RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika
29.4.2011 - (COM(2010)0526 – C7‑0300/2010 – 2010/0280(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Corien Wortmann-Kool
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika
(COM(2010)0526 – C7‑0300/2010 – 2010/0280(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0526),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 121(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0300/2010),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0178/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
FL-EWWEL QARI[2]*
---------------------------------------------------------
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(6) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Huma u jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri fi ħdan l-Unjoni, kif previst mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandha tinvolvi l-konformità mal-prinċipji gwida ta' prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kundizzjonijiet monetarji sodi u bilanċ tal-pagamenti sostenibbli.
(2) Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir inizjalment kien jikkonsisti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97 ġew emendati fl-2005 bir-Regolamenti (KE) Nru 1055/2005 u (KE) Nru 1056/2005 rispettivament. Barra minn hekk, ġie adottat ir-Rapport tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2005 dwar ‘Titjib tal-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir’.
(3) Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi governattivi sodi bħala mezz sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu bbażat fuq stabbiltà finanzjarja, u b'hekk jappoġġa l-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli u impjiegi.
(4) Il-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir teħtieġ mill-Istati Membri li jiksbu u jżommu objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien u jippreżentaw programm ta’ stabbiltà u konverġenza għal dak il-għan.
(4a) Il-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir tibbenefika minn forom aktar stretti ta' sorveljanza biex tiġi żgurata l-konsistenza u l-konformità tal-Istati Membri mal-qafas ta' koordinament baġitarju tal-Unjoni.
(5) Il-kontenut tal-programmi ta’ stabbiltà u konverġenza kif ukoll il-proċedura għall-eżami tagħhom għandhom jiġu żviluppati aktar kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak tal-Unjoni fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.
(5a) Il-miri baġitarji fil-programmi ta' stabbiltà u konverġenza għandhom iqisu b'mod espliċitu l-miżuri adottati bi qbil mal-Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika, il-Linji Gwida għall-Politiki tal-Impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni u, b'mod ġenerali, il-programmi ta' riforma nazzjonali.
(5b) Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b'saħħtu u indipendenti fil-proċedura ta' sorveljanza msaħħa fir-rigward ta' valutazzjonijiet li jkunu speċifiċi għal kull Stat Membru partikolari, monitoraġġ, missjonijiet, rakkomandazzjonijiet u twissijiet. B'mod partikolari, ir-rwol tal-Kunsill għandu jkun limitat fil-passi li jwasslu għal sanzjonijiet potenzjali u għandha tintuża l-votazzjoni permezz tal-maġġoranza kwalifikata invertita fil-Kunsill kull meta jkun possibbli skont it-TFUE.
(5c) L-esperjenza miksuba u l-iżbalji li saru matul l-ewwel deċenju tal-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja turi ħtieġa ta' governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni, li għandha tinbena fuq sjieda nazzjonali aktar b’saħħitha tar-regoli u l-politiki maqbula komunement u fuq qafas aktar b’saħħtu ta’ sorveljanza fil-livell tal-Unjoni tal-politiki ekonomiċi nazzjonali.
(5d) Il-qafas imtejjeb ta' governanza ekonomika għandu jsejjes ruħu fuq bosta politiki interkonnessi għal tkabbir u impjiegi sostenibbli, li għandhom ikunu koerenti ma' xulxin, b'mod partikolari strateġija tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi, b'attenzjoni partikolari fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern, it-trawwim tal-kummerċ internazzjonali u l-kompetittività, qafas effikaċi biex jiġu evitati u korretti l-pożizzjonijet baġitarji eċċessivi (il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir), qafas b'saħħtu biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi, rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, regolamentazzjoni u superviżjoni msaħħa tas-suq finanzjarju, inkluża s-superviżjoni makroprudenzjali mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u mekkaniżmu permanenti kredibbli ta' riżoluzzjoni ta' kriżijiet.
(5e) Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir u l-qafas ta’ governanza ekonomika sħiħ għandhom jikkumplimentaw u jkunu kompatibbli ma’ strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. Madankollu, dawn l-interkonnessjonijiet m’għandhomx jipprovdu eżenzjonijiet għad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.
(5f) It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jimxi id f’id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-governanza ekonomika fl-Unjoni, li għandha tintlaħaq permezz ta’ involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali matul il-proċeduri tal-koordinament tal-politika ekonomika.
(5g) Is-Simestru Ewropew għall-koordinament tal-politika ekonomika (is-Simestru) għandu jkollu rwol vitali fl-implimentazzjoni tar-rekwiżit skont l-Artikolu 121(1) tat-TFUE li l-Istati Membri jqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala kwistjoni ta’ interess komuni u li jikkoordinawhom f’dan is-sens. It-trasparenza, l-għoti ta' rendikont u s-superviżjoni indipendenti huma parti integrali mill-governanza ekonomika msaħħa. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu pubbliku u jfissru r-raġunijiet għall-pożizzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħhom fl-istadji xierqa tal-proċeduri tal-koordinament tal-politika ekonomika.
(5h) Strumenti bbażati fuq it-Trattat għall-koordinament u sorveljanza tal-politika ekonomika għandhom jissaħħu billi jiġi stabbilit qafas komuni għas-sottomissjoni, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta' riforma nazzjonali li jsaħħu l-kompetittività u jwasslu għal tkabbir u impjiegi sostenibbli bħala parti integrali tal-istrateġija Ewropea tat-tkabbir.
(5i) Sabiex tissaħħaħ is-sjieda nazzjonali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, l-oqfsa baġitarji nazzjonali għandhom ikunu kompletament allinjati mal-objettivi ta’ sorveljanza multilaterali fl-Unjoni, u, b’mod partikolari, mas-Simestru, li fil-kuntest tiegħu l-parlamenti nazzjonali u l-partijiet interessati relevanti l-oħra kollha, partikolarment is-sħab soċjali, għandhom ikunu informati fi żmien utli u għandhom ikunu involuti kif jixraq.
(5j) Il-partijiet interessati rilevanti, b'mod partikolari s-sħab soċjali u l-pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u għall-inklużjoni soċjali, għandhom jiġu kkonsultati, fil-qafas tas-Simestru, dwar il-miżuri politiċi ewlenin li għandhom jiġu diskussi mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
(5k) L-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv li hu anness mat-Trattati jipprevedi li l-Istati Membri jassiguraw li l-proċeduri nazzjonali fil-qasam baġitarju jgħinuhom jonoraw l-obbligi tagħhom f’dan il-qasam li jirriżultaw mit-Trattati. L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom għalhekk jankraw l-objettivi tal-qafas fiskali tal-Unjoni fil-liġi nazzjonali, u għandhom jassiguraw li l-proċeduri baġitarji adegwati jkunu fis-seħħ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.
(6) L-adeżjoni mal-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien tal-pożizzjonijiet baġitarji għandha tippermetti lill-Istati Membri jkollhom marġini ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza ta’ 3% tal-PGD, biex jiġu żgurati finanzi pubbliċi sostenibbli jew progress rapidu lejn is-sostenibbiltà filwaqt li jitħalla spazju għall-immanuvrar baġitarju, partikolarment billi jitqiesu l-ħtiġijiet tal-investiment pubbliku li jiffavorixxi l-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi.
(6a) L-Istati Membri għandhom, fil-qafas tal-liġi baġitarja nazzjonali, jiffissaw miri għad-defiċits u l-bilanċi favorevoli għal tliet snin bil-quddiem, bil-għan li jkollhom bilanċ fuq perjodu medju ta’ żmien fil-finanzi pubbliċi.
