RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur

19.4.2011 - (COM(2010)0371 – C7‑0174/2010 – 2010/0199(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Olle Schmidt


Proċedura : 2010/0199(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0167/2011

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur

(COM(2010)0371 – C7‑0174/2010 – 2010/0199(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0371),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewreopa, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C70174/2010),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata tar-Riksdag tal-Isvezja u l-House of Commons tar-Renju Unit,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0167/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-investituri jistgħu ma jkunux konxji tal-limiti tal-awtorizzazzjonijiet tad-ditti ta’ investiment, b’hekk huwa neċessarju li dawn jiġu protetti f’sitwazzjonijiet li fihom ditti ta’ investiment jaġixxu bi ksur tal-awtorizzazzjoni tagħhom, b’mod partikolari billi jżommu l-assi tal-klijenti jew billi jipprovdu servizzi lil xi tip partikolari ta’ klijent għall-kuntrarju tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-iskemi għandhom ikopru l-assi tal-klijenti li de facto jinżammu minn ditti ta’ investiment b’konnessjoni ma’ kull negozju ta’ investiment.

(5) L-investituri jistgħu ma jkunux konxji tan-nuqqas ta' jew tal-limiti tal-awtorizzazzjonijiet tad-ditti ta’ investiment, b’hekk huwa neċessarju li dawn jiġu protetti f’sitwazzjonijiet li fihom ditti ta’ investiment jaġixxu mingħajr jew bi ksur tal-awtorizzazzjoni tagħhom, b’mod partikolari billi jżommu l-assi tal-klijenti jew billi jipprovdu servizzi lil xi tip partikolari ta’ klijent mingħajr jew għall-kuntrarju tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-iskemi għandhom ikopru l-assi tal-klijenti li de facto jinżammu minn ditti ta’ investiment b’konnessjoni ma’ kull negozju ta’ investiment.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Minħabba li l-kopertura tal-kumpens skont id-Direttiva 94/19/KE llum hija ogħla minn dik skont din id-Direttiva, jeħtieġ li tingħata l-ogħla protezzjoni lill-investituri f’każijiet fejn iż-żewġ Direttivi 94/19/KE u 97/9/KE jistgħu jkopru assi miżmuma minn banek. Għalhekk, f’dawk il-każijiet, l-investitur għandu jkun ikkumpensat skont id-Direttiva 94/19/KE.

(8) F'każijiet fejn assi miżmuma minn banekjistgħu jiġu koperti mid-Direttivi 94/19/KE u 97/9/KE, l-investituri għandhom jingħataw kumpens skont id-Direttiva 94/19/KE.

Emenda  3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Sabiex ikunu jistgħu jirkupraw il-fondi mħallsa bħala kumpens, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri għall-inadempjenza ta’ depożitarju jew parti terza, għandu jkollhom id-dritt ta’ surrogazzjoni tad-drittijiet tal-investitur, tad-ditta tal-investiment jew tal-impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (minn issa ’l quddiem imsejħa "UCITS") fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammonti daqs il-ħlasijiet tagħhom. Din id-Direttiva ma għandhiex tintuża biex tnaqqas ir-responsabbiltà ta’ ditti ta’ investiment jew tal-UCITS biex jirkupraw assi minn depożitarju jew kustodju.

(9) Sabiex ikunu jistgħu jirkupraw il-fondi mħallsa bħala kumpens, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri għall-inadempjenza ta’ depożitarju jew parti terza, għandu jkollhom id-dritt ta’ surrogazzjoni tad-drittijiet tal-investitur jew tad-ditta tal-investiment fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammonti daqs il-ħlasijiet tagħhom. Din id-Direttiva ma għandhiex tintuża biex tnaqqas ir-responsabbiltà ta’ ditti ta’ investiment biex jirkupraw assi minn depożitarju jew kustodju.

Emenda  4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) teżiġi biex l-assi tal-UCITS jinżammu protetti minn depożitarju. Jekk id-depożitarju jew xi wieħed mis-sotto kustodji tiegħu jonqos milli jħallas u ma jkunx jista’ jirritorna l-istrumenti finanzjarji miżmuma fil-kustodja, dan jaffettwa l-valur tal-unitajiet jew l-ishma tal-UCITS. Sabiex tiżdied il-protezzjoni f’din is-sitwazzjoni, detenturi ta’ unitajiet u ishma f’UCITS għandhom jibbenefikaw mill-istess livell ta’ protezzjoni bħallikieku kienu qed jinvestu direttament fl-istrumenti finanzjarji rispettivi, fil-każ li l-entità li jkollha fil-pussess tagħha l-istrumenti finanzjarji ma tkunx tista’ tirritornahom. Detenturi ta’ unitajiet u ishma fil-UCITS għandhom jirċievu kumpens għat-telf fil-valur tal-UCITS. Fl-istess ħin, għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jżommu l-unitajiet jew l-ishma fil-UCITS sabiex jippreżervaw id-dritt tagħhom li jifduhom meta jqisu li dan ikun adegwat.

(10) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) teżiġi li l-assi tal-UCITS jinżammu protetti minn depożitarju. Tul l-2011, il-Kummissjoni sejra tressaq proposti ta’ emenda għad-Direttiva 2009/65/KE biex tiċċara r-responsabilità tad-depożitarju meta, id-depożitarju jew xi wieħed mis-sotto kustodji tiegħu jonqos milli jħallas u ma jkunx jista’ jirritorna l-istrumenti finanzjarji miżmuma fil-kustodja. Wara li ttemm ir-rieżami tad-Direttiva 2009/65/KE, il-Kummissjoni għandha tanalizza f'liema sitwazzjonijiet il-falliment ta' depożitarju jew ta' sottokustodju tal-UCITS jista' jaffettwa l-valur tal-unitajiet jew l-ishma tal-UCITS. Din l-analiżi għandha tkun ippreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposti leġiżlattivi jekk meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

L-ambitu tal-kopertura tal-UCITS f’każ ta’ frodi, mhuwiex speċifikat. Il-Kummissjoni mistennija tressaq emendi għar-responsabilità tad-depożitarji tul l-2011. Il-ħtieġa ta’ estensjoni tal-ambitu tal-ICSD biex ikopri l-fondi tal-UCITS teħtieġ investigazzjoni ulterjuri fir-rigward tad-Direttiva emendata tal-UCITS.

Emenda  5

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-livell minimu ta’ kumpens kien stabilit fl-1997 u ma nbidilx minn dak iż-żmien ’l hawn. Dan il-livell għandu jiżdied għal EUR 50 000 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u fil-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni. Dan l-ammont iqis l-effetti tal- inflazzjoni fl-Unjoni u l-bżonn biex wieħed jallinja aħjar il-livell ta’ kumpens mal-valur medju ta’ investimenti miżmuma minn klijenti komuni fl-Istati Membri. Sabiex tiżdied il-protezzjoni mogħtija lill-investituri, jeħtieġ li titneħħa l-għażla eżistenti għall-Istati Membri biex ikunu limitati jew esklużi fondi ta’ kopertura f’valuti oħra minbarra dawk tal-Istati Membri.

(12) Il-livell minimu ta’ kumpens kien stabilit fl-1997 u ma nbidilx minn dak iż-żmien ’l hawn. Dan il-livell għandu jiżdied għal EUR 100 000 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u fil-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni. Dan l-ammont iqis l-effetti tal-inflazzjoni fl-Unjoni u l-bżonn biex wieħed jallinja aħjar il-livell ta’ kumpens mal-valur medju ta’ investimenti miżmuma minn klijenti komuni fl-Istati Membri. Sabiex tiżdied il-protezzjoni mogħtija lill-investituri, jeħtieġ li titneħħa l-għażla eżistenti għall-Istati Membri biex ikunu limitati jew esklużi fondi ta’ kopertura f’valuti oħra minbarra dawk tal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Il-protezzjoni tal-konsumatur għandha titjieb. Garanzija aktar għolja għandha tiffaċilita l-kompetizzjoni transkonfinali u taħdem fl-interessi tal-investituri. Jekk il-limitu ta’ kumpens ikun “armonizzat bis-sħiħ” u ffissat għal EUR 100 000 pajjiż wieħed biss tal-UE jkun mġiegħel ibaxxi l-ammont ta' kumpens massimu attwali. Jekk l-ammont kien iffissat għal EUR 50 000, tliet pajjiżi jkollhom ibaxxu l-ammonti ta’ kumpens massimu tagħhom.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jirċievu l-kumpens mogħti taħt din id-Direttiva u livell imqabbel ta’ protezzjoni tal-investitur mal-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġu introdotti regoli komuni li jirregolaw il-finanzjament tal-iskemi. L-iskemi għandhom ikunu ffinanzjatji fi proporzjon skont l-obbligazzjonijiet tagħhom. Għandu jiġi żgurat livell xieraq ta’ finanzjament minn qabel, u l-iskemi għandu jkollhom arranġamenti adegwati biex jivvalutaw u jilħqu l-livell indikat ta’ finanzjament qabel ma jseħħ xi każ ta’ telf relevanti skont id-Direttiva 97/9/KE. Għandu jintlaħaq livell minimu indikat tal-fond fi żmien għaxar snin.

(13) Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jirċievu l-kumpens mogħti taħt id-Direttiva 97/9/KE u livell imqabbel ta’ protezzjoni tal-investitur mal-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġu introdotti regoli komuni li jirregolaw il-finanzjament tal-iskemi. L-iskemi għandhom ikunu ffinanzjatji fi proporzjon skont l-obbligi tagħhom. Għandu jiġi żgurat livell xieraq ta’ finanzjament minn qabel, u l-iskemi għandu jkollhom arranġamenti adegwati biex jivvalutaw u jilħqu l-livell indikat ta’ finanzjament qabel ma jseħħ xi każ ta’ telf relevanti skont id-Direttiva 97/9/KE. Għandu jintlaħaq livell minimu indikat tal-fond malajr kemm jista' jkun u f'kull każ fi żmien ħames snin.

Emenda  7

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Bħalissa l-iffunzjonar tal-iskemi jvarja ħafna bejn l-Istati Membri, u din id-Direttiva timmira biex tintroduċi aktar armonizzazzjoni filwaqt li tħalli ftit flessibbiltà lill-Istati Membri rigward l-organizzazzjoni dettaljati tal-iskemi. Il-Kummissjoni għandu tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati dwar ċerti karatteristiċi essenzjali tal-iffunzjonar tal-iskemi skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B’mod partikolari, l-atti delegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-metodu sabiex jiġu stabiliti r-responsabbiltajiet potenzjali tal-iskemi, l-arranġamenti alternattivi ta’ finanzjament li l-iskemi għandu jkollhom biex ikunu jistgħu, fejn meħtieġ, jiksbu finanzjament għal żmien qasir, il-kriterji sabiex jiġu stabiliti l-kontribuzzjonijiet mill-entitajiet koperti mill-iskemi u l-fatturi li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tal-abbiltà tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali biex l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ xi Stati Membru ma tiġix ippreġudikata. Sabiex jiġu stabiliti l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward il-finanzjament tal-iskemi, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabilita bir-Regolament …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [AETS] għandha tiżviluppa standards tekniċi relattivi għad-dettalji li għandhom jiġu ppubblikati mill-iskemi.

(15) Bħalissa l-iffunzjonar tal-iskemi jvarja ħafna bejn l-Istati Membri, u din id-Direttiva timmira biex tintroduċi aktar armonizzazzjoni filwaqt li tħalli ftit flessibbiltà lill-Istati Membri rigward l-organizzazzjoni dettaljata tal-iskemi. Is-setgħa li tadotta atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tkun delegata lill-Kummissjoni dwar ċerti karatteristiċi essenzjali tal-iffunzjonar tal-iskemi. B’mod partikolari, l-atti delegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-metodu sabiex jiġu stabiliti r-responsabbiltajiet potenzjali tal-iskemi, l-arranġamenti alternattivi ta’ finanzjament li l-iskemi għandu jkollhom biex ikunu jistgħu, fejn meħtieġ, jiksbu finanzjament għal żmien qasir, il-kriterji sabiex jiġu stabiliti l-kontribuzzjonijiet mill-entitajiet koperti mill-iskemi u l-fatturi li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tal-abbiltà tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali biex l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ xi Stati Membru ma tiġix ippreġudikata. Sabiex jiġu stabiliti l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward il-finanzjament tal-iskemi, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabilita bir-Regolament Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 (AETS) għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward id-dettalji li għandhom jiġu ppubblikati mill-iskemi

 

________________

 

1 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mar-Regolament tal-AETS.

Emenda  8

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) L-awtoritajiet finanzjarji superviżorji nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u mal-AETS għad-detezzjoni u l-prevenzjoni ta’ frodi, prattika amministrattiva ħażina u żbalji operattivi ta’ ditti tal-investiment fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri u l-AETS għandha importanza ewlenija għar-rintraċċar ta’ frodi u ta' prattika ħażina fost id-ditti tal-investiment.

Emenda  9

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 16 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) L-Istati Membri għandhom iħeġġu djalogu istituzzjonalizzat bejn il-protetturi tal-konsumatur, l-awtoritajiet, l-awtoritajiet superviżorji u l-iskemi ta' kumpens tal-investitur sabiex jipprevjenu każijiet ta' kumpens oħrajn. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas ta' djalogu għad-detezzjoni tal-problemi fi stadju bikri u għandhom jirrapportaw problemi bħal prattiki tas-suq li ma jaħdmux sewwa, fornituri kospikwi, prodotti jew strutturi ta' kumpanija għas-superviżjoni u skemi ta' kumpens għall-investitur.

