Proċedura : 2010/0257(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0163/2011

Testi mressqa :

A7-0163/2011

Dibattiti :

PV 17/11/2011 - 3
CRE 17/11/2011 - 3

Votazzjonijiet :

PV 17/11/2011 - 6.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0508

RAPPORT     ***I
PDF 1307kWORD 1061k
30.5.2011
PE 458.768v02-00 A7-0163/2011

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jiġi stabbilit Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

(COM(2010)0494 – C7‑0292/2010 – 2010/0257(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Georgios Koumoutsakos

Rapporteur għal opinjoni (*):

Maria do Céu Patrão Neves, Kumitat għas-Sajd

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
 OPINJONI tal- Kumitat għas-Sajd (*)
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jiġi stabbilit Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

(COM(2010)0494 – C7‑0292/2010 – 2010/0257(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0494),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2), l-Artikoli 74 u 77(2), l-Artikoli 91(1) u 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 195(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0292/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-16 ta’ Frar 2011 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Sajd, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0163/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 74 u 77(2), l-Artikolu 91(1) u 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 195(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikoli 91(1) u 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 195(2) tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda attivitajiet previsti skont dawk l-Artikoli u l-possibilitajiet ta' nonparteċipazzjoni li għandhom ċerti Stati Membri jistgħu jikkomplikaw l-implimentazzjoni tal-Programm.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea – COM(2007) 575 tal-10 ta’ Ottubru 2007, tgħid li l-għan primarju tal-Politika Marittima Integrata huwa li tiżviluppa u timplimenta politika integrata, koerenti u magħquda ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u s-setturi marittimi.

(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea – COM(2007) 575 tal-10 ta’ Ottubru 2007, tgħid li l-għan primarju tal-Politika Marittima Integrata huwa li tiżviluppa u timplimenta politika integrata, koordinata, koerenti, trasparenti u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali, il-gżejjer u r-reġjuni l-iktar imbiegħda, u fis-setturi marittimi.

Ġustifikazzjoni

It-test propost huwa konformi mal-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 3. La t-test propost u lanqas it-test tal-Kummissjoni ma huma kwotazzjonijiet litterali.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-Poltika Marittima Integrata (IMP) - Valutazzjoni tal-progress li sar u sfidi ġodda1, il-Parlament Ewropew jappoġġja b'mod espliċitu "l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni li tiffinanzja l-IMP b'EUR 50 miljun matul is-sentejn li ġejjin, sabiex tibni fuq proġetti preċedenti fl-oqsma tal-politika, il-governanza, is-sostenibbiltà u s-sorveljanza".

 

____________

 

1 P7_TA(2010)0386.

Ġustifikazzjoni

M'għandux ikun hemm riferiment biss għall-impenn tal-Kunsill li jiffinanzja l-IMP iżda wkoll għal dak tal-Parlament.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Hemm bżonn ta’ bażi finanzjarja kontinwa tal-Unjoni sabiex l-UE tkun tista’ timplimenta u tkompli tiżviluppa l-Politika Marittima Integrata skont ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2008 dwar il-Politika Marittima Integrata u ssegwi l-għanijiet prijoritarji kif stabbiliti fil-Blue Paper tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2007, ikkonfermati fir-Rapport tal-Progress ta’ Ottubru 2009 u approvati mill-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2009.

(5) Hemm bżonn ta’ fondi kontinwi mill-Unjoni sabiex l-UE tkun tista’ timplimenta u tkompli tiżviluppa l-Politika Marittima Integrata skont ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2008 dwar il-Politika Marittima Integrata u ssegwi l-għanijiet prijoritarji kif stabbiliti fil-Blue Paper tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2007, ikkonfermati fir-Rapport tal-Progress ta’ Ottubru 2009 u approvati mill-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2009.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Mill-2014, se jkunu meħtieġa riżorsi suffiċjenti biex ikunu żgurati l-iżvilupp u t-temma tal-objettivi tal-Politika Marittima Integrata, mingħajr ma jiddgħajfu r-riżorsi allokati għal politiki oħra, filwaqt li fl-istess ħin ikun promoss l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni marittimi tal-Unjoni, inklużi l-gżejjer u r-reġjuni l-iktar imbiegħda. Għal dan il-għan hiu meqjusa neċessarja l-inklużjoni tal-politika ża fil-perspettivi finanzjarji ġodda għall-perjodu 2014-2021.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 5 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) L-iżvilupp tal-affarijiet marittimi permezz ta’ appoġġ finanzjarju għall-miżuri tal-Politika Marittima Integrata se jkollu impatt sinifikattiv f’termini ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

Ġustifikazzjoni

Il-konsolidazzjoni tal-IMP permezz ta’ programm ta’ appoġġ tikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tat-totalità tal-UE kif ukoll għat-temma tal-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali previsti fl-Artikolu 174 tat-TFUE.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jkun imfassal biex jappoġġja l-ħidma esploratorja fuq azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-għanijiet strateġiċi tal-Politika Marittima Integrata, inkluża l-governanza marittima integrata fil-livelli kollha, l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji integrati għall-baċiri tal-baħar imfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-baċiri tal-baħar differenti tal-Ewropa, id-definizzjoni tal-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, li tikkostitwixxi l-pilastru ambjentali tal-Politika Marittima Integrata, billi tingħata attenzjoni xierqa għall-impatti kumulattivi tagħhom, fuq il-bażi tal-approċċ tal-ekosistema, l-involviment ulterjuri tal-partijiet interessati fl-iskemi tal-governanza marittima integrata, l-iżvilupp ulterjuri ta’ għodod trasversali għat-tfassil tal-politika integrata, il-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata, u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività.

(6) Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jkun imfassal biex jappoġġja l-ħidma esploratorja fuq azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-għanijiet strateġiċi tal-Politika Marittima Integrata, bl-attenzjoni dovuta għall-impatti kumulattivi tagħhom, fuq il-bażi tal-approċċ tal-ekosistema, tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività fir-reġjuni kostali, gżejjer u l-iktar imbiegħda, u għall-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata.

 

(6a) Il-miri strateġiċi tal-Politika Marittima Integrata jinkludu governanza marittima integrata fil-livelli kollha, l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni ta' strateġiji integrati għall-baċiri tal-baħar imfassla għall-bżonnijiet speċifiċi tal-baċiri tal-baħar different fl-Ewropa, l-iżvilupp ulterjuri ta' strumenti trasversali għat-tfassil ta' politika integrata bl-għan tat-titjib tas-sinerġiji u l-koordinazzjoni bejn politiki u strumenti eżistenti permezz ta' data marbuta mal-baħar u l-qsim tal-għarfien, l-involviment iktar mill-qrib tal-partijiet interessati fi skemi integrati ta' governanza marittima, il-protezzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali, id-definizzjoni ta' safejn huma sostenibbli l-attivitajiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u tal-kosta u l-bijodiversità fil-qafas tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima u d-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma, li jikkostitwixxu l-pilastru ambjentali tal-Politika Marittima Integrata.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konsegwenza tal-emendi proposti għall-Artikolu 2.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Huwa importanti li l-Programm ikun konness sew mal-politiki l-oħra tal-Unjoni li jista’ jkollhom dimensjoni marittima, b’mod partikolari l-fondi strutturali, in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, il-Politika Komuni għas-Sajd, it-turiżmu, l-azzjoni b'rabta mal-ambjent u t-tibdil fil-klima, il-Programm ta’ Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-politika tal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

L-approċċ integrat adottat mill-IMP għandu jintuża wkoll għall-identifikazzjoni tas-sinerġiji mal-politiki Ewropej l-oħra li jistgħu jħaddnu dimensjoni marittima.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-implimentazzjoni tal-Programm fil-pajjiżi terzi għandha tikkontribwixxi għall-għanijiet ta’ żvilupp tal-pajjiż benefiċjarju u tkun konsistenti ma’ strumenti oħrajn ta’ kooperazzjoni tal-UE, inklużi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-linji politiċi rilevanti tal-UE.

(8) L-implimentazzjoni tal-Programm fil-pajjiżi terzi għandha tikkontribwixxi għall-għanijiet ta’ żvilupp tal-pajjiż benefiċjarju u tkun konsistenti ma’ strumenti oħrajn ta’ kooperazzjoni tal-UE, inklużi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-linji politiċi rilevanti tal-UE, l-acquis rilevanti u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-Programm għandu jikkumplimenta lill-istrumenti finanzjarji eżistenti u futuri magħmulin disponibbli mill-Istati Membri, fuq livell nazzjonali u sub-nazzjonali, għall-promozzjoni tal-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u l-kosti.

(9) Il-Programm għandu jikkumplimenta lill-istrumenti finanzjarji eżistenti u futuri li tqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-Unjoni u mill-Istati Membri, fuq livell nazzjonali u subnazzjonali, għall-promozzjoni tal-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u l-kosti, u jikkontribwixxi għat-trawwim tal-kooperazzjoni aktar effikaċi bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kostali, gżejjer u l-iktar imbiegħda u jqis il-prijoritizzazzjoni u l-progress tal-proġetti nazzjonali u lokali.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv li jiġu promossi u msaħħa l-koperazzjoni u d-djalogu bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kostali tagħhom huwa essenzjali għas-suċċess tal-IMP, indipendentement mill-kwistjoni tal-finanzjament tagħha.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Waqt l-implimentazzjoni tal-Programm għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li l-istrutturi ma jiġux duplikati bla bżonn iżda li, minflok, jiġu inkorporati inizjattivi settorjali eżistenti.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Barra minn hekk, għandha titfassal proposta għall-estensjoni tiegħu wara l-2013, flimkien ma’ proposta li tistabbilixxi pakkett finanzjarju adegwat.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-programmi ta’ ħidma annwali stabbiliti għall-implimentazzjoni tal-Programm għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni.

(13) Sabiex jitqiesu żviluppi mhux previsti u jiġi previst qafas dettaljat imma flessibbli għall-implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata l-awtorità li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE. B’mod partikolari, l-atti ddelegati jistgħu jkunu neċessarji sabiex jiġu aġġornati l-objettivi operattivi u biex jiġu adottati l-programmi ta’ ħidma stabbiliti skont dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjonijiet għall-emendi tal-Artikolu 3(4c)(ġdid) u l-Artikolu 7.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm li jappoġġja l-miżuri maħsuba biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata (li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ "il-Programm").

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm li jappoġġja l-miżuri maħsuba biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata (li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ "il-Programm"), li l-għan primarju tiegħu huwa li jimmassimizza l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali tar-reġjuni kostali, gżejjer u l-iktar imbiegħda tal-UE permezz ta' politiki koerenti u koordinati relatati mas-settur marittimu u l-kooperazzjoni internazzjonali relevanti. Il-Programm għandu jappoġġja l-użu sostenibbli tal-ibħra u l-oċeani, u t-tkabbir fl-għarfien xjentifiku.

Ġustifikazzjoni

L-għan primarju għandu jkun stabbilit b'mod ċar u għandu jkun koerenti mal-istrateġija UE 2020.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Prinċipji għall-implimentazzjoni

 

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm skont ir-Regolament Finanzjarju. L-għajnuna finanzjarja mill-Programm għandha tiġi pprovduta biss sakemm ma jkunx hemm disponibbli finanzjament ieħor tal-Unjoni.

 

2. L-azzjonijiet appoġġjati mill-Programm għandhom jikkorrispondu għall-miri tal-Unjoni għall-politiki għall-2020 u l-2050. L-Istati Membri kollha, is-setturi marittimi, ir-reġjuni tal-kosta, il-gżejjer u r-reġjuni l-iktar imbiegħda għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-Programm u għandu jinħoloq valur miżjud Ewropew ġenwin. Fir-rigward tal-finanzjament ta' azzjonijiet fil-baċiri tal-baħar differenti, għandu jkun hemm sforz biex jintlaħaq bilanċ reġjonali adegwat. Il-Programm għandu jkollu l-għan li joħloq sinerġiji bejn id-diversi politiki permezz tal-koordinazzjoni aħjar tagħhom.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tfittex l-involviment attiv u effettiv ta' awtoritajiet reġjonali u lokali, sieħba ekonomiċi u soċjali kif ukoll organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fejn possibbli u xieraq.

 

4. Il-governanza tajba u t-trasparenza tal-proċessi ta' deċiżjoni għandhom japplikaw fl-implimentazzjoni tal-Programm, u dan il-Programm għandu jkollu l-għan li jikkontribwixxi għat-trasparenza u l-governanza tajba fil-politiki settorjali kollha relatati fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali.

Ġustifikazzjoni

Din is-sentenza ġiet spostata mill-Artikolu 7.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għanijiet Ġenerali

Għanijiet Ġenerali

Il-Programm għandu jkollu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

Il-Programm għandu jkollu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

(a) li jrawwem l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-governanza integrata tal-affarijiet marittimi u kostali u l-istrateġiji integrati tal-baċiri tal-baħar;

(a) li jrawwem l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-governanza integrata tal-affarijiet marittimi u kostali;

 

(aa) li jappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar;

(b) li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-għodod li jinqasmu fil-linji politiċi settorjali relatati mal-baħar u l-kosta;

(b) li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-għodod trasversali, jiġifieri għall-Ippjanar tat-Territorju Marittimu, l-integrazzjoni tas-sorveljanza marittima u l-għarfien dwar il-baħar, sabiex ikunu żviluppati sinrġeiji u jiġu sostnuti l-politiki relatati mal-baħar u l-kosta, b'mod partikolari fl-oqsma tal-iżvilupp ekonomiku, tal-impjiegi, tal-protezzjoni tal-ambjent, tar-riċerka, tas-sigurtà marittima, tal-enerġija u tal-iżvilupp tat-teknoloġiji marittimi ħodor;

(c) li jappoġġja t-tfassil ta’ politika magħquda u li jippromwovi l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-innovazzjoni u l-impjiegi fis-setturi marittimi u r-reġjuni kostali, b’koerenza mal-prijoritajiet u l-azzjonijiet tal-politika settorjali;

(c) li jippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u b'mod partikulari l-bijodiversità tiegħu u l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali u li jkompli jiddefinixxi l-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu, b'mod partikolari fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;

(d) li jkompli jiddefinixxi l-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu, fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima;

 

 

(da) biex jappoġġja tkabbir ekonomiku "blu", l-impjiegi, l-innovazzjoni u teknoloġiji ġodda fis-setturi marittimi u fir-reġjuni kostali, gżejjer u l-aktar imbiegħda tal-UE;

(e) li jtejjeb u jżid il-kooperazzjoni esterna u l-koordinazzjoni fir-rigward tal-għanijiet tal-Politika Marittima Integrata.

(e) li jtejjeb u jżid il-kooperazzjoni esterna u l-koordinazzjoni fir-rigward tal-għanijiet tal-Politika Marittima Integrata, fuq il-bażi tal-promozzjoni tad-dibattiti fil-fora internazzjonali. F’dan ir-rigward, ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) u strumenti internazzjonali relevanti oħra huma essenzjali.

 

 

 

(eb) li jżid il-viżibbiltà tal-Ewropa marittima.

Ġustifikazzjoni

L-istruttura tal-għanijiet ġenerali għandha tippermetti attribuzzjoni ċara tal-għanijiet operattivi għal kull għan ġenerali. L-appoġġ għall-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi tal-baħar għandu jissemmal u għandha tissemma wkoll il-viżibilità tal-IMP.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għanijiet Speċifiċi

Għanijiet Operattivi

Ġustifikazzjoni

It-titolu ssuġġerit huwa iktar xieraq meta jitqies il-kontenut ta' dawk l-għanijiet.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) (b) (c) (d) il-Programm għandu jimmira li:

1. Skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 2(a) (governanza marittima integrata), il-Programm għandu:

(a) iħeġġeġ lill-Istati Membri jew reġjuni biex jiżviluppaw jew jintroduċu l-governanza marittima integrata;

(a) iħeġġeġ lill-Istati Membri u lir-reġjuni tal-UE biex jiżviluppaw, jintroduċu jew jimplimentaw il-governanza marittima integrata;

(b) jistimula u jsaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ u fost il-partijiet interessati fuq kwistjonijiet trasversali relatati mal-Politika Marittima Integrata;

(b) jistimula u jsaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ma’ u fost l-Istati Membri, ir-reġjuni tal-UE, il-partijiet interessati, iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sieħba soċjali, waqt li tkun garantita t-trasparenza sħiħa;

(c) jiffaċilita l-isfruttament tas-sinerġiji, il-qsim tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki dwar il-politika marittima, inkluż il-governanza u l-linji politiċi settorjali li għandhom impatt fuq l-ibħra reġjonali jew ir-reġjuni kostali jew

(c) jiffaċilita l-isfruttament tas-sinerġiji, il-qsim tal-informazzjoni u l-iskambju tal-metodi, l-istandards u l-aqwa prattiki;

(d) jippromwovi n-netwerks u l-pjattaformi tal-kooperazzjoni trans-settorjali, inklużi interessi mill-industrija, partijiet interessati fil-qasam tar-riċerka, reġjuni, awtoritajiet pubbliċi u NGOs;

(d) jippromwovi n-netwerks u l-pjattaformi tal-kooperazzjoni transettorjali, inklużi rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali, l-industrija, partijiet interessati fil-qasam tar-riċerka, ċittadini, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u sieħba soċjali;

(e) jiffaċilita l-iżvilupp ta’ metodi u approċċi komuni;

 

Ġustifikazzjoni

L-istruttura tal-għanijiet ġenerali għandha tippermetti attribuzzjoni ċara tal-għanijiet operattivi għal għan ġenerali. L-għanijiet operattivi għandhom ikunu iktar speċifiċi.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 2(aa) (strateġiji tal-baċiri tal-baħar), il-Programm għandu:

 

(a) jappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji integrati tal-baċiri tal-baħar fil-baċiri tal-baħar Ewropej kollha, filwaqt li jqis l-ispeċifitajiet tal-baċiri tal-baħar u tas-sottobaċiri tal-baħar, u tal-istrateġiji makroreġjonali eżistenti, u speċjalment dawk li fihom diġà hu stabbilit skambju ta' informazzjoni u esperjenza bejn id-diversi pajjiżi u jeżistu strutturi multinazzjonali operattivi;

 

(b) jistimula u jsaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ u fost l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-partijiet interessati, iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sieħba soċjali;

 

(c) jiffaċilita l-isfruttament tas-sinerġiji, il-qsim tal-informazzjoni u l-iskambju tal-metodi, l-istandards u l-aqwa prattiki.