(7) L-obbligu li jinkiseb u jinżamm l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien jeħtieġ li jitpoġġa fis-seħħ, permezz tal-ispeċifikazzjoni tal-prinċipji għall-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta’ żmien.
(7a) Evalwazzjoni tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, inkluż il-livell tad-dejn, il-profil tad-dejn (inkluża l-maturità), l-ispejjeż marbutin mat-tixjiħ u d-dinamika tad-dejn għandha tingħata kont b’mod aktar qawwi fil-pass ta’ aġġustament meħtieġ lejn objettivi baġitarji għal perjodu medju ta’ żmien speċifiċi għal kull Stat Membru partikolari li għandhom jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza.
(8) L-obbligu li jinkiseb u jinżamm l-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien għandu japplika bl-istess mod għall-Istati Membri parteċipanti u għall-Istati Membri b’deroga.
(9) Il-progress suffiċjenti lejn l-objettiv baġitarju għal perjodu medju ta' żmien għandu jkun ivvalutat abbażi ta’ valutazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri tad-dħul diskrezzjonali. F’dan ir-rigward, u sakemm ma jkunx intlaħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, ir-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern ġeneralment m’għandhiex taqbeż rata ta' referenza fuq perjodu medju ta’ żmien ta' tkabbir potenzjali tal-PGD, filwaqt li żidiet akbar minn dik in-norma għandhom ikunu korrisposti b’żidiet diskrezzjonali fid-dħul tal-gvern u tnaqqis diskrezzjonali fid-dħul għandu jkun ikkumpensat bi tnaqqis fl-infiq. Ir-rata ta’ referenza fuq perjodu medju ta’ żmien ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD għandha tkun ikkalkulata skont metodoloġija maqbula komunement u approvata mill-Istati Membri.
(10) B’mod eċċezzjonali tista' tiġi permessa devjazzjoni temporanja mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta’ żmien meta tkun ġejja minn avveniment mhux tas-soltu li ma jkunx fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li jkollu impatt kbir fuq il-bilanċ strutturali tal-gvern ġenerali ta' mill-inqas 0.5% tal-PGD f'sena waħda jew f’każ ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona euro jew l-UE kollha, bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibilità fiskali fuq perjodu medju ta’ żmien sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru ekonomiku.
(11) F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta’ żmien, għandha tiġi indirizzata twissija mill-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat li għandha tiġi segwita fi żmien xahar minn rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li tiffissa skadenza ta' mhux aktar minn ħames xhur biex jittieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos li jieħu l-azzjoni xierqa sal-iskadenza ffissata mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda lill-Kunsill li jistabbilixi li ma kien hemm l-ebda azzjoni effikaċi. Id-deċiżjoni għandha titqies adottata mill-Kunsill, sakemm ma jiddeċidix permezz ta' maġġoranza kwalifikata li jirrifjutaha fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni. Fl-istess waqt, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jirrapporta lill-Kunsill Ewropew. Il-Kummissjoni, b’koordinazzjoni mal-BĊE għall-Istati Membri taż-żona euro u għall-Istati Membri tal-ERM2, tista’ twettaq missjoni ta’ monitoraġġ. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar ir-riżultat tal-missjoni u għandha tagħmel is-sejbiet tagħha pubbliċi fi żmien xahar.
(11a) Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu l-pożizzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħhom pubbliċi fl-istadji adegwati tal-proċeduri tal-koordinament tal-politika ekonomika, sabiex tiġi żgurata pressjoni effikaċi mill-pari. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta u tispjega l-azzjonijiet preventivi u korrettivi rrakkomandati lill-Istat Membru lill-Parlament Ewropew u lill-kumitat kompetenti tiegħu. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Istat Membru kkonċernat biex jispjega d-deċiżjonijiet u l-politiki tiegħu quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu.
(12) Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-qafas ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni għall-Istati Membri parteċipanti, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu speċifiku ta’ infurzar fuq il-bażi tal-Artikolu 136 tat-TFUE għal każijiet ta' devjazzjoni persistenti u sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta’ żmien, nuqqas ta’ azzjoni korrettiva jew nuqqas ta’ rieda li jikkooperaw.
(12a) Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun wara l-adozzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tqis, meta tagħmel proposti għal miżuri biex jiġi implimentat dan ir-Regolament, is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri kkonċernati li jkunu suġġetti għal programm ta' aġġustament tal-UE/FMI.
(13) Ir-referenzi li hemm fir-Regolament (KE) Nru 1466/97 għandhom jikkunsidraw in-numerazzjoni ġdida tal-Artikoli tat-TFUE.
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 huwa emendat kif ġej:
-1. L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli li jkopru l-kontenut, is-sottomissjoni, l-eżami u l-immonitorjar ta’ programmi ta’ stabbiltà u programmi ta’ konverġenza bħala parti mis-sorveljanza multilaterali mill-Kunsill u mill-Kummissjoni sabiex jipprevjeni, fi stadju bikri, l-okkorrenza ta’ żbilanċi u dejn eċċessivi tal-gvern ġenerali u sabiex jippromwovi s-sorveljanza u l-koordinament tal-politika ekonomika biex b'hekk jappoġġa l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi.
Dan ir-regolament jistabbilixxi bħala regola ġenerali li l-baġit tal-Istati Membri għandhom jiġu bbilanċjati matul iċ-ċiklu ekonomiku biex tiġi żgurata s-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi."
1. L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 2
Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament:
(a) ‘Stati Membri parteċipanti’ tfisser dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro;
(b) ‘Stati Membri b’deroga’ tfisser l-Istati Membri għajr dawk li l-munita tagħhom hija l-euro."
1a. Għandha tiddaħħal it-taqsima li ġejja:
"TAQSIMA 1-A
IS-SIMESTRU EWROPEW GĦALL-KOORDINAMENT TAL-POLITIKA EKONOMIKA
Artikolu 2-a
1. Biex jiġi żgurat il-koordinament eqreb tal-politiki ekonomiċi u konverġenza sostnuta tal-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri, il-Kunsill għandu jwettaq is-sorveljanza multilaterali msemmija fl-Artikolu 121(3) tat-TFUE bħala parti integrali minn simestru Ewropew għall-koordinament tal-politika ekonomika (is-Simestru) bi qbil mal-objettivi u r-rekwiżiti stabbiliti fit-TFUE.
2. Is-Simestru għandu, inter alia, jinkludi:
(a) sorveljanza multilaterali tal-programmi ta' stabbilità u konverġenza skont dan ir-Regolament,
(b) sorveljanza multilaterali tal-programmi ta' riforma nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2-ac;
(c) il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni (il-Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika) bi qbil mal-Artikolu 121(2) tat-TFUE u l-linji gwida għall-impjiegi li għandhom jitqiesu mill-Istati Membri bi qbil mal-Artikolu 148(2) (il-Linji Gwida tal-Impjiegi);
(d) l-implimentazzjoni tal-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi skont ir-Regolament (UE) Nru .../2011;
(e) l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv skont ir-Regolament (KE) Nru 146/97.
3. Kwalunkwe proposta mill-Kummissjoni indirizzata lill-Unjoni kollha kemm bħala parti mis-Simestru għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt tal-miżuri politiċi proposti bi qbil mal-Artikolu 9 tat-TFUE.