Emenda  10

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-mekkaniżmu tas-self m’għandux imiss xi responsabbiltà fiskali tal-Istati Membri. L-iskemi ta’ self għandhom ikunu jistgħu jirrikorru għall-possibbiltà ta’ self stabilita f’din id-direttiva wara li jeżawrixxu l-fondi miġbura biex jilħqu l-livell indikat tal-fond fil-mira u s-sejħiet addizzjonali għal kontribuzzjonijiet mill-membri tagħhom. Filwaqt li tirrispettais-superviżjoni tal-iskemi ta’ kumpens għall-investitur mill-Istati Membri, l-AETS għandha tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-mira li tkun magħmula aktar faċli għad-ditti ta’ investiment u għall-UCITS sabiex ikomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni effikaċi għall-investituri. Għal dak il-għan, l-AETS għandha tikkonferma li l-kundizzjonijiet ta’ self bejn skemi ta’ kumpens għall-investitur stabiliti f’din id-Direttiva jiġu ssodisfati u għandha tiddikjara, fi ħdan il-limiti stretti stabiliti minn din id-Direttiva, l-ammonti li għandhom jiġu mislufa minn kull skema, ir-rata ta’ imgħax inizjali kif ukoll it-tul ta’ żmien tas-self. F’dan ir-rigward, l-AETS għandha tiġbor informazzjoni dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur, b’mod partikolari fuq l-ammont ta’ flus koperti u l-istrumenti finanzjarji f’kull skema, ikkonfermati mill-awtoritajiet kompetenti. Għandha tinforma lill-iskemi ta’ kumpens għall-investituri oħrajn dwar l-obbligi tagħhom għas-self.

(17) Il-mekkaniżmu tas-self m’għandux imiss xi responsabbiltà fiskali tal-Istati Membri. L-iskemi ta’ self għandhom ikunu jistgħu jirrikorru għall-possibbiltà ta’ self stabilita f’din id-direttiva wara li jeżawrixxu l-fondi miġbura biex jilħqu l-livell indikat tal-fond fil-mira u s-sejħiet addizzjonali għal kontribuzzjonijiet mill-membri tagħhom. Filwaqt li tirrispetta s-superviżjoni tal-iskemi ta’ kumpens għall-investitur mill-Istati Membri, l-ESA(AETS) għandha tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-mira li tkun magħmula aktar faċli għad-ditti ta’ investiment sabiex ikomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni effikaċi għall-investituri. Għal dak il-għan, l-AETS għandha tikkonferma li l-kundizzjonijiet ta’ self bejn skemi ta’ kumpens għall-investitur stabiliti fid-Direttiva 97/9/KE jiġu ssodisfati u għandha tiddikjara, fi ħdan il-limiti stretti stabiliti minn din id-Direttiva, l-ammonti li għandhom jiġu mislufa minn kull skema, ir-rata ta’ imgħax inizjali kif ukoll it-tul ta’ żmien tas-self. F’dan ir-rigward, l-AETS għandha tiġbor informazzjoni dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur, b’mod partikolari fuq l-ammont ta’ flus koperti u l-istrumenti finanzjarji f’kull skema, ikkonfermati mill-awtoritajiet kompetenti. Għandha tinforma lill-iskemi ta’ kumpens għall-investituri oħrajn dwar l-obbligi tagħhom għas-self.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Id-Direttiva 97/9/KE tippermetti lill-Istati Membri biex jeskludu investituri professjonali u istituzzjonali mill-kopertura iżda l-lista relevanti mhijiex allinjata mal-klassifikazzjoni ta’ klijenti ta’ ditti ta’ investiment skont id-Direttiva 2004/39/KE. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-Direttivi 97/9/KE u 2004/39/KE, biex tiġi ssimplifikata l-valutazzjoni għall-iskemi ta’ kumpens u biex tiġi limitata l-esklużjoni possibbli, fil-każ ta’ intrapriżi, għall-impriżi kbar biss, id-Direttiva 97/9/KE għandha tirreferi għall-investituri li jitqiesu klijenti professjonali skont id-Direttiva 2004/39/KE.

(22) Id-Direttiva 97/9/KE tippermetti lill-Istati Membri biex jeskludu investituri professjonali u istituzzjonali mill-kopertura iżda l-lista relevanti mhijiex allinjata mal-klassifikazzjoni ta’ klijenti ta’ ditti ta’ investiment skont id-Direttiva 2004/39/KE. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-Direttivi 97/9/KE u 2004/39/KE, biex tiġi ssimplifikata l-valutazzjoni għall-iskemi ta’ kumpens u biex tiġi limitata l-esklużjoni possibbli, fil-każ ta’ intrapriżi, għall-impriżi kbar biss, id-Direttiva 97/9/KE għandha tirreferi għall-investituri li jitqiesu klijenti professjonali skont id-Direttiva 2004/39/KE. Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta' protezzjoni għall-investituri rilevanti kollha, l-Istati Membri għandu jkollhom id-drittijiet li jinkludu mikroentitajiet, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u awtoritajiet pubbliċi lokali sabiex tallinjahom mal-ambitu tad-Direttiva 97/9/KE.

Emenda  12

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B’mod partikolari, l-atti delegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tad-determinazzjoni tal-metodu dwar il-kalkolu tal-livell tal-fond indikat li għandu jiġi stabilit mill-iskemi, u dwar il-modifika tal-livell tal-fond fil-mira, il-perċentwal tal-livell massimu stabilit tal-fondi disponibbli għas-self, bejn l-iskemi nazzjonali ta’ kumpens, il-proċedura li biha jiġu indirizzati l-pretensjonijiet tal-investituri u l-kriterji tekniċi sabiex jiġi kkalkolat it-telf fil-valur ta’ UCITS fiċ-ċirkostanzi koperti b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li temenda, permezz ta’ atti delegati, il-perċentwali ta’ fondi disponibbli għas-self, filwaqt li tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

(23) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat rigward id-determinazzjoni tal-metodu dwar il-kalkolu tal-livell tal-fond indikat li għandu jiġi stabilit mill-iskemi, u dwar il-modifika tal-livell tal-fond fil-mira, il-perċentwal tal-livell massimu stabilit tal-fondi disponibbli għas-self, bejn l-iskemi nazzjonali ta’ kumpens u l-proċedura li biha jiġu indirizzati l-pretensjonijiet tal-investituri Il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat anke fir-rigward tal-emendi għall-perċentwali ta’ fondi disponibbli għas-self, filwaqt li tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

Emenda  13

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt a a (ġdid)

Id-Direttiva 97/9/KE

Artikolu 1 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Il-punt 3 huwa sostitwit b’li ġej:

 

"3. "strumenti" għandha tfisser l-istrumenti elenkati fis-Sezzjoni C tal-Anness 1 tad-Direttiva 2004/39/KE;”

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tal-istrumenti għandha tiġi aġġornata wkoll skont l-MiFID.

Emenda  14

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Id-Direttiva 97/9/KE

Artikolu 1 – punt 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. 'investitur' għandha tfisser, b'rabta man-negozju ta’ investiment, kull persuna li tkun fdat flus jew strumenti lil ditta tal-investiment, u fir-rigward tal-attivitajiet tal-UCITS, detentur ta’ unitajiet jew ta’ ishma f’UCITS (minn issa ’l quddiem "detentur ta’ unitajiet");

4. 'investitur' għandha tfisser, b'rabta man-negozju ta’ investiment, kull persuna fiżika jew ġuridika, inklużi mikroentitajiet, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u awtoritajiet pubbliċi lokali, li tkun fdat flus jew strumenti lil ditta tal-investiment;

Ġustifikazzjoni

L-UCITS diġà tista’ titqies bħala prodott b’regolamentazzjoni qawwija u b’rata baxxa ta’ default peress li l-unika possibilità ta’ prattika ħażina hi marbuta ma’ imġiba kriminali tad-depożitarju. Skont il-liġi, l-assi tal-UCITS għandhom jinżammu separati u f’każ ta’ insolvenza ma għandhomx jiffurmaw parti mill-assi fallimentari. Barra minn hekk, l-UCITS V għandha tindirizza kwistjonijiet rigward id-depożitarji u sottokustodji terzi, li għandhom ikabbru l-livell ta’ protezzjoni tal-investitur.

Emenda  15

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt d

Id-Direttiva 97/9/KE

Artikolu 1 – punt 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. 'UCITS' tfisser intrapriża kif iddefinita fl-Artikolu 1(2) u (3) tad-Direttiva 2009/65/KE;

imħassar

Emenda  16

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt d

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 1 – punt 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. 'depożitarju' tfisser, rigward l-attivitajiet tal-UCITS, istituzzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2009/65/KE;

imħassar

Emenda  17

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt d

Id-Direttiva 97/9/KE

Artikolu 1 – punt 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. 'parti terza' tfisser, rigward in-negozju ta’ investiment, istituzzjoni li magħha ditta tal-investiment tkun iddepożitat strumenti finanzjarji miżmuma minnha jew f’isem il-klijenti tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2006/73/KE; jew li magħha dik l-istituzzjoni tkun issottodepożitat l-istrumenti finanzjarji; fir-rigward tan-negozju tal-UCITS, istituzzjoni li magħha depożitarju tal-UCITS ikun ħalla assi f’isem il-UCITS;

10. 'parti terza' għandha tfisser, rigward in-negozju ta’ investiment, istituzzjoni li magħha ditta tal-investiment tkun iddepożitat strumenti finanzjarji miżmuma minnha jew f’isem il-klijenti tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet operattivi għad-ditti ta' investiment u skont it-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva* jew li magħha dik l-istituzzjoni tkun issottodepożitat l-istrumenti finanzjarji;

 

________________

 

* ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.

Emenda  18

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li ġewwa t-territorju tiegħu tiġi introdotta skema waħda jew aktar ta’ kumpens għall-investituri u li dawn ikunu rikonoxxuti uffiċjalment. Ħlief għaċ-ċirkostanzi previsti fit-tieni subparagrafu u fl-Artikolu 5(3), l-ebda ditta tal-investiment awtorizzata f’dak l-Istat Membru jew UCITS awtorizzat f’dak l-Istat Membru, ma tista’ twettaq negozju ta’ investiment jew twettaq attivitajiet bħala UCITS, sakemm din tkun tappartjeni għal dik l-iskema.

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li ġewwa t-territorju tiegħu tiġi introdotta skema waħda jew aktar ta’ kumpens għall-investituri u li dawn ikunu rikonoxxuti uffiċjalment. Ħlief għaċ-ċirkostanzi previsti fit-tieni subparagrafu ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 5(3), l-ebda ditta tal-investiment awtorizzata f’dak l-Istat Membru ma tista’ twettaq negozju ta’ investiment sakemm din tkun tappartjeni għal dik l-iskema.

Emenda  19

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddeterminaw li ditta tal-investiment tidher, għal dak iż-żmien, minħabba raġunijiet relatati direttament maċ- ċirkostanzi finanzjarji tad-ditta tal-investiment jew maċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ kull parti terza li magħha d-ditta tal-investiment tkun iddepożitat strumenti finanzjarji, li ma tistax tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-pretensjonijiet tal-investituri u li m’għandha l-ebda prospett bikri li tista’ tagħmel dan,

(a) l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddeterminaw li ditta tal-investiment tidher, għal dak iż-żmien, minħabba raġunijiet relatati direttament maċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-ditta tal-investiment jew maċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ kull parti terza li magħha d-ditta tal-investiment tkun iddepożitat strumenti finanzjarji jew flus li ma jaqgħux fl-ambitu tad-Direttiva 94/19/KE, li ma tistax tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-pretensjonijiet tal-investituri u li m’għandha l-ebda prospett bikri li tista’ tagħmel dan, jew

Ġustifikazzjoni

Jekk il-fondi ma jkunux koperti minn Skemi ta’ Garanzija għal Depożitu, dawn għandhom jiġu protetti b’din id-Direttiva.

Emenda  20

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt c

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 2 – paragrafu 2a – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tirritorna lill-investituri kull strument li jappartjeni lilhom, miżmum, amministrat jew immaniġjat f’isimhom b’konnessjoni ma’ negozju ta’ investiment,

(b) tirritorna lill-investituri kull strument li jappartjeni lilhom, miżmum, amministrat jew immaniġjat f’isimhom b’konnessjoni ma’ negozju ta’ investiment, sakemm jintwera li n-nuqqas ta’ kapaċità tad-ditta tal-investiment jew ta' parti terza jkun kaġun ta’ frodi, prattika amministrattiva ħażina, żball operattiv jew parir ħażin rigward it-twettiq ta' obbligi kummerċjali fil-forniment ta' servizzi ta' investiment lill-klijenti.