Ġustifikazzjoni

L-istruttura tal-għanijiet ġenerali għandha tippermetti attribuzzjoni ċara tal-għanijiet operattivi għal għan ġenerali. L-għanijiet operattivi għandhom ikunu iktar speċifiċi.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 2(b), il-Programm għandu jimmira li jrawwem l-iżvilupp ta’:

2. Skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 2(b) (għodod), il-Programm għandu:

(a) ambjent komuni ta’ qsim tal-informazzjoni għall-qasam marittimu tal-UE li jippromwovi attivitajiet ta’ sorveljanza trans-settorjali u transkonfinali u jsaħħaħ l-użu sikur u mingħajr periklu tal-ispazju marittimu, billi jieħu f’kunsiderazzjoni l-iżviluppi rilevanti tal-linji politiċi settorjali fir-rigward tas-sorveljanza u jikkontribwixxi, kif xieraq, għall-evoluzzjonijiet meħtieġa tagħhom;

(a) jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' ambjent komuni ta’ qsim tal-informazzjoni għall-qasam marittimu tal-UE li jippromwovi attivitajiet ta’ sorveljanza transettorjali u transkonfinali u jsaħħaħ l-użu sikur, mingħajr periklu u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-ispazju marittimu, billi jieħu f’kunsiderazzjoni l-iżviluppi rilevanti tal-linji politiċi settorjali fir-rigward tas-sorveljanza;

(b) Ippjanar tal-Ispazju Marittimu u ġestjoni integrata taz-zoni kostali, li t-tnejn jipprovdu għodda fundamentali għall-ġestjoni bbażata fuq l-eko-sistema u l-iżvilupp sostenibbli taz-zoni marittimi u r-reġjuni kostali;

(b) jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ippjanar tal-ispazju marittimu, il-ġestjoni integrata taz-zoni kostali u l-iżvilupp tar-rabtiet bejn l-art u l-baħar, pereżempju rigward l-iżvilupp ta' miżuri sperimentali u oħrajn li jikkombinaw il-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ u t-trobbija tal-ħut;

(c) data marittima komprensiva u aċċessibbli għall-pubbliku u bażi ta’ għarfien ta’ kwalità għolja li tiffaċilita l-qsim, l-użu mill-ġdid u t-tixrid ta’ dawn id-data fost diversi gruppi ta’ utenti u tiżgura l-viżwalizzazzjoni tal-informazzjoni marittima permezz ta’ għodod ibbażati fuq l-internet;

(c) jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' dejtabejż marittima komprensiva u aċċessibbli għall-pubbliku u bażi ta’ għarfien ta’ kwalità għolja li tiffaċilita l-qsim, l-użu mill-ġdid u t-tixrid ta’ dawn id-data fost diversi gruppi ta’ utenti u tiżgura l-viżwalizzazzjoni tal-informazzjoni marittima permezz ta’ għodod ibbażati fuq l-internet, kulfejn dan ikun possibbli, bl-użu ta' programmi diġà żviluppati għal dak il-għan.

Ġustifikazzjoni

L-istruttura tal-għanijiet ġenerali għandha tippermetti attribuzzjoni ċara tal-għanijiet operattivi għal għan ġenerali. L-għanijiet operattivi għandhom ikunu iktar speċifiċi.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fil-kuntest tal-objettiv stabbilit fl-Artikolu 2(d) (ħarsien tal-ambjent u użu sostenibbli), il-Programm għandu:

 

(a) jikkontribwixxi għad-definizzjoni u l-iżvilupp tal-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu;

 

(b) jiffaċilita l-iżvilupp ta' metodi u standards;

 

(c) jiffaċilita l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u atturi oħrajn fl-implimentazzjoni tal-approċċ ekosistemiku u l-prinċipju tal-prekawzjoni;

 

(d) jippromwovi azzjonijiet għall-mitigazzjoni tal-effetti tal-bidla fil-klima fuq l-ambjent tal-baħar, tal-kosta u tal-gżejjer, b'enfasi partikolari fuq dawk l-oqsma li huma aktar vulnerabbli f'dak ir-rigward;

 

(e) jiffaċilita kundizzjonijiet aħjar għall-ambjent tal-baħar u tal-kosta u jevita kif ukoll inaqqas it-tniġġis, inkluż l-iskart fil-baħar;

 

(f) jikkontribwixxi għall-konservazzjoni tal-ekosistemi u tal-bijodiversità;

 

(g) jinkoraġġixxi r-riċerka għall-iskop tal-valutazzjoni tal-istat attwali ta' ekosistemi mhedda, biex b'hekk jipprovdi bażi għall-ippjanar fil-livell reġjonali u nazzjonali, u għall-finijiet ta' identifikazzjoni tad-dgħufijiet leġiżlattivi fir-rigward tas-sajd illegali, mhux irregolat u mhux irrapportat.

Ġustifikazzjoni

L-istruttura tal-għanijiet ġenerali għandha tippermetti attribuzzjoni ċara tal-għanijiet operattivi għal għan ġenerali. L-għanijiet operattivi għandhom ikunu iktar speċifiċi.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Fi ħdan l-għan stabbilit fl-Artikolu 2(da) (tkabbir, impjiegi, innovazzjoni), il-Programm għandu:

 

(a) jippromwovi inizjattivi għat-tkabbir u l-impjiegi fis-settur marittimu u fir-reġjuni kostali u u l-gżejjer;

 

(b) jappoġġja t-taħriġ, l-edukazzjoni u l-pportunitajiet ta' karriera fil-professjonijiet marittimi, bħat-taħriġ vokazzjonali għal dawk responsabbli għall-bastimenti u t-tbaħħir;

 

(c) jappoġġja azzjonijiet sabiex il-professjonijiet marittimi jsiru iktar attraenti u biex titħeġġeġ il-mobilità taż-żgħażagħ fis-setturi marittimi;

 

(d) irawwem ir-riċerka u l-iżvilupp fit-tekonoloġija ħadra u l-promozzjoni tagħha, fis-sorsi ta' enerġija mill-baħar li jiġġeddu, trasport marittimu aħdar u trasport marittimu fuq distanzi qosra;

 

(e) miżuri ta' appoġġ għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta' strateġija għat-turiżmu fil-kosta, marittimu u fil-gżejjer;

Ġustifikazzjoni

L-istruttura tal-għanijiet ġenerali għandha tippermetti attribuzzjoni ċara tal-għanijiet operattivi għal għan ġenerali. L-għanijiet operattivi għandhom ikunu iktar speċifiċi.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafi 3 u 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 2(e) u filwaqt li jikkomplimenta l-linji politiċi settorjali, il-Programm għandu jimmira li jtejjeb u jżid il-kooperazzjoni għall-azzjonijiet trans-settorjali integrati ma’:

3. Skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 2(e) (dimensjoni internazzjonali), il-Programm għandu:

 

(a) irawwem governanza marittima internazzjonali u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi bbażati fuq l-istat tad-dritt permezz tal-promozzjoni ta' adeżjoni globali għall-UNCLOS;

 

(aa) jippromwovi l-iffirmar, ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali.

 

(b) jikkomplementa l-politiki settorjali billi jtejjeb il-kooperazzjoni permezz tal-iskambju tal-aqwa prattiki u jżid id-djalogu fil-livell internazzjonali fil-fora kompetenti fejn ikun neċessarju u xieraq;

 

(c) iżid il-kooperazzjoni għall-azzjonijiet transettorjali integrati ma':

(a) pajjiżi terzi, inklużi dawk bi fruntieri ma’ baċir tal-baħar Ewropew,

– pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk bi fruntieri ma’ baċir tal-baħar Ewropew,

(b) atturi f'pajjiżi terzi,

fejn neċessarju u xieraq, atturi oħra f'pajjiżi terzi, bħal awtoritajiet reġjonali, korpi tar-riċerka, NGOs u negozji;

(c) imsieħba u organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-impenji internazzjonali ta’ restawr tal-ekosistema u ftehimiet pertinenti oħrajn;

– sħab, organizzazzjonijiet u strumenti internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-impenji internazzjonali ta’ restawr tal-ekosistema u ftehimiet pertinenti oħrajn,

4. L-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom jiġu segwiti skont l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 u b’koerenza mal-istrumenti ta’ kooperazzjoni tal-UE, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-għanijiet tal-istrateġiji ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali.

Dawn l-għanijiet operattivi għandhom jiġu segwiti b’koerenza mal-istrumenti ta’ relazzjonijiet esterni u ta' adeżjoni tal-UE, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-għanijiet tal-istrateġiji ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali. L-applikazzjoni ta' standards ambjentali f'pajjiżi terzi li huma talanqas ekwivalenti għal dawk applikabbli fl-Unjoni għandhom ikunu mħeġġa.

Ġustifikazzjoni

L-istruttura tal-għanijiet ġenerali għandha tippermetti attribuzzjoni ċara tal-għanijiet operattivi għal għan ġenerali. L-għanijiet operattivi għandhom ikunu iktar speċifiċi.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Fil-qafas tal-għan stabbilit fl-Artikolu 2(eb) (viżibbiltà), il-Programm għandu jappoġġja għodod għat-tixrid ta' informazzjoni u l-komunikazzjoni tagħha lill-partijiet interessati pubbliċi u privati dwar l-approċċ integrat għall-kwistjonijiet marittimi.

Ġustifikazzjoni

L-istruttura tal-għanijiet ġenerali għandha tippermetti attribuzzjoni ċara tal-għanijiet operattivi għal għan ġenerali. L-għanijiet operattivi għandhom ikunu iktar speċifiċi.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi mhux previsti meta jiġi adottat dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' temenda dan l-Artikolu permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 13, u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13a u 13b.

Ġustifikazzjoni

L-għanijiet operattivi għandhom ikunu dettaljati u speċifiċi, iżda hemm bżonn ta' ċertu flessibilità. Għalhekk għandu jkun hemm il-possibilità li jiġu mmodifikati matul il-perjodu ta' implimentazzjoni. Peress li l-għanijiet operattivi huma elementi mhux essenzjali ta' dan l-att leġiżlattiv li huma ta' applikazzjoni ġenerali, għandu jiġi applikat l-Artikolu 290 tat-TFUE dwar l-atti ddelegati.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm jista’ jipprovdi assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3, bħal:

Il-Programm jista’ jipprovdi assistenza finanzjarja għat-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3:

(a) studji u programmi kooperattivi;

(a) studji, riċerka u programmi kooperattivi operattivi, inklużi programmi ta' edukazzjoni, ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid professjonali;

(b) informazzjoni pubblika u l-qsim tal-aqwa prassi, tqajjim ta’ kuxjenza u attivitajiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni assoċjati, inklużi avvenimenti u kampanji ta’ pubbliċità, u l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-websajts;

(b) informazzjoni pubblika u l-qsim tal-aqwa prassi, tqajjim ta’ kuxjenza u attivitajiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni assoċjati, inklużi avvenimenti u kampanji ta’ pubbliċità, u l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-websajts u ta' netwerks u bażijiet tad-data soċjali rilevanti;

(c) konferenzi, seminars, workshops, u fora tal-partijiet interessati;

(c) konferenzi, seminars, workshops, fora tal-partijiet interessati u attivitajiet ta' taħriġ għall-gruppi professjonali rilevanti;

(d) il-ġbir, il-monitoraġġ, il-viżwalizzazzjoni u l-iżgurar tal-aċċess pubbliku għal ammont sinifikanti ta’ data, l-aqwa prassi u database fuq proġetti reġjonali ffinanzjati mill-Unjoni, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ segretarjat għal wieħed jew aktar minn dawn l-għanijiet;

(d) il-ġbir, il-monitoraġġ, il-viżwalizzazzjoni u l-iżgurar tal-aċċess pubbliku għal ammont sinifikanti ta’ data, l-aqwa prassi u dejtabejżis fuq proġetti reġjonali ffinanzjati mill-Unjoni, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ segretarjat għal wieħed jew aktar minn dawn l-għanijiet, filwaqt li tingħata prijorità lil dawk il-proġetti li jikkonċernaw il-ġbir u l-ipproċessar ta’ data bi qbil ma’ standards uniformi komuni;

(e) azzjonijiet relatati ma’ għodod trasversali, inklużi proġetti b’test.

(e) azzjonijiet relatati ma’ għodod trasversali, inklużi proġetti b’test.

Ġustifikazzjoni

Il-lista ta' tipi possibbli ta' azzjonijiet għandha tkun eżawrjenti.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-assistenza finanzjarja taħt il-Programm tista’ tingħata lil persuni naturali jew legali, kemm jekk irregolata minn liġi privata jew minn liġi pubblika, inklużi aġenziji tal-Unjoni.

1. L-assistenza finanzjarja taħt il-Programm tista’ tingħata lil persuni naturali jew legali, kemm jekk irregolata minn liġi privata jew minn liġi pubblika. .

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Programm għandu jkun ta' benefiċċju għall-Istati Membri u għall-partijiet interessati tagħhom.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mal-għan primarju kif propost biex jiddaħħal fl-Artikolu 1, it-tkabbir fl-Unjoni għandu jkun prijorità filwaqt li l-pajjiżi terzi u l-partijiet interessati f'pajjiżi terzi m'għandhomx ikunu esklużi mil-lista ta' benefiċjarji possibbli.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mill-Programm jistgħu jibbenifikaw pajjiżi terzi, partijiet interessati fil-pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali li jsegwu wieħed jew aktar mill-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3.

2. Mill-Programm jistgħu jibbenifikaw pajjiżi terzi, partijiet interessati fil-pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet, NGOs jew korpi oħra internazzjonali li jsegwu wieħed jew aktar mill-għanijiet ġenerali u operattivi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3, skont il-punt (e) tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3).

Ġustifikazzjoni

B'konformità mal-għan primarju kif propost biex jiddaħħal fl-Artikolu 1, it-tkabbir fl-Unjoni għandu jkun prijorità filwaqt li l-pajjiżi terzi u l-partijiet interessati f'pajjiżi terzi m'għandhomx ikunu esklużi mil-lista ta' benefiċjarji possibbli.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-eliġibbiltà għall-parteċipazzjoni fi proċedura għandha tiġi speċifikata fis-sejħa għall-proposti jew is-sejħa għall-offerti rilevanti.

3. L-eliġibbiltà għall-parteċipazzjoni fi proċedura għandha tiġi definita fil-programm ta' ħidma u speċifikata fis-sejħa għall-proposti jew is-sejħa għall-offerti rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet tal-eliġibbiltà huma regoli ta' applikazzjoni ġenerali li jissupplementaw dan l-att leġiżlattiv. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' atti ddelegati.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proċeduri ta’ implimentazzjoni

Programmi ta' Ħidma

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm skont ir-Regolament Finanzjarju.

 

2. Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha, skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3, tadotta l-programmi ta’ ħidma annwali skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).

2. Bħala qafas għall-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandha, skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3, tadotta programm ta’ ħidma wieħed jew bosta għal perjodi xierqa permezz ta’ atti ddelegati skont it-termini tal-Artikolu 13 u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13a u 13b.

3. Fir-rigward tal-għotjiet, il-programm ta’ ħidma annwali għandu jistabbilixxi fid-dettall:

3. Fir-rigward tal-għotjiet, il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu fid-dettall:

(a) il-prijoritajiet tas-sena, l-għanijiet li għandhom jiġu ssodisfati u r-riżultati previsti bl-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja;

(a) il-prijoritajiet tal-perjodu, l-għanijiet li għandhom jiġu ssodisfati u r-riżultati previsti bl-approprjazzjonijiet awtorizzati għal kull sena finanzjarja;

(b) it-titoli u s-suġġett tal-azzjonijiet;

(b) it-titoli u s-suġġett tal-azzjonijiet;

(c) il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni;

(c) il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni;

(d) il-kriterji essenzjali tal-għażla u l-aġġudikazzjoni li għandhom jintużaw biex jintgħażlu l-proposti;

(d) il-kriterji essenzjali tal-għażla u l-aġġudikazzjoni li għandhom jintużaw biex jintgħażlu l-proposti;

(e) jekk rilevanti, iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-aġġudikazzjoni ta’ għotja mingħajr sejħa għall-proposti fuq il-bażi ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 168 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002;

 

(f) il-baġit massimu u r-rata massima possibbli ta’ kofinanzjament għal kull azzjoni u, jekk ikunu previsti rati differenti, il-kriterji li għandhom jiġu segwiti għal kull rata;

(f) il-baġit massimu u r-rata massima possibbli ta’ kofinanzjament għal kull azzjoni u, jekk ikunu previsti rati differenti, il-kriterji li għandhom jiġu segwiti għal kull rata;

(g) l-iskeda ta’ żmien tas-sejħiet għall-proposti.

(g) l-iskeda ta’ żmien tas-sejħiet għall-proposti.

4. Fir-rigward tal-kuntratti ta’ akkwisti pubbliċi, il-programm annwali għandu jistabbilixxi fid-dettall:

4. Fir-rigward tal-kuntratti ta’ akkwisti pubbliċi, il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu fid-dettall:

(a) it-titoli u s-suġġett tal-azzjonijiet;

(a) it-titoli u s-suġġett tal-azzjonijiet;

(b) il-baġit massimu għal kull azzjoni;

(b) il-baġit massimu għal kull azzjoni;

(c) l-għan tal-azzjonijiet;

(c) l-għan tal-azzjonijiet;

(d) il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni;

(d) il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni;

(e) il-kwadru ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċeduri ta’ akkwisti.

(e) il-kwadru ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċeduri ta’ akkwisti.