4. Il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali għandhom ikunu debitament involuti fis-Simestru biex jiżdiedu t-trasparenza, is-sjieda u l-obbligu ta' rendikont tad-deċiżjonijiet meħuda. Biex jiġi żgurat involviment adegwat tal-Parlament Ewropew, għandu jiġi konkluż ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2011. Dak il-ftehim interistituzzjonali għandu jiġi eżaminat kull tliet snin u emendat jekk ikun xieraq.
Artikolu 2-aa
Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju mwaqqaf bl-Artikolu 134 tat-TFUE, il-Kumitat tal-Impjiegi, stabbilit skont l-Artikolu 150 tat-TFUE, u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali stabbilit skont l-Artikolu 160 tat-TFUE għandhom jiġu kkonsultati fil-qafas tas-Simestru kull meta jkun xieraq.
Il-partijiet interessati rilevanti, b'mod partikolari s-sħab soċjali, għandhom jiġu kkonsultati, fil-qafas tas-Simestru, dwar il-miżuri politiċi ewlenin li għandhom jiġu diskussi fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
1b. Għandha tiddaħħal it-taqsima li ġejja:
"TAQSIMA 1-Aa
DJALOGU EKONOMIKU
Artikolu 2-ab
Biex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni minn naħa minnhom, u l-parlamenti nazzjonali, il-gvernijiet nazzjonali u korpi rilevanti oħrajn tal-Istati Membri min-naħa l-oħra, u biex jiġu żgurati trasparenza u rendikont akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jorganizza seduti u dibattiti pubbliċi dwar is-sorveljanza makroekonomika u baġitarja mwettqa mill-Kunsill u mill-Kummissjoni."
1c. Għandha tiddaħħal it-taqsima li ġejja:
"TAQSIMA -1Ab
PROGRAMMI TA’ RIFORMA NAZZJONALI
Artikolu 2-ac
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta' riforma nazzjonali biex iwettqu l-politiki ekonomiċi tagħhom bl-għan li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni, bi qbil mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-TFUE u fir-rispett tal-obbligu tagħhom li jqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala kwistjoni ta' interess komuni skont l-Artikolu 121(2) tat-TFUE.
2. Il-programmi ta' riforma nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi u għandhom jinkludu miri politiċi konkreti u riformi u investimenti pubbliċi u privati relatati, kif ukoll miżuri politiċi oħra rilevanti u għandhom jiġu stabbiliti skont:
(a) il-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika u l-linji gwida tal-impjiegi;
(b) il-linji gwida politiċi annwali tal-Kunsill Ewropew u l-impenji addizzjonali;
(c) kwalunkwe opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill jew twissijiet mill-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat bi qbil mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-TFUE.
3. Kull Stat Membru għandu jissottometti l-programm ta’ riforma nazzjonali kull sena qabel it-30 ta’ April lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-iskop ta’ sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) tat-TFUE.
4. Kull Stat Membru għandu jagħmel pubbliku l-programm ta’ riforma nazzjonali tiegħu wara l-involviment dovut tal-parlament nazzjonali u wara li jikkonsulta mal-partijiet interessati nazzjonali, inklużi s-sħab soċjali.
5. Il-Kunsill għandu, abbażi ta' evalwazzjonijiet mill-Kummissjoni u bħala parti mis-sorveljanza multilaterali bi qbil mal-Artikolu 121 tat-TFUE, jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ riforma nazzjonali tal-Istati Membri bi qbil mal-linji gwida politiċi, l-impenji, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet imsemmija fil-paragrafu 2.
6. L-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri, b’mod partikolari dawk fiż-żona euro, lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar deċiżjonijiet previsti fil-qasam tal-politika ekonomika b’effetti sekondarji mistennija sinifikanti, li jkollhom il-potenzjal li jipperikolaw il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u tal-unjoni ekonomika u monetarja.
7. Il-Kunsill għandu, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jevalwa jekk l-azzjonijiet politiċi ppjanati u s-suppożizzjonijiet ekonomiċi li fuqhom ikunu msejsa l-programmi ta' riforma nazzjonali jkunux plawżibbli.
8. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħti opinjoni dwar kull programm ta' riforma nazzjonali. Fejn il-Kunsill jidhirlu li l-objettivi u l-kontenut ta’ programm għandhom jissaħħu, il-Kunsill, fl-opinjoni tiegħu, għandu jistieden lill-Istat Membru kkonċernat jissottometti aġġustament tal-miżura politika ppreżentata fir-riforma nazzjonali tiegħu fi żmien xahrejn. Il-programm aġġustat għandu jiġi eżaminat mill-Kunsill u l-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata f’dan l-Artikolu.
9. F'każ ta' devjazzjoni sinifikanti mill-objettivi politiċi stabbiliti fl-opinjoni msemmija fil-paragrafu 8, il-Kummissjoni għandha tindirizza twissija lill-Istat Membru. It-twissija għandha tiġi ppubblikata. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' wkoll jindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat biex jieħu l-miżuri meħtieġa ta' aġġustament.
10. Il-President tal-Kunsill u l-President tal-Kummissjoni għandhom jirrapportaw annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew dwar ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(5) tat-TFUE. Fejn il-Kunsill ikollu tħassib serju rigward il-progress li jkun għamel Stat Membru, il-Kunsill jista’, fuq proposta mill-Kummissjoni, jissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew.
11. Fil-każ imsemmi fil-paragrafi 9 u 10 l-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Istat Membru kkonċernat jispjega l-politiki tiegħu quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu."
1d. L-Artikolu 2a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"Kull Stat Membru għandu jkollu objettiv divrenzjat fuq terminu medju ta’ żmien għall-pożizzjoni baġitarja tiegħu. Dawn l-objettivi baġitarji fuq terminu medju ta’ żmien li huma speċifiċi għall-Istat Membru jistgħu jitbiegħdu mill-ħtieġa ta’ pożizzjoni qrib il-bilanċ jew f’bilanċ favorevoli, filwaqt li jipprovdu marġini ta’ sikurezza fir-rigward tal-proporzjon ta’ 3% tal-PGD għall-iżbilanċ tal-gvern. Kull objettiv baġitarju fuq terminu medju ta' żmien għandu jiżgura s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi jew progress rapidu lejn din is-sostenibbiltà filwaqt li jippermetti l-ispazju għall-immanuvrar baġitarju, b’konsiderazzjoni partikolarment tal-ħtiġijiet tal-investiment pubbliku.
Filwaqt li jitqiesu dawn il-fatturi, għall-Istati Membri li jkunu adottaw l-euro u għall-Istati Membri tal-ERM2, l-objettivi baġitarji fuq perjodu medju ta' żmien li huma speċifiċi għall-Istat Membru għandhom jiġu speċifikati f'firxa definita ta' bejn -1% tal-PGD u l-bilanċ jew il-bilanċ favorevoli, f'termini aġġustati b'mod ċikliku, mingħajr ma jitqiesu l-miżuri ta' darba u l-miżuri temporanji.
L-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien għandu jiġi rivedut kull tliet snin u, fejn ikun xieraq, aktar ta' spiss fil-każ tal-implimentazzjoni ta' riforma strutturali kbira.
L-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien għandu jkun parti integrali mill-oqfsa baġitarji nazzjonali għal perjodu medju ta' żmien bi qbil ma' dan ir-Regolament u mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/.../UE dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri."
