerixxi użu effiċjenti u mmirat ta' fondi dwar it-trattament ta' benefiċarji li jiġi fil-parti l-kbira tiegħu kopert fil-proposta bl-atti delegati. Dispożizzjonijiet oħra rigward dettalji konkreti ta' programmi, miżuri u regoli huma koperti fil-proposta permezz tal-atti tal-implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri.
Simplifikazzjoni
Minbarra dan, xi elementi ta' simplifikazzjoni qed jiġu introdotti fir-Regolament attwali, l-appoġġ Natura 2000 hu estiż għal żoni li saret referenza għalihom fl-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (92/43/KEE) (dawn huma elementi legali tal-proposta), kif ukoll jitnaqqas in-numru ta' rapporti annwali u sommarji li jaqgħu taħt l-Iżvilupp Rurali, jiġu faċilitati kontrolli ta' kundizzjonalità u jinbidlu r-regoli dwar l-użu ta' servizzi konsultattivi (dawn l-elementi għandhom jikkontribwixxu sabiex iħaffu l-piż amministrattiv tal-Istati Membri). Minbarra dan, bħala element (legali) ta' simplifikazzjoni għandu jiddaħħal element ta' inċentiv għal miżuri approvati skont l-Artikolu 43 tat-Trattat (miżuri kofinanzjati tal-IR). Dan ifisser b'hekk, li l-għajnuna li tingħata b'mod retroattiv għal attivitajiet li diġà saru mill-benefiċjarju u jonqoshom l-element ta' inċentiv, tiġi ipprojbita u għandha tiġi provvduta data tal-bidu tal-eliġibbiltà.
Il-pożizzjoni tar-Rapporteur dwar is-simplifikazzjoni
Il-Kummissjoni tipproponi li jiġu estiżi l-possibilitajiet attwali ta' fondi lill-Istati Membri kollha sabiex jappoġġaw l-istabbiliment u t-tħaddim amministrattiv ta' gruppi ta' produtturi iżda r-Rapporteur iqis li jkun diskriminatorju li jiġi eskluż l-appoġġ lil gruppi ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix.
Sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet differenti tar-Regolament 1698/2005, jidher utli li jiġi permess - għal Stati Membri li għażlu programmi reġjonali - il-kalkolu tal-kanċellazzjoni awtomatika ta' riżorsi finanzjarji fil-livell tal-Istat Membru (emenda 5).
Sabiex jiġu armonizzati l-FAEŻR u l-FEŻR (Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali), ir-Rapporteur jipproponi li l-VAT għal persuni li mhumiex taxxabbli (istituzzjonijiet pubbliċi), issir eliġibbli li tirċievi kontribuzzjoni mill-FAEŻR.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (22.3.2011)
għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
(COM(2010)0537 – C7‑0295/2010 – 2010/0266(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Iosif Matula
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
It-Trattat jagħmel distinzjoni bejn is-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali biex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv u s-setgħat ikkonferiti lill-Kummissjoni biex tadotta kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti vinkolanti legalment tal-Unjoni.
Il-leġiżlatur jagħti l-kompitu lill-Kummissjoni biex iżżid l-elementi addizzjonali meħtieġa għall-funzjonament kif suppost tal-iskema proposta mil-leġiżlatur. Sabiex jiżgura applikazzjoni uniformi tal-iskema fl-Istati Membri, il-leġiżlatur ikkonferixxa setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni.
Ir-rapporteur jikkunsidra li t-test attwali, li jemenda r-Regolament 1659/2005, jaqdi l-iskop tiegħu b'mod xieraq. Madankollu, ressaq tliet emendi li jenfasizzaw il-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza f'dan il-qasam billi ssir insistenza fuq il-parteċipazzjoni sħiħa tar-rappreżentanti u l-partijiet interessati lokali u reġjonali f'kull deċiżjoni li tkun trid tittieħed.