5. L-azzjonijiet taħt l-Artikolu 9 ma għandhomx jiġu koperti mill-programm ta’ ħidma annwali.

5. L-azzjonijiet taħt l-Artikolu 9 ma għandhomx jiġu koperti mill-programmi ta’ ħidma.

Ġustifikazzjoni

L-elementi elenkati huma regoli ta' applikazzjoni ġenerali li jissupplementaw dan l-att leġiżlattiv. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' atti ddelegati. Peress li t-tul ta' dan il-programm huwa ta' sentejn u nofs biss, il-Kummissjoni m'għandhiex tkun limitata għal programmar annwali jekk ikun hemm perjodi ta' programmar iktar xierqa.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-riżorsi baġitarji allokati għall-Programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju.

2. Ir-riżorsi baġitarji allokati għall-Programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli kif ukoll in-nomenklatura xierqa għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju attwali, mingħajr ma tkun perikolata l-implimentazzjoni ta’ programmi u attivitajiet attwali, u b’hekk tiġi evitata r-riallokazzjoni fi ħdan l-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju attwali.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. 2b. Ir-riżorsi baġitarji allokati għall-programm huma meħuda mill-marġini disponibbli taħt l-intestatura 2 tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013, bla ħsara għad-deċiżjoni tal-awtorità baġitarja.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Oqsma ta' infiq għal objettivi varji

 

Il-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 8 għandu jiġi allokat għall-oqsma li ġejjin permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 13, u suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 13a u 13b:

 

(a) governanza marittima integrata u attivitajiet marbuta mal-baċiri tal-baħar;

 

(b) għodda għall-iżvilupp ta' politika marittima integrata;

 

(c) promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politika marittima integrata u ż-żieda fil-viżibilità tal-Ewropa marittima;

 

(d) id-definizzjoni tal-limiti sostenibbli fir-rigward tal-attivitajiet marittimi permezz tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, kif ukoll tkabbir ekonomiku sostenibbli, ħolqien ta' impjiegi u innovazzjoni.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi l-oħrajn kollha meħtieġa biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu kif suppost u b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament Finanzjarju.

6. Il-Kummissjoni tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu kif suppost, ikunu konsistenti ma' miżuri stabbiliti fil-politiki u l-istrumenti għal setturi oħra u b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament Finanzjarju.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Valutazzjoni

Rappurtar, valutazzjoni u estensjoni

 

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu infurmati b'mod regolari u fil-pront dwar il-ħidma tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta’ valutazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill

 

(a) rapport ta' progress sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012. Ir-rapport ta' progress għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt tal-Programm fuq politiki oħra tal-Unjoni.

 

(b) rapport ta' valutazzjoni ex post sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

 

Il-Kummissjoni għandha tressaq, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva dwar l-estensjoni tal-Programm wara l-2013 b'pakkett finanzjarju xieraq.

Ġustifikazzjoni

Ir-rappurtar huwa element ewlieni ta' implimentazzjoni responsabbli u għandu jissaħħaħ. Hemm bżonn ta' rapport ta' progress qabel proposta leġiżlattiva possibbli għal programm ta' politika marittima integrata sussegwenti.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kumitat Konsultattiv

L-eżerċizzju tad-delega

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat Konsultattiv fit-twaqqif tal-programmi ta’ ħidma annwali previsti fl-Artikolu 7(2).

1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(4c), fl-Artikolu 7 u fl-Artikolu 8a għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 8(1).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 3 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

 

3. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 13a u 13b.

Ġustifikazzjoni

L-atti leġislattivi għandhom jistabbilixxu espressament il-kondizzjonijiet li għalihom tkun suġġetta d-delega tas-setgħat.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 13 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

Revoka tad-delegazzjoni

 

1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(4b) u fl-Artikolu 7(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk hijiex bi ħsiebha tirrevoka d-delega ta’ setgħa għandha tfittex li tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, filwaqt li tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tal-poter speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

L-atti leġislattivi għandhom jistabbilixxu espressament il-kondizzjonijiet li għalihom tkun suġġetta d-delega tas-setgħat.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 13 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13b

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

 

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.

 

2. Jekk, meta jiskadi l-perjodu, imsemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat fil-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 1, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-oġġezzjoni għall-att delegat.

Ġustifikazzjoni

L-atti leġislattivi għandhom jistabbilixxu espressament il-kondizzjonijiet li għalihom tkun suġġetta d-delega tas-setgħat.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Politika Marittima Integrata tinkoraġġixxi approċċ integrat fir-rigward tal-ġestjoni u l-governanza tal-oċeani, l-ibħra u l-kosti, u trawwem interazzjoni bejn il-politiki kollha tal-UE relatati mal-baħar. L-għan tal-finanzjament propost, € 50 miljun, huwa li titkompla l-ħidma li bdiet titwettaq mill-2007.

Il-pedamenti għall-Politika Marittima Integrata ġew stabbiliti. Il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjonijiet fl-2007(1), fl-2008(2) u fl-2010(3) b'reazzjoni għall-Green Paper tal-Kummissjoni(4) u l-Komunikazzjoni tagħha dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea (COM(2007)0575). Bosta inizjattivi ġew iffinanzjati permezz ta' azzjonijiet preparatorji u proġetti pilota, li fin-natura tagħhom stess, kellhom limitu ta' żmien ta' sentejn jew tliet snin.

Ir-Regolament jipprevedi programm għal qafas stabbli biex ikompli jappoġġahom mill-20011 sal-2013.

Il-kwistjonijiet ewlenin indirizzati f'dan l-abbozz ta' rapport huma:

- Kjarifika aħjar tal-għanijiet tal-programm,

- Pożizzjoni ċara fir-rigward tal-finanzjament tiegħu,

- Involviment akbar tal-Leġiżlaturi fit-teħid ta' deċiżjonijiet ulterjuri permezz ta' atti ddelegati u rrappurtar.

(1)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Lulju 2007 dwar Politika Marittima tal-Unjoni Ewropea għall-ġejjieni: Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra, ĠU C 175 E 10.7.2008, p. 531.

(2)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2008 dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea, ĠU C 279 E 19.11 2009, p. 30.

(3)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-Politika Marittima Integrata (IMP) – Valutazzjoni tal-progress li sar u sfidi ġodda, P7_TA-PROV(2010)0386.

(4)

Lejn Politika Marittima ta' l-Unjoni għall-ġejjieni: Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra (COM(2006)0275).


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

 

 

 

PARLAMENT EWROPEW

2009 - 2014

Kumitat għall-Affarijiet Legali

27.5.2011

Is-Sur Brian Simpson

President

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata (COM(2010)0494 – C7‑0292/2010 – 2010/0257(COD)(COD))

Sinjur President,

Bl-ittra tat-18 ta’ April 2011 inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 37(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar tibdil tal-bażi għall-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata (il-“proposta”) mill-Artikoli 43(2), 74 u 77(2), 91(1) u 100(2), 173(3), 175, 188, 192(1), 194(2) u 195(2) TFUE għall-Artikoli 43(2), 91(1) u 100(2), 173(3), 175, 188, 192(1), 194(2) u 195(2) TFUE. L-emendi mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (ENVI) żiedu l-Artikoli 165(4) u 166(4) TFUE mal-bażijiet legali proposti.

Il-kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq waqt il-laqgħa tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2011.

I. Sfond

Il-proposta ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Settembru 2010 b’segwitu għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Politika Marittima Integrata ta’ Ottubru 2007 (l-hekk imsejħa “Blue Paper”)(1) u r-Rapport ta’ Progress dwar il-Politika Marittima Integrata tal-UE tal-15 ta’ Ottubru 2009(2), u bħala reazzjoni għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2009, fejn il-Kummissjoni ntalbet tippreżenta l-proposti neċessarji għall-finanzjament tal-azzjonijiet tal-politika marittima integrata fi ħdan il-perspettiva finanzjarja eżistenti, bl-għan ta’ dħul fis-seħħ sal-2011.

Il-Politika Marittima Integrata (“IMP”) tippromwovi approċċ transettorjali għall-governanza marittima. Hija trawwem l-identifikazzjoni ta’ sinerġiji bejn il-linji politiċi kollha tal-UE relatati mal-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u s-setturi marittimi – jiġifieri l-ambjent, it-trasport marittimu, l-enerġija, ir-riċerka, l-industrija, is-sajd u l-politika reġjonali.

Il-Pjan ta’ Azzjoni li jakkumpanja l-Blue Paper jistipula għadd ta’ azzjonijiet li l-Kummissjoni pproponiet li jittieħdu bħala l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tal-IMP għall-Unjoni. Sa tmiem l-2010, l-azzjonijiet tal-IMP kienu qegħdin jiġu ffinanzjati biss abbażi tal-Artikolu 49(6)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju, u l-Artikolu 42 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, li jipprovdu għall-finanzjament ta’ skemi pilota u proġetti preparatorji. Madankollu, din is-soluzzjoni kienet waħda proviżorja u hemm bżonn ta’ appoġġ finanzjarju ulterjuri għal azzjonijiet matul il-bqija tal-perjodu tal-Perspettiva Finanzjarja attwali (2011-2013).

Għalhekk il-proposta għandha l-għan li tipprovdi finanzi adegwati għall-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-IMP u li twaqqaf qafas finanzjarju stabbli għall-perjodu bejn l-2011 u l-2013 billi jiġi stabbilit pakkett finanzjarju.

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-Poltika Marittima Integrata (IMP) - Valutazzjoni tal-progress li sar u sfidi ġodda (2010/2040(INI)), il-Parlament appoġġja "l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni li tiffinanzja l-IMP b’EUR 50 miljun matul is-sentejn li ġejjin, sabiex tibni fuq proġetti preċedenti fl-oqsma tal-politika, il-governanza, is-sostenibbiltà u s-sorveljanza".

II. Bażijiet legali proposti mill-Kummissjoni

Fil-memorandum ta’ spjegazzjoni għall-proposta l-Kummissjoni tiddikjara li ma hemm l-ebda bażi espliċita fit-Trattat li fuqha tista' tiġi bbażata l-IMP tal-Unjoni. Madankollu, l-IMP tkopri ħafna linji politiki settorjali tal-UE relatati mal-ibħra u l-kosti. Għal dik ir-raġuni il-bażi legali proposta tkopri: L-Artikoli 43(2), 74 u 77(2), 91(1) u 100(2), 173(3), 175, 188, 192(1), 194(2) u 195(2) TFUE, li jgħid hekk:

Artikolu 43(2)

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli prevista fl-Artikolu 40(1) kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd.”

“Artikolu 74

Il-Kunsill għandu jadotta miżuri biex jassigura l-kooperazzjoni amministrattiva bejn is-servizzi kompetenti tal-Istati Membri fl-oqsma koperti b'dan it-Titolu, kif ukoll bejn dawk is-servizzi u l-Kummissjoni. Huwa għandu jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, suġġett għall-Artikolu 76, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.”

Artikolu 77(2)

2. Għall-finijiet tal-1 paragrafu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa dwar:

(a) il-politika komuni dwar viżi u permessi oħra ta' residenza għal permanenza qasira;

(b) il-kontrolli li huma suġġetti għalihom il-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni;

(c) ċ) il-kondizzjonijiet li taħthom iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom il-libertà li jivvjaġġaw fl-Unjoni għal żmien qasir;

(d) kwalunkwe miżura meħtieġa għall-istabbiliment gradwali ta' sistema integrata ta' ġestjoni għall-fruntieri esterni;

(e) in-nuqqas ta' kontroll fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri interni.”

Artikolu 91(1)

1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 90, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi partikolari tat-trasport, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu:

(a) regoli komuni li japplikaw għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta' Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar;

(b) il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta' trasport f’xi Stat Membru;

(c) miżuri li jtejbu s-sigurtà fit-trasport;

(d) provvedimenti oħra xierqa.”

Artikolu 100(2)

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet xierqa għan-navigazzjoni marittima u tal-ajru. Huma għandhom jaġixxu wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni.”

Artikolu 173(3)

1. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu l-kondizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

Għal dan l-għan, skond is-sistema ta' swieq miftuħa u kompetittivi, l-azzjoni tagħhom għandha tfittex li:

— tħaffef l-adattament tal-industrija għal bidliet strutturali,

— tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-inizjattiva u għall-iżvilupp tal-impriżi fi ħdan l-Unjoni kollha, partikolarment ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju,

— tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-koperazzjoni bejn l-impriżi,

— tikkoltiva l-isfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal- politika ta' innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku.

2. ....

3. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi sabiex jinkisbu l-għanijiet kif stabbiliti fil-paragrafu 1 permezz tal-politika u l-attivitajiet li ssegwi skond dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jistgħu jiddeċiedu dwar miżuri speċifiċi b’appoġġ għall-azzjoni meħuda fl-Istati Membri sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, minbarra kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri.

Dan it-Titolu m’għandux iservi ta' bażi għall-introduzzjoni mill-Unjoni ta' xi miżura li tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew li jkun fiha dispożizzjonijiet fiskali jew dispożizzjonijiet relatati mad-drittijiet jew l-interessi tal-impjegati.”

Artikolu 175

L-Istati Membri għandhom imexxu l-linji politiċi ekonomiċi tagħhom u jikkordinawhom b’tali mod li, jinkisbu wkoll l-għanijiet msemmija fl-Artikolu 174(3). Il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' kull politika u azzjoni tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tas-suq intern għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 174 u jwasslu għat-twettiq tagħhom. L-Unjoni għandha wkoll tappoġġa t-twettiq ta' dawn l-għanijiet imsemmija, bl-azzjoni li tieħu permezz tal-Fondi Strutturali (il-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji fl-Agrikoltura, Sezzjoni tal-Gwida; il-Fond Soċjali Ewropew; il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew), il-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-bqija tal-istrumenti finanzjarji eżistenti.

Il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' kull politika u azzjoni tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tas-suq intern għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 174 u jwasslu għat-twettiq tagħhom. L-Unjoni għandha wkoll tappoġġa t-twettiq ta' dawn l-għanijiet imsemmija, bl-azzjoni li tieħu permezz tal-Fondi Strutturali (il-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji fl-Agrikoltura, Sezzjoni tal-Gwida; il-Fond Soċjali Ewropew; il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew), il-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-bqija tal-istrumenti finanzjarji eżistenti.

Jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi barra l-Fondi u bla preġudizzju għall-miżuri deċiżi fil-qafas tal-politika l-oħra tal-Unjoni, dawk l-azzjonijiet jistgħu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni.”

Artikolu 188

Il-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 187(4).

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 183, 184 u 185(5). L-adozzjoni tal-programmi supplimentari teħtieġ il-ftehim tal-Istati Membri kkonċernati.”

Artikolu 192(1)

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jiddeċiedu liema azzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni sabiex twettaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 191(6).”

Artikolu 194(2)

1. Fil-kuntest tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u b' kont meħud tal-ħtieġa ta' preservazzjoni u titjib tal-ambjent, il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri:

(a) tassigura l-funzjonament tas-suq tal-enerġija;

(b) tassigura s-sigurtà tal-provvista tal-energija fl-Unjoni,

(c) ċ) tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta' forom ta' enerġija ġodda u rinnovabbli; kif ukoll

(d) tippromwovi l-interkonnessjoni ta' netwerks tal-enerġija.

2. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-objettivi previsti fil-paragrafu 1. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni.

Dawn m'għandhomx jolqtu d-dritt ta' Stat Membru li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi ta' enerġija tiegħu, l-għażla tiegħu bejn riżorsi differenti ta' enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista ta' enerġija tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 192(2)(c).

Artikolu 195(2)

1. L-Unjoni għandha tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tat-turiżmu, b'mod partikolari billi tippromwovi l-kompetittività tal-impriżi tal-Unjoni f'dan is-settur.

Għal dan il-għan, l-azzjoni tal-Unjoni għandha timmira:

(a) li tinkoraġġixxi l-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-iżvilupp tal-impriżi f'dan is-settur;

(b) li tippromwovi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari bl-iskambju ta' prattika tajba.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri partikolari sabiex jikkumplimentaw l-azzjonijiet fl-Istati Membri sabiex jintlaħqu l-objettivi previsti f'dan l-Artikolu, minbarra kwlaunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri."

III. L-approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja

L-għażla tal-bażi legali għal miżura tal-Unjoni għandha sserraħ fuq fatturi oġġettivi li jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja, li jinkludu b'mod partikolari l-għan u l-kontenut tal-miżura.

Fil-prinċipju, miżura għandha tkun ibbażata fuq bażi legali waħda biss. Jekk l-eżami tal-għan u tal-kontenut ta' miżura tal-Unjoni juri li għandha żewġ komponenti, li jaqgħu fl-ambitu ta' bażijiet differenti, u jekk wieħed minn dawn ikun identifikabbli bħala l-għan jew il-komponent prinċipali jew predominanti, filwaqt li l-ieħor mhuwiex għajr inċidentali, il-miżura għandha tkun ibbażata fuq bażi waħda, jiġifieri dik mitluba mill-għan jew mill-komponent prinċipali jew predominanti(7).

Huwa biss jekk, b'mod straordinarju, jiġi stabbilit li l-miżura, b'mod simultanju, ikollha numru ta' objettivi jew ikollha diversi komponenti li jkunu marbuta b'mod li ma jistgħux jiġu diżassoċċjati minn xulxin, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju u indirett fir-rigward tal-ieħor, li dik il-miżura tkun trid tiġi bbażata fuq id-diversi bażijiet legali korrispondenti(8).

IV. Analiżi tal-bażijiet legali proposti

Il-Premessa 1 tal-proposta tfakkar li l-objettiv primarju tal-IMP huwa “(...) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika integrata, koerenti u magħquda ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u s-setturi marittimi”.

Sabiex jiġi segwit dan l-objettiv hemm bżonn ta’ bażi finanzjarja kontinwa tal-Unjoni. Il-proposta għandha l-għan li tiżgura bażi finanzjarja adegwata għal miżuri maħsuba biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-IMP.

L-Artikoli 2 u 3 tal-proposta jistipulaw objettivi ġenerali u speċifiċi li fuqhom għandu jiffuka l-programm biex jappoġġa miżuri maħsuba biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-IMP.

L-Artikoli 4 u 5 tal-proposta jistipulaw ir-regoli dwar l-azzjonijiet eleġibbli biex jirċievu assistenza finazjarja u t-tipi ta’ intervent finanzjarju. L-Artikolu 6 jelenka l-benefiċjarji tal-appoġġ finanzjarju. Dispożizzjonijiet oħrajn tal-proposta jikkonċernaw, inter alia, il-proċeduri ta’ implimentazzjoni, ir-riżorsi baġitarji u l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan il-Programm.