1e. Għandha tiddaħħal it-taqsima li ġejja:
"TAQSIMA 1Aa
SJIEDA NAZZJONALI
Artikolu 2aa
1. Kull Stat Membru parteċipanti għandu jinkorpora fid-dritt nazzjonali l-objettivi tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-obbligi li jirriżultaw mit-TFUE fil-qasam tal-politika baġitarja.
L-Istati Membri parteċipanti għandhom jistabbilixxu qafas baġitarju għal perjodu medju ta' żmien, b'orizzont ta' ppjanar fiskali ta' mill-anqas erba' snin, bil-ħsieb li jiġi stabbilit objettiv sinifikanti għal perjodu medju ta' żmien.
2. Għall-Istati Membri parteċipanti, il-korpi jew istituzzjonijiet indipendenti li jaġixxu fil-qasam tal-politika baġitarja għandhom jiżguraw dibattitu nazzjonali infurmat dwar il-pożizzjonijiet baġitarji strutturali attwali u dwar l-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien kif stipulat f'dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jistabbilixxu regoli fiskali numeriċi nazzjonali li jippromwovu b'mod effikaċi l-konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom li jirriżultaw mit-TFUE fil-qasam tal-politika baġitarja. Dawn ir-regoli fiskali numeriċi nazzjonali għandhom ikunu konsistenti għalkollox mal-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien kif ukoll komplementari għalih.
4. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jelaboraw oqfsa baġitarji nazzjonali li jiżguraw il-konformità mal-objettivi tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. L-elaborazzjoni tal-oqfsa baġitarji nazzjonali tista' titwettaq permezz tad-dritt nazzjonali jew permezz ta' ftehim politiku fil-livell nazzjonali. Fl-elaborazzjoni tal-oqfsa baġitarji nazzjonali tagħhom, kull Stat Membru parteċipanti għandu jmur lil hinn, fejn ikun xieraq, mir-rekwiżiti minimi speċifikati fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/.../UE dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri.
Kull Stat Membru parteċipanti għandu jagħmel ħiltu biex jikseb approvazzjoni parlamentari għall-programm ta' stabbiltà tiegħu. Fejn ma jkun hemm ebda approvazzjoni parlamentari bħal din, dan għandu jkun speċifikat fil-programm ta' stabbiltà.
5. L-Istati Membri għandhom iqisu l-gwida u r-rakkomandazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, b'mod partikolari meta jippreparaw il-baġits tagħhom, u jinvolvu kif jixraq lill-parlamenti nazzjonali fil-proċeduri ta' koordinament tal-politika ekonomika. Meta jippreżentaw l-abbozz ta' baġit lill-parlament nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ukoll kwalunkwe opinjoni tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni dwar il-programm ta' stabbiltà u, f'każ ta' devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament, ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, akkumpanjati minn spjegazzjoni ta' kif ġew ikkunsidrati dawk l-opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, bi qbil mal-kodiċi ta' prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulata fir-Regolament (KE) Nru 223/2009, u tal-qrati nazzjonali tal-awdituri. Bħala minimu dan għandu jirrikjedi:
(a) proċessi trasparenti għar-reklutaġġ u t-tkeċċija li għandhom ikunu inpidendenti mir-riżultati tal-elezzjonijiet politiċi;
(b) allokazzjonijiet baġitarji li għandhom isiru kull sena;
(c) id-data tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni statistika, li għandha tingħażel mill-inqas sena bil-quddiem.
1f. Għandha tiddaħħal it-taqsima li ġejja:
"TAQSIMA 1Ab
IS-SMIGĦ TAL-PRESIDENT TAL-GRUPP TAL-EURO
Artikolu 2ab
Il-President tal-Grupp tal-Euro jista', fuq talba tal-Parlament Ewropew jew fuq inizjattiva tiegħu stess, ikollu smigħ quddiem il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro, is-sitwazzjoni ekonomika fiż-żona tal-euro, l-evoluzzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro, il-kompetittività fl-Istati Membri parteċipanti u l-konverġenza reali tal-ekonomiji tagħhom, is-sostenibilità tal-pożizzjonijiet baġitarji tal-Istati Membri parteċipanti u l-ksib tal-programmi ta' stabbiltà u tal-pjanijiet tar-riforma nazzjonali u l-evoluzzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi fi ħdan l-Unjoni."
2. L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"1. Kull Stat Membru parteċipant għandu jissottometti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni t-tagħrif meħtieġ għall-iskop ta’ sorveljanza multilaterali f’intervalli regolari skont l-Artikolu 121 TFUE fil-forma ta’ programm ta’ stabbiltà, li jipprovdi bażi essenzjali għas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi li tiffavorixxi l-istabilità tal-prezzijiet, tkabbir sostenibbli qawwi u l-ħolqien tal-impjiegi.
(b) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(i) il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
"(a) l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien u l-perkors ta’ aġġustament lejn dan l-objettiv għall-bilanċ ġenerali tal-gvern bħala perċentwali tal-PGD, il-perkors mistenni tal-proporzjon tad-dejn ġenerali tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, inkluża l-allokazzjoni korrispondenti għall-formazzjoni gross tal-kapital fiss, b'mod partikolari jekk wieħed iqis il-kundizzjonijiet u l-kriterji biex jiġi stabbilit it-tkabbir fl-infiq skont l-Artikolu 5(1), il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b’politika mhux mibdula u kwantifikazzjoni tal-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati;"
(ia) għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
"(aa) il-perkors mistenni tal-proporzjon tad-dejn ġenerali tal-gvern, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe passivi impliċiti jew kontiġenti, bħalma huma l-kostijiet baġitarji mistennija tat-tixjiħ u tal-garanziji pubbliċi, bin-natura eżatta ta' dik l-informazzjoni spjegata f'qafas armonizzat li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni;"
(ib) għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
"(ab) informazzjoni dwar il-konsistenza tal-programm ta' stabbiltà mal-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika u l-programm ta' riforma nazzjonali;"
(ii) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
"(c) valutazzjoni kwantitattiva tal-miżuri baġitarji u ta’ miżuri oħra ta’ politika ekonomika li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu proposti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm, li tinkludi analiżi komprensiva tal-kostijiet u l-benefiċċji tar-riformi strutturali prinċipali li għandhom effetti baġitarji pożittivi diretti ▌fuq perjodu twil ta' żmien, fosthom billi jżidu t-tkabbir sostenibbli potenzjali;"
(ba) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"2a. Il-programm ta’ stabbiltà għandu jkun ibbażat fuq previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji realistiċi u kawti billi juża l-iktar informazzjoni aġġornata. L-ippjanar baġitarju għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli jew fuq xenarju aktar prudenti li jenfasizza fid-dettall id-devjazzjonijiet mix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli. Il-previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji għandhom ikunu ppreparati billi jittieħed kont tal-previżjonijiet tal-Kummissjoni u ta' dawk ta' entitajiet indipendenti oħra kif xieraq. Diverġenzi sinifikanti bejn ix-xenarju makrofiskali magħżul u l-previżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jiġu spjegati fil-programm ta' stabbiltà."
(c) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"3. It-tagħrif dwar il-perkorsi tal-bilanċ tal-gvern ġenerali u tal-proporzjon tad-dejn tal-gvern, it-tkabbir fl-infiq tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b’politika mhux mibdula, il-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati, ikkwantifikati kif jixraq, u s-suppożizzjonijiet ekonomiċi prinċipali msemmija fil-paragrafu 2(a), (aa), (ab) u (b) għandu jkun fuq bażi annwali u għandu jkopri s-sena ta’ qabel, is-sena kurrenti u mill-anqas it-tliet snin ta’ wara."