B'mod partikulari, ir-rapporteur jikkunsidra li hemm bżonn li jiġi rfinat il-bilanċ sottili bejn il-ħtiġijiet ambjentali u l-ħtiġijiet ekonomiċi.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att emendatorju Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) L-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza għandhom jgħinu lill-bdiewa biex jivvalutaw il-prestazzjoni tal-azjendi agrikoli tagħhom u jidentifikaw it-titjib meħtieġ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ġestjoni statutorja u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa u l-istandards Komunitarji b’rabta mas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Meta jitqies li l-appoġġ għall-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza diġà ilu jeżisti għal diversi snin, għandu jiġi ffaċilitat użu aktar personalizzat tas-servizzi ta’ konsulenza, biex ikunu riflessi aħjar il-ħtiġijiet individwali tal-benefiċjarju. |
(13) L-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza għandhom jgħinu lill-bdiewa biex jivvalutaw il-prestazzjoni tal-azjendi agrikoli tagħhom u jidentifikaw it-titjib meħtieġ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ġestjoni statutorja u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa u l-istandards Komunitarji b’rabta mas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Meta jitqies li l-appoġġ għall-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza diġà ilu jeżisti għal diversi snin, għandu jiġi ffaċilitat użu aktar personalizzat tas-servizzi ta’ konsulenza, biex ikunu riflessi aħjar il-ħtiġijiet individwali tal-benefiċjarju. L-Istati Membri għandhom jitħeġġu joħolqu pjattaformi għall-konsulenza diġitali għall-bdiewa bl-użu tal-broadband. Għandu jitħeġġeġ ukoll l-użu tas-servizzi ta' konsulenza kollha pprovduti mill-awtoritajiet reġjonali u lokali għall-iskop tal-promozzjoni tal-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni mill-bdiewa. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istrument ta' konsulenza diġitali jipprovdi opportunità unika għall-Istati Membri biex jikkomunikaw mal-bdiewa fl-inħawi remoti. Aċċess aħjar min-naħa tal-bdiewa għas-servizzi tal-internet, bħall-internet bil-broadband, hu prerekwiżit għall-iżvilupp ekonomiku. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament – att emendatorju Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora slavaġ, jesiġi li l-Istati Membri, bil-għan li titjieb il-koerenza ekoloġika tan-netwerk ta’ Natura 2000, għandhom jippruvaw jinkoraġġixxu l-ġestjoni ta’ karatteristiċi, li, minħabba l-istruttura lineari u kontinwa tagħhom jew il-funzjoni tagħhom bħala mezzi ta' passaġġ, huma essenzjali għall-migrazzjoni, it-tixrid u l-iskambju ġenetiku ta’ speċijiet slavaġ. Żoni bħal dawn għandhom ikunu eliġibbli għal pagamenti ta’ Natura 2000. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-pagamenti jibqgħu primarjament jintużaw għas-siti ta' Natura 2000 iddeżinjati, huwa xieraq li l-proporzjon tagħhom jiġi llimitat meta mqabbel maż-żoni tan-Natura 2000. |
(17) L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora slavaġ, jesiġi li l-Istati Membri, bil-għan li titjieb il-koerenza ekoloġika tan-netwerk ta’ Natura 2000, għandhom jippruvaw jinkoraġġixxu l-ġestjoni ta’ karatteristiki, li, minħabba l-istruttura lineari u kontinwa tagħhom jew il-funzjoni tagħhom bħala mezzi ta' passaġġ, huma essenzjali għall-migrazzjoni, it-tixrid u l-iskambju ġenetiku ta’ speċijiet slavaġ. Żoni bħal dawn għandhom ikunu eliġibbli għal pagamenti ta’ Natura 2000. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-pagamenti jibqgħu primarjament jintużaw għas-siti ta' Natura 2000 iddeżinjati, huwa xieraq li l-proporzjon tagħhom jiġi llimitat meta mqabbel maż-żoni tan-Natura 2000. Meta jkunu qed jagħmlu dan, l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom isibu bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-protezzjoni ambjentali u dawk tal-iżvilupp lokali. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġi evitat nuqqas ta' armonija bejn id-dispożizzjonijiet ambjentali u l-iżvilupp lokali, irid jinstab kompromess sabiex jiġi indirizzat it-tħassib kemm għall-investiment ekonomiku, kif ukoll għall-protezzjoni ambjentali. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament – att emendatorju Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Kull Stat Membru huwa meħtieġ jistabbilixxi netwerk rurali nazzjonali. Sabiex ikun żgurat li d-diversi netwerks rurali nazzjonali jiġu stabbiliti b’mod koerenti u uniformi, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tiffissa dettalji dwar l-istabbiliment u l-operat ta’ dawk in-netwerks. |