Il-bażijiet legali proposti huma varji. Sabiex jiġi deċiż li tali taħlita ta’ bażijiet legali multipli hija ġustifikata għandu jiġi stabbilit li, b’mod straordinarju, il-miżura proposta, b'mod simultanju, ikollha numru ta' objettivi jew ikollha diversi komponenti li jkunu marbuta b'mod li ma jistgħux jiġu diżassoċċjati minn xulxin, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju u indirett fir-rigward tal-ieħor. Barra minn hekk m’għandu jkun hemm l-ebda kunflitt bejn il-proċeduri leġiżlattivi meħtieġa għall-adozzjoni tal-miżura abbażi ta' kull dispożizzjoni individwali tat-Trattat li jifforma parti mill-bażijiet legali multipli.

L-Artikolu 43(2) TFUE jaqa’ taħt it-Titolu III “Agrikoltura u Sajd”. Dan jippermetti li jittieħdu miżuri skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja biex titwaqqaf politika tal-Unjoni dwar il-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd (Artikoli 38 - 40 TFUE). L-Artikolu 2(b) u (c) u l-Artikolu 3(2) tal-proposta jiddikjaraw li fost l-objettivi ġenerali hemm il-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u dawk kostali. Għalhekk jidher li l-miżuri skont dan l-objettiv jista’ jkollhom bħala l-bażi legali xierqa l-Artikolu 43(2) TFUE.

L-Artikoli 74 u 77(2) TFUE jikkonċernaw il-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja. L-Artikolu 74 TFUE jippermetti li l-Kunsill jadotta miżuri biex jiżgura kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri fl-oqsma koperti bit-titolu rilevanti tat-Trattat. Tali miżuri jiġu adottati skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni. l-Artikolu 77(2) jagħti mandat, permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-adozzjoni ta’ miżuri li jikkonċernaw il-politika komuni dwar il-visas, il-kontrolli tal-fruntieri u l-ażil. F’dan il-kuntest għandu jiġi osservat li: (i) ma hemm l-ebda attività prevista mill-Politika Marittima Integrata skont dawk l-artikoli speċifiċi; (ii) il-possibilitajiet ta’ nonparteċipazzjoni li għandhom ċerti Stati Membri fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja jistgħu jikkomplikaw l-implimentazzjoni tal-Programm u jkun jidher legalment (u saħansitra loġikament) impossibbli li jiġu kkombinati bażijiet legali li jirrikjedu l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha ma' oħrajn li jippermettu li l-Istati Membri jagħżlu jekk jipparteċipawx jew le; (iii) l-Artikolu 74 TFUE jimplika proċedura leġiżlattiva speċifika, li hija inkompatibbli mal-proċedura stipulata għall-bażi legali l-oħra(9). Għalhekk wieħed jikkonkludi li la l-Artikolu 74 u lanqas l-Artikolu 77(2) ma joffru bażi legali xierqa fil-każ preżenti.

L-Artikolu 91(1) u 100(2) TFUE jaqgħu taħt it-Titolu VI li jikkonċerna l-politika komuni tat-trasport. L-Artikolu 91 jippermetti li l-leġiżlatur jistipula regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta' Stat Membru jew li jgħaddi mit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew iktar, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni xierqa dwar is-sigurtà tat-trasport. L-Artikolu 100(2) jirreferi b’mod partikolari għal “dispożizzjonijiet xierqa għan-navigazzjoni marittima u tal-ajru”. Minkejja li l-Artikoli 2 u 3 tal-proposta effettivament ma jirreferux għat-trasport marittimu u fil-proposta ma hemm l-ebda referenza speċifika għat-trasport marittimu, il-kwistjoni taqa’ fil-governanza marittima integrata u taf tkun ikkonċernata bl-għodod orizzontali fil-qasam marittimu. It-tnejn huma koperti bl-objettivi tal-proposta.

L-Artikolu 173(3) TFUE jiffoka fuq miżuri li jikkonċernaw il-kompettittività tal-industrija tal-Unjoni. Dan jipprovdi għal miżuri speċifiċi mmirati, inter alia, biex iħaffu l-aġġustament tal-industrija għall-bidliet strutturali, filwaqt li jippromwovi ambjet li jiffavorixxi l-inizjattiva u l-iżvilupp ta’ impriżi madwar l-Unjoni, b’mod partikolari l-SMEs, u jħeġġeġ ambjent li jiffavorixxi l-kooperazzjoni bejn l-impriżi. Għandu jiġi nnutat li l-għan tal-proposta jikkorrispondi ma’ dik id-dispożizzjoni, b’mod partikolari permezz tal-objettiv ta’ appoġġ għal tfassil ta' politika interkonnessa u promozzjoni ta’ tkabbir ekonomiku, innovazzjoni u impjiegi fis-setturi marittimi. Għalhekk dan għandu jitqies bħala wieħed mill-iskopijiet ewlenin tal-proposta.

L-Artikolu 175 TFUE jaqa’ taħt it-Titolu XVIII dwar "Il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali". Dan jippermetti li jittieħdu miżuri skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, bil-kundizzjoni li l-azzjonijiet speċifiċi għandhom jagħtu prova li jkunu neċessarji barra mill-Fondi Strutturali diġà stabbiliti. Dawn l-azzjonijiet għandu jkollhom l-għan li jnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji tal-Istati Membri.

Il-proposta tenfasizza l-bżonn li jiġu promossi l-innovazzjoni u l-impjiegi fis-setturi marittimi u r-reġjuni kostali (Artikolu 2(c)), li jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prattiki u li jitwaqqfu pjattaformi ta’ kooperazzjoni u netwerks (Artikolu 2(1)(d)), li eventwalment iwasslu għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp fil-qasam marittimu. Barra minn hekk, emenda mressqa fil-Kumitat (emenda 14) tistabbilixxi l-objettiv primarju tal-proposta b'dan il-mod "li jimmassimizza l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali tar-reġjuni kostali, insulari u l-iktar imbiegħda tal-UE permezz ta’ politiki koerenti u kkoordinati relatati mas-settur marittimu u l-kooperazzjoni internazzjonali relevanti".

L-Artikolu 192(1) TFUE jippermetti li jittieħdu miżuri skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja ħalli ssir il-politika tal-Unjoni skont l-Artikolu 191 dwar il-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali. Il-proposta tagħmel għadd ta’ referenzi għall-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u dawk kostali u d-definizzjoni tal-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani li jħallu impatt fuq l-ambjent tal-baħar (Artikolu 2(c) u (d)). Barra minn hekk tirreferi għall-ippjanar tal-ispazju marittimu u l-ġestjoni integrata ta’ zoni kostali, li jipprovdu għodda għall-ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema u l-iżvilupp sostenibbli taz-zoni tal-baħar u r-reġjuni kostali.

L-Artikolu 194(2) TFUE jipprovdi għall-adozzjoni ta’ miżuri, permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fil-qasam tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija. L-Artikolu 194(1) jirreferi għall-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta' forom ta' enerġija ġodda u rinnovabbli u l-interkonnessjoni tan-netwerks tal-enerġija. Emendi li tressqu fil-Kumitat żiedu l-“enerġija” mal-lista tal-objettivi ġenerali tal-proposta. Barra minn hekk, l-Artikolu 2 jenfasizza l-ħtieġa tal-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u dawk kostali.

Finalment, l-Artikolu 195(2) TFUE jikkonċerna l-azzjoni tal-Unjoni mmirata biex tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri fis-settur turistiku permezz tal-ħolqien ta’ ambjent li jiffavorixxi l-iżvilupp ta’ impriżi f’dan is-settur u bil-promozzjoni ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari permezz ta’ skambju tal-aħjar prattiki. Għandu jiġi nnutat li l-objettivi tal-programm se jikkontribwixxu biex titwettaq l-azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam.

Fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2011 il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda, unanimament(10), li jirrakkomanda li l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi stabbilit programm biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata għandha tkun ibbażata fuq l-Artikoli 43(2), 91(1) u 100(2), 173(3), 175, 188, 192(1), 194(2) u 195(2) TFUE u li l-Artikoli 74 u 77(2) mhumiex il-bażijiet legali koretti f'dan il-każ.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner Lehne

(1)

COM (2007) 575.

(2)

COM (2009) 540.

(3)

Artikolu 174

Sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħha in ġenerali, l-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha.

B'mod partikolari, l-Unjoni għandha jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti.

Fost ir-reġjuni konċernati, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, lil żoni milquta minn transizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħal per eżempju r-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, reġjuni transkonfinali u reġjuni muntanjużi.

(4)

Artikolu 187

L-Unjoni tista’ toħloq impriżi komuni jew kull struttura oħra neċessarja għall-esekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tar-riċerka ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimonstrazzjoni tal-Unjoni.

(5)

Artikolu 183

Sabiex timplimenta il-programm qafas pluriennali, l-Unjoni għandha:

— tiddetermina r-regoli applikabbli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet,

— tipprovdi regoli dwar id-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerka.

Artikolu 184

Fl-implimentazzjoni tal-programm ta’qafas pluriennali jistgħu jiġu deċiżi programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni biss ta' ċerti Stati Membri, li jkunu jiffinanzjawhom suġġetti għall-parteċipazzjoni possibli mill-Kommunita.

L-Unjoni għandha tadotta r-regoli applikabli għall-programmi supplimentari, partikolarment dwar it-tixrid ta' konoxxenzi u aċċess minn Stati Membri oħra.

Artikolu 185

Fl-implimentazzjoni tal-programm qafas pluriennali, l-Unjoni tista’ bi ftehim mal-Istati Membri involuti, tipprovdi dwar parteċipazzjoni tagħha fi programmi ta' riċerka w żvilupp mnedija minn diversi Stati Membri, inkluż il-parteċipazzjoni fl-istutturi maħluqa għall-esekuzzjoni ta' dawn il-programmi.

(6)

Artikolu 191

1. Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi sabiex jinkisbu l-għanijiet li ġejjin:

— is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent,

— il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem,

— l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali,

— il-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jitrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b'mod partikolari li jiġġieldu l-bidla fil-klima.

2. Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha jkollha l-mira ta' protezzjoni ta' livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġeż għandu jħallas.

F’dan il-kuntest, il-miżuri ta’armonizzazzjoni li jirrispondu għall-ħtiġijiet ta' protezzjoni ambjentali għandhom jinkludu, fejn xieraq, klawsola ta' salvagwardja li tħalli l-Istati Membri li jieħdu miżuri provviżorji għal raġunijiet ambjentali non-ekonomiċi, suġġett għall-proċedura ta' monitoraġġ mill-Unjoni.

3. Fil-preparazzjoni tagħha tal-politika dwar l-ambjent, l-Unjoni għandha tieħu in konsiderazzjoni:

— dati xjentifiċi u tekniċi eżistenti,

— il-kondizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni differenti tal-Unjoni,

— il-vantaġġi u l-piżijiet li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni,

— l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni in ġenerali u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha.

4. Fil-qafas tal-isferi ta' kompetenza rispettiva tagħhom tagħhom, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma' pajjizi terzi u mal-organizazzjonijiet internazzjonali kompetenti. L-arranġamenti dwar il-koperazzjoni tal-Unjoni jistgħu jkunu s-suġġett ta' ftehim bejn l-Unjoni u t-terzi involuti.

Is-subparagrafu preċedenti m’għandux jippreġudika l-kompetenza tal-Istati Membri li jinnegozjaw f’korpi internazzjonali u li jikkonkludu ftehim internazzjonali.

(7)

Kawża C-91/05 Kummissjon v. Kunsill [2008] ECR I- 3651.

(8)

Kawża C-338/01 Kummissjon v. Kunsill [2004] ECR I- 4829.

(9)

Kawża C-178/03 Kummissjon v. Parlament u Kunsill [2006] ECR I-107.

(10)

Il-persuni li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Klaus-Heiner Lehne (President), Luigi Berlinguer (Viċi President), Raffaele Baldassarre (Viċi President), Evelyn Regner (Viċi President), Sebastian Valentin Bodu (Viċi President), Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (rapporteur), Piotr Borys, Françoise Castex, Christian Engström, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, József Szájer, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Zbigniew Ziobro, Tadeusz Zwiefka u Pablo Arias Echeverría skont l-Artikolu 187(2).


OPINJONI tal- Kumitat għas-Sajd (*) (06.04.2011)

ghall- Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

(COM(2010)0494 – C7‑0292/2010 – 2010/0257(COD))

Rapporteur għal opinjoni: (*): Maria do Céu Patrão Neves

(*)       Kumitat assoċjat - Artikolu 50

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Oriġini tal-PMI

Il-preżentazzjoni tal-Green Paper għal Politika Marittima Integrata (PMI), fis-7 ta’ Ġunju 2006, bdiet l-inawgurazzjoni istituzzjonali ta’ viżjoni olistika tal-oċeani, li tmur id f’id mal-approċċ integrat għall-attivitajiet marittimi, bl-objettiv fundamentali li tiġi mmassimizzata l-esplojtazzjoni sostenibbli tal-oċeani mingħajr ma jitfixklu t-tkabbir tal-ekonomija marittima u r-reġjuni kostali jew il-preservazzjoni tal-ekosistemi marini.

Minn dak iż-żmien, il-PMI wriet il-valur tagħha bħala approċċ ġdid u promettenti għaż-zoni tal-ibħra u kostali tal-Ewropa, ibbażat fuq l-iżvilupp ottimali u sostenibbli tal-forom kollha tal-attivitajiet marittimi fl-Unjoni.

2. Multivalenza tal-oċeani

Ir-relevanza tal-PMI hija korollarja għar-rikonoxximent neċessarju tal-multivalenza tal-oċeani. Din titlob għal politika li, b’mod proporzjonat, toffri tweġiba integrata u organizzata għall-karatteristiċi varji tal-ambjent marittimu.

Din il-pluralità ta’ karatteristiċi tal-oċeani hija fattur deċiżiv f’tali oqsma bħall-kompetittività tal-Unjoni, l-iżvilupp sostenibbli, is-sikurezza fuq il-baħar u fuq l-art għall-Ewropa, u l-provvista tal-enerġija u l-ikel – li dawn huma fost l-objettivi tal-istrateġija UE 2020. Aspetti oħrajn saru dan l-aħħar prominenti, bħal ma huma l-ħolqien ta’ impjanti għall-iġġenerar tal-elettriku mir-riħ lil hinn mix-xtut, investiment f’teknoloġija relatata mal-enerġija tal-mewġ, akwakultura lil hinn mix-xtut, u manifestazzjonijiet numerużi oħrajn ta’ ‘teknoloġija blu’. Dan il-fenomenu tal-aħħar, flimkien ma’ aspetti oħrajn aktar tradizzjonali tal-użu tal-oċean, bħal ma huma t-trasport (kull sena naraw 'il fuq minn 350 miljun passiġġier u 3.5 miljun tunnellata ta’ prodotti li jgħaddu mill-portijiet tal-baħar tal-Ewropa) u s-sajd (is-settur tas-sajd tal-Ewropa huwa t-tielet l-akbar fid-dinja, bi qbid ta’ madwar 6.9 miljun tunnellata ta’ ħut kull sena), jagħmluha ċara li l-PMI trid tkun prijorità bażika u indispensabbli fid-dinamika tal-Unjoni tat-tkabbir.

Flimkien ma’ dan ta’ hawn fuq, l-oċeani huma wkoll fattur importanti tal-iżvilupp soċjokulturali li għandu impatt dirett u indirett fuq ħafna ċittadini tal-Ewropa: aktar minn nofs il-popolazzjoni Ewropea tgħix f’raġġ ta’ 50km mill-kosta.

3. Il-PMI – pjan ta’ azzjoni

Wara l-preżentazzjoni tal-Green Paper għal Politika Marittima Integrata fl-2006, il-Kummissjoni pproċediet bil-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ‘Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea’ (SEC(2007)1278) fl-10 ta’ Ottubru 2007. Din tipproponi azzjonijiet settorjali fl-oqsma ewlenin kollha ta’ interventi relatati mal-baħar, inklużi t-trasport, is-sajd, l-ambjent, l-enerġija, l-industrija, l-impjiegi, ir-riċerka, ir-relazzjonijiet esterni, eċċ... u tisħaq fuq il-bżonn li jitħeġġu s-sinerġiji permezz ta’ approċċ integrat għall-politiki settorjali differenti.

L-istituzzjonijiet tal-Komunità, l-Istati Membri u r-reġjuni mbagħad ħadmu fuq proċess biex jinħolqu strutturi ta’ governanza bil-għan li jiġi żgurat li l-politika marittima għandha tieqaf titqies b’mod politiku u tkun żviluppata fuq il-bażi ta’ interrelazzjoni dinamika ma’ oqsma oħrajn ta’ interventi politiċi, fil-kuntest ta’ strateġija minn isfel għal fuq. Fl-istess ħin, strumenti transettorjali bħal ma huma l-ippjanar spazjali marittimu, l-immonitorjar integrat u l-istudju tal-ambjent marin ġew promossi u implimentati, u huwa mixtieq li dawn jikkontribbwixxu għal titjib sostanzjali fl-immaniġġjar tal-ibħra u l-kosti.

4. Is-settur tas-sajd bħala integrali għall-PMI

Is-sajd u l-akwakultura għandhom ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom f’termini ta’ użu tal-ambjent marin u l-preservazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-irkupru u t-tkabbir tal-istokkijiet tal-ħut. Dan jeħtieġ programmi ta’ riċerka u numru ta’ miżuri oħrajn li għandhom jiġu integrati fil-qafas tal-PMI.

Ladarba l-UE hija setgħa dinjija fis-sajd u hija l-ikbar suq tal-prodotti ipproċessati li jużaw il-ħut bħala materja prima, hija għandha bżonn tiżgura s-sostenibbiltà u l-profitabbiltà tas-sajd li huwa wara kollox l-eqdem attività marittima tal-bniedem.