3. L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 4
1. Il-programmi ta’ stabbiltà għandhom jiġu sottomessi kull sena bejn l-1 u t-30 ta’ April. Stat Membru li jkun ser jadotta l-euro għandu jissottometti programm ta’ stabbiltà fi żmien sitt xhur mid-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fl-euro.
2. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-programmi ta’ stabbiltà tagħhom."
4. L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 5
1. Fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kunsill għandu, fi ħdan il-qafas ta' sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121 tat-TFUE, jeżamina l-objettivi baġitarji fuq perjodu medju ta' żmien ippreżentati mill-Istati Membri kkonċernati fil-programmi ta' stabbiltà tagħhom, jivvaluta jekk is-suppożizzjonijiet ekonomiċi li fuqhom ikun ibbażat il-programm humiex plawsibbli, jekk il-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien huwiex adattat, inkluża kunsiderazzjoni tal-perkors ta' akkumpanjament għall-proporzjon tad-dejn u jekk il-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu proposti sabiex jiġi rrispettat dak il-perkors ta’ aġġustament humiex biżżejjed sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien matul iċ-ċiklu.
Meta jivvalutaw il-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk l-Istat Membru kkonċernat hux jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b’mod ċikliku li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu ta' żmien, b’0.5% tal-PGD bħala punt ta’ referenza u mingħajr ma jqis il-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji. Għall-Istati Membri ffaċċjati b’livell ta’ dejn li jaqbeż is-60% tal-PGD jew b’riskji evidenti ta’ sostenibilità ġenerali ta’ dejn, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b’mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji, ikunx b’mod sinifikanti ogħla minn 0.5% tal-PGD. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw jekk ikunx qed isir sforz ta’ aġġustament akbar fi żminijiet ekonomiċi tajba, filwaqt li l-isforz jista’ jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena.
Il-progress suffiċjenti lejn l-objettiv baġitarju għal perjodu medju ta' żmien għandu jkun ivvalutat abbażi ta’ valutazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala r-referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri tad-dħul diskrezzjonali. Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jivvalutaw jekk il-perkors tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, meħud flimkien mal-effett tal-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu ppjanati min-naħa tad-dħul, ikunx konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
▐
(a) għall-Istati Membri li jkunu laħqu l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata ta' referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b’miżuri diskrezzjonali tad-dħul;
(b) għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta’ żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata inqas minn rata ta’ referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta’ żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b’miżuri diskrezzjonali tad-dħul. Id-differenza negattiva bejn ir-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern meta pparagunata ma’ rata ta’ referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta’ żmien tiġi stipulata b’mod li jiżgura aġġustament xieraq lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien;
(c) għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta’ żmien, it-tnaqqis diskrezzjonali ta' elementi tad-dħul tal-gvern jiġi korrispost jew bi tnaqqis fl-infiq jew b’żidiet diskrezzjonali f’elementi oħra tad-dħul tal-gvern jew bit-tnejn.
L-infiq totali għandu jeskludi l-infiq fuq l-interessi, infiq fuq programmi tal-UE korrisposti bis-sħiħ mid-dħul tal-fondi tal-UE u mill-bidliet mhux diskrezzjonali fl-infiq tal-benefiċċju tal-qgħad.
L-eċċess tat-tkabbir fl-infiq fuq ir-referenza ta’ perjodu medju ta’ żmien m’għandux jitqies bħala ksur tal-punt ta’ referenza sal-limitu li dan ikun ibbilanċjat kompletament biż-żidiet tad-dħul li huma obbligatorji skont il-liġi.
Ir-rata ta’ referenza tat-tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta’ żmien għandha tiġi vvalutata abbażi tal-projezzjonijiet li jħarsu ’l quddiem, jew meta ma jwasslux għal perkors ta' aġġustament aktar bil-mod lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien, abbażi ta' projezzjonijiet li jħarsu lura. Il-projezzjonijiet għandhom ikunu aġġornati f’intervalli regolari. Il-Kummissjoni għandha tippubblika valutazzjoni trasparenti, indipendenti u mmotivata tal-metodoloġija ta’ dawk il-projezzjonijiet.
Meta jiddefinixxi l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux dan l-objettiv u meta jippermetti devjazzjoni temporanja minn dan l-objettiv għall-Istati Membri li jkunu diġà laħquh, bil-kundizzjoni li jiġi ppreservat marġini xieraq ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza tad-defiċit u li l-pożizzjoni baġitarja tkun mistennija li terġa’ lura għall-objettiv baġitarju għall-perjodu medju ta' żmien matul il-perjodu tal-programm, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali prinċipali li għandhom effetti baġitarji pożittivi diretti ▌fuq perjodu twil ta’ żmien, fosthom billi jżidu t-tkabbir sostenibbli potenzjali, u għalhekk impatt verifikabbli fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq perjodu twil ta' żmien.
Għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-riformi fil-pensjonijiet li jintroduċu sistema b’aktar minn pilastru wieħed li tinkludi pilastru mandatorju, kompletament iffinanzjat. L-Istati Membri li jkunu qegħdin jimplimentaw tali riformi għandhom jitħallew jiddevjaw mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta' żmien jew mill-objettiv innifsu, bid-devjazzjoni tirrifletti l-kost nett tar-riforma fil-pilastru mmaniġjat pubblikament, bil-kundizzjoni li d-devjazzjoni tibqa’ temporanja u jiġi ppreservat marġini xieraq ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza tad-defiċit.
Barra minn hekk il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk il-kontenut tal-programm ta’ stabbiltà jiffaċilitax il-kisba ta’ konverġenza sostenuta u reali fiż-żona euro, u koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u jekk il-politiki ekonomiċi tal-Istat Membru kkonċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi u mal-linji gwida tal-impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni.
F'każ ta' avveniment mhux tas-soltu li ma jkunx fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li jkollu impatt kbir fuq il-bilanċ strutturali tal-gvern ġenerali ta' mill-inqas 0.5% tal-PGD f'sena waħda jew f'perjodi ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona euro jew l-Unjoni kollha, l-Istati Membri jistgħu jitħallew jiddevjaw temporanjament mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu, bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibilità fiskali fuq perjodu medju ta’ żmien.
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programm ta’ stabbiltà fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-programm. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, ▌jekk ikun meħtieġ, tirrakkomanda lill-Kunsill li jagħti opinjoni dwar il-programm. L-opinjoni għandha titqies adottata mill-Kunsill, sakemm ma jiddeċidix permezz ta' maġġoranza kwalifikata, fi żmien għaxart ijiem, li jirrifjutaha. Fejn ▌l-objettivi u l-kontenut tal-programm jeħtieġ li jissaħħu b’referenza partikolari għall-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, l-opinjoni għandha tistieden lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jaġġusta l-programm tiegħu."
5. L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 6
1. Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) tat-TFUE, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ stabbiltà, abbażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri parteċipanti u tal-valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, b’mod partikolari bil-għan li jiġu identifikati diverġenzi sinifikanti attwali jew mistennija tal-pożizzjoni baġitarja mill-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, jew mill-perkors ta’ aġġustament xieraq lejh ▌.