Emenda  21

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt c

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 2 – paragrafu 2b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. Skema għandha tipprovdi wkoll kopertura għal detenturi ta’ unitajiet ta’ UCITS skont l-Artikolu 4 fejn tiġi ssodisfata l-ewwel xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

imħassar

(a) l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li depożitarju jew parti terza, li l-assi tal-UCITS jkunu ġew fdati lilhom, ma jkunux f’qagħda li jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn il-UCITS, għal dak iż-żmien, minħabba raġunijiet relatati direttament maċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-depożitarju jew il-parti terza, u ma jkun hemm l-ebda prospett bikri li jsir xi ħlas;

 

(b) awtorità ġudizzjali tkun tat deċiżjoni, għal raġunijiet relatati direttament maċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-depożitarju jew il-parti terza li magħhom ikunu fdati l-assi tal-UCITS, li għandha l-effett li tissospendi l-abbiltà tal-UCITS li tagħmel pretensjonijiet kontra d-depożitarju jew il-parti terza.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien 3 xhur, mill-ewwel wara li jsiru jafu li xi depożitarju jew parti terza, li magħhom ikunu fdati l-assi tal-UCITS, naqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-pretensjonijiet tal-UCITS.

 

Emenda  22

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt c

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 2 – paragrafu 2c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c. Il-kopertura msemmija fil-paragrafu 2b għandha tingħata skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali u legali applikabbli għal pretensjoni minn detentur tal-unitajiet tal-UCITS, għat-telf tal-valur tal-unità tal-UCITS minħabba l-inabbiltà ta’ depożitarju jew persuna li miegħu jkunu ġew fdati l-assi tal-UCITS, biex twettaq xi wieħed milli ġejjin:

imħassar

(a) tħallas lura flus dovuti jew li jappartjenu lill-UCITS u miżmuma f’isimha b’konnessjoni mal-attivitajiet tal-UCITS,

 

(b) tirritorna lill-UCITS kull strument li jappartjeni lilha, u miżmum jew amministrat f’isimha b’konnessjoni mal-attivitajiet tal-UCITS.

 

Emenda  23

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Pretensjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet b’konnessjoni ma’ kundanna ta’ ħtija kriminali li tkun ingħatat fuq ħasil tal-flus, kif iddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew li jirriżultaw minn imġiba li hija pprojbita skont id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom ikunu esklużi minn kull kumpens taħt l-iskemi ta’ kumpens għall-investitur.

Dawn il-pretensjonijiet għandhom jiġu esklużi minn kull kumpens skont l-iskemi ta' kumpens għall-investitur:

(a) dawk li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet b’konnessjoni ma’ kundanna ta’ ħtija kriminali li tkun ingħatat fuq ħasil tal-flus, kif iddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja bi skop ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu*,

(b) dawk li jirriżultaw minn imġiba li hija pprojbita skont id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq**, u

(c) dawk marbutin mal-finanzjament dirett jew indirett ta' gruppi terroristiċi kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 1999***.

 

________________

 

* ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

** ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

*** ĠU C 373, 23.12.1999 p. 1.

Emenda  24

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 – punt a

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jipprovdu kopertura ta’ EUR 50 000 għal kull investitur fir-rigward tal-pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2a) jew (2c).

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jipprovdu kopertura ta’ EUR 100 000 għal kull investitur fir-rigward tal-pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2a) jew (2c).

Ġustifikazzjoni

Il-protezzjoni tal-konsumatur għandha titjieb. Garanzija aktar għolja għandha tiffaċilita l-kompetizzjoni transkonfinali u taħdem fl-interessi tal-investituri. Jekk il-limitu ta’ kumpens ikun “armonizzat bis-sħiħ” u ffissat għal EUR 100 000 pajjiż wieħed biss tal-UE jkun mġiegħel ibaxxi l-ammont ta' kumpens massimu attwali. Jekk l-ammont kien iffissat għal EUR 50 000, tliet pajjiżi jkollhom ibaxxu l-ammonti ta’ kumpens massimu tagħhom.

Emenda  25

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 – punt a

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri li jipprovdu kopertura ta’ aktar minn EUR 50 000 fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, jistgħu jżommu dak il-livell ta’ kopertura għal mhux aktar tard minn 3 snin mid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Wara dik id-data, dawk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta’ kopertura huwa ta’ EUR 50 000.

L-Istati Membri li jipprovdu kopertura ta’ aktar minn EUR 100 000 fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, jistgħu jżommu dak il-livell ta’ kopertura għal mhux aktar tard minn 3 snin mid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Wara dik id-data, dawk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta’ kopertura huwa ta’ EUR 100 000.

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-protezzjoni tal-konsumatur għandha titjieb. Garanzija aktar għolja għandha tiffaċilita l-kompetizzjoni transkonfinali u taħdem fl-interessi tal-investituri. Jekk il-limitu ta’ kumpens ikun “armonizzat bis-sħiħ” u ffissat għal EUR 100 000 pajjiż wieħed biss tal-UE jkun mġiegħel ibaxxi l-ammont ta' kumpens massimu attwali. Jekk l-ammont kien iffissat għal EUR 50 000, tliet pajjiżi jkollhom ibaxxu l-ammonti ta’ kumpens massimu tagħhom.

Emenda  26

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 – punt a

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għar-raba’ subparagrafu, l-Istati Membri għadhom jaġġustaw il-livelli ta’ kopertura kovertiti f’valuta oħra għall-ammont imsemmi f’dan il-paragrafu għallinqas kull ħames snin. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu aġġustamet bikri tal-livelli ta’ kopertura, wara li jkunu kkonsultaw lill-Kummissjoni, meta jseħħu avvenimenti imprevvisti bħal flutwazzjonijiet tal-valuta.

Mingħajr ħsara għar-raba’ subparagrafu, l-Istati Membri għadhom jaġġustaw il-livelli ta’ kopertura kovertiti f’valuta oħra għall-ammont imsemmi f’dan il-paragrafu għallinqas kull sentejn. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu aġġustamet bikri tal-livelli ta’ kopertura, wara li jkunu kkonsultaw lill-Kummissjoni, meta jseħħu avvenimenti imprevvisti bħal flutwazzjonijiet tal-valuta.

Emenda  27

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 – punt b

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1a – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-Kummissjoni tista’ taġġusta permezz ta’ atti delegati l-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis il-parametri li ġejjin:

1a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 13a, biex taġġusta l-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis il-parametri li ġejjin:

Emenda  28

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jkollhom sistemi adegwati biex jiddeterminaw l-obbligazzjonijiet potenzjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ kumpens jiġu ffinanzjati b’mod adegwat fi proporzjon għall-obbligazzjonijiet tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jkollhom sistemi adegwati biex jiddeterminaw l-obbligazzjonijiet potenzjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ kumpens jiġu ffinanzjati b’mod adegwat fi proporzjon għall-obbligazzjonijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jipprovdu AETS fuq bażi regolari u b'informazzjoni rilevanti rigward ir-responsabilitajiet potenzjali u l-finanzjament potenzjali b'rabta magħhom.

Emenda  29

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull skema tistabilixxi livell ta’ mira tal-fondi ta’ mhux inqas minn 0.5% tal-valur tal-flejjes u l-istrumenti finanzjarji miżmuma, amministrati u mmaniġjati mid-ditti ta’ investiment jew UCITS li jkunu koperti bil-protezzjoni tal-iskema ta’ kumpens għall-investitur. Il-valur tal-flejjes u strumenti finanzjarji għandu jiġi kkalkolat kull sena fl-1 ta’ Jannar.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull skema tistabilixxi livell ta’ mira tal-fondi ta’ mhux inqas minn 0.3% tal-valur tal-flejjes u l-istrumenti finanzjarji miżmuma, amministrati u mmaniġjati mid-ditti ta’ investiment li jkunu koperti bil-protezzjoni tal-iskema ta’ kumpens għall-investitur. Il-valur tal-flejjes u strumenti finanzjarji għandu jiġi kkalkolat kull sena fil-31 ta’ Diċembru.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta ta’ livell minimu indikat tal-fond ta’ 0,5% - skont analiżi ta’ data mit-talbiet tal-iskemi ta’ kumpens fl-Istati Membri – hi għolja wisq. Għandu jitqies li fl-aħħar mill-aħħar, huma l-investituri li jridu jerfgħu l-ispejjeż. Hu importanti li l-livell minimu indikat tal-fond ikun ġustifikat b’rabta mar-riskji involuti u għandu jkun żgurat li t-talbiet jintlaħqu.

Emenda  30

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 13a u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13c, miżuri biex jiddeterminaw il- metodu li jikkalkola l-valur tal-flejjes u l-istrumenti finanzjarji koperti bil-protezzjoni tal-iskemi ta’ kumpens għall-investitur, sabiex jiġi ddeterminat il-livell indikat tal-fond li għandu jiġi stabilit bl-iskemi, u sabiex jiġi mmodifikat il-livell indikat tal-fond waqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13c, miżuri biex jiddeterminaw il- metodu li jikkalkola l-valur tal-flejjes u l-istrumenti finanzjarji koperti bil-protezzjoni tal-iskemi ta’ kumpens għall-investitur, sabiex jiġi ddeterminat il-livell indikat tal-fond li għandu jiġi stabilit bl-iskemi.

 

B'kunsiderazzjoni tal-valur ta' flejjes koperti kkalkulat ta' kull sena kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, u b'kunsiderazzjoni tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u tal-ħtieġa li jiġi żgurat kumpens effettiv għall-investituri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 13a li jemenda l-valur minimu tal-livell indikat ta' fond. F'kull każ, sal-...*. il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħtieġa ta' aġġustament tal-livell ta' fond indikat stipulat skont dan il-paragrafu.

 

Sabiex il-Kummissjoni titħalla tikkalkula livell indikat ta' fond adegwat kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, kull Stat Membru għandu, fuq bażi annwali, jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-AETS bid-dejta meħtieġa rigward il-finanzjament ta' skemi nazzjonali, sal-31 ta' Diċembru. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw din id-dejta lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni u lill-AETS bid-dejta li tikkonċerna:

 

(a) l-ammont ta' sigurtajiet u flejjes koperti miżmuma minn ditti tal-investiment f'isem l-investituri;

 

(b) il-valur tal-flejjes u tal-istrumenti finanzjarji koperti miżmuma jew ġestiti;

 

(c) in-numru ta' klijenti;

 

(d) id-dħul jew il-qligħ iġġenerat mill-intrapriżi ta' investiment;

 

(e) il-livell ta' kapital għal kull ditta tal-investiment;

 

(f) l-ammont massimu ta' kumpens għal kull klijent;

 

(g) il-profitt medju ta' bejgħ ta' sigurtajiet u ta' transazzjonijiet ta' akkwist;

 

(h) in-numru ta' persuni jew kummerċjanti approvati.

 

________________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendatorja.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-każijiet ta’ frodi u l-eżitu ta’ każijiet ta’ frodi differenti – ma hemm l-ebda ħtieġa li jiġi ssuġġerit livell ta’ finanzjament aktar għoli. Għandu jitwettaq studju qabel ma ssir bidla bħal din fl-ICSD. Madankollu r-rieżami attwali tad-Direttiva joffri opportunità importanti għall-armonizzar tal-livelli ta' finanzjament differenti.

Emenda  31

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-livell indikat tal-fond għandu jkun iffinanzjat qabel u irrispettivament mill-okkorrenza ta’ xi avveniment relevanti skont l-Artikolu 2(2) jew (2b). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta’ finanzjament għal kull skema jintlaħaq f’perjodu ta’ għaxar snin wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, u li kull skema tadotta u tikkonforma ma’ ppjanar xieraq sabiex tilħaq dan l-għan.

3. Il-livell indikat tal-fond għandu jkun iffinanzjat qabel u irrispettivament mill-okkorrenza ta’ xi avveniment relevanti skont l-Artikolu 2(2) jew (2b). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta’ finanzjament għal kull skema jintlaħaq sa ...* u li kull skema tadotta u tikkonforma ma’ ppjanar xieraq sabiex tilħaq dan l-għan.

 

________________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendatorja.

Ġustifikazzjoni

Għaxar snin hu perjodu ta’ implimentazzjoni twil wisq. Biex tkun iggarantita l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva u biex tkun iggarantita l-protezzjoni tal-investituri u tal-konsumaturi, ir-regoli indikati għal-livell ta’ finanzjament għandhom jintlaħqu fi żmien ħames snin.

Emenda  32

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 3 – subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-kontribut għal skema għandu jiġi determinat għal kull membru skont il-grad ta’ riskju involut. Sabiex jinkiseb ċertu livell ta’ armonizzazzjoni fl-implimentazzjoni ta’din id-dispożizzjoni fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz tal-atti delegati, u bi qbil mal-Artikolu 13a u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 13b li jiċċaraw kif għandu jiġi kkalkolat il-kontribut ta’ kull membru għal skema.

Ġustifikazzjoni

Il-finanzjament għandu jkun sostenibbli u ġust sabiex jipprovdi għal-livell armonizzat ta’ protezzjoni tal-investitur biex b’hekk jiġu evitati d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-arbitraġġ regolatorju fost l-impriżi tal-investiment. Ir-rekwiżit li permezz tiegħu tiġi determinata kontribuzzjoni individwali għal kull membru abbażi tal-grad ta’ riskju involut tirrifletti l-provvediment ta’ skemi b’finanzjament adegwat skont ir-responsabilitajiet individwali u għandu jgħin biex jiżgura ambjent ekwu fost il-membri tal-istess skema kif ukoll fost l-iskemi differenti fil-livell ta' Stat Membru u tas-suq intern.