Bħala prodott ta’ valur nutrittiv għoli, il-ħut huwa, illum il-ġurnata kif dejjem kien, komponent fundamentali tad-dieta Ewropea.

Minkejja s-sajd żejjed ta’ ċerti stokkijiet, li hemm bżonn jitreġġa’ lura, is-settur tas-sajd jibqa’ ta’ importanza vitali fil-kuntest tal-attività marittima, u huwa mixtieq li bir-riforma tal-PKS isir aktar sostenibbli u profittabbli f’termini ekonomiċi.

5. Kunsiderazzjonijiet tar-Rapporteur

Ir-rapporteur iqis li l-PMI għandha tkun prijorità strateġika għall-Ewropa li f’dan il-kuntest tilqa’ fiha l-firxa ta’ inizjattivi proposti fl-istrateġija tal-Kummissjoni kif jidhru fil-pjan ta’ azzjoni li jakkumpanja l-komunikazzjoni ‘Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea’.

Dan il-pjan ta’ azzjoni jipprevedi għall-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji relatati mal-PMI, imma li l-iffinanzjar tagħhom huwa disponibbli biss sal-2010. F’dan ir-rigward, ir-rapporteur jilqa’ l-proposta għal regolament li tiżgura l-bażi legali neċessarja għall-attivitajiet tal-iffinanzjar relatati mal-implimentazzjoni tal-PMI minn Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013. B’dan il-mod u dipendenti fuq l-applikazzjoni tal-qafas tal-Komunità futur, ikun possibbli li jiġi żgurat l-appoġġ finanzjarju neċessarju għall-kontinwazzjoni tax-xogħol li diġà beda u għal proġetti oħrajn li jistgħu jirriżultaw bħala essenzjali għat-twettiq tal-linji gwida stipulati fir-rapport ta’ progress tal-15 ta’ Ottubru 2009.

Ir-rapporteur iqis li s-somma proposta ta’ EUR 50 miljun, għalkemm ixxaqleb lejn in-naħa l-baxxa, tirrappreżenta bażi raġonevoli għall-iffinanzjar tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tal-proposta, imma madankollu jixtieq isaqsi l-mistoqsija minn fejn se jaslu dawn il-flus. L-emenda mressqa għall-Artikolu 8 hija maħsuba biex tiċċara s-sorsi tal-iffinanzjar propost u tevita kwalunkwe impenn ta’ somom diġà allokati għas-settur tas-sajd.

Ir-rapporteur ikompli jipproponi l-użu ta’ atti delegati fl-abbozz tat-test, għax dawn huma meħtieġa għall-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma annwali għax dawn jistgħu jispeċifikaw, vis-à-vis x’inhu ddikjarat fir-Regolament innifsu, l-għażla tal-prijoritajiet, l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-allokazzjonijiet finanzjarji f’termini wiesgħa. Dawn il-programmi jesprimu orjentament politiku sekondarju, li ma jistax jiġi stabbilit permezz ta’ atti li jimplimentaw.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Ċitazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 74 u 77(2), l-Artikolu 91(1) u 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 195(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91(1) u 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 195(2) tiegħu,

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea – COM(2007) 575 tal-10 ta’ Ottubru 2007, tgħid li l-għan primarju tal-Politika Marittima Integrata huwa li tiżviluppa u timplimenta politika integrata, koerenti u magħquda ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u s-setturi marittimi.

(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea – COM(2007) 575 tal-10 ta’ Ottubru 2007, tgħid li l-għan primarju tal-Politika Marittima Integrata huwa li tiżviluppa u timplimenta politika kkoordinata u koerenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni insulari u kostali u s-setturi marittimi.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-Poltika Marittima Integrata (PMI) - Valutazzjoni tal-progress li sar u sfidi ġodda1, il-Parlament Ewropew iddikjara “l-appoġġ tal-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni li tiffinanzja l-PMI b’EUR 50 miljun matul is-sentejn li ġejjin, sabiex tibni fuq proġetti preċedenti fl-oqsma tal-politika, il-governanza, is-sostenibbiltà u s-sorveljanza".

 

_____________________

1 P7_TA(2010)0386.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jkun imfassal biex jappoġġja l-ħidma esploratorja fuq azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-għanijiet strateġiċi tal-Politika Marittima Integrata, inkluża l-governanza marittima integrata fil-livelli kollha, l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji integrati għall-baċiri tal-baħar imfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-baċiri tal-baħar differenti tal-Ewropa, id-definizzjoni tal-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, li tikkostitwixxi l-pilastru ambjentali tal-Politika Marittima Integrata, billi tingħata attenzjoni xierqa għall-impatti kumulattivi tagħhom, fuq il-bażi tal-approċċ tal-ekosistema, l-involviment ulterjuri tal-partijiet interessati fl-iskemi tal-governanza marittima integrata, l-iżvilupp ulterjuri ta’ għodod trasversali għat-tfassil tal-politika integrata, il-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata, u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività.

(6) Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jkun imfassal biex jappoġġja l-ħidma esploratorja fuq azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-għanijiet strateġiċi tal-Politika Marittima Integrata, inkluża l-governanza marittima integrata fil-livelli kollha, l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji integrati għall-baċiri tal-baħar imfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-baċiri tal-baħar differenti tal-Ewropa, l-iżvilupp ulterjuri ta’ għodod trasversali għat-tfassil tal-politiki integrat, il-protezzjoni u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi marini u kostali u d-definizzjoni tal-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, u d-Direttiva Qafas tal-UE dwar l-Ilma li tikkostitwixxi l-pilastru ambjentali tal-Politika Marittima Integrata, billi tingħata attenzjoni xierqa għall-impatti kumulattivi tagħhom, fuq il-bażi tal-approċċ tal-ekosistema, l-involviment ulterjuri tal-partijiet interessati partikolarment tal-industrija tas-sajd fl-iskemi tal-governanza marittima integrata, l-iżvilupp ulterjuri ta’ għodod trasversali għat-tfassil tal-politika integrata, l-iżvilupp ta’ standards għad-distribuzzjoni ġusta tad-drittijiet ta’ esplojtazzjoni marittima, il-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata, u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività fir-reġjuni kostali, insulari u l-aktar imbiegħda tal-Ewropa.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Huwa importanti li l-programm ikun marbut ma’ politiki oħra tal-UE li jistgħu jkopru dimensjoni marittima, b’mod partikolari l-Fondi Strutturali, in-netwerks tat-trasport trans-Ewropej, il-Politika Komuni tas-Sajd, it-turiżmu, l-azzjoni b’relazzjoni mal-ambjent u t-tibdil fil-klima, il-Programm Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-politika dwar l-enerġija.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 7 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Il-programm għandu jinkoraġġixxi d-dinamiżmu ekonomiku u l-kompetittività tar-reġjuni kostali u tal-gżejjer, partikolarment fil-qasam tas-sajd u l-akkwakultura.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-implimentazzjoni tal-Programm fil-pajjiżi terzi għandha tikkontribwixxi għall-għanijiet ta’ żvilupp tal-pajjiż benefiċjarju u tkun konsistenti ma’ strumenti oħrajn ta’ kooperazzjoni tal-UE, inklużi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-linji politiċi rilevanti tal-UE.

(8) L-implimentazzjoni tal-Programm fil-pajjiżi terzi għandha tikkontribwixxi għall-għanijiet ta’ żvilupp tal-pajjiż benefiċjarju u tkun konsistenti ma’ strumenti oħrajn ta’ kooperazzjoni tal-UE, inklużi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-linji politiċi rilevanti tal-UE, u għandha tikkompleta wkoll strumenti oħra ta’ kooperazzjoni tal-UE bħall-ftehimiet eżistenti ta’ sħubija dwar is-sajd u l-programmi ta’ żvilupp, u tkun konformi magħhom. Il-Programm għandu jappoġġa l-governanza marittima internazzjonali bbażata fuq l-istat tad-dritt permezz tal-promozzjoni tal-adeżjoni globali mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) f’konformità mal-impenn tal-Unjoni għal dik il-konvenzjoni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-Programm għandu jikkumplimenta lill-istrumenti finanzjarji eżistenti u futuri magħmulin disponibbli mill-Istati Membri, fuq livell nazzjonali u sub-nazzjonali, għall-promozzjoni tal-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u l-kosti.

(9) Il-Programm għandu jikkumplimenta lill-istrumenti finanzjarji eżistenti u futuri magħmulin disponibbli mill-Istati Membri, fuq livell nazzjonali u sub-nazzjonali, għall-promozzjoni tal-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u l-kosti u għandu jinkoraġġixxi l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir ekonomiku tar-reġjuni kostali, insulari u l-aktar imbiegħda tal-Ewropa, partikolarment dawk iż-zoni li jiddependu ħafna mis-sajd u l-attivitajiet marittimi relatati.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Waqt l-implimentazzjoni tal-Programm għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li l-istrutturi ma jiġux duplikati bla bżonn iżda li, għall-kuntrarju, jiġu inkorporati inizjattivi settorjali eżistenti.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Sabiex jitqiesu żviluppi mhux previsti u jiġi previst qafas dettaljat imma flessibbli għall-implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata l-awtorità li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE. B’mod partikolari, l-atti delegati jistgħu jkunu neċessarji sabiex jiġu aġġornati l-objettivi operattivi u biex jiġu adottati l-programmi ta’ ħidma stabbiliti skont dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, xierqa u fil-ħin tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm li jappoġġja l-miżuri maħsuba biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata (li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ "il-Programm").

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm li jappoġġja l-miżuri maħsuba biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata (li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ "il-Programm"), li l-objettiv ewlieni tiegħu huwa li jilħaq għall-massimu l-esplojtazzjoni sostenibbli tal-ibħra u l-oċeani filwaqt li ma jitpoġġiex fil-periklu t-tkabbir tal-ekonomija marittima sostenibbli, ir-reġjuni kostali u l-ħarsien tal-ekosistema marina inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda, u l-iżgurar tal-koeżjoni soċjali u l-espansjoni tal-għarfien xjentifiku.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) li jrawwem l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-governanza integrata tal-affarijiet marittimi u kostali u l-istrateġiji integrati tal-baċiri tal-baħar;

a) li jrawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-implimentazzjoni tal-governanza integrata tal-PMI;

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-għodod li jinqasmu fil-linji politiċi settorjali relatati mal-baħar u l-kosta;

b) li jikkontribwixxi għall-iżvilupp/ħolqien u l-implimentazzjoni tal-għodod li jinqasmu fil-linji politiċi settorjali relatati mal-baħar u l-kosta u jkunu ta’ sinifikanza għat-tkabbir sostenibbli, l-innovazzjoni u l-impjiegi, l-immonitorjar ambjentali, is-sikurezza marittima u l-provvisti tal-ikel u l-enerġija, filwaqt li jiġu rrispettati l-konnessjonijiet bejn il-baħar u l-art; b’mod partikolari għas-sħab l-aktar vulnerabbli f’din iż-żona;

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ba) li jiżviluppa approċċi ta’ ġestjoni reġjonalizzata f’konformità mal-karatteristiċi taz-zoni marittimi kkonċernati;

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li jappoġġja t-tfassil ta’ politika magħquda u li jippromwovi l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-innovazzjoni u l-impjiegi fis-setturi marittimi u r-reġjuni kostali, b’koerenza mal-prijoritajiet u l-azzjonijiet tal-politika settorjali;

(c) li jappoġġja t-tfassil ta’ politika magħquda u li jippromwovi l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-innovazzjoni u l-impjiegi fis-setturi marittimi u r-reġjuni kostali, partikolarment f’zoni li jiddependu ħafna minn attivitajiet marittimi, b’koerenza mal-prijoritajiet u l-azzjonijiet tal-politika settorjali;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) li jkompli jiddefinixxi l-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu, fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima;

(d) li jkompli jiddefinixxi l-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu u t-tniġġis tal-baħar, fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma u tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) li jtejjeb u jżid il-kooperazzjoni esterna u l-koordinazzjoni fir-rigward tal-għanijiet tal-Politika Marittima Integrata.

(e) li jtejjeb u jżid il-kooperazzjoni esterna u l-koordinazzjoni fir-rigward tal-għanijiet tal-Politika Marittima Integrata, fuq il-bażi ta’ ġbir ta’ data li jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattika u l-promozzjoni tad-dibattiti fi ħdan il-fora internazzjonali. F’dan ir-rigward ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) u konvenzjonijiet internazzjonali relevanti huma essenzjali.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) li jappoġġja, fil-livelli kollha, it-trasparenza u l-governanza tajba fl-aspetti kollha tal-Politika Marittima Integrata u l-politiki settorjali assoċjati u biex tiġi garantita informazzjoni komprensiva u t-trasparenza tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt e b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) li jikkontribwixxi għall-applikazzjoni tal-approċċ tal-ekosistema u l-appoġġ prekawzjonali fil-politiki kollha settorjali marini u marittimi.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) (b) (c) (d) il-Programm għandu jimmira li:

Skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) (b) (c) (d) il-Programm għandu:

 

1) rigward il-governanza integrata tal-politika marittima:

a) iħeġġeġ lill-Istati Membri jew reġjuni biex jiżviluppaw jew jintroduċu l-governanza marittima integrata;

a) iħeġġeġ lill-Istati Membri u r-reġjuni biex jiżviluppaw, jintroduċu u jimplimentaw il-governanza marittima integrata, billi joħolqu kundizzjonijiet ta’ qafas ġusti għal dawk involuti u jassiguraw l-aħjar bilanċ possibbli tal-interessi tagħhom;

b) jistimula u jsaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ u fost il-partijiet interessati fuq kwistjonijiet trasversali relatati mal-Politika Marittima Integrata;

b) jistimula u jsaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ u fost il-partijiet interessati fil-livelli kollha tal-governanza, kif ukoll mas-soċjetà ċivili u ma’ rappreżentanti tal-professjonijiet relatati mal-baħar fuq kwistjonijiet trasversali relatati mal-Politika Marittima Integrata filwaqt li tiġi garantita t-trasparenza sħiħa;

c) jiffaċilita l-isfruttament tas-sinerġiji, il-qsim tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki dwar il-politika marittima, inkluż il-governanza u l-linji politiċi settorjali li għandhom impatt fuq l-ibħra reġjonali jew ir-reġjuni kostali jew

c) jiffaċilita l-isfruttament tas-sinerġiji, il-qsim tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki dwar il-politika marittima, inkluż il-governanza u l-linji politiċi settorjali li għandhom impatt fuq l-ibħra reġjonali jew ir-reġjuni kostali, u b’mod partikolari zoni li jiddependu ħafna mill-attivitajiet marittimi jew;

 

(d) iħeġġeġ il-koordinazzjoni u l-isforzi biex jiġu identifikati s-sinerġiji bejn il-politika marittima u politiki oħrajn tal-UE;

d) jippromwovi n-netwerks u l-pjattaformi tal-kooperazzjoni trans-settorjali, inklużi interessi mill-industrija, partijiet interessati fil-qasam tar-riċerka, reġjuni, awtoritajiet pubbliċi u NGOs;

e) jippromwovi n-netwerks u l-pjattaformi tal-kooperazzjoni trans-settorjali, inklużi rappreżentanti tal-industriji relatati mal-attivitajiet marittimi, partijiet interessati fil-qasam tar-riċerka, reġjuni, awtoritajiet pubbliċi, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u NGOs, filwaqt li jitressqu prattiki responsabbli għall-attivitajiet kollha relatati mal-PMI sabiex tiġi garantita l-protezzjoni minn, u l-kontroll tal-impatt negattiv tal-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ambjent tal-baħar, il-konservazzjoni tal-ekosistemi u l-iżvilupp sostenibbli taz-zoni marini u kostali;

e) jiffaċilita l-iżvilupp ta’ metodi u approċċi komuni;

f) jiffaċilita l-iżvilupp ta’ metodi u approċċi komuni, sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi naturali u ż-zoni tal-baħar jiġu sfruttati b’mod ġust;

 

g) jippromwovi miżuri li jqajmu l-kuxjenza dwar l-importanza ta’ diversi aspetti tal-oċeani;

 

h) jiżviluppa standards li jirriżultaw fil-garanzija li l-interessi kollha tal-utenti jiġu trattati b’mod ġust f’termini ta’ soċjetà b’mod ġenerali.