2. F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta’ żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, u sabiex jiġi evitat li jinħoloq defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza twissija lill-Istat Membru kkonċernat, skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE. Tali twissija għandha ssir pubblika. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Istat Membru kkonċernat biex jispjega l-politiki tiegħu quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu. Fil-każ ta’ tali devjazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ titlob rapport addizzjonali mingħand l-Istat Membru kkonċernat.
Il-Kunsill għandu, fi żmien xahar minn kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jadotta rakkomandazzjoni għal miżuri ta’ politika li tistabbilixxi skadenza ta’ mhux aktar minn ħames xhur, biex tiġi indirizzata d-devjazzjoni, abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Fil-każ ta’ devjazzjoni partikolarment sinifikanti jew f’sitwazzjoni partikolarment serja, l-iskadenza għandha tkun ta’ mhux aktar minn tliet xhur. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-miżuri li jinsabu fir-rakkomandazzjoni abbażi taż-żjarat ta’ sorveljanza skont l-Artikolu -11 ta' dan ir-Regolament u tħejji rapport lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun ippubblikat fi żmien xahar.
Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos li jieħu l-azzjoni xierqa sal-iskadenza speċifikata f'rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda immedjatament lill-Kunsill li jistabbilixxi li ma kien hemm l-ebda azzjoni effikaċi. Id-deċiżjoni għandha titqies adottata mill-Kunsill sakemm ma jiddeċidix permezz ta' maġġoranza kwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tagħha min-naħa tal-Kummissjoni. Fl-istess ħin, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jibgħat rapport formali lill-Kunsill Ewropew.
Il-proċess mir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill imsemmija fit-tieni subparagrafu sar-rakkomandazzjoni finali tal-Kunsill u r-rapport lill-Kunsill Ewropew imsemmi fir-raba’ subparagrafu m’għandux ikun itwal minn sitt xhur.
Devjazzjoni mill-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien jew il-perkors xieraq ta’ aġġustament lejh għandha tkun ivvalutata abbażi ta’ evalwazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri diskrezzjonali ta’ dħul, kif definiti fl-Artikolu 5(1).
Il-valutazzjoni jekk id-devjazzjoni tkunx sinifikanti għandha b’mod notevoli tinkludi l-kriterji li ġejjin:
Għal Stat Membru li ma jkunx laħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, meta tiġi vvalutata l-bidla fil-bilanċ strutturali, jekk id-devjazzjoni tkunx ta’ mill-anqas 0.5% tal-PGD f’sena waħda jew ta’ mill-anqas 0.25% tal-PGD bħala medja kull sena f’sentejn wara xulxin; meta jiġu vvalutati l-iżviluppi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri diskrezzjonali tad-dħul, jekk id-devjazzjoni ikollhiex impatt totali fuq il-bilanċ tal-gvern ta’ mill-anqas 0.5% tal-PGD f’sena waħda jew b’mod kumulattiv f’sentejn konsekuttivi.
Ma għandhiex tiġi kkunsidrata devjazzjoni jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun qabeż b’mod konsiderevoli l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien filwaqt li titqies il-preżenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, u l-pjanijiet baġitarji stipulati fil-programm ta’ stabbiltà ma jipperikolawx dan l-objettiv matul il-perjodu tal-programm.
Id-devjazzjoni tista' wkoll ma tiġix ikkunsidrata meta tkun ġejja minn avveniment mhux tas-soltu li ma jkunx fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li jkollu impatt kbir fuq il-bilanċ strutturali tal-gvern ġenerali ta' mill-inqas 0.5% tal-PGD f'sena waħda jew f'każ ta' tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku u ta' natura ġenerali, bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibilità fiskali fuq perjodu medju ta’ żmien.
3. F’każ li d-devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien tippersisti jew jekk tkun partikolarment serja, il-Kummissjoni għandha tindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jieħu l-miżuri ta’ aġġustament neċessarji. Il-Kunsill jista’ jirrifjuta tali rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni b’maġġoranza kwalifikata. Il-Kunsill ▌għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Istat Membru kkonċernat biex jispjega l-politiki tiegħu quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu."
6. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"1. Kull Stat Membru b’deroga għandu jibgħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni t-tagħrif neċessarju għall-iskop ta’ sorveljanza multilaterali f’intervalli regolari skont l-Artikolu 121 TFUE fil-forma ta’ programm ta’ konverġenza, li jipprovdi bażi essenzjali għas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi li tiffavorixxi l-istabbiltà tal-prezzijiet, ▌tkabbir qawwi sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi."
(b) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(i) il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
"(a) l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien u l-perkors ta’ aġġustament lejn dan l-objettiv għall-bilanċ ġenerali tal-gvern bħala perċentwali tal-PGD, il-perkors mistenni tal-proporzjon tad-dejn ġenerali tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, inkluża l-allokazzjoni korrispondenti għall-formazzjoni gross tal-kapital fiss, b’mod partikolari meta wieħed iżomm quddiem għajnejh il-kundizzjonijiet u l-kriterji biex jiġi stabbilit it-tkabbir tal-infiq skont l-Artikolu 9(1), il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b’politika mhux mibdula u kwantifikazzjoni tal-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati, l-objettivi tal-politika monetarja fuq perjodu medju ta’ żmien, ir-relazzjoni ta’ dawk l-objettivi mal-istabbiltà tal-prezzijiet u tar-rata tal-kambju u mal-kisba ta’ konverġenza sostnuta;"
(ia) għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
"(aa) il-perkors mistenni tal-proporzjon tad-dejn ġenerali tal-gvern, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe passivi impliċiti jew kontiġenti, bħalma huma l-kostijiet baġitarji mistennija tat-tixjiħ u tal-garanziji pubbliċi, bin-natura eżatta ta' dik l-informazzjoni spjegata f'qafas armonizzat li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni;"
(ib) għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
"(ab) informazzjoni dwar il-konsistenza tal-programm ta' stabbiltà mal-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika, mal-linji gwida għall-impjiegi u mal-programm ta' riforma nazzjonali;"
(ic) il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"(b) is-suppożizzjonijiet prinċipali dwar l-iżviluppi ekonomiċi mistennija u fatturi varjabbli ekonomiċi importanti li huma rilevanti għar-realizzazzjoni tal-programm ta' konverġenza, bħalma huma nfiq f'investimenti mill-gvern, tkabbir fil-PGD reali, impjiegi u inflazzjoni;"
(ii) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
"(c) valutazzjoni kwantitattiva tal-miżuri baġitarji u ta’ miżuri oħra ta’ politika ekonomika li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu proposti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm, li tinkludi analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tar-riformi strutturali prinċipali u li għandhom effetti baġitarji diretti ▌fuq perjodu twil ta' żmien, fosthom billi jiżdied it-tkabbir sostenibbli potenzjali;"
(ba) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"2a. Il-programm ta’ konverġenza għandu jkun ibbażat fuq previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji realistiċi u kawti bl-użu tal-aktar informazzjoni aġġornata. L-ippjanar baġitarju għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli jew fuq xenarju aktar prudenti li jenfasizza fid-dettall id-devjazzjonijiet mix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli. Il-previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji għandhom ikunu ppreparati billi jittieħed kont tal-previżjonijiet tal-Kummissjoni u ta' dawk ta' entitajiet indipendenti oħra kif xieraq. Diverġenzi sinifikanti bejn ix-xenarju makrofiskali magħżul u l-previżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jiġu spjegati fil-programm ta' konverġenza."