Emenda  33

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 3 – subparagrafu 2 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jnaqqsu l-kontribuzzjonijiet għall-membri tal-iskema jekk dawk il-membri jieħdu miżuri addizzjonali volontarji biex inaqqsu r-riskju operattiv.

 

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll inaqqsu l-kontribuzzjonijiet meta l-membri jagħtu prova li s-sottokustodji użati minnhom jilħqu l-istess standards biex inaqqsu r-riskju operattiv.

 

Il-livell indikat tal-iskema ma għandu jiġi affettwat minn ebda tip ta' tnaqqis.

Emenda  34

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 3 – subparagrafu 2 c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-AETS għandha tiżviluppa l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet biex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet għal skema, kif imsemmi fir-raba' subparagrafu.

 

L-AETS għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

 

Il-Kummissjoni tista’ tadotta dan l-abbozz ta’ implimentazzjoni ta' standards tekniċi skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

 

Il-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' tnaqqis skont ir-riskju għandhom jiġu bbażati fuq kriterji bħall-volum tal-flejjes u tal-istrumenti finanzjarji, l-adekwatezza tal-kapital u l-istabilità ta' kull membru b'kunsiderazzjoni tal-istatus legali tagħhom u tal-qafas legali applikabbli fis-sede tagħhom.

Emenda  35

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jistgħu jagħmlu sejħiet addizzjonali għal kontribuzzjoni lill-membri tal-iskema, fil-każ li l-livell indikat tal-fond ma jkunx biżżejjed biex iħallas il-pretensjonijiet għal kumpens imsemmija fl-Artikolu 9(2). Dawk il-kontribuzzjonijiet addizzjonali ma għandhomx jaqbżu 0.5% tal-flejjes u tal-istrumenti finanzjarji koperti kif imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-kontribuzzjonijiet addizzjonali ma għandhomx jippreġudikaw l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv u għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ta’ affordabbiltà.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jistgħu jagħmlu sejħiet addizzjonali għal kontribuzzjoni lill-membri tal-iskema, fil-każ li l-livell indikat tal-fond ma jkunx biżżejjed biex iħallas il-pretensjonijiet għal kumpens imsemmija fl-Artikolu 9(2). Dawk il-kontribuzzjonijiet addizzjonali ma għandhomx jaqbżu 0.3% tal-flejjes u tal-istrumenti finanzjarji koperti kif imsemmija fil-paragrafu 2. Dawk il-kontribuzzjonijiet addizzjonali ma għandhomx jippreġudikaw l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv u għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ta’ affordabbiltà. L-Istati Membri jistgħu jitolbu kontribuzzjonijiet addizzjonali wara li jikkonsultaw l-AETS u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku*.

 

________________

 

* ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

Emenda  36

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jkollhom arranġamenti ta’ finanzjament alternattiv adegwat biex jippermettilhom jiksbu finanzjament għal żmien qasir biex jissodisfaw il-pretensjonijiet kontra l-iskema ladarba l-ammont iffinanzjat minn qabel ikun ġie eżawrit. Dawk l-arranġamenti jistgħu jinkludu faċilitajiet ta’ self minn banek kummerċjali. Jistgħu jinkludu wkoll faċilitajiet ta’ self minn istituzzjonijiet pubbliċi bil-kundizzjoni li dawk il-faċilitajiet ikunu bbażati fuq raġunijiet kummerċjali.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jkollhom arranġamenti ta’ finanzjament alternattiv adegwat biex jippermettilhom jiksbu finanzjament għal żmien qasir biex jissodisfaw il-pretensjonijiet kontra l-iskema ladarba l-ammont iffinanzjat minn qabel ikun ġie eżawrit. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkludu arranġamenti dwar self kummerċjali u faċilitajiet ta' self minn banek kummerċjali u minn istituzzjonijiet pubbliċi, fosthom mill-Istati Membri kkonċernati, bil-kundizzjoni li dawk l-arranġamenti u faċilitajiet ikunu bbażati fuq raġunijiet kummerċjali.

Emenda  37

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispiża tal-finanzjament tal-iskemi għandha tiġi assorbita fl-aħħar mill-aħħar, fir-rigward tan-negozju ta’ investiment, mid-ditti ta’ investiment jew il-kustodji minn partijiet terzi koperti mill-iskema, u fir-rigward tal-attivitajiet tal-UCITS, mill-UCITS jew id-depożitarji tagħhom jew partijiet terzi li huma koperti bl-iskema. Kull sena għandhom isiru kontribuzzjonijiet regolari mill-membri.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispiża tal-finanzjament tal-iskemi għandha tiġi assorbita fl-aħħar mill-aħħar, fir-rigward tan-negozju ta’ investiment, u biss mid-ditti ta’ investiment. Kull sena għandhom isiru kontribuzzjonijiet regolari mill-membri.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-possibilità ta' inċertezzi kaġun tal-mod li bih ikunu jenħtieġu l-kontribuzzjonijiet tul il-katina ta' parteċipanti tas-suq, inkluża l-kumpanija ta' ġestjoni tal-UCITS, ikun aħjar li l-allokazzjoni tal-ispejjeż għall-ICS titħalla f'idejn is-suq.

Emenda  38

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 6 – subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bħala għajnuna ulterjuri għall-operattività tal-iskema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

 

(a) ikunu kapaċi jintaxxaw lill-membri tagħhom sabiex il-ħlasijiet iseħħu fil-perjodu stipulat fl-Artikolu 9(2), bi previżjoni tal-ħlasijiet u ħlasijiet ta' wara magħmula kif xieraq;

 

(b) l-awtoritajiet kompetenti ikollhom is-setgħa jieħdu azzjoni kontra kull ditta li tonqos milli tħallas pagament meta mitlub.

Emenda  39

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 7 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' kumpens, fi kwalunkwe ħin u fuq talba tagħhom, jirċievu mingħand il-membri tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jitħejja r-ripagament tal-investituri.

Emenda  40

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li 10% tal-ammont tal-finanzjament ex ante tal-iskemi msemmija fl-Artikolu 4a (2) ikun disponibbli għal self lil skemi oħrajn skont il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 4ċ.

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li 5% tal-ammont tal-finanzjament ex ante tal-iskemi msemmija fil-paragrafu 2 ikun disponibbli għal self lil skemi oħrajn skont il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 4b. Dan il-metodu ta' finanzjament għandu jintuża biss meta l-mezzi ta' finanzjament ordinarji ma jkunux disponibbli.

Il-Kummissjoni tista’ temenda, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 13a u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13ċ, il-perċentwali tal-ammont ta’ finanzjament ex ante li għandu jsir disponibbli għal self lil skemi oħrajn, waqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

 

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmu ta’ self, ibbażat fuq il-prinċipju ta’ solidarjetà jista’ jiffaċilita l-koordinament bejn l-iskemi ta’ kumpens nazzjonali. Il-mekkaniżmu ta’ self għandu jwassal ukoll għal aktar prattiki u proċeduri armonizzati fl-amministrazzjoni tal-iskemi ta’ kumpens. Il-problemi potenzjali rigward ir-riskju morali għandhom jitnaqqsu bir-regolamentazzjoni armonizzata tal-iskemi ta’ kumpens tal-investituri fost l-Istati Membri u permezz ta’ rekwiżiti mibdula u ta’ kondizzjonijiet kompatibbli mal-invenzjonijiet.

Emenda  41

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-metodu li jiddetermina l-obbligazzjonijiet potenzjali tal-iskemi kif imsemmi fil- paragrafu 1;

(a) il-metodu li jiddetermina l-obbligazzjonijiet potenzjali tal-iskemi u l-kontribuzzjonijiet bbażati fuq ir-riskju kif imsemmi fil- paragrafu 1;

Ġustifikazzjoni

Il-finanzjament għandu jkun sostenibbli u ġust sabiex jipprovdi għal-livell armonizzat ta’ protezzjoni tal-investitur biex b’hekk jiġu evitati d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-arbitraġġ regolatorju fost l-impriżi tal-investiment. Ir-rekwiżit li permezz tiegħu tiġi determinata kontribuzzjoni individwali għal kull membru abbażi tal-grad ta’ riskju nvolut tirrifletti l-provviżjoni ta’ skemi b’finanzjament adegwat skont ir-responsabilitajietindividwali u għandu jgħin biex jiżgura ambjent ekwu fost il-membri tal-istess skema kif ukoll fost l-iskemi differenti fil-livell ta' Stat Membru u tas-suq intern.

Emenda  42

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4a – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafu 7, is-subparagrafu 2, l-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq stabilita bir-Regolament …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) [AETS] (minn hawn iżjed ’il quddiem issir referenza għaliha bħala "AETS") għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi sabiex tispeċifika d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata mill-iskemi.

10. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 7, l-AETS, għandha tiżviluppa abbozz ta’ ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tispeċifika d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata mill-iskemi

L-AETS għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2012.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozz tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7e tar-Regolament .../… [AETS].

Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 1095/2010.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mar-Regolament tal-AETS.

Emenda  43

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4b – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skema għandu jkollha d-dritt li tissellef mill-iskemi l-oħrajn kollha msemmija fl-Artikolu 2 ġewwa l-Unjoni ladarba l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:

1. Wara...*, skema għandha tkun tista' tissellef mill-iskemi l-oħrajn kollha msemmija fl-Artikolu 2 ġewwa l-Unjoni ladarba l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

 

________________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva emendatorja.

Emenda  44

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4b – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) is-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu hija minħabba nuqqas ta’ fondi kif imsemmi fl-Artikolu 4a (3);

(b) l-iskema li ssib lilha nnifisha fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu kienet laħqet qabel il-livell indikat tal-fond kif imsemmi fl-Artikolu 4a (2);

Emenda  45

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4b – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iskemi l-oħrajn għandhom jaġixxu bħala skemi ta’ self. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri li fihom ikun hemm stabilita aktar minn skema waħda, għandhom jindikaw skema waħda li taġixxi bħala l-iskema ta’ self f’dak l-Istat Membru u għandhom jinformaw lill-AETS b’dan. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk u kif l-iskema ta’ self tiġi rimborżata minn Skemi oħra stabiliti fl-istess Stat Membru.

L-iskemi l-oħrajn għandhom jaġixxu bħala skemi ta’ self. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri li fihom ikun hemm stabilita aktar minn skema waħda, għandhom jindikaw skema waħda li taġixxi bħala l-iskema ta’ self f’dak l-Istat Membru u għandhom jinformaw lill-AETS b’dan. L-Istati Membri għandhom iwettqu kull pass meħtieg biex jiżguraw li l-parteċipanti interessati jkunu infurmati dwar liema skema hi skema ta' self u kif taħdem. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk u kif l-iskema ta’ self tiġi rimborżata minn skemi oħra stabiliti fl-istess Stat Membru.

Emenda  46

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4b – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ir-rata tal-imgħax għandha tkun ekwivalenti għar-rata tal-faċilità ta’ self marġinali tal-Bank Ċentrali Ewropew matul il-perjodu ta’ kreditu.

(c) ir-rata tal-imgħax tul il-perjodu ta' self għandha tkun ekwivalenti għar-rata tal-faċilità ta’ self marġinali tal-Bank Ċentrali li joħroġ il-valuta li fiha sar is-self.

Emenda  47

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4b – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet intaxxati mill-iskema ta’ self ikunu biżżejjed biex jirrimbursaw l-ammont missellef u biex jistabilixxu mill-ġdid il-fond tal-livell indikat kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn perjodu ta’ għaxar snin wara li jiġi rċevut is-self.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet intaxxati mill-iskema ta’ self ikunu biżżejjed biex jirrimbursaw l-ammont missellef u biex jistabilixxu mill-ġdid livell ta' fond indikat kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn perjodu ta’ ħames snin wara li jiġi rċevut is-self.

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmu ta’ self, ibbażat fuq il-prinċipju ta’ solidarjetà jista’ jiffaċilita l-koordinament bejn l-iskemi ta’ kumpens nazzjonali u jwassal għal prattiki aktar armonizzati fl-iskemi ta’ kumpens amministrattiv. Din l-emenda tistipula regolamentazzjoni armonizzata ta’ skemi fost l-Istati Membri u għandha tnaqqas il-problemi b’potenzjal ta’ riskju morali. Din l-emenda tipprova tindirizza l-periklu ta’ riskju morali permezz ta’ rekwiżiti mibdula u kondizzjonijiet kompatibbli mal-inċentivi.

Emenda  48

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4 b – paragrafu 4 – subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kull pretensjoni oħra għandha tkun subordinata għal dik tal-iskema ta' kumpens li tkun ħarġet is-self. L-iskema għandha titqies bħala kreditur preferut u għandu jkollha l-ogħla grad ta' prijorità fost il-kredituri.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li self minn skema ta' kumpens oħra hija miżura tal-aħħar rikors u waħda eċċezzjonali, u minħabba li din l-iskema ta' kumpens hija parti barranija, dan id-dejn għandu jitħallas l-ewwel.

Emenda  49

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4 b – paragrafu 4 – subparagrafu 1 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bla ħsara għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu prijoritajiet oħra bi preferenza bejn kategoriji differenti ta' kredituri.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li self minn skema ta' kumpens oħra hija miżura tal-aħħar rikors u waħda eċċezzjonali, u minħabba li din l-iskema ta' kumpens hija parti barranija, dan id-dejn għandu jitħallas l-ewwel.