 

i) jinkuraġġixxi r-riċerka għall-iskop tal-valutazzjoni tal-istat attwali ta’ ekosistemi mhedda, u b’hekk tiġi pprovduta bażi għall-ippjanar fil-livell reġjonali u nazzjonali;

 

j) jippromwovi sorsi ta’ enerġija tal-baħar rinnovabbli.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 2 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 2(b), il-Programm għandu jimmira li jrawwem l-iżvilupp ta’:

2) rigward it-twaqqif ta’ sinerġiji għal azzjoni multidixxiplinarja u l-ħolqien ta’ politiki multisettorjali:

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) ambjent komuni ta’ qsim tal-informazzjoni għall-qasam marittimu tal-UE li jippromwovi attivitajiet ta’ sorveljanza trans-settorjali u transkonfinali u jsaħħaħ l-użu sikur u mingħajr periklu tal-ispazju marittimu, billi jieħu f’kunsiderazzjoni l-iżviluppi rilevanti tal-linji politiċi settorjali fir-rigward tas-sorveljanza u jikkontribwixxi, kif xieraq, għall-evoluzzjonijiet meħtieġa tagħhom;

a) jiġi garantit ambjent komuni ta’ skambju tal-informazzjoni għall-qasam marittimu tal-UE li jippromwovi attivitajiet ta’ sorveljanza trans-settorjali u transkonfinali u jissaħħaħ l-użu sikur u mingħajr periklu tal-ispazju marittimu, billi jieħu f’kunsiderazzjoni l-iżviluppi rilevanti tal-linji politiċi settorjali fir-rigward tas-sorveljanza u jikkontribwixxi, kif xieraq, għall-evoluzzjonijiet meħtieġa tagħhom, inkluż permezz tal-ħolqien ta’ servizz Ewropew ta’ gwardjani tal-kosta;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) Ippjanar tal-Ispazju Marittimu u ġestjoni integrata taz-zoni kostali, li t-tnejn jipprovdu għodda fundamentali għall-ġestjoni bbażata fuq l-eko-sistema u l-iżvilupp sostenibbli taz-zoni marittimi u r-reġjuni kostali;

b) jiġi implimentat ippjanar tal-ispazju marittimu u ġestjoni integrata taz-zoni kostali, kif ukoll l-iżvilupp ta’ konnessjonijiet bejn l-art u l-baħar, li jipprovdu għodod fundamentali għall-ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema u l-iżvilupp sostenibbli taz-zoni marittimi u r-reġjuni kostali u l-gżejjer, b'enfasi partikolari fuq dawk iż-zoni li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, biex jiġu implimentati miżuri ta’ konservazzjoni tal-bijodiversità;

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) data marittima komprensiva u aċċessibbli għall-pubbliku u bażi ta’ għarfien ta’ kwalità għolja li tiffaċilita l-qsim, l-użu mill-ġdid u t-tixrid ta’ dawn id-data fost diversi gruppi ta’ utenti u tiżgura l-viżwalizzazzjoni tal-informazzjoni marittima permezz ta’ għodod ibbażati fuq l-internet;

c) joħolqu/jiżviluppaw data marittima komprensiva u aċċessibbli għall-pubbliku u bażi ta’ għarfien ta’ kwalità għolja dwar l-ekonomija marittima li tiffaċilita l-iskambju, l-użu mill-ġdid u t-tixrid ta’ din id-data fost diversi gruppi ta’ utenti, filwaqt li tiġi evitata d-dupplikazzjoni tal-informazzjoni u, kull fejn hu possibbli, jintużaw programmi diġà żviluppati għar-raġuni, bħal ma huma 1) INSPIRE – Infrastruttura għal Informazzjoni Spazjali fil-Komunità Ewropea u (2) GMES – Immonitorjar Globali għal Inizjattiva Ambjentali u tas-Sigurtà;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) skambju ta’ data dwar ir-riċerka tal-baħar.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 3 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 2(e) u filwaqt li jikkomplimenta l-linji politiċi settorjali, il-Programm għandu jimmira li jtejjeb u jżid il-kooperazzjoni għall-azzjonijiet trans-settorjali integrati ma’:

3) rigward l-implimentazzjoni tad-direttiva qafas dwar l-istrateġija marina:

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) pajjiżi terzi, inklużi dawk bi fruntieri ma’ baċir tal-baħar Ewropew,

a) jiddefinixxu l-limiti ta’ azzjoni sostenibbli għall-attività tal-bniedem li tagħmel impatt fuq l-ambjent marin;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 3 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) atturi f'pajjiżi terzi,

b) jintegraw u jikkoordinaw azzjonijiet li jħeġġu l-użu ta’ teknoloġiji li jniġġsu anqas.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna tal-PMI, il-Programm għandu jħeġġeġ l-iffirmar, ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom jiġu segwiti skont l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 u b’koerenza mal-istrumenti ta’ kooperazzjoni tal-UE, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-għanijiet tal-istrateġiji ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali.

4. rigward l-immappjar ta’ Żona Marittima Ewropea u l-immaniġġjar tal-baċini marittimi:

 

a) jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ atlas taż-Żona Marittima Ewropea, li jiddefinixxi l-attivitajiet marittimi magħmula fir-reġjuni marittimi Ewropej varji u li jindika l-kunflitti ta’ interess potenzjali fl-użu ta’ dawk iż-zoni;

 

b) jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ strateġiji tal-immaniġġjar marittimu bbażati fuq approċċ reġjonalizzat għall-oċeani, jiġifieri wieħed konformi mal-partikularitajiet u l-karatteristiċi tal-baċini marittimi differenti;

 

c) jinħolqu sinerġiji bejn l-awtoritajiet lokali, l-awtoritajiet nazzjonali u l-UE sabiex jiġi żgurat l-immaniġġjar ottimali taz-zoni marittimi u kostali differenti tal-Unjoni filwaqt li jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Fir-rigward tat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni, il-Programm għandu:

 

(a) jippromwovi l-iżvilupp teknoloġiku u l-applikazzjoni tal-għarfien fl-interessi ta’ prattiki ambjentalment aktar sostenibbli fil-kuntest tal-attivitajiet li jkollhom impatt fuq l-ambjent marin;

 

(b) jiggarantixxi l-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar fil-qasam tal-attivitajiet marittimi, kif ukoll dħul ogħla u kundizzjonijiet soċjali mtejba (saħħa, sikurezza, eċċ.) għal dawk li jaħdmu fl-attivitajiet marittimi bħal ma huwa s-sajd;

 

(c) jappoġġja l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ forom ġodda ta’ attivitajiet ekonomiċi relatati mal-baħar;

 

(d) jippromwovi kwalifiki professjonali fl-attivitajiet marittimi, inkluż is-sajd, billi tiġi estiża l-firxa ta’ studji marittimi u billi jiġu aġġornati l-ħiliet u l-kwalifiki.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b) rigward il-promozzjoni tad-dimensjoni esterna tal-PMI:

 

a) jinkludi objettivi orizzontali tal-IMP fil-ftehimiet bilaterali u multilaterali konklużi mill-Unjoni;

 

b) jiġu żviluppati strateġiji u azzjonijiet għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, NGOs, jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn bil-għan li jkun hemm protezzjoni/rkupru tal-ekosistemi marini;

 

c) sħab u organizzazjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-impenji għar-restawr tal-ekosistema internazzjonali u ftehimiet pertinenti oħrajn inklużi l-ftehimiet internazzjonali magħmula biex jipproteġu zoni marittimi partikolarment sensittivi, kif ukoll miżuri oħra protettivi relatati mal-ġestjoni tal-attivitajiet marittimi, jiżguraw konformità reċiproka minn pajjiżi terzi firmatarji li qegħdin mal-kosta b'obbligi u l-istandards ta' protezzjoni adottati fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c. Fir-rigward tal-promozzjoni tad-dimensjoni esterna tal-PMI, il-Programm għandu:

 

(a) jinkludi objettivi orizzontali tal-PMI fil-ftehimiet bilaterali u multilaterali konklużi mill-Unjoni;

 

(b) jiżviluppa strateġiji u azzjonijiet għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bil-ħsieb li jkun hemm protezzjoni u rkupru tal-ekosistemi marini, inkluża l-promozzjoni tal-ġbir ta’ data u l-programmi ta’ qsim tad-data;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) studji u programmi kooperattivi;

a) proġetti, inklużi proġetti pilota, studji, inklużi studji dwar l-identifikazzjoni tad-dgħufijiet leġiżlattivi fir-rigward ta' bnadar ta' konvenjenza u sajd illegali, mhux irregolat u mhux irrapportat u programmi kooperattivi, strateġiji makroreġjonali, kif ukoll azzjonijiet relatati ma' strumenti mill-oqsma kollha;

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) informazzjoni pubblika u l-qsim tal-aqwa prassi, tqajjim ta’ kuxjenza u attivitajiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni assoċjati, inklużi avvenimenti u kampanji ta’ pubbliċità, u l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-websajts;

(b) informazzjoni pubblika u l-qsim tal-aqwa prassi, tqajjim ta’ kuxjenza u attivitajiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni assoċjati, inklużi avvenimenti u kampanji ta’ pubbliċità, u l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-websajts u netwerks u databases soċjali relevanti;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) skambji ta’ prattika tajba dwar is-sorveljanza marittima, inkluż il-ħolqien ta’ servizz Ewropew ta’ gwardjani tal-kosta;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-ġbir, il-monitoraġġ, il-viżwalizzazzjoni u l-iżgurar tal-aċċess pubbliku għal ammont sinifikanti ta’ data, l-aqwa prassi u database fuq proġetti reġjonali ffinanzjati mill-Unjoni, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ segretarjat għal wieħed jew aktar minn dawn l-għanijiet;

(d) il-ġbir, il-monitoraġġ, il-viżwalizzazzjoni u l-iżgurar tal-aċċess pubbliku għal ammont sinifikanti ta’ data, l-aqwa prassi u database fuq proġetti reġjonali ffinanzjati mill-Unjoni, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ segretarjat għal wieħed jew aktar minn dawn l-għanijiet, filwaqt li tingħata prijorità lil dawk il-proġetti li jikkonċernaw il-ġbir u l-ipproċessar ta’ data bi qbil ma’ standards uniformi komuni;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mill-Programm jistgħu jibbenifikaw pajjiżi terzi, partijiet interessati fil-pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali li jsegwu wieħed jew aktar mill-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3.

2. Mill-Programm jistgħu jibbenifikaw pajjiżi terzi, partijiet interessati fil-pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, NGOs, jew korpi oħrajn li jsegwu wieħed jew aktar mill-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Programm għandu jwassal għal benefiċċji għall-komunitajiet lokali kemm kostali u insulari.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm skont ir-Regolament Finanzjarju.

1. Il-Programm għandu jiġi implimentat skont ir-Regolament Finanzjarju.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha, skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3, tadotta l-programmi ta’ ħidma annwali skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).

2. Bħala qafas għall-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandha, skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3, tadotta programm ta’ ħidma wieħed jew ħafna għal perjodi xierqa permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 13 u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13a u 13b.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-prijoritajiet tas-sena, l-għanijiet li għandhom jiġu ssodisfati u r-riżultati previsti bl-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja;

(a) il-prijoritajiet tal-perjodu, l-għanijiet li għandhom jiġu ssodisfati u r-riżultati previsti bl-approprjazzjonijiet awtorizzati għal kull sena finanzjarja;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) sinerġiji possibbli ma’ strumenti oħra ta’ ffinanzjar tal-UE.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 7 paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fir-rigward tal-kuntratti ta’ akkwisti pubbliċi, il-programm annwali għandu jistabbilixxi fid-dettall:

4. Fir-rigward tal-kuntratti ta’ akkwisti pubbliċi, il-programmi ta’ ħidma għandu jistabbilixxi fid-dettall:

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) sinerġiji possibbli ma’ strumenti oħra ta’ ffinanzjar tal-UE.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-riżorsi baġitarji allokati għall-Programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju.

2. Ir-riżorsi baġitarji allokati għall-Programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju, speċifikament fuq il-bażi tal-‘marġini’ mogħti, imsemmi fl-Intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali).

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Valutazzjoni

Rappurtar u valutazzjoni

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta’ valutazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu infurmati b'mod regolari u fil-pront dwar il-ħidma tal-Kummissjoni.

 

Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

 

(a) rapport ta' progress sa mhux aktar tard mit-31 ta' Diċembru 2012;

 

(b) rapport ta' valutazzjoni ex post sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

 

(c) Il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għal regolament għall-estensjoni tal-Programm lil hinn mill-2013, jekk ikun xieraq.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kumitat Konsultattiv

Eżerċizzju tad-delega

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat Konsultattiv fit-twaqqif tal-programmi ta’ ħidma annwali previsti fl-Artikolu 7(2).

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 8(1).

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 3 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

2. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha simultanjament tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 13, paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 13a u 13b.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Revoka tad-delega

 

1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk hijiex bi ħsiebha tirrevoka d-delega ta’ setgħa għandha tfittex li tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, filwaqt li tindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

 

3. Id-deċiżjoni ta' revoka ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard li tkun speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 13b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13b

 

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

 

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. B'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

 

2. Jekk, meta jiskadi il-perjodu, msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. Skont l-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.

PROĊEDURA

Titolu

Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

Referenzi

COM(2010)0494 – C7-0292/2010 – 2010/0257(COD)

Kumitat responsabbli

TRAN

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

7.10.2010

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i) - Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

10.3.2011

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Maria do Céu Patrão Neves

25.11.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

1.12.2010

1.2.2011

15.3.2011

 

Data tal-adozzjoni

4.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Kriton Arsenis, Alain Cadec, João Ferreira, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Marek Józef Gróbarczyk, Iliana Malinova Iotova, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Struan Stevenson, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Besset, Izaskun Bilbao Barandica, Chris Davies

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Philippe Boulland, Nuno Teixeira

 - 


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits  (18.3.2011)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

(COM(2010)0494 – C7‑0292/2010 – 2010/0257(COD))

Rapporteur: Dominique Riquet

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Politika Marittima Integrata (IMP) tinkoraġġixxi s-sinerġija bejn il-politiki kollha tal-UE li jirrigwardaw l-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u s-setturi marittimi.

Il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji fil-qasam tal-Politika Marittima ntemmu fl-2010 (l-ebda approprjazzjonijiet ta’ impenn ma ġew previsti għall-2011). Hemm bżonn ta' qafas finanzjarju plurijennali għall-IMP għall-perjodu 2011-2013 permezz tal-introduzzjoni ta' żewġ linji tal-baġit ġodda (11 09 05 u 11 01 04 04 07). Il-ħolqien ta' tali programm għandu jippermetti lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet interessati, biex ikomplu x-xogħol esploratorju li diġà beda u biex ikomplu jiżviluppaw u jikkonkretizzaw l-għażliet għall-implimentazzjoni tal-IMP. Finanzjament fit-tul ta' aktar żvilupp u implimentazzjoni ta' din il-politika mhuwiex attwalment iggarantit.

L-iskop ta' din il-proposta huwa li l-IMP tkun ipprovduta b'qafas finanzjarju stabbli għall-perjodu 2011-2013 billi jiġi stabbilit pakkett finanzjarju ta' EUR 50 miljun. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-Poltika Marittima Integrata (IMP) - Valutazzjoni tal-progress li sar u sfidi ġodda (2010/2040(INI)), Il-Parlament Ewropew appoġġja "l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni li tiffinanzja l-IMP b’EUR 50 miljun matul is-sentejn li ġejjin, sabiex tibni fuq proġetti preċedenti fl-oqsma tal-politika, il-governanza, is-sostenibbiltà u s-sorveljanza". L-ammont propost mill-Kummissjoni huwa raġjonevoli u għandu jitqies bħala l-minimu meħtieġ.

Fir-rigward tal-bażijiet ġuridiċi li fuhom hija bbażata din il-proposta, għandhom jiġu inklużi l-Artikoli 165 u 166 li jirrigwardaw l-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali u ż-żgħażagħ sabiex jiġi awtorizzat l-iżvilupp ta' programmi ta' kooperazzjoni f'dawk l-oqsma.

Din l-opinjoni tiċċara, tikkompleta u ssaħħaħ l-għanijiet tal-programm. B'mod partikolari, hija tipproponi li jiġu inklużi fost l-għanijiet ġenerali l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, il-protezzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali, kif ukoll l-iżvilupp tal-istrateġiji għall-baċiri tal-baħar, li l-għanijiet ikunu ġġustifikati b'regoli aktar speċifiċi dwar l-infiq u li l-Parlament Ewropew għandu jkun involut b'mod xieraq fl-implimentazzjoni. Inqas ma jkunu speċifiċi l-għanijiet u l-kriterji ta' nfiq, aktar ma huwa meħtieġ l-involviment tal-Parlament fl-implimentazzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Barra minn hekk, meta l-Programm jiġi rieżaminat, għandha titfassal proposta għall-estensjoni tiegħu lil hinn mill-2013 flimkien ma’ proposta li tistabbilixxi pakkett finanzjarju adegwat.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) biex jissaħħaħ l-ippjanar ikkoordinat tal-attivitajiet marittimi f'kompetizzjoni, il-ġestjoni strateġika taz-zoni marittimi, il-livell ġenerali tas-sikurezza, il-kwalità tal-attivitajiet ta' sorveljanza u l-infurzar tal-liġijiet.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 7 –- paragrafu 3 - punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jekk rilevanti, iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-aġġudikazzjoni ta’ għotja mingħajr sejħa

għall-proposti fuq il-bażi ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 168

tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002;

imħassar

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riżorsi baġitarji

Riżorsi baġitarji u ammonti massimi ta' nfiq għall-għanijiet varji

Emenda 5

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. a) governanza marittima integrata: 2 500 000 EUR;

 

b) attivitajiet marbuta mal-baċini marittimi: 4 600 000 EUR;

 

c) strumenti għall-iżvilupp tal-politika integrata: 33 000 000 EUR;

 

d) promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-PMI: 600 000 EUR;

 

e) definizzjoni tal-limiti ta’ sostenibilità tal-attivitajiet marittimi permezz tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva ta’ Qafas għal Strateġija Marittima: 5 100 000 EUR;

 

f) tkabbir ekonomiku dejjiemi, impjiegi u innovazzjoni: 1 500 000 EUR;

 

g) titjib tal-viżibilità tal-Ewropa marittima: 2 300 000 EUR.

 

Dawn l-ammonti huma indikattivi u jistgħu jiġu riallokati bejn l-objettivi kif meħtieġ.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-riżorsi baġitarji allokati għall-Programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju.

2. Ir-riżorsi baġitarji allokati għall-Programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli kif ukoll in-nomenklatura xierqa għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju attwali, mingħajr ma tkun perikolata l-implimentazzjoni ta’ programmi u attivitajiet attwali, u b’hekk tiġi evitata r-riallokazzjoni fi ħdan l-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju attwali.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-kriterji għall-kofinanzjament għandhom ikunu ddefiniti b'mod ċar.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Ir-riżorsi baġitarji allokati għall-programm huma meħuda mill-marġini disponibbli taħt l-intestatura 2 tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013, bla ħsara għad-deċiżjoni tal-awtorità baġitarja.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta’ valutazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport intermedju dwar l-implimentazzjoni tal-IMP sat-30 ta' Ġunju 2012. Fl-istess ħin il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għall-estensjoni tal-Programm b’pakkett finanzjarju xieraq lil hinn mill-2013.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Ir-rapport ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Marittimi Integrata għandu jinkludi valutazzjoni preċiża tal-impatt tal-Programm fuq politiki oħra tal-Unjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Article 13 – paragraph 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat Konsultattiv fit-twaqqif tal-programmi ta’ ħidma annwali previsti fl-Artikolu 7(2).

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat Konsultattiv, li jinvolvi l-Parlament Ewropew, fit-twaqqif tal-programmi ta’ ħidma annwali previsti fl-Artikolu 7(2).