(c) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"3. It-tagħrif dwar il-perkorsi tal-bilanċ tal-gvern ġenerali u tad-dejn tal-gvern, it-tkabbir fl-infiq tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b’politika mhux mibdula, il-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati, ikkwantifikati kif xieraq, u s-suppożizzjonijiet ekonomiċi prinċipali msemmija fil-paragrafu 2(a), (aa), (ab) u (b) għandu jkun fuq bażi annwali u għandu jkopri s-sena ta’ qabel, is-sena kurrenti u mill-anqas it-tliet snin ta’ wara."
7. L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 8
1. Il-programmi ta’ konverġenza għandhom jiġu sottomessi kull sena bejn l-1 u t-30 ta’ April.
1a. Għal pajjiżi li s-sena fiskali tagħhom mhix ugwali għas-sena kalendarja, il-programm ta’ konverġenza jrid jiġi sottomess wara l-preżentazzjoni tal-baġit lill-parlament nazzjonali u jkun qrib kemm jista’ jkun tal-pubblikazzjoni tiegħu.
2. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-programmi tagħhom ta’ konverġenza."
8. L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 9
1. Fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kunsill għandu, fil-qafas tas-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121 tat-TFUE, jeżamina l-objettivi baġitarji fuq terminu medju ppreżentati mill-Istati Membri kkonċernati fil-programmi ta' konverġenza tagħhom, jivvaluta jekk is-suppożizzjonijiet ekonomiċi li fuqhom ikun ibbażat il-programm humiex plawsibbli, jekk il-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien huwiex adattat, inkluża kunsiderazzjoni tal-perkors ta' akkumpanjament għall-proporzjon tad-dejn, u jekk il-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu u/jew jiġu proposti sabiex jiġi rrispettat dak il-perkors ta’ aġġustament ikunux suffiċjenti sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien matul iċ-ċiklu u sabiex tinkiseb konverġenza sostenuta.
Meta jivvalutaw il-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw jekk ikunx qed isir sforz akbar ta’ aġġustament fi żminijiet ekonomiċi tajbin, filwaqt li l-isforz jista’ jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. Għall-Istati Membri ffaċċjati b’livell ta’ dejn li jaqbeż is-60% tal-PGD jew b’riskji evidenti ta’ sostenibilità ġenerali ta’ dejn, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b’mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji, ikunx b’mod sinifikanti ogħla minn 0.5% tal-PGD. Għall-Istati Membri ERM2, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk l-Istat Membru kkonċernat ikunx qed jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tiegħu aġġustat b’mod ċikliku u li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu medju ta’ żmien, b’0.5% tal-PGD bħala punt ta’ referenza u mingħajr ma jqis il-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji.
Il-progress suffiċjenti lejn l-objettiv baġitarju għal perjodu medju ta' żmien għandu jkun ivvalutat abbażi ta’ valutazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala r-referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri tad-dħul diskrezzjonali. Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jivvalutaw jekk il-perkors tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, meħud flimkien mal-effett tal-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew li jkunu proposti min-naħa tad-dħul, ikunx konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
▐
(a) għall-Istati Membri li jkunu laħqu l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata ta' referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b’miżuri diskrezzjonali tad-dħul;
(b) għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta’ żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata inqas minn rata ta’ referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta’ żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b’miżuri diskrezzjonali tad-dħul. Id-differenza negattiva bejn ir-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern meta pparagunata ma’ rata ta’ referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta’ żmien tiġi stipulata b’mod li jiżgura aġġustament xieraq lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien;
(c) għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta’ żmien, it-tnaqqis diskrezzjonali tal-elementi tad-dħul tal-gvern jiġi korrispost jew bi tnaqqis fl-infiq jew b’żidiet diskrezzjonali f’elementi oħra tad-dħul tal-gvern jew bit-tnejn.
L-infiq totali għandu jeskludi l-infiq fuq l-interessi, infiq fuq programmi tal-UE korrisposti bis-sħiħ mid-dħul tal-fondi tal-UE u mill-bidliet mhux diskrezzjonali fl-infiq tal-benefiċċju tal-qgħad.
L-eċċess tat-tkabbir fl-infiq 'il fuq mir-referenzi ta’ perjodu medju ta’ żmien m’għandux jitqies bħala ksur tal-punt ta’ referenza sal-limitu li dan ikun ibbilanċjat kompletament biż-żidiet tad-dħul li huma obbligatorji skont il-liġi.
Ir-rata ta’ referenza tat-tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta’ żmien għandha tiġi vvalutata abbażi tal-projezzjonijiet li jħarsu ’l quddiem, jew meta ma jwasslux għal perkors ta' aġġustament aktar bil-mod lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien, abbażi ta' projezzjonijiet li jħarsu lura. Il-projezzjonijiet għandhom ikunu aġġornati f’intervalli regolari. Il-Kummissjoni għandha tippubblika valutazzjoni trasparenti, indipendenti u mmotivata tal-metodoloġija ta’ dawk il-projezzjonijiet.
Meta jiddefinixxi l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux dan l-objettiv u meta jippermetti devjazzjoni temporanja minn dan l-objettiv għall-Istati Membri li jkunu diġà laħquh, bil-kundizzjoni li jiġi ppreservat marġini xieraq ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza tad-defiċit u li l-pożizzjoni baġitarja tkun mistennija li terġa’ lura għall-objettiv baġitarju għall-perjodu medju ta' żmien matul il-perjodu tal-programm, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali prinċipali li għandhom effetti baġitarji pożittivi diretti ▌fuq perjodu twil ta’ żmien, fosthom billi jżidu t-tkabbir sostenibbli potenzjali, u għalhekk impatt verifikabbli fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq perjodu twil ta' żmien.
Għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-riformi fil-pensjonijiet li jintroduċu sistema b’aktar minn pilastru wieħed li tinkludi pilastru mandatorju, kompletament iffinanzjat. L-Istati Membri li jkunu qegħdin jimplimentaw tali riformi għandhom jitħallew jiddevjaw mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta' żmien jew mill-objettiv innifsu, bid-devjazzjoni tirrifletti l-kost nett tar-riforma fil-pilastru mmaniġjat pubblikament, bil-kundizzjoni li d-devjazzjoni tibqa’ temporanja u jiġi ppreservat marġini xieraq ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza tad-defiċit.
Barra minn hekk il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk il-kontenut tal-programm ta’ konverġenza jiffaċilitax il-koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u jekk il-politiki ekonomiċi tal-Istat Membru kkonċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi u mal-linji gwida għall-impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Barra minn hekk, għall-Istati Membri ERM2, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk il-kontenut tal-programm ta’ konverġenza jiżgurax parteċipazzjoni mingħajr problemi fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju.
F'każ ta' avveniment mhux tas-soltu li ma jkunx fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li jkollu impatt kbir fuq il-bilanċ strutturali tal-gvern ġenerali ta' mill-inqas 0.5% tal-PGD f'sena waħda jew f'perjodi ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona euro jew l-UE kollha, l-Istati Membri jistgħu bħala eċċezzjoni jitħallew jiddevjaw temporanjament mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu, bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibilità fiskali fuq perjodu medju ta’ żmien.
2. Il-Kunsill għandu jwettaq l-eżami tal-programm ta’ konverġenza f'mhux aktar minn tliet xhur mis-sottomissjoni tal-programm. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, għandu, jekk ikun meħtieġ, jagħti opinjoni dwar il-programm. Fejn il-Kunsill, skont l-Artikolu 121 tat-TFUE, iħoss li l-objettivi u l-kontenut tal-programm għandhom jiġu msaħħa b’referenza partikolari għall-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, il-Kunsill għandu, fl-opinjoni tiegħu, jistieden lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jaġġusta l-programm tiegħu."