Emenda  50

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4 b – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni effikaċi bejn l-iskemi ta’ kumpens għall-investitur, l-iskemi, jew, fejn jixraq, l-awtoritajiet kompetenti, għandu jkollhom ftehim bil-miktub ta’ kooperazzjoni. Dawn il-ftehim għandhom iqisu l-obbligi stabiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

5. Sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni effikaċi bejn l-iskemi ta’ kumpens għall-investitur, l-iskemi, jew, fejn jixraq, l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jikkonkludu ftehimiet bil-miktub ta’ kooperazzjoni. Dawn il-ftehimiet għandhom iqisu l-obbligi stabiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta.

 

________________

 

_*ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li l-ftehimiet ta' kooperazjzoni bejn l-iskemi huma mandatorji u mhux fakultattivi.

Emenda  51

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

1. Jekk xi ditta tal-investiment, il-UCITS, depożitarju jew parti terza, meħtieġa bl-Artikolu 2(1) biex jappartjenu għal skema, ma jissodisfawx l-obbligi rispettivi tagħhom, dovuti minnhom bħala membri ta’ dik l-iskema, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tad-ditta tal-investiment jew l-awtorizzazzjoni tal-UCITS, għandhom jiġu nnotifikati u, f’kooperazzjoni mal-iskema tal-kumpens, għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa, inkluż l-impożizzjoni ta’ penali, biex jiżguraw li d-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew it-parti terza, jissodisfaw l-obbligi tagħhom.

1. Jekk xi ditta tal-investiment jew parti terza, meħtieġa bl-Artikolu 2(1) biex jappartjenu għal skema, ma jissodisfawx l-obbligi rispettivi tagħhom, dovuti minnhom bħala membri ta’ dik l-iskema, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tad-ditta tal-investiment, għandhom jiġu nnotifikati u, f’kooperazzjoni mal-iskema tal-kumpens, għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa, inkluż l-impożizzjoni ta’ penali, biex jiżguraw li d-ditta tal-investiment jew il-parti terza, jissodisfaw l-obbligi tagħhom.

2. Jekk il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jonqsu milli jiżguraw konformità min-naħa tad-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew parti terza, l-iskema tista’, bil-kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, tagħti notifika ta’ mhux inqas minn 12-il xahar, tal-intenzjoni tagħha li teskludi d-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew it-parti terza mis-sħubija fl-iskema. L-iskema għandha tibqa’ tipprovdi l-kopertura msemmija fl-Artikolu 2(2a) u (2c) fir-rigward tan-negozju ta’ investiment jew tal-attivitajiet tal-UCITS imwettqa matul dak il-perjodu. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu tan-notifika, id-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew it-parti terza ma jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom, l-iskema ta’ kumpens tista’, wara li tkun akkwistat il-kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, teskludihom.

2. Jekk il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jonqsu milli jiżguraw konformità min-naħa tad-ditta tal-investiment, jew parti terza, l-iskema tista’, bil-kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, tagħti notifika ta’ mhux inqas minn sitt xhur, tal-intenzjoni tagħha li teskludi d-ditta tal-investiment, jew it-parti terza mis-sħubija fl-iskema. L-iskema għandha tibqa’ tipprovdi l-kopertura msemmija fl-Artikolu 2(2a) fir-rigward tan-negozju ta’ investiment imwettqa matul dak il-perjodu. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu tan-notifika, id-ditta tal-investiment, jew it-parti terza ma jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom, l-iskema ta’ kumpens tista’, wara li tkun akkwistat il-kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, teskludihom.

3. Ditta tal-investiment, UCITS, depożitarju jew parti terza, esklużi minn skema ta’ kumpens għall-investitur, jistgħu jkomplu jagħmlu negozju ta’ investiment, l-attivitajiet tagħha tal-UCITS jew tkun fdata bi strumenti finanzjarji ta’ investituri u tal-UCITS skont il-kundizzjoijiet segwenti:

3. Ditta tal-investiment, jew parti terza, esklużi minn skema ta’ kumpens għall-investitur, jistgħu jkomplu jagħmlu negozju ta’ investiment, jew tkun fdata bi strumenti finanzjarji ta’ investituri skont il-kundizzjoijiet segwenti:

a) qabel l-esklużjoni, tkun għamlet arranġamenti ta’ kumpens alternattivi biex tiżgura li investituri u UCITS igawdu kopertura li għallinqas tkun ekwivalenti għal dik offruta mill-iskema rikonoxxuta uffiċjalment, u li l-karatteristiċi ekwivalenti ta’ tali arranġamenti ta’ kumpens alternattivi jkunu ekwivalenti għal dawk tal-iskemi rikonoxxuti uffiċjalmet;

(a) qabel l-esklużjoni, tkun għamlet arranġamenti ta’ kumpens alternattivi biex tiżgura li investituri jgawdu kopertura li għallinqas tkun ekwivalenti għal dik offruta mill-iskema rikonoxxuta uffiċjalment, u li l-karatteristiċi ekwivalenti ta’ tali arranġamenti ta’ kumpens alternattivi jkunu ekwivalenti għal dawk tal-iskemi rikonoxxuti uffiċjalmet;

b) l-awtorità kompeteti responsabbli mill-awtorizzazzjoni tad-ditta tal-investiment jew UCITS, tkun ikkonfermat li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imesmmija fil-punt a).

(b) l-awtorità kompeteti responsabbli mill-awtorizzazzjoni tad-ditta tal-investiment , tkun ikkonfermat li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imesmmija fil-punt a).

4. Jekk ditta tal-investiment jew UCITS, u li fir-rigward tagħhom jkun hemm proposta għal esklużjoni skont il-paragrafu 2, ma jkunux f’qagħda li jagħmlu arranġamenti alternattivi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imposti fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħhom, għandhom:

4. Jekk ditta tal-investiment, u li fir-rigward tagħhom jkun hemm proposta għal esklużjoni skont il-paragrafu 2, ma jkunux f’qagħda li jagħmlu arranġamenti alternattivi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imposti fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħhom, għandhom jirtirawha mingħajr dewmien.

(a) fir-rigward tad-ditta tal-investiment li dwarha tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni, tirtira l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien;

 

(b) fir-rigward tal-UCITS li huma jkunu approvaw, tirtira l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien.

 

5. Meta depożitarju jew parti terza, u li fir-rigward tagħhom jkun hemm proposta għal esklużjoni skont il-paragrafu 2, mhumiex f’qagħda li jagħmlu arranġamenti alternattivi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imposti fil-paragrafu 3, ma għandhomx jitħallew jiġu fdati bl-assi tal-investituri jew tal-UCITS."

5. Meta depożitarju jew parti terza, u li fir-rigward tagħhom jkun hemm proposta għal esklużjoni skont il-paragrafu 2, mhumiex f’qagħda li jagħmlu arranġamenti alternattivi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imposti fil-paragrafu 3, ma għandhomx jitħallew jiġu fdati bl-assi tal-investituri."

Emenda  52

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni ta’ ditta tal-investiment jew ta’ UCITS, il-kopertura msemmija fl-Artikolu 2(2a) u (2c) għandha tibqa’ tingħata fir-rigward tan-negozju ta’ investiment imwettaq sal-ħin ta’ dak l-irtirar."

Wara l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni ta’ ditta tal-investiment, il-kopertura msemmija fl-Artikolu 2(2a) għandha tibqa’ tingħata fir-rigward tan-negozju ta’ investiment imwettaq sal-ħin ta’ dak l-irtirar."

Emenda  53

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kopertura li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikolu 4(1) u (3) għandha tapplika għall-pretensjoni aggregata tal-investitur fuq l-istess ditta tal-investiment jew l-istess UCITS skont din id-Direttiva, irrispettivament min-numru ta’ kontijiet, il-valuta u l-post ġewwa l-Unjoni.

1. Il-kopertura li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikolu 4(1) u (3) għandha tapplika għall-pretensjoni aggregata tal-investitur fuq l-istess ditta tal-investiment skont din id-Direttiva, irrispettivament min-numru ta’ kontijiet, il-valuta u l-post ġewwa l-Unjoni.

Emenda  54

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċjali, il-pretensjonijiet għandhom jiġu diviżi b’mod indaqs bejn l-investituri.

imħassar

Emenda  55

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ ta' investitur li l-pretensjoni tiegħu ma tistax tiġi koperta bis-sħiħ, huwa għandu jibbenefika mill-istess rata ta’ kopertura għall-pretensjoni aggregata.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju pro rata għandu jitniżżel bla ekwivoċi.

Emenda  56

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta investitur ma jkunx intitolat għas-somom jew titoli miżmuma, il-persuna li tkun intitolata għandha tirċievi l-kumpens, bil-kundizzjoni li dik il-persuna kienet ġiet jew tista’ tkun identifikata qabel id-data tad-determinazzjoni jew deċiżjoni msemmija fl- l-Artikolu 2(2) u (2b).

Meta investitur ma jkunx intitolat għas-somom jew strumenti miżmuma, il-persuna li tkun intitolata għandha tirċievi l-kumpens, bil-kundizzjoni li dik il-persuna kienet ġiet jew tista’ tkun identifikata qabel id-data tad-determinazzjoni jew deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(2).

Emenda  57

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fatt li dak il-perjodu jkun skada, ma jkunx jista’ jiġi invokat mill-iskema biex tkun miċħuda kopertura lil xi investitur li ma kienx f’qagħda li jikkonferma d-dritt tiegħu għal kumpens fil-ħin.

Il-fatt li dak il-perjodu jkun skada, ma jkunx jista’ jiġi invokat mill-iskema biex tkun miċħuda kopertura sħiħa lil xi investitur li ma kienx f’qagħda li jikkonferma d-dritt tiegħu għal kumpens fil-ħin.

Emenda  58

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-ditti ta’ investiment għandhom jiżvelaw, fuq il-websajt tagħhom, l-informazzjoni kollha dwar it-termini u l-kundizzjonijiet fir-rigward tal-kopertura u l-passi li għandhom jittieħdu sabiex jiġi riċevut il-ħlas bi qbil ma' din id-Direttiva.

Emenda  59

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 13a u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13c, miżuri li jistabilixxu l-proċedura biex tittratta l-pretensjonijiet tal-investituri u l-kriterji tekniċi biex jikkalkolaw it-telf fil-valur ta’ UCITS, b’riżultat tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2 (2b) u (2c).

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a li jistabilixxu l-proċedura biex tittratta l-pretensjonijiet tal-investituri.

Emenda  60

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Minkejja li l-limitu ta’ żmien stabilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, fejn investitur jew kull persuna oħra intitolata għal, jew li għandha interess f’negozju ta’ investiment, tkun ġiet akkużata b’reat rigward il-ħasil tal-flus kif iddefinit fl- l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE, jew hija s-suġġett ta’ azzjoni għal kontravenzjoni tad-Direttiva 2003/6/KE, l-iskema ta’ kumpens tista’ tissospendi kull ħlas, jiddependi fuq il-ġudizzju tal-qorti jew id-determinazzjoni ta’ awtorità kompetenti."

3. Minkejja li l-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, fejn investitur jew kull persuna oħra intitolata għal, jew li għandha interess f’negozju ta’ investiment, tkun ġiet akkużata b’reat rigward il-ħasil tal-flus kif iddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE b’rabta mal-flus li huma s-suġġett ta’ din id-Direttiva, jew b'rabta mal-finanzjament dirett jew indirett ta' gruppi terroristiċi kif definit mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill jew, li hija s-suġġett ta’ azzjoni għal kontravenzjoni tad-Direttiva 2003/6/KE, l-iskema ta’ kumpens tista’ tissospendi kull ħlas, jiddependi fuq il-ġudizzju tal-qorti jew id-determinazzjoni ta’ awtorità kompetenti.

Emenda  61

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull ditta tal-investiment jew UCITS jieħdu miżuri xierqa biex jgħaddu l-informazzjoni neċessarja, lil investituri fattwali u potenzjali, għall-identifikazzjoni tal-iskema ta’ kumpens għall-investitur, li tagħha d-ditta tal-investiment jew il-UCITS u l-fergħat tagħha ġewwa l-Unjoni huma membri, jew kull arranġament alternattiv imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 (1) jew l-Artikolu 5 (3). L-investituri għandhom jiġu infurmati bid-dispożizzjonijiet tal-iskema ta’ kumpens għall-investitur jew b’kull arranġament alternattiv applikabbli, inkluż l-ammont u l-ambitu tal-kopertura offrut mill-iskema ta’ kumpens, u kull regola stabilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2(3). Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f’mod li jinftiehem.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull ditta tal-investiment jieħdu miżuri xierqa biex jgħaddu l-informazzjoni neċessarja, lil investituri fattwali u potenzjali, għall-identifikazzjoni tal-iskema ta’ kumpens għall-investitur, li tagħha d-ditta tal-investiment u l-fergħat tagħha ġewwa l-Unjoni huma membri, jew kull arranġament alternattiv imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 (1) jew l-Artikolu 5 (3). L-investituri għandhom jiġu infurmati bid-dispożizzjonijiet tal-iskema ta’ kumpens għall-investitur jew b’kull arranġament alternattiv applikabbli, inkluż l-ammont u l-ambitu tal-kopertura offrut mill-iskema ta’ kumpens, u kull regola stabilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2(3). Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f’mod li jinftiehem.