PROĊEDURA

Titolu

Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

Referenzi

COM(2010)0494 – C7-0292/2010 – 2010/0257(COD)

Kumitat(i) responsabbli

TRAN

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

7.10.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Dominique Riquet

20.10.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

16.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Alexander Alvaro, Reimer Böge, Lajos Bokros, Giovanni Collino, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Estelle Grelier, Lucas Hartong, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Barbara Matera, Miguel Portas, Vladimír Remek, Dominique Riquet, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Gerben-Jan Gerbrandy, Edit Herczog, Paul Rübig, Georgios Stavrakakis

Sostitut(i) skont l-Artikolu 187(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Marit Paulsen


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel  (17.3.2011)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

(COM(2010)0494 – C7‑0292/2010 – 2010/0257(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Corinne Lepage

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Politika Marittima Integrata (IMP) tinkoraġġixxi s-sinerġija bejn l-azzjonijiet kollha tal-UE li jirrigwardaw l-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u s-setturi marittimi.

Għalissa, il-finanzjament tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni ta' din il-politika mhuwiex iggarantit fit-tul. L-azzjonijiet IMP kienu qed jiġu ffinanzjati biss fuq il-bażi tal-Artikolu 49(6)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju u tal-Artikolu 32 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, li jipprovdu għall-finanzjament ta’ skemi pilota u azzjonijiet preparatorji. Din is-sitwazzjoni mhijiex vjabbli u tirriskja li tikkomprometti l-eżistenza stess tal-IMP, li ma għandha ebda mezzi finanzjarji għall-bqija tal-perjodu tal-Perspettiva Finanzjarja attwali (2011-2013).

L-iskop ta' din il-proposta huwa li l-IMP tiġi pprovduta b'qafas finanzjarju stabbli għall-perjodu bejn l-2011 u l-2013 billi jiġi stabbilit pakkett finanzjarju ta' EUR 50 miljun. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-Politika Marittima Integrata – Valutazzjoni tal-progress li sar u sfidi ġodda (2010/2040(INI)), il-Parlament Ewropew appoġġa "l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni li tiffinanzja l-IMP b’EUR 50 miljun matul is-sentejn li ġejjin, sabiex tibni fuq proġetti preċedenti fl-oqsma tal-politika, il-governanza, is-sostenibbiltà u s-sorveljanza". L-ammont propost mill-Kummissjoni huwa raġjonevoli u għandu jitqies bħala l-minimu.

Fir-rigward tal-bażijiet ġuridiċi li fuhom hija bbażata din il-proposta, għandhom jiżdiedu l-Artikoli 165 u 166 li jirrigwardaw l-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali u ż-żgħażagħ sabiex jiġi awtorizzat l-iżvilupp ta' programmi ta' kooperazzjoni f'dawn l-oqsma.

Din l-opinjoni tiċċara, tikkompleta u ssaħħaħ l-għanijiet tal-programm. B'mod partikolari, din tipproponi li għandhom jiġu introdotti, fost l-għanijiet ġenerali tal-programm, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, il-protezzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali, kif ukoll l-iżvilupp tal-istrateġiji għall-baċiri tal-baħar. L-opinjoni tipproponi wkoll li tiġi ċċarata l-preżentazzjoni ġenerali tal-proposta u li jiġu estiżi l-għanijiet speċifiċi u jingħataw l-isem ġdid "għanijiet operattivi".

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal Regolament

Ċitazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 74 u 77(2), l-Artikolu 91(1) u 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 195(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 74 u l-Artikolu 77(2), l-Artikolu 91(1) u l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 165 u l-Artikolu 166(4), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 195(2) tiegħu,

Emenda  2

Proposta għal Regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jkun imfassal biex jappoġġja l-ħidma esploratorja fuq azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-għanijiet strateġiċi tal-Politika Marittima Integrata, inkluża l-governanza marittima integrata fil-livelli kollha, l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji integrati għall-baċiri tal-baħar imfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-baċiri tal-baħar differenti tal-Ewropa, id-definizzjoni tal-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, li tikkostitwixxi l-pilastru ambjentali tal-Politika Marittima Integrata, billi tingħata attenzjoni xierqa għall-impatti kumulattivi tagħhom, fuq il-bażi tal-approċċ tal-ekosistema, l-involviment ulterjuri tal-partijiet interessati fl-iskemi tal-governanza marittima integrata, l-iżvilupp ulterjuri ta’ għodod trasversali għat-tfassil tal-politika integrata, il-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata, u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività.

(6) Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jkun imfassal biex jappoġġja l-ħidma esploratorja fuq azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-għanijiet strateġiċi tal-Politika Marittima Integrata, inkluża l-governanza marittima integrata fil-livelli kollha, l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji integrati għall-baċiri tal-baħar imfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-baċiri tal-baħar differenti tal-Ewropa, id-definizzjoni tal-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani u l-implimentazzjoni tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, li tikkostitwixxi l-pilastru ambjentali tal-Politika Marittima Integrata, billi tingħata attenzjoni xierqa għall-impatti kumulattivi tagħhom, fuq il-bażi tal-approċċ tal-ekosistema, l-involviment ulterjuri tal-partijiet interessati fl-iskemi tal-governanza marittima integrata, l-iżvilupp ulterjuri ta’ għodod trasversali għat-tfassil tal-politika integrata, il-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata, u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività.

Emenda  3

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) li jrawwem l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-governanza integrata tal-affarijiet marittimi u kostali u l-istrateġiji integrati tal-baċiri tal-baħar;

(a) li jimplimpenta l-governanza integrata tal-affarijiet marittimi u kostali;

Emenda  4

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-għodod li jinqasmu fil-linji politiċi settorjali relatati mal-baħar u l-kosta;

(b) li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-għodod transettorjali sabiex jiġu sostnuti l-politiki relatati mal-baħar u l-kosta, b'mod partikolari fl-oqsma tal-iżvilupp ekonomiku, tal-impjiegi, tal-protezzjoni tal-ambjent, tar-riċerka, tas-sigurtà marittima, tal-enerġija u tal-iżvilupp tat-teknoloġiji marittimi ħodor;

Emenda  5

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li jappoġġja t-tfassil ta’ politika magħquda u li jippromwovi l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-innovazzjoni u l-impjiegi fis-setturi marittimi u r-reġjuni kostali, b’koerenza mal-prijoritajiet u l-azzjonijiet tal-politika settorjali;

(c) li jippromwovi l-protezzjoni tal-bijodiversità marittima, l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni u l-impjiegi fis-setturi marittimi u r-reġjuni kostali, b’koerenza mal-prijoritajiet u l-azzjonijiet tal-politika settorjali;

Emenda  6

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) li jeżamina l-effetti ta' attivitajiet marittimi illegali, l-aktar l-użu ta' bnadar ta' konvenjenza u s-sajd illegali, mhux irregolat u mhux irrapportat fuq l-ekonomija, is-sostenibbiltà u l-impiegi f'setturi marittimi u f'reġjuni kostali;

Emenda  7

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) li jkompli jiddefinixxi l-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu, fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima;

(d) li jippromwovi l-protezzjoni tal-bijodiversità marittima u l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali u jkompli jiddefinixxi l-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu;

Emenda  8

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) li jiżviluppa strateġiji individwali tal-baċiri tal-baħar;

Emenda  9

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) li jtejjeb u jżid il-kooperazzjoni esterna u l-koordinazzjoni fir-rigward tal-għanijiet tal-Politika Marittima Integrata.

(e) li jżid id-dimensjoni esterna tal-Politika Marittima Integrata u jtejjeb t-teħid inkunsiderazzjoni tagħha tar-reġjuni mbiegħda.

Emenda  10

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) li jiffaċilita kundizzjonijiet mtejba fl-ambjent tal-baħar u dak kostali u jnaqqas it-tniġġis, l-aktar dak ikkawżat minn fosfati u nitrati li joħorġu mill-attivitajiet ta’ kuljum tal-bniedem;

Emenda  11

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għanijiet Speċifiċi

Għanijiet Operattivi

Emenda  12

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) (b) (c) (d) il-Programm għandu jimmira li:

1. Sabiex tiġi implimentata l-governanza integrata tal-affarijiet marittimi u kostali msemmija fl-Artikolu 2(a), il-Programm għandu jimmira, b'mod partikolari, li:

Emenda  13

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) iħeġġeġ lill-Istati Membri jew reġjuni biex jiżviluppaw jew jintroduċu l-governanza marittima integrata;

(a) iħeġġeġ lill-Istati Membri u r-reġjuni biex jiżviluppaw jew jintroduċu l-governanza marittima integrata;

Emenda  14

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiffaċilita l-isfruttament tas-sinerġiji, il-qsim tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki dwar il-politika marittima, inkluż il-governanza u l-linji politiċi settorjali li għandhom impatt fuq l-ibħra reġjonali jew ir-reġjuni kostali jew

(c) jiffaċilita l-isfruttament tas-sinerġiji, il-qsim tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki dwar il-politika marittima, inklużi l-governanza u l-linji politiċi settorjali tagħha li għandhom impatt fuq l-ibħra reġjonali u r-reġjuni kostali;

Emenda  15

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jippromwovi n-netwerks u l-pjattaformi tal-kooperazzjoni trans-settorjali, inklużi interessi mill-industrija, partijiet interessati fil-qasam tar-riċerka, reġjuni, awtoritajiet pubbliċi u NGOs;

(d) jippromwovi l-istabbiliment tal-pjattaformi u n-netwerks tal-kooperazzjoni transettorjali, inklużi rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali, tal-industrija, partijiet interessati fil-qasam tar-riċerka, is-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u NGOs, u jiffaċilita t-tixrid ta' informazzjoni fuq il-proġetti attwali ta' riċerka;

Emenda  16

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jiffaċilita l-iżvilupp ta’ metodi u approċċi komuni;

(e) jiffaċilita l-kooperazzjoni transkonfinali u l-iżvilupp ta' metodi komuni u jappoġġa strateġiji reġjonali, waqt li jqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-baċiri tal-baħar.

Emenda  17

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) jiżgura l-applikazzjoni ta' standards ambjentali ekwivalenti u suffiċjenti;

Emenda  18

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 2(b), il-Programm għandu jimmira li jrawwem l-iżvilupp ta’:

2. Sabiex jiġu żviluppati l-għodod transettorjali msemmija fl-Artikolu 2(b), il-Programm għandu jimmira, b'mod partikolari, li jrawwem l-iżvilupp ta’

Emenda  19

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ambjent komuni ta’ qsim tal-informazzjoni għall-qasam marittimu tal-UE li jippromwovi attivitajiet ta’ sorveljanza trans-settorjali u transkonfinali u jsaħħaħ l-użu sikur u mingħajr periklu tal-ispazju marittimu, billi jieħu f’kunsiderazzjoni l-iżviluppi rilevanti tal-linji politiċi settorjali fir-rigward tas-sorveljanza u jikkontribwixxi, kif xieraq, għall-evoluzzjonijiet meħtieġa tagħhom;

(a) ambjent komuni ta’ qsim tal-informazzjoni għall-qasam marittimu tal-UE li jippromwovi attivitajiet ta’ sorveljanza transettorjali u transkonfinali u jsaħħaħ l-użu sikur, mingħajr periklu u mhux ta' ħsara għall-ambjent tal-ispazju marittimu, billi jieħu f'kunsiderazzjoni l-iżviluppi rilevanti tal-linji politiċi settorjali fir-rigward tas-sorveljanza u jikkontribwixxi, kif xieraq, għall-evoluzzjonijiet meħtieġa tagħhom;

Emenda  20

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Ippjanar tal-Ispazju Marittimu u ġestjoni integrata taz-zoni kostali, li t-tnejn jipprovdu għodda fundamentali għall-ġestjoni bbażata fuq l-eko-sistema u l-iżvilupp sostenibbli taz-zoni marittimi u r-reġjuni kostali;

(b) ippjanar tal-ispazju marittimu u ġestjoni integrata taz-zoni kostali, li t-tnejn jipprovdu għodda fundamentali għall-ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema u l-iżvilupp sostenibbli taz-zoni marittimi u r-reġjuni kostali, b'enfażi partikolari fuq iż-zoni l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima;

Emenda  21

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Biex ikunu inkoraġġiti l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni u l-impjiegi speċifikati fl-Artikolu 2(c), il-Programm għandu jimmira li jrawwem b'mod partikulari:

 

(a) il-promozzjoni ta' sorsi ġodda ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli u ta' impjiegi fis-settur marittimu u fil-protezzjoni tal-bijodiversità marittima fiż-zoni kostali;

 

(b) il-promozzjoni ta' sorsi ta' enerġija marittimi rinnovabbli;

 

(c) azzjoni li trendi l-professjonijiet marittimi aktar attraenti u, b'mod partikulari, li tinkoraġġixxi l-mobbiltà transnazzjonali ta' żgħażagħ impjegati fis-settur tal-protezzjoni tal-bijodiversità marittima u fis-settur marittimu b'mod ġenerali.

Emenda  22

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Biex ikunu inkoraġġiti l-protezzjoni tal-bijodiversità marittima u l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali kif speċifikati fl-Artikolu 2(d), il-Programm għandu jimmira li jrawwem, b'mod partikolari, l-iżvilupp ta':

 

(a) l-implimentazzjoni tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima u, b'mod partikolari, id-definizzjoni tal-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-bniedem (inklużi l-attivitajiet mhux relatati direttament mal-ambjent marittimu imma li għandhom impatt dirett fuqu) li għandhom impatt fuq l-ambjent marittimu;

 

(b) pjattaformi għall-iskambju ta' informazzjoni u twissijiet relatati mas-sikurezza marittima pereżempju inkonnessjoni mal-produzzjoni 'l barra mix-xtut taż-żejt u tal-gass, esplorazzjoni u trasport minn tankers jew minn attivitajiet marbuta ma’ linja tal-pajpijiet; il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fi pjattaformi simili għandha tintalab ukoll;

Emenda  23

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Sabiex jiġu żviluppati strateġiji individwali għall-baċir marittimu kif speċifikat fl-Artikolu 2(da), il-Programm għandu jimmira li jikkontribwixxi għat-tfassil ta' strateġiji individwali għall-baċir marittimu, u jappoġġa l-iżvilupp tagħhom.

Emenda  24

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 2(e) u filwaqt li jikkomplimenta l-linji politiċi settorjali, il-Programm għandu jimmira li jtejjeb u jżid il-kooperazzjoni għall-azzjonijiet trans-settorjali integrati ma’:

3. Fid-dawl tat-titjib tad-dimensjoni esterna tal-Politika Marittima Integrata kif speċifikat fl-Artikolu 2(e) u filwaqt li jikkomplimenta l-linji politiċi settorjali, il-Programm għandu jimmira li jtejjeb u jżid il-kooperazzjoni għall-azzjonijiet transettorjali integrati ma’:

(a) pajjiżi terzi, inklużi dawk bi fruntieri ma’ baċir tal-baħar Ewropew,

(a) pajjiżi terzi, inklużi dawk bi fruntieri ma’ baċir tal-baħar Ewropew, l-aktar fir-rigward tal-iżgurar tal-applikazzjoni tal-istandards ambjentali f'dawk il-pajjiżi, li m'għandhomx ikunu iktar baxxi minn dawk applikabbli fl-Unjoni;

(b) atturi f'pajjiżi terzi,

(b) atturi f'pajjiżi terzi,

(c) imsieħba u organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-impenji internazzjonali ta’ restawr tal-ekosistema u ftehimiet pertinenti oħrajn;

(c) imsieħba u organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-impenji internazzjonali ta’ restawr tal-ekosistema u ftehimiet pertinenti oħrajn;

Emenda  25

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom jiġu segwiti skont l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 u b’koerenza mal-istrumenti ta’ kooperazzjoni tal-UE, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-għanijiet tal-istrateġiji ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali.

4. L-għanijiet operattivi stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom jiġu segwiti skont l-għanijiet operattivi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 2a, 2b u 2c u b’koerenza mal-istrumenti ta’ kooperazzjoni tal-UE, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-għanijiet tal-istrateġiji ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali.

Emenda  26

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) studji u programmi kooperattivi;

(a) studji, inkluż fuq l-identifikazzjoni ta' dgħufijiet leġiżlattivi għal dak li għandu x'jaqsam ma' bnadar ta' konvenjenza u sajd illegali, mhux irregolat u mhux irrapportat u programmi kooperattivi, inklużi l-edukazzjoni u l-programmi ta' taħriġ professjonali;

Emenda  27

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) azzjonijiet relatati mal-iżvilupp u l-promozzjoni ta' teknoloġiji navali ħodor li għandhom jittieħdu b'kooperazzjoni fil-qrib mas-servizzi relevanti tal-Kummissjoni;

PROĊEDURA

Titolu

Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

Referenzi

COM(2010)0494 – C7-0292/2010 – 2010/0257(COD)

Kumitat responsabbli

TRAN

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

7.10.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Corinne Lepage

17.11.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

24.1.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

16.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Pilar Ayuso, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Bas Eickhout, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Julie Girling, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Sirpa Pietikäinen, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Salvatore Tatarella, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Christofer Fjellner, Jutta Haug, Miroslav Mikolášik, Bill Newton Dunn, Bart Staes, Eleni Theocharous, Thomas Ulmer, Marita Ulvskog, Anna Záborská


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali  (24.3.2011)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

(COM(2010)0494 – C7‑0292/2010 – 2010/0257(COD))

Rapporteur: Rosa Estaràs Ferragut

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-reġjuni kostali huma fundamentali għat-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha. Ħafna minn dawn ir-reġjuni huma ċentri tas-sajd ewlenin, punti loġistiċi ta’ importazzjoni u esportazzjoni u destinazzjonijiet turistiċi attraenti.

Il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill u l-Parlament ħarġu diversi opinjonijiet dwar il-kunċett il-ġdid tal-Politika Marittima Integrata u dwar liema għandhom ikunu l-objettivi tagħha. Dan huwa approċċ kumpless, iżda fl-istess ħin neċessarju. Fi ftit kliem, wieħed għandu japprofitta, b’mod sostenibbli, mill-potenzjal kollu tar-riżorsi marittimi għall-benefiċċju tal-Unjoni Ewropea kollha.