(19) Kull Stat Membru huwa meħtieġ jistabbilixxi netwerk rurali nazzjonali li għandu jinkludi rappreżentanti nazzjonali, reġjonali u lokali. Sabiex ikun żgurat li d-diversi netwerks rurali nazzjonali jiġu stabbiliti b’mod koerenti u uniformi, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tiffissa dettalji dwar l-istabbiliment u l-operat ta’ dawk in-netwerks. |
Ġustifikazzjoni | |
Hu importanti li mhux biss tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn kull Stat Membru u n-netwerk rurali nazzjonali, imma li kull netwerk rurali nazzjonali jkun jikkonsisti minn rappreżentanti nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jiġu żgurati rabtiet stretti mal-ħtiġijiet taċ-ċittadin. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament – att emendatorju Artikolu 1 – punt 1 – punt a Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 5 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna mill-FAEŻR u mill-Istati Membri tkun konsistenti mal-attivitajiet, il-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni. L-għajnuna mill-FAEŻR għandha tkun konsistenti mal-għanijiet tal-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali u b'mod partikolari ma’ dawk tal-istrument ta’ appoġġ tal-Unjoni għas-sajd. Sabiex jiġi żgurat li l-FAEŻR ikun konsistenti wkoll ma’ strumenti oħra ta’ appoġġ tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta' delega, tistipula l-miżuri speċifiċi tal-Unjoni li magħhom għandha tiġi żgurata t-tali konsistenza. |
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna mill-FAEŻR u mill-Istati Membri tkun konsistenti mal-attivitajiet, il-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni. L-għajnuna mill-FAEŻR għandha tkun konsistenti mal-għanijiet tal-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali, u b'mod partikolari ma’ dawk tal-istrument ta’ appoġġ tal-Unjoni għas-sajd. Sabiex jiġi żgurat li l-FAEŻR ikun konsistenti wkoll ma’ strumenti oħra ta’ appoġġ tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tistipula l-miżuri speċifiċi tal-Unjoni li magħhom għandha tiġi żgurata t-tali konsistenza. |
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) |
|||||||
Referenzi |
COM(2010)0537 – C7-0295/2010 – 2010/0266(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
AGRI |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 19.10.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Iosif Matula 28.10.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
28.2.2011 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
22.3.2011 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
41 3 2 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Sophie Auconie, Victor Boştinaru, Zuzana Brzobohatá, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Juozas Imbrasas, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Miroslav Mikolášik, Franz Obermayr, Jan Olbrycht, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Monika Smolková, Georgios Stavrakakis, Csanád Szegedi, Nuno Teixeira, Michail Tremopoulos, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrea Cozzolino, Karima Delli, Jens Geier, Ivars Godmanis, Karin Kadenbach, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Vilja Savisaar-Toomast, Elisabeth Schroedter, László Surján |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Vladko Todorov Panayotov, Britta Reimers, Ivo Strejček |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) |
|||||||
Referenzi |
COM(2010)0537 – C7-0295/2010 – 2010/0266(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
30.9.2010 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 19.10.2010 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 19.10.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Paolo De Castro 27.10.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
30.11.2010 |
14.3.2011 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
12.4.2011 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 3 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Richard Ashworth, Liam Aylward, José Bové, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Lorenzo Fontana, Iratxe García Pérez, Béla Glattfelder, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Agnès Le Brun, Stéphane Le Foll, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, James Nicholson, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Giovanni La Via, Astrid Lulling, Christel Schaldemose |
|||||||
Data tat-tressiq |
20.4.2011 |
|||||||