Emenda  62

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont imħallas minn investitur fi skema ta' kumpens tal-investitur ikun ċar u trasparenti. L-ammont li kull investitur individwali jkollu jħallas għal skema, kemm bħala persentaġġ tal-investiment tagħhom jew b'żieda mal-investiment għandu jkun dikjarat biċ-ċar lill-investitur reali jew prospettiv.

Ġustifikazzjoni

Fl-aħħar mill-aħħar huma l-investituri li jħallsu għall-iskemi ta' kumpens. Għandu jkun hemm livell ta' trasparenza għoli dwar l-ammont eżatt li l-investituri jridu jħallsu biex ikun hemm l-iskemi ta' kumpens.

Emenda  63

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għal kull dritt ieħor li huma jista’ jkollhom taħt id-dritt nazzjonali, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri, għandu jkollhom id-dritt li jissurrogaw id-drittijiet ta’ dawk l-investituri fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammonti daqs il-pagamenti tagħhom.

1. Mingħajr preġudizzju għal kull dritt ieħor li huma jista’ jkollhom taħt id-dritt nazzjonali, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri, għandu jkollhom id-dritt li jissurrogaw id-drittijiet ta’ dawk fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammonti daqs il-pagamenti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Dawk involuti fil-proċedimenti ta' likwidazzjoni huma d-ditti ta' investiment, id-depożitarju jew il-parti terza, u mhux l-investituri.

Emenda  64

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fil-każ, stabilit fl-Artikolu 2(2c), ta’ telf minħabba ċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ depożitarju jew parti terza li magħhom ikunu ġew fdati l-assi tal-UCITS, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lid-detenturi ta’ unitajiet tal-UCITS għandu jkollhom id-dritt li jissurrogaw id-drittijiet tad-detentur tal-UCITS jew il-UCITS fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammonti daqs il-ħlasijiet tagħhom.

imħassar

Emenda  65

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 12 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk it-parti terza li jkollha fil-pussess tagħha strumenti finanzjarji li jappartjenu għal investitur fir-rigward ta’ negozju ta’ investiment, jew id-depożitarju jew parti terza li magħhom ikunu ġew fdati l-assi tal-UCITS, ikunu qegħdin f’pajjiż terz fejn is-sistema ġudizzjarja ma tħallix lill-iskema biex tissurroga d-drittijiet tad-ditta tal-investiment jew il-UCITS, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditta tal-investiment jew il-UCITS jirritornaw lejn l-iskema ammonti daqs il-ħlasijiet tagħhom, f’każ li huma jirċievu xi ammonti fil-proċedimenti ta’ likwidazzjoni."

4. Jekk it-parti terza li jkollha fil-pussess tagħha strumenti finanzjarji li jappartjenu għal investitur fir-rigward ta’ negozju ta’ investiment, ikunu qegħdin f’pajjiż terz fejn is-sistema ġudizzjarja ma tħallix lill-iskema biex tissurroga d-drittijiet tad-ditta tal-investiment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditta tal-investiment jirritornaw lejn l-iskema ammonti daqs il-ħlasijiet tagħhom, f’każ li huma jirċievu xi ammonti fil-proċedimenti ta’ likwidazzjoni."

Emenda  66

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 13a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13a

Artikolu 13a

 

1. Is-setgħa biex tadotta atti delegati huma konferiti lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabiliti f'dan l-Artikolu.

1. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4a(2), l-Artikolu 4a(8), l-Artikolu 4a(9) u l-Artikolu 9(2) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien.

2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(1a), is-subparagrafi 2 u 3 tal-Artikolu  4a(2), is-subparagrafu 2a tal-Artikolu 4a(3), l-Artikolu 4a(9) u l-Artikolu 9(2) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin minn .... Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar is-setgħa delegata, sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm l-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill ma jopponux dan it-tip ta' estensjoni.

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(1a), is-subparagrafi 2 u 3 tal-Artikolu 4a(2), is-subparagrafu 2a tal-Artikolu 4a(3), l-Artikolu 4a(9) u l-Artikolu 9(2) tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu  4(1a), is-subparagrafi 2 u 3 tal-Artikolu 4a(2), is-subparagrafu 2a tal-Artikolu 4a(3), l-Artikolu 4a(9) u l-Artikolu 9(2) għandu jidħol fis-seħħ biss f'każ li ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew, jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

 

_____________

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-aktar rieżami reċenti tat-test tal-Prospectus.

Emenda  67

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri li jibbenefikaw skont it-Trattati ta' Adeżjoni minn perjodi tranżizzjonali fir-rigward tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 97/9/KE għandhom ikunu konformi mal-paragrafi 1 u 2 mid-data meta l-perjodi tranżizzjonali rispettivi tagħhom jiskadu.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-emendi għal din id-direttiva jqisu s-sitwazzjoni tal-Istati membri li jibbenefikaw minn perjodi tranżizzjonali, minħabba l-fatt li tali perjodi jissemmew fit-Trattati ta' Adeżjoni.

Emenda  68

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Rapport mill-AETS

 

Sal-31 ta’ Diċembru 2012, l-AETS għandha tevalwa l-ħtiġiijiet ta’ persunal u riżorsi li jirriżultaw mit-teħid tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-AIFMD.

Emenda  69

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2b

 

Rieżami tas-sistema ta' Skema ta' Kumpens tal-Investitur u t-trattament tal-UCITS

 

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Lulju 2012, wara konsultazzjoni ħielsa mal-parteċipanti interessati, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li janalizza l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' introduzzjoni ta' sistema ta' kuntratti ta' assigurazzjoni bħala kumplimentari għal jew biex jibdlu l-iskema ta' kumpens għall-investitur.

 

Sabiex jiġi żgurat l-istess livell ta' ħarsien għall-investituri, kemm jekk jinvestu direttament permezz ta' ditti ta' investiment jew indirettament permezz tal-UCITS, ir-rapport għandu wkoll, fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni li jmiss dwar id-depożitarji tal-UCITS, u wara konsultazzjoni ħielsa mal-parteċipanti interessati, tidentifika diskrepanzi regolatorji, fosthom dwar il-kumpens ekwivalenti u għandha tevalwa l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 97/9/KE għall-UCITS. Jekk meħtieġ dan ir-rapport għandu jinkludi proposti leġiżlattivi dwar l-arranġamenti prattiċi għall-estensjoni tal-ambitu għall-UCITS.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex ċar f'liema każijiet partikolari l-estensjoni tal-ambitu tal-kopertura tal-UCITS għandu jkopri, aktar u aktar kaġun tal-emendi tal-obbligi tad-depożitarji li huma mistennija jiġu proposti mill-Kummissjoni tul l-2011. Il-ħtieġa għall-estensjoni tal-kopertura tal-ICSD u tal-UCITS teħtieġ investigazzjoni ulterjuri u għandha sseħħ b’kunsiderazzjoni sħiħa tad-Direttiva emendata tal-UCITS.

  • [1]       ĠU C 99, 31.3.2011, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

1. It-triq 'il quddiem

Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE għandha żżid l-armonizzazzjoni u l-integrazzjoni tas-Suq Uniku Ewropew, issaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur u tiġġenera aktar fiduċja għall-konsumaturi u d-depożitarji u ssaħħaħ l-istabilità finanzjarja.

Ir-rapporteur għandu tliet objettivi ewlenin:

a. Li jżid il-protezzjoni tal-konsumatur permezz ta’ kopertura aktar għolja. Il-bidliet fl-ICSD għandhom jiffokaw fuq iż-żieda tal-protezzjoni tal-investitur. Hemm bżonn ta’ protezzjoni aħjar tal-konsumatur u regoli komuni aktar b’saħħithom speċjalment rigward il-finanzjament tal-iskemi fil-livell nazzjonali. Investituri b’investimenti transkonfinali għandu jkollhom l-istess livell ta’ protezzjoni f’kull Stat Membru.

Id-dritt tal-konsumatur għandu jissaħħaħ permezz ta’ kopertura mtejba, u bi ħlasijiet aktar mgħaġġla u aħjar u bi protezzjoni usa’. Jekk ditta tal-investiment qed iżżomm l-istrumenti finanzjarji f'isem il-konsumatur, għandu jidħol fis-seħħ il-kumpens tal-investitur.

b. Li jtejjeb is-Suq Uniku Ewropew għas-servizzi finanzjarji u jiġġenera l-armonizzazzjoni Ewropea tal-iskemi ta’ kumpens tal-investitur fl-Unjoni.

Dawn għandhom isaħħu l-protezzjoni tal-investitur u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ ambjent ekwu. Jenħtieġ li jkun hemm armonizzazzjoni akbar u aħjar tal-leġiżlazzjoni attwali fl-UE. Ir-regoli għandhom isaħħu s-suq intern għas-servizzi finanzjarji u joħolqu suq Uniku Ewropew aktar b’saħħtu.

Il-proposta tal-Kummissjoni tiddikjara li kull servizz jew attività tal-investiment kopruta mill-MIFID għandha tkun soġġetta għall-ICSD u jekk id-ditti, de facto, jżommu l-assi tal-klijenti, il-klijenti għandhom id-dritt għal kumpens skont l-ICSD. Ir-rapporteur jappoġġja l-allinjament mal-MIFID fir-rigward tad-definizzjonijiet u d-distinzjoni bejn investituri kummerċjali u professjonali.

c. Il-promozzjoni ta’ prinċipji finanzjarji sodi fit-tul għall-iskemi ta’ kumpens għall-investituri.

Il-kontribuzzjonijiet għall-iskemi jistgħu jaġixxu bħala mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproku u li ma għandhomx għalfejn f'livell daqstant għoli biex jitqiesu bħala taxxa jew bħala ħlas ta natura fiskali. Għandu jiġi applikat approċċ ibbażat fuq ir-riskju b'mod konsistenti fost l-iskemi u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandu jissejjes fuq il-potenzjal ta' kumpens ta' riskju merfugħ minn kumpanija.

2. It-twessigħ tal-ambitu – il-falliment ta’ kustodju terz u ta’ depożitarju tal-UCITS

Il-Kummissjoni tipproponi li l-kopertura tal-iskemi ta’ kumpens tal-investituri għandhom jiġu estiżi għal ditti awtorizzati biex iwettqu kull forma ta' servizzi ta' investimenti u għad-detenturi ta' unitajiet tal-UCITS f'każ ta' falliment tad-depożitarju, sotto kustodju jew ta’ kustodju terz tal-UCITS.

Ir-rapporteur hu favur it-twessigħ tal-ambitu biex jinkludi l-falliment ta’ kustodji terzi, iżda ma jappoġjax it-twessigħ tal-ambitu biex jinkludi l-UCITS.

Illum il-ġurnata l-konsumatur hu protett fid-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar il-UCITS u l-MIFID. Id-Direttiva dwar il-UCITS tistipula livell ta’ protezzjoni għoli għad-detenturi ta’ unitajiet permezz tar-rekwiżiti li timponi fuq l-attivitajiet tad-depożitarji. Fil-kuntest tal-MIFID, l-iskemi ta’ kumpens għall-investituri attwali jkopru ukoll it-telfiet ta’ servizzi mhux essenzjali ta’ salvagwardja u amministrazzjoni tal-assi. Unitajiet jew ishma f’unitajiet huma koperti kontra l-frodi fil-UCITS sakemm dawn jinżammu minn ditta tal-investiment.

Il-fondi tal-UCITS m’għandhomx assi oħrajn ħlief il-portafoll ta’ strumenti finanzjarji ġestit għad-detenturi tal-unitajiet tagħhom. B’konsegwenza ta’ dan, miżati jew spejjeż, a karigu tal-UCITS għandu jkollhom impatt awtomatiku fuq id-detenturi ta’ unitajiet tal-UCITS bit-tnaqqis tal-valur nett tal-assi tal-unitajiet tagħhom. Jekk id-depożitarji jkollhom jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-iskemi, l-investituri għandhom jerfgħu l-ispejjeż. It-talba lill-UCITS biex tikkontribwixxi għall-iskemi għandha twassal biex id-detenturi tal-unitajiet tal-UCITS iħallsu d-doppju għall-istess protezzjoni.

Barra minn hekk fil-proċess ta’ tfassil tal-liġi hu importanti, li jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet il-ġodda fid-Direttiva dwar il-fondi ta' Investiment Alternattivi, il-proposta li jmiss tal-Kummissjoni dwar il-funzjoni depożitarja tad-Direttiva tal-UCITS (UCITS V) u r-rieżami tal-MIFID. F’dan il-mument l-utilità tat-twessigħ tal-ambitu hi dubjuża.

Il-protezzjoni tal-Konsumatur għandha tiżdied u għalhekk kustodji terzi għandhom jiġu nklużi fl-ambitu tad-Direttiva. Ir-rapporteur jappoġġja l-proposta li tkopri l-falliment tad-depożitarju jew tal-kustodju magħżul mid-ditta tal-investiment u li mhuwiex kapaċi jirritorna lura l-istrumenti finanzjarji. Il-konsumatur jista’ jagħżel ditta tal-investiment oħra, iżda ma għandu l-ebda responsabilità fl-għażla ta’ kustodju tal-kumpanija – magħżul mid-ditta tal-investiment – u m’għandux ikun responsabbli jekk din tonqos.