Huwa meħtieġ li, għalissa, jissaħħu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata billi jiġu allokati biżżejjed riżorsi finanzjarji, u li tingħata kontinwità lill-azzjonijiet preparatorji u l-proġetti pilota. Għaldaqstant, ir-rapporteur tappoġġja mingħajr eżitazzjoni l-proposta għal regolament ippreżentata mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, hija tqis li l-kwantità allokata hija suffiċjenti għall-għanijiet segwiti matul l-aħħar tliet snin tal-qafas finanzjarju multiannwali, hekk kif ġie enfasizzat fid-diversi kuntatti li saru. Kollox jindika li jista’ jkun hemm kunsens suffiċjenti għal allokazzjoni ta’ EUR 50 miljun għall-perjodu 2011-2013.

Ir-rapporteur tixtieq tenfasizza wkoll il-ħtieġa li, mill-2014, jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti u kontinwu għall-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss. Diġà beda l-proċess biex jiġu definiti l-Perspettivi Finanzjarji li jmiss u, billi l-Politika Marittima Integrata tikkostitwixxi prijorità tal-Unjoni, huwa meħtieġ, għaldaqstant, li din il-politika tingħata biżżejjed fondi minn qabel kif xieraq. Din l-allokazzjoni multiannwali ta’ fondi m’għandhiex issir bi preġudizzju għal politiki oħra diġà kkonsolidati tal-Unjoni Ewropea.

Mill-perspettiva tal-finanzjament tad-diversi azzjonijiet permezz ta’ dan il-programm, ikun tajjeb li jiġi rrispettat ċertu bilanċ reġjonali meta jingħataw il-fondi disponibbli. Ir-rapporteur tenfasizza din il-kwistjoni permezz tal-preżentazzjoni ta’ emenda fl-Artikolu 2 tar-Regolament.

Il-bqija tal-emendi – fl-Artikoli 2, 3, 4, 10 u 11 – huma maħsuba biex jiċċaraw uħud mill-objettivi tar-Regolament biex jiġu allinjati ma’ dawk tal-Politika Marittima Integrata, biex jiġi ċċarat il-kontenut ta’ wħud mill-azzjonijiet li jistgħu jiġu ssussidjati u biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni fir-rigward tas-sorveljanza u l-kontroll fl-implimentazzjoni tal-programm.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Hemm bżonn ta’ bażi finanzjarja kontinwa tal-Unjoni sabiex l-UE tkun tista’ timplimenta u tkompli tiżviluppa l-Politika Marittima Integrata skont ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2008 dwar il-Politika Marittima Integrata u ssegwi l-għanijiet prijoritarji kif stabbiliti fil-Blue Paper tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2007, ikkonfermati fir-Rapport tal-Progress ta’ Ottubru 2009 u approvati mill-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2009.

(5) Hemm bżonn ta’ finanzjament kontinwu tal-Unjoni sabiex l-UE tkun tista’ timplimenta u tkompli tiżviluppa l-Politika Marittima Integrata skont ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2008 dwar il-Politika Marittima Integrata u ssegwi l-għanijiet prijoritarji kif stabbiliti fil-Blue Paper tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2007, ikkonfermati fir-Rapport tal-Progress ta’ Ottubru 2009 u approvati mill-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2009.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Mill-2014, se jkunu meħtieġa riżorsi suffiċjenti li jippermettu l-iżvilupp u l-kisba tal-objettivi tal-Politika Marittima Integrata, bla preġudizzju għar-riżorsi allokati għal politiki oħra, u fl-istess ħin jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni marittimi tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-gżejjer u r-reġjuni l-iktar imbiegħda.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 5 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) L-iżvilupp tal-affarijiet marittimi permezz ta’ appoġġ finanzjarju għall-miżuri tal-Politika Marittima Integrata se jkollu impatt sinifikattiv f’termini tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

Ġustifikazzjoni

Il-konsolidament tal-IMP permezz ta’ programm ta’ appoġġ jikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tat-totalità tal-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-ksib tal-objettivi tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali previsti fl-Artikolu 174 tat-TFUE.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jkun imfassal biex jappoġġja l-ħidma esploratorja fuq azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-għanijiet strateġiċi tal-Politika Marittima Integrata, inkluża l-governanza marittima integrata fil-livelli kollha, l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji integrati għall-baċiri tal-baħar imfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-baċiri tal-baħar differenti tal-Ewropa, id-definizzjoni tal-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, li tikkostitwixxi l-pilastru ambjentali tal-Politika Marittima Integrata, billi tingħata attenzjoni xierqa għall-impatti kumulattivi tagħhom, fuq il-bażi tal-approċċ tal-ekosistema, l-involviment ulterjuri tal-partijiet interessati fl-iskemi tal-governanza marittima integrata, l-iżvilupp ulterjuri ta’ għodod trasversali għat-tfassil tal-politika integrata, il-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata, u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività.

(6) Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jkun imfassal biex jappoġġja l-ħidma esploratorja fuq azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-għanijiet strateġiċi tal-Politika Marittima Integrata u l-koeżjoni territorjali f'dan il-kuntest speċifiku. Dawn l-objettivi jinkludu l-governanza marittima integrata fil-livelli kollha, l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji integrati għall-baċiri tal-baħar imfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-baċiri tal-baħar differenti u tar-reġjuni kostali, ir-reġjuni insulari u, b'mod partikulari, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Ewropa, id-definizzjoni tal-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima u d-Direttiva Qafas tal-UE dwar l-Ilma, li jikkostitwixxu l-pilastru ambjentali tal-Politika Marittima Integrata, waqt li tingħata attenzjoni xierqa għall-impatti kumulattivi tagħhom, fuq il-bażi tal-approċċ tal-ekosistema, l-involviment ulterjuri tal-partijiet interessati reġjonali u lokali fl-iskemi tal-governanza marittima integrata fuq diversi livelli, l-iżvilupp ulterjuri ta’ għodod trasversali u approċċ transsettorjali għat-tfassil tal-politika integrata mmirat lejn it-titjib tas-sinerġiji u l-koordinament bejn il-politiki u l-istrumenti eżistenti permezz ta' data relatata mas-settur marittimu u l-kondiviżjoni tal-għerf, il-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata, u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Mhux il-prijoritajiet u l-miri kollha tal-Politika Marittima Integrata huma koperti minn strumenti oħrajn tal-Unjoni, bħall-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Ewropew għas-Sajd, is-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) u l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija u, għalhekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm li jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri tal-Politika Marittima Integrata (li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ ‘il-Programm’).

(7) Mhux il-prijoritajiet u l-miri kollha tal-Politika Marittima Integrata huma koperti minn strumenti oħrajn tal-Unjoni, bħall-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Ewropew għas-Sajd, is-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) u l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija u, għalhekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm li jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri tal-Politika Marittima Integrata (li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ ‘il-Programm’), u dawn l-istrumenti, fi kwalunkwe każ, għandhom ikunu kkoordinati aħjar fil-qafas tal-politika marittima biex ikun hemm effiċjenza u effikaċja ikbar f’dan il-kuntest.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Huwa importanti li l-Programm ikun artikolat sew mal-politiki l-oħra tal-UE li jista’ jkollhom dimensjoni marittima, b’mod partikolari l-fondi strutturali, in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, il-Politika Komuni għas-Sajd, it-turiżmu, l-azzjonijiet favur l-ambjent u l-klima, il-Programm ta’ Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-politika tal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

L-approċċ integrat adottat mill-IMP għandu jintuża wkoll għall-identifikazzjoni tas-sinerġiji mal-politiki Ewropej l-oħra li jistgħu jħaddnu dimensjoni marittima.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Mejju 2004 bl-isem "Sħubija msaħħa għar-reġjuni l-aktar imbiegħda" (COM(2004)0343), ir-reġjuni l-aktar imbiegħda għandu jkollhom rwol ta’ intermedjarji tal-Unjoni fil-bqija tad-dinja u jadottaw strateġiji marittimi reġjonali li jistgħu jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fir-reġjun tal-madwas billi jinvolvu mill-qrib il-pajjiżi ġirien tagħhom.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 8 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) L-istrateġija makroreġjonali għall-Baħar Baltiku u l-istrateġija marittima għar-reġjun Atlantiku joffru qafas tajjeb għal żvilupp ulterjuri tar-reġjuni marittimi; dawn l-istrateġiji jistgħu jiġu segwiti minn strateġiji oħra, pereżempju fir-rigward tal-Baħar tat-Tramuntana.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-Programm għandu jikkumplimenta lill-istrumenti finanzjarji eżistenti u futuri magħmulin disponibbli mill-Istati Membri, fuq livell nazzjonali u sub-nazzjonali, għall-promozzjoni tal-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u l-kosti.

(9) Il-Programm għandu jikkumplimenta lill-istrumenti finanzjarji eżistenti u futuri magħmulin disponibbli mill-Unjoni u mill-Istati Membri, fuq livell nazzjonali u subnazzjonali, għall-promozzjoni tal-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u l-kosti, u jikkontribwixxu biex irawmu koperazzjoni aktar effikaċi bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kostali.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv li jiġu promossi u msaħħa l-koperazzjoni u d-djalogu bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kostali tagħhom huwa essenzjali għas-suċċess tal-IMP, indipendentement mill-kwistjoni tal-finanzjament tagħha.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-finanzjament tal-Unjoni, l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu evalwati b’mod regolari.

(15) Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-finanzjament tal-Unjoni, l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu evalwati b’mod regolari, waqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-impatt territorjali tagħhom.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2, punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) li jrawwem l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-governanza integrata tal-affarijiet marittimi u kostali u l-istrateġiji integrati tal-baċiri tal-baħar;

(a) li jrawwem l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-governanza integrata f’diversi livelli tal-affarijiet marittimi u kostali u l-istrateġiji integrati għall-baċiri tal-baħar kollha tal-UE, waqt li jiġi żgurat involviment attiv u effikaċi tas-sħab bħall-awtoritajiet reġjonali u lokali, is-sħab ekonomiċi u soċjali u l-atturi tas-soċjetà ċivili;

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-għodod li jinqasmu fil-linji politiċi settorjali relatati mal-baħar u l-kosta;

(b) li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-għodod relatati mal-baħar, il-kosti u l-konnessjonijiet bejn art u baħar u joħloq sinerġiji permezz ta' koordinament aħjar ta’ dawn il-politiki u l-istrumenti tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Għandu jsir riferiment għall-konnessjonijiet bejn l-art u l-baħar biex ikun jista’ jkun hemm konnessjoni tal-IMP mal-politiki tal-iżvilupp territorjali. L-inħawi kostali m'għandhomx jiġu separati mill-artijiet interni.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li jappoġġja t-tfassil ta’ politika magħquda u li jippromwovi l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-innovazzjoni u l-impjiegi fis-setturi marittimi u r-reġjuni kostali, b’koerenza mal-prijoritajiet u l-azzjonijiet tal-politika settorjali;

(c) li jappoġġja t-tfassil ta’ politika magħquda, bl-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, u li jimplimenta l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali flimkien ma' tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-innovazzjoni u l-impjiegi fis-setturi marittimi u r-reġjuni kostali u insulari u, b’mod partikolari fir-reġjuni l-iktar imbiegħda, b’koerenza mal-leġiżlazzjoni tal-UE u l-impenji internazzjonali;

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) li jkompli jiddefinixxi l-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu, fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima;

(d) li jkompli jiddefinixxi l-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani li jħallu impatt fuq l-ambjent u t-tniġġis tal-baħar, kif ukoll fuq ir-reġjuni kostali, insulari u dawk l-aktar imbiegħda , fil-qafas tad-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima u d-Direttiva Qafas tal-UE dwar l-Ilma;

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) li jippromwovi kemm l-integrazzjoni reġjonali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda permezz ta' approċċ integrat għall-politika marittima fl-inħawi ġeografiċi tal-madwar, kif ukoll l-involviment attiv tar-reġjuni marittimi periferiċi u jrawwem il-konnessjonijiet bejn dawn ir-reġjuni, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda u r-reġjuni insulari maċ-ċentri ekonomiċi kontinentali;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-objettivi ġenerali tal-Programm għandhom jiġu segwiti b'tali mod li jinżamm bilanċ reġjonali adegwat fir-rigward tal-finanzjament ta’ azzjonijiet fid-diversi baċiri tal-baħar.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) iħeġġeġ lill-Istati Membri jew reġjuni biex jiżviluppaw jew jintroduċu l-governanza marittima integrata;

(a) jassisti lill-Istati Membri jew reġjuni biex jiżviluppaw jew jintroduċu l-governanza marittima integrata f’diversi livelli;

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jistimula u jsaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ u fost il-partijiet interessati fuq kwistjonijiet trasversali relatati mal-Politika Marittima Integrata;

(b) jistimula u jsaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ u fost il-partijiet interessati u s-sħab fil-livelli kollha ta’ governanza, kif ukoll mas-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti tal-professjonijiet b’rabta mal-baħar, fuq kwistjonijiet relatati mal-Politika Marittima Integrata;

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiffaċilita l-isfruttament tas-sinerġiji, il-qsim tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki dwar il-politika marittima, inkluż il-governanza u l-linji politiċi settorjali li għandhom impatt fuq l-ibħra reġjonali jew ir-reġjuni kostali jew

(c) jiffaċilita l-isfruttament tas-sinerġiji, il-qsim tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki dwar il-politika marittima, inkluża l-governanza tagħha u dwar il-linji politiċi settorjali li għandhom impatt fuq l-ibħra reġjonali jew ir-reġjuni kostali, insulari u dawk l-aktar imbiegħda jew

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) iħeġġeġ il-koordinament u l-isforzi biex jiġu identifikati sinerġiji bejn il-politika marittima u l-politiki l-oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-fondi strutturali, in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, il-Politika Komuni tas-Sajd, l-azzjonijiet favur l-ambjent u l-klima, il-Programm Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-politika tal-enerġija;

Ġustifikazzjoni

L-approċċ integrat adottat mill-IMP għandu jintuża wkoll għall-identifikazzjoni tas-sinerġiji mal-politiki Ewropej l-oħra li jistgħu jħaddnu dimensjoni marittima.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jippromwovi n-netwerks u l-pjattaformi tal-kooperazzjoni trans-settorjali, inklużi interessi mill-industrija, partijiet interessati fil-qasam tar-riċerka, reġjuni, awtoritajiet pubbliċi u NGOs;

(d) jippromwovi n-netwerks u l-pjattaformi tal-kooperazzjoni transsettorjali, inklużi interessi mill-industrija, il-partijiet interessati fil-qasam tar-riċerka, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u awtoritajiet pubbliċi oħra, kif ukoll NGOs;

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Ippjanar tal-Ispazju Marittimu u ġestjoni integrata taz-zoni kostali, li t-tnejn jipprovdu għodda fundamentali għall-ġestjoni bbażata fuq l-eko-sistema u l-iżvilupp sostenibbli taz-zoni marittimi u r-reġjuni kostali;

(b) Ippjanar tal-Ispazju Marittimu, ġestjoni integrata taz-zoni kostali u l-iżvilupp ta' konnessjonijiet bejn l-art u l-baħar li jippromwovu l-kooperazzjoni territorjali jew jibnu fuq strutturi eżistenti tal-kooperazzjoni territorjali u jipprovdu għodda fundamentali għall-ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema u l-iżvilupp sostenibbli taz-zoni marittimi u r-reġjuni kostali;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti fil-livell reġjonali u lokali dwar kwistjonijiet relatati mal-ħtiġijiet speċifiċi kif ukoll dwar l-impatt territorjali ta’ kwalunkwe miżura prevista;

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-ġbir, il-monitoraġġ, il-viżwalizzazzjoni u l-iżgurar tal-aċċess pubbliku għal ammont sinifikanti ta’ data, l-aqwa prassi u database fuq proġetti reġjonali ffinanzjati mill-Unjoni, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ segretarjat għal wieħed jew aktar minn dawn l-għanijiet;

(d) il-ġbir, il-monitoraġġ, il-viżwalizzazzjoni u l-iżgurar tal-aċċess pubbliku għal ammont sinifikanti ta’ data, l-aqwa prassi u database fuq proġetti reġjonali ffinanzjati mill-Unjoni;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) azzjonijiet relatati ma’ għodod trasversali, inklużi proġetti b’test.

(e) azzjonijiet relatati ma’ għodod trasversali, inklużi proġetti bi prova u strateġiji makroreġjonali.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jissemmew l-istrateġiji makroreġjonali, partikolarment l-istrateġiji għall-Baħar Baltiku, id-Danubju u l-Atlantiku, li jħaddnu dimensjoni marittima qawwija.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi l-oħrajn kollha meħtieġa biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu kif suppost u b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament Finanzjarju.

6. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt territorjali tal-Programm u tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu kif suppost u huma konsistenti mal-miżuri skont il-politiki settorjali u l-istrumenti l-oħra u b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament Finanzjarju.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan il-Programm, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta’:

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)

PROĊEDURA

Titolu

Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

Referenzi

COM(2010)0494 – C7-0292/2010 – 2010/0257(COD)

Kumitat responsabbli

TRAN

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

7.10.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Rosa Estaràs Ferragut

28.10.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

28.2.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Sophie Auconie, Victor Boştinaru, Zuzana Brzobohatá, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Juozas Imbrasas, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Miroslav Mikolášik, Franz Obermayr, Jan Olbrycht, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Monika Smolková, Georgios Stavrakakis, Csanád Szegedi, Nuno Teixeira, Michail Tremopoulos, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Karima Delli, Jens Geier, Ivars Godmanis, Karin Kadenbach, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Vilja Savisaar-Toomast, Elisabeth Schroedter, László Surján

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vladko Todorov Panayotov, Britta Reimers, Ivo Strejček


PROĊEDURA

Titolu

Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

Referenzi

COM(2010)0494 – C7-0292/2010 – 2010/0257(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.9.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.10.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

7.10.2010

ENVI

7.10.2010

ITRE

7.10.2010

REGI

7.10.2010

 

PECH

7.10.2010

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

25.10.2010

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

10.3.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Georgios Koumoutsakos

10.11.2010

Georgios Koumoutsakos

10.11.2010

 

 

Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

24.5.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

15.3.2011

11.4.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

12.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Ville Itälä, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Spyros Danellis, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Guido Milana, Dominique Riquet

Data tat-tressiq

30.5.2011

Avviż legali - Politika tal-privatezza