Ir-rapporteur jipproponi l-bidliet li ġejjin:

· L-estensjoni possibbli tal-kopertura fl-ICSD għall-UCITS u tad-depożitarji tagħhom għandha tiġi analizzata fir-rieżami li jmiss tad-Direttiva dwar il-UCITS rigward ir-reġim ta’ responsabilità tad-depożitarju tal-UCITS, billi jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet kollha tad-Direttiva. M’għandux ikun hemm leġiżlazzjoni separata għall-UCITS f’din id-Direttiva.

3. Il-grad ta’ armonizzazzjoni dwar il-livell ta’ kumpens

Il-Kummissjoni tipproponi livell ta’ kumpens minimu aktar għoli għal kull investitur, jiġifieri ta’ EUR 50 000 minflok EUR 20 000 tal-leġiżlazzjoni attwali. Madankollu hemm pajjiżi li għandhom limiti ta’ kumpens aktar għolja; Ir-renju Unit (GBP 50 000), Spanja (EUR 100 000) u Franza (EUR 70 000).

Ir-rapporteur hu favur l-armonizzazzjoni sħiħa – b’kuntrast ma’ armonizzazzjoni minima – b’livell ta’ kumpens fiss ta’ EUR 100 000 (ikun permess ukoll limitu aktar għoli). Dan il-livell ta’ kumpens fiss iżid il-protezzjoni tal-konsumatur, jagħti protezzjoni msaħħa lill-investituri u ma joħloqx riskju ta' arbitraġġ bejn Stati Membri.

Ir-rapporteur hu tal-opinjoni li l-ebda Stat Membru ma għandu jkun obbligat jbaxxi l-livell ta’ kumpens tiegħu. L-effett ikun dak li jbaxxi l-protezzjoni għall-konsumaturi.

Klijenti li jagħżlu li jinvestu flushom fis-suq permezz ta’ ditta ta’ investiment, għandu jkollhom l-istess protezzjoni daqs li kieku jkunu investew flushom f’bank jew f’istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra. Flus iddepożiatati minn ditta tal-investiment għandhom jingħataw l-istess protezzjoni daqs flus iddepożitati f’kont bankarju.

Ir-rapporteur jipproponi l-bidliet li ġejjin:

· Livell ta’ kumpens minimu aktar għoli għal kull investitur, EUR 100 000 minflok EUR 50 000.

4. Il-Prinċipji u l-mekkaniżmu ta’ finanzjament – Armonizzazzjoni tal-finanzjament tal-iskemi

Jilqa’ l-armonizzazzjoni tal-finanzjament ta’ skemi ta’ kumpens u r-rapporteur jiffavorixxi livell minimu indikat tal-fond u tal-finanzjament ex-ante.

Il-Kummissjoni wettqet is-simulazzjoni tagħha abbażi tal-ammont ta’ titoli u flejjes ta’ sigurtà protetti li hi tqis bħala l-aktar bażi adegwata għall-kalkolazzjoni tal-ammont tal-livell indikat tal-fond. Il-Kummissjoni bbażat il-kalkoli tagħha fuq skemi minn għaxar Stati Membri biss. In-nuqqas ta’ data fil-livell ta’ skemi nazzjonali tagħmel l-ikkalibrar tal-livell indikat tal-fond adegwat diffiċli ħafna.

Madankollu hemm evidenza b’saħħitha li tissuġerixxi li l-livell indikat tal-fond propost ta' 0,5% hu ogħli wisq, speċjalment peress li l-fondi għandhom ikopru l-każijiet ta' ġestjoni ħażina u frodi f'titoli ta' sigurtà ddepożitati.

Studju wieħed dwar it-talbiet magħmula għall-Iskema ta’ Kumpens tas-Servizzi Finanzjarji tar-Renju Unit tul is-snin reċenti wera li t-talbiet kienu relattivament baxxi. L-istudju jissuġġerixxi li l-kontribuzzjoni ta’ qabel il-finanzjament għandha tiġi ffissata sa mhux aktar minn 0,2% (20 punt bażiku). Abbażi tal-eserjenza storika f’pajjiżi, l-Isvezja, livell ta’ ta’ finanzjament ta’ 0,05% għandu jkun biżżejjed.

István Farkas, ekonomista u konsulent indipendenti, janalizza l-livell indikat fid-dokument informattiv tiegħu “Is-salvagwardja tal-interessi tal-investituri billi jiżgura l-finanzjament sod tal-ICS: Prinċipji u mekkaniżmi ta’ finanzjament: “Skont ir-rapport OXERA bejn l-1999 u l-2003 fl-UE15, in-numru globali ta' talbiet kien madwar 61 000. Id-daqs medju ta’ talbiet ma kienx jeċċedi l-EUR 20 000. Jekk nużaw din iċ-ċifra bħala gwida nistgħu ngħidu li l-livell indikat ta’ Skemi ta’ Kumpens tal-Investiment għandhom jitqiesu bħala biżżejjed meta jkopru madwar 200 000 każ, kull wieħed minnhom b'valur ta' EUR 50 000. 200 000 għandhom jirrappreżentaw il-falliment ta’ minn waħda sa tliet impriżi ta’ investiment (ta’ daqs medju) jew ftit tużżani ta’ kumpaniji żgħar fil-periklu. Fuq dik il-bażi, il-livell indikat ikun ta’ EUR 10 biljun. Għalkemm il-kalkolu ta’ 0,5% tal-assi koperti bħala livell ta’ kopertura mhuwiex ċar ħafna, skont stima approssimattiva u abbażi tar-reazzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet ta’ parteċipanti tas-suq għas-Sejħa għall-Evidenza, dan jista' jkun madwar EUR 50 biljun, jiġifieri tal-inqas ħames darbiet aktar. Farkas jikkonkludi li l-“livell ta’ kopertura bħala għaxar punti bażiċi tal-assi ġestiti minn impriżi tal-investiment f’isem il-klijenti eliġibbli, għandha titqies bħala biżżejjed”.

Ir-rapporteur jipproponi wkoll li jinkludi prinċipju bbażat fuq ir-riskju fl-ICSD li l-kontribuzzjoni għall-iskema għandu jkun iddeterminat għal kull membru abbażi tal-grad ta’ riskju sostnut mill-impriża.

Ir-rapporteur jipproponi l-bidliet li ġejjin:

· Il-kontribut għal skema għandu jiġi determinat għal kull membru skont il-grad ta’ riskju nvolut.

· Il-fondi ex-ante proposti għandhom jidħlu fis-seħħ u għandhom jilħqu l-livell indikat tal-fond fl-Istati Membri kollha fi żmien ħames snin u mhux f’għaxra.

· Il-livell ta’ foni, il-kontribuzzjonijiet, għandhom jitnaqqsu għal livell ġustifikabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull skema tistabilixxi livell ta’ mira tal-fondi ta’ mhux inqas minn 0.3% tal-valur tal-flejjes u l-istrumenti finanzjarji miżmuma, amministrati u mmaniġjati mid-ditti ta’ investiment.

5. Il-Mekkaniżmu ta’ self bejn skemi nazzjonali

Il-mekkaniżmu ta’ self propost hu mekkaniżmu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri u għalhekk hu kunċett li għandu jintlaqa’ tajjeb. Madankollu l-Istati Membri sejrin jibqa jkollhom ir-responsabilità li jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi ta’ finanzjament adegwati.

Sabiex jiġi evitat li xi Stati Membri jnaqqsu l-fondi tagħhom, ir-rapporteur jipproponi li l-mekkaniżmu ta’ self ma għandux jitnedu qabel mal-iskemi kollha jkollhom biżżejjed flus fil-fondi tagħhom.

Bosta Stati Membri għandhom ikunu kapaċi jsibu riżorsi għas-self oħrajn u għalhekk il-mekkaniżmu obbligatorju ta’ self għandu jimmira għal persentaġġ aktar baxx tal-mezzi finanzjarji disponibbli, minn dak propost mill-Kummissjoni; f’livell ta’ 5% minflok ta’ 10%.

Ir-rapporteur jipproponi l-bidliet li ġejjin:

· Il-mekkaniżmu obbligatorju ta’ self ma għandux jitneda qabel ma l-iskemi kollha jkunu finanzjati fil-livell indikat tal-fond.

· Wara perjodu ta’ ħames snin, skema, għandu jkollha d-dritt li tissellef mill-iskemi l-oħrajn kollha fi ħdan l-Unjoni sakemm l-iskema li ssib lilha nnifisha f'din is-sitwazzjoni tkun diġà laħqet il-livell indikat tal-fond.

· Il-livell obbligatorju ta’ self qed jitnaqqas minn għaxra għal ħamsa fil-mija tal-iskema. L-istati Membri għandhom jiżguraw li 5% tal-ammont ta’ finanzjament ex-ante tal-iskema għandu jkun disponibbli għal self lill-skemi oħrajn.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (23.3.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur
(COM(2010)0371 – C7‑0174/2010 – 2010/0199(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sebastian Valentin Bodu

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-Direttiva 97/9/KE dwar l-Iskemi ta’ Kumpens għall-Investitur (DSKI) ġiet adottata fl-1997 biex tikkumplementa d-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Investiment (l-aħħar waħda ġiet issostitwita aktar tard bid-Direttiva dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji (MiFID).

Għaxar snin wara li d-DSKI daħlet fis-seħħ, u immedjatament wara l-kriżi finanzjarja, huwa żmien propizju biex wieħed jirrevedi l-funzjonament tad-DSKI.

Ir-reviżjoni ta’ din id-direttiva hija konsegwenza tal-fatt li tressqu lill-Kummissjoni ħafna lmenti minn investituri dwar l-applikazzjoni tagħha, xi kultant b'telf kbir għalihom. Dan ir-rieżami jikkunsidra wkoll l-għan stabbilit fil-livell tal-G-20 li tiġi indirizzata kull lakuna fis-sistema regolatorja u superviżorja, u l-għan li titreġġa' lura l-fiduċja tal-investitur fis-sistema finanzjarja.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jiġu ssodisfati b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri. Il-qafas attwali tal-UE jipprovdi biss għal xi prinċipji ta’ armonizzazzjoni minima u jħalli f’idejn l-Istati Membri biex jiżviluppawhom aktar. Madankollu, il-problemi li kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom xi Stati Membri juru li hemm bżonn ta’ armonizzazzjoni addizzjonali u partikolarment aktar estensiva fil-livell tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet tad-Direttiva jiġu ssodisfati fi ħdan l-UE.

Il-proposta għandha l-għan li ttejjeb il-funzjonament tajjeb ta’ suq uniku għal servizzi ta’ investiment, iżżid il-protezzjoni tal-investituri u l-fiduċja tagħhom fl-UE. B’mod partikolari, għandha l-għan li ttejjeb il-funzjonament prattiku tad-DSKI, u tikkjarifika l-ambitu tad-DSKI filwaqt li tqis il-kriżi finanzjarja u l-bidliet riċenti fix-xenarju regolatorju tal-UE, li tnaqqas id-diskrepanzi fis-sistema regolatorja u l-inugwaljanza bejn il-protezzjoni tal-klijenti ta’ ditti ta’ investiment u tad-depożitarji bankarji. Fid-dawl tad-differenzi li jeżistu fil-mod kif jaħdmu l-iskemi fil-livell nazzjonali, il-proposta tintroduċi regoli komuni biex jiżguraw grad ta’ armonizzazzjoni fil-finanzjament tal-iskemi u fil-prattika ta’ kuljum; dan huwa wkoll il-bażi għall-provvediment ta’ mekkaniżmu ta’ self fost skemi nazzjonali bħala għodda aħħarija biex jiġu kkumpensati bżonnijiet temporanji mill-iskemi, soġġett li ssir valutazzjoni rigoruża mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-obbligu biex jitħallas lura kwalunkwe self fi żmien perjodu massimu ta’ ħames snin.

Il-proposta tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità billi s-soluzzjonijiet kollha ġew ivvalutati skont il-benefiċċju finanzjarju tagħhom, u skont kemm jirrispettaw il-partikolaritajiet tas-swieq fl-Istati Membri. Il-proposta ma tmurx lil hinn dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti, b’mod partikolari, tħaddan prinċipji ta’ armonizzazzjoni minima fejn rilevanti, pereżempju rigward il-modalitajiet kif il-membri tal-iskemi tal-kumpens għandhom jikkontribwixxu għall-iskema. L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ self bejn l-iskemi nazzjonali hija konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità, fis-sens li hija ma tmiss l-ebda responsabbiltà fiskali tal-Istati Membri, hija miżura tal-aħħar rimedju soġġetta għall-użu preċedenti ta’ mekkaniżmi oħrajn ta’ finanzjament (kontribuzzjonijiet ordinarji u addizzjonali mill-membri), tintroduċi biss possibbiltà ta’ self soġġett għall-ħlas tal-imgħaxijiet u għall-obbligu ta’ ripagament mill-iskema ta’ self, u hija limitata fiż-żmien u fid-daqs.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt a

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 1 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. 'negozju ta’ investiment' għandha tfisser servizzi ta’ investiment u attivitajiet kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39/KE u s-servizz anċillari msemmi fil-punt 1 tas-Sezzjoni B tal-Anness I mad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*);

2. 'negozju ta’ investiment' għandha tfisser kwalunkwe wieħed mis-servizzi ta’ investiment u attivitajiet kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39/KE u s-servizz anċillari msemmi fil-punt 1 tas-Sezzjoni B tal-Anness I mad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*);

Emenda  2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt a a (ġdid)

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 1 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Il-punt 3 huwa ssostitwit b’li ġej:

 

"3. "strumenti” għandha tfisser l-istrumenti elenkati fis-Sezzjoni C tal-Anness 1 tad-Direttiva 2004/39/KE;”

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tal-istrumenti għandha tiġi aġġornata wkoll skont l-MiFID.

Emenda  3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) awtorità ġudizzjali tkun tat deċiżjoni, għal raġunijiet relatati direttament maċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-ditta tal-investiment, jew iċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ kull parti terza li magħha jkunu ġew depożitati strumenti finanzjarji mid-ditta tal-investiment, li jkollha l-effett li tissospendi l-abbiltà tal-investituri biex jagħmlu pretensjonijiet kontra d-ditta jew l-abbiltà tad-ditta biex tagħmel pretensjonijiet kontra l-parti terza.

(b) awtorità ġudizzjarja tkun tat deċiżjoni infurzabbli, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat membru, għal raġunijiet relatati direttament maċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-ditta tal-investiment, jew iċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ kull parti terza li magħha jkunu ġew depożitati strumenti finanzjarji mid-ditta tal-investiment, li jkollha l-effett li tissospendi l-abbiltà tal-investituri biex jagħmlu pretiżi kontra d-ditta jew l-abbiltà tad-ditta biex tagħmel pretiżi kontra l-parti terza.

Ġustifikazzjoni

Deċiżjoni tal-qorti tista’ tkun ukoll soġġetta għal appelli jew sempliċement tista’ tiġi infurzata. Din id-dispożizzjoni tista’ tirreferi biss għal dawk id-deċiżjonijiet li jistgħu jiġu infurzati.

Emenda  4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 – punt d

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Il-paragrafu 4 jitħassar.

(d) Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’li ġej:

 

"4. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-koperta li hemm dispożizzjoni dwarha f’din id-Direttiva għal persentaġġ speċifikat ta’ talba minn investitur. Il-persentaġġ kopert għandu, madankollu, jkun ugwali għal jew jeċċedi 80 % tat-talba sakemm l-ammont li għandu jkun imħallas permezz tal-iskema ta’ kumpens ikun aktar baxx minn dak li hemm dispożizzjoni dwaru f’din id-Direttiva.”

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-fatt li l-finanzjament tal-iskemi ta' kumpens isir permez tal-kontribuzzjonijiet tal-membri, ħaġa li timponi fuqhom piż finanzjarju serju, huwa ġust li parti minn dak it-telf potenzjali jġarrbuha wkoll l-investituri (bħal fi skemi tajba tal-assigurazzjoni). 20% għandu jkun perċentwal ġust.

Emenda  5

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4 b – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) is-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu hija minħabba nuqqas ta’ fondi kif imsemmi fl-Artikolu 4a (3);

(b) is-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu hija minħabba l-fatt li l-livell fil-mira ta’ fondi kif imsemmi fl-Artikolu 4a (3) ma ntlaħaqx;

Ġustifikazzjoni

Għal kjarifika aħjar.

Emenda  6

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4 b – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

AETS għandha tittrażmetti l-konferma tagħha flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (g) lill-iskemi li jsellfu. Huma għandhom jirċievu din il-konferma u l-informazzjoni fi żmien 15-il jum. L-iskemi ta’ self għandhom, mingħajr dewmien iżda mhux aktar tard minn 15-il jum ta’ xogħol wara li jirċievuha, iwettqu l-ħlas tas-self lill-iskema ta’ self.

L-AETS għandha tittrażmetti l-konferma tagħha flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (g) lill-iskemi li jsellfu. Huma għandhom jirċievu din il-konferma u l-informazzjoni fi żmien 15-il jum. L-iskemi ta’ self għandhom, mingħajr dewmien iżda mhux aktar tard minn 30 jum ta’ xogħol wara li jirċievuha, iwettqu l-ħlas tas-self lill-iskema ta’ self.

Ġustifikazzjoni

Tletin jum huwa perjodu aktar realistiku.

Emenda  7

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4 b – paragrafu 4 – subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kull pretiża oħra għandha tkun subordinata għal dik tal-iskema ta' kumpens li tkun ħarġet is-self. L-iskema għandha titqies bħala kreditur prijoritarju u għandha jkollha l-ewwel prijorità.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li self minn skema ta' kumpens oħra hija miżura tal-aħħar rikors u waħda eċċezzjonali, u minħabba li din l-iskema ta' kumpens hija parti barranija, dan id-dejn għandu jitħallas l-ewwel.

Emenda  8

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4 b – paragrafu 4 – subparagrafu 1 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bla ħsara għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu prijoritajiet oħra bi preferenza bejn kategoriji differenti ta' kredituri.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda 7.

Emenda  9

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 4 b – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni effikaċi bejn l-iskemi ta’ kumpens għall-investitur, l-iskemi, jew, fejn jixraq, l-awtoritajiet kompetenti, għandu jkollhom ftehim bil-miktub ta’ kooperazzjoni. Dawn il-ftehim għandhom iqisu l-obbligi stabiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

5. Sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni effikaċi bejn l-iskemi ta’ kumpens għall-investitur, l-iskemi, jew, fejn jixraq, l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jikkonkludu ftehimiet bil-miktub ta’ kooperazzjoni. Dawn il-ftehimiet għandhom iqisu l-obbligi stabiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li l-ftehimiet ta' kooperazjzoni bejn l-iskemi huma mandatorji u mhux fakultattivi.

Emenda  10

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jonqsu milli jiżguraw konformità min-naħa tad-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew parti terza, l-iskema tista’, bil-kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, tagħti notifika ta’ mhux inqas minn 12-il xahar, tal-intenzjoni tagħha li teskludi d-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew it-parti terza mis-sħubija fl-iskema. L-iskema għandha tibqa’ tipprovdi l-kopertura msemmija fl-Artikolu 2(2a) u (2c) fir-rigward tan-negozju ta’ investiment jew tal-attivitajiet tal-UCITS imwettqa matul dak il-perjodu. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu tan-notifika, id-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew it-parti terza ma jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom, l-iskema ta’ kumpens tista’, wara li tkun akkwistat il-kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, teskludihom.

2. Jekk il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jonqsu milli jiżguraw konformità min-naħa tad-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew parti terza, l-iskema tista’, bil-kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, tagħti notifika ta’ mhux inqas minn sitt xhur, tal-intenzjoni tagħha li teskludi d-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew it-parti terza mis-sħubija fl-iskema. L-iskema għandha tibqa’ tipprovdi l-kopertura msemmija fl-Artikolu 2(2a) u (2c) fir-rigward tan-negozju ta’ investiment jew tal-attivitajiet tal-UCITS imwettqa matul dak il-perjodu. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu tan-notifika, id-ditta tal-investiment, il-UCITS, id-depożitarju jew it-parti terza ma jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom, l-iskema ta’ kumpens tista’, wara li tkun akkwistat il-kunsens ċar tal-awtoritajiet kompetenti, teskludihom.

Justification

Perjodu ta' sitt xhur huwa aktar adegwat għal din is-sitwazzjoni estrema.

Emenda  11

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċjali, il-pretensjonijiet għandhom jiġu diviżi b’mod indaqs bejn l-investituri.

imħassar

Emenda  12

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-eventwalita li pretiża ta' investitur ma tkunx tista' tiġi koperta għalkollox, dak l-investitur għandu jgawdi mill-istess rata ta' kopertura għall-pretiża aggregata.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju pro rata għandu jitniżżel bla ekwivoċi.

Emenda  13

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta investitur ma jkunx intitolat għas-somom jew titoli miżmuma, il-persuna li tkun intitolata għandha tirċievi l-kumpens, bil-kundizzjoni li dik il-persuna kienet ġiet jew tista’ tkun identifikata qabel id-data tad-determinazzjoni jew deċiżjoni msemmija fl- l-Artikolu 2(2) u (2b).

Meta investitur ma jkunx intitolat għas-somom jew l-istrumenti miżmuma, il-persuna li tkun intitolata għandha tirċievi l-kumpens, bil-kundizzjoni li dik il-persuna kienet ġiet jew tista’ tkun identifikata qabel id-data tad-determinazzjoni jew deċiżjoni msemmija fl- l-Artikolu 2(2) u (2b).

Emenda  14

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fatt li dak il-perjodu jkun skada, ma jkunx jista’ jiġi invokat mill-iskema biex tkun miċħuda kopertura lil xi investitur li ma kienx f’qagħda li jikkonferma d-dritt tiegħu għal kumpens fil-ħin.

Il-fatt li dak il-perjodu jkun skada, ma jkunx jista’ jiġi invokat mill-iskema biex tkun miċħuda kopertura lil xi investitur li ma kienx f’qagħda li jikkonferma d-dritt tiegħu għal kumpens fil-ħin, għajr fis-sitwazzjoni ta' negliġenza min-naħa tal-investitur.

Emenda  15

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Azjendi tal-investiment u UCITS għandhom jiżvelaw fis-siti tagħhom tal-internet, jew jagħmlu disponibbli bil-mitkub, kull informazzjoni dwar il-patti u l-kundizzjonijiet rigward l-aċċess għall-iskema ta' kumpens u għal-proċedura għall-ksib ta' pagament skont dik l-iskema.

Emenda  16

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Minkejja li l-limitu ta’ żmien stabilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, fejn investitur jew kull persuna oħra intitolata għal, jew li għandha interess f’negozju ta’ investiment, tkun ġiet akkużata b’reat rigward il-ħasil tal-flus kif iddefinit fl- l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE, jew hija s-suġġett ta’ azzjoni għal kontravenzjoni tad-Direttiva 2003/6/KE, l-iskema ta’ kumpens tista’ tissospendi kull ħlas, jiddependi fuq il-ġudizzju tal-qorti jew id-determinazzjoni ta’ awtorità kompetenti."

3. Minkejja li l-limitu ta’ żmien stabilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, fejn investitur jew kull persuna oħra intitolata għal, jew li għandha interess f’negozju ta’ investiment, tkun ġiet akkużata b’reat rigward il-ħasil tal-flus kif iddefinit fl- l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE f'relazzjoni ma' flus soġġett għal din id-Direttiva, jew hija s-suġġett ta’ azzjoni għal kontravenzjoni tad-Direttiva 2003/6/KE, l-iskema ta’ kumpens tista’ tissospendi kull ħlas, jiddependi fuq il-ġudizzju tal-qorti jew id-determinazzjoni ta’ awtorità kompetenti."

Justification

Jingħad 1ar li mhux kull kumpens huwa rrifjutat, imma dak il-kumpens li huwa soġġett għal-ħasil ta' flus.

Emenda  17

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 97/9/KE

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għal kull dritt ieħor li huma jista’ jkollhom taħt id-dritt nazzjonali, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri, għandu jkollhom id-dritt li jissurrogaw id-drittijiet ta’ dawk l-investituri fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammonti daqs il-pagamenti tagħhom.

1. Mingħajr preġudizzju għal kull dritt ieħor li huma jista’ jkollhom taħt id-dritt nazzjonali, l-iskemi li jħallsu biex jikkumpensaw lill-investituri, għandu jkollhom id-dritt li jissurrogaw id-drittijiet ta’ dawk fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammonti daqs il-pagamenti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Dawk involuti fil-proċedimenti ta' likwidazzjoni huma l-azjendi ta' investiment, id-depożitarju jew il-parti terza, u mhux l-investituri.

Emenda  18

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati membri li jibbenefikaw skont it-Trattati tal-Adeżjoni minn perjodi tranżizzjonali rigward it-traspożizzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 97/9/KE għandhom jottemperaw ruħhom mal-pargarfai 1 u 2 mid-data meta jiskadu l-perjodi tranżizzjonali rispettivi tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-emendi għal din id-direttiva jqisu s-sitwazzjoni tal-Istati membri li jibbenefikaw minn perjodi tranżizzjonali, minħabba l-fatt li tali perjodi jissemmew fit-Trattati ta' Adeżjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur

Referenzi

COM(2010)0371 – C7-0174/2010 – 2010/0199(COD)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

7.9.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sebastian Valentin Bodu

27.10.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

2.12.2010

27.1.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

22.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

12

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Dimitar Stoyanov, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Luis de Grandes Pascual, Sajjad Karim, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Angelika Niebler

PROĊEDURA

Titolu

Emenda għad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur

Referenzi

COM(2010)0371 – C7-0174/2010 – 2010/0199(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.7.2010

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

7.9.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

7.9.2010

JURI

7.9.2010

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

IMCO

2.9.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Olle Schmidt

6.9.2010

 

 

Bażi legali kkontestata

Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

27.1.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.11.2010

14.2.2011

22.3.2011

 

Data tal-adozzjoni

13.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Elisa Ferreira, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Íñigo Méndez de Vigo, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Elena Băsescu, Pervenche Berès, David Casa, Robert Goebbels, Carl Haglund, Thomas Händel, Krišjānis Kariņš

Data tat-tressiq

19.4.2011