9. L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 10
1. Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) tat-TFUE, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ konverġenza, fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri b’deroga u tal-valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, b’mod partikolari sabiex jiġu identifikati diverġenzi attwali jew mistennija tal-pożizzjoni baġitarja mill-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, jew mill-perkors xieraq ta’ aġġustament lejh, b’riżultat tad-devjazzjonijiet mit-twettiq ta' politika fiskali prudenti.
Barra minn hekk, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw il-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri b’deroga fid-dawl tal-objettivi tal-programmi ta’ konverġenza bil-għan li jiżguraw li l-politiki tagħhom jimmiraw għall-istabbiltà u b’hekk jevitaw miżallinjamenti fir-rati reali tal-kambju u oxxillazzjonijiet eċċessivi fir-rati nominali tal-kambju.
2. F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament, u sabiex jiġi evitat li jinħoloq defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza twissija lill-Istat Membru kkonċernat, skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE. Tali twissija għandha ssir pubblika. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Istat Membru kkonċernat biex jispjega l-politiki tiegħu quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu. Fil-każ ta’ tali devjazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ titlob rapport addizzjonali mingħand l-Istat Membru kkonċernat.
Il-Kunsill għandu, fi żmien xahar minn kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jadotta rakkomandazzjoni għal miżuri ta’ politika li tistabbilixxi skadenza ta’ mhux aktar minn ħames xhur biex tiġi indirizzata d-devjazzjoni, abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Fil-każ ta’ devjazzjoni partikolarment sinifikanti jew f’sitwazzjoni partikolarment serja, l-iskadenza għandha tkun ta’ mhux aktar minn tliet xhur. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-miżuri li jinsabu fir-rakkomandazzjoni abbażi taż-żjarat ta’ sorveljanza skont l-Artikolu -11 ta' dan ir-Regolament u tħejji rapport lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun ippubblikat fi żmien xahar.
Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos li jieħu l-azzjoni xierqa sal-iskadenza speċifikata f'rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda immedjatament lill-Kunsill li jistabbilixxi li ma kien hemm l-ebda azzjoni effikaċi. Id-deċiżjoni għandha titqies adottata mill-Kunsill sakemm ma jiddeċidix permezz ta' maġġoranza kwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tagħha min-naħa tal-Kummissjoni. Fl-istess ħin, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jibgħat rapport formali lill-Kunsill Ewropew.
Il-proċess mir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill imsemmija fit-tieni subparagrafu sar-rakkomandazzjoni finali tal-Kunsill u r-rapport lill-Kunsill Ewropew imsemmi fir-raba’ subparagrafu m’għandux ikun itwal minn sitt xhur.
Devjazzjoni mill-objettiv fuq perjodu medju ta’ żmien jew il-perkors xieraq ta’ aġġustament lejh għandha tkun ivvalutata abbażi ta’ evalwazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri diskrezzjonali ta’ dħul, kif definiti fl-Artikolu 9(1).
Il-valutazzjoni jekk id-devjazzjoni tkunx sinifikanti għandha b’mod notevoli tinkludi l-kriterji li ġejjin:
Għal Stat Membru li ma jkunx laħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, meta tiġi vvalutata l-bidla fil-bilanċ strutturali, id-devjazzjoni għandha titqies sinifikanti jekk din tkun ta’ mill-anqas 0.5% tal-PGD f’sena waħda jew ta’ mill-anqas 0.25% tal-PGD bħala medja kull sena f’sentejn wara xulxin; meta jiġu vvalutati l-iżviluppi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri diskrezzjonali tad-dħul, jekk id-devjazzjoni ikollhiex impatt totali fuq il-bilanċ tal-gvern ta’ mill-anqas 0.5% tal-PGD f’sena waħda jew b’mod kumulattiv f’sentejn konsekuttivi.
Ma għandhiex tiġi kkunsidrata devjazzjoni jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun qabeż b’mod konsiderevoli l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien filwaqt li titqies il-preżenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, u l-pjanijiet baġitarji stipulati fil-programm ta’ stabbiltà ma jipperikolawx dan l-objettiv matul il-perjodu tal-programm.
Id-devjazzjoni tista' wkoll ma tiġix ikkunsidrata meta tkun ġejja minn avveniment mhux tas-soltu li ma jkunx fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li jkollu impatt kbir fuq il-bilanċ strutturali tal-gvern ġenerali ta' mill-inqas 0.5% tal-PGD f'sena waħda jew f'każ ta' tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku u ta' natura ġenerali, bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibilità fiskali fuq perjodu medju ta’ żmien.
3. F’każ li d-devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien tippersisti jew jekk tkun partikolarment serja, il-Kummissjoni għandha tindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jieħu l-miżuri ta’ aġġustament neċessarji. Il-Kunsill ▌għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Istat Membru kkonċernat biex jispjega l-politiki tiegħu quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu.
3a. Kull meta jkun hemm stedina għal xi laqgħa bejn il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u xi Stat Membru biex tiġi spjegata pożizzjoni, azzjoni mitluba jew diverġenza mir-rekwiżiti mfissra hawn hekk, il-laqgħa għandha tissejjaħ taħt l-awspiċi ta’ wieħed minn dawn:
(a) il-Parlament Ewropew;
(b) il-parlament tal-Istat Membru kkonċernat;
(c) il-parlament tal-Presidenza li tinbidel."
9a. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:
"Artikolu -11
1. Il-Kummissjoni għandha tassigura djalogu permanenti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri skont l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha twettaq żjarat, fl-Istati Membri kollha, għall-iskop ta’ djalogu regolari u, fejn xieraq, sorveljanza.
Il-Kummissjoni tista’ tistieden rappreżentanti tal-Bank Ċentrali Ewropew, jekk tqis li dan ikun xieraq, jew istituzzjonijiet relevanti oħra biex jipparteċipaw fiż-żjarat ta’ djalogu u sorveljanza.
2. Meta torganizza żjajjar ta’ djalogu jew sorveljanza, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tittrasmetti s-sejbiet provviżorji tagħha lill-Istati Membri kkonċernati għall-kummenti.
3. Il-Kummissjoni għandha, fil-kuntest taż-żjarat ta’ djalogu, teżamina s-sitwazzjoni ekonomika attwali fl-Istat Membru u għandha tidentifika kwalunkwe riskji jew diffikultajiet biex jikkonformaw mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-Kummissjoni għandha, fil-kuntest taż-żjarat ta’ sorveljanza, timmonitorja l-proċessi u tivverifika li jkunu ttieħdu miżuri skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni skont l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Iż-żjarat ta’ sorveljanza għandhom isiru biss f’każijiet eċċezzjonali u biss fejn ikun hemm riskji jew diffikultajiet li jidhru biex jintlaħqu dawk l-objettivi.
5. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju bir-raġunijiet għaż-żjarat ta’ sorveljanza.
6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiffaċilitaw iż-żjarat ta’ djalogu u sorveljanza. L-Istati Membri għandhom jipprovdu, fuq talba tal-Kummissjoni, l-assistenza tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti kollha għall-preparazzjoni u t-tmexxija ta' żjarat ta' djalogu u ta' sorveljanza."
9b. L-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 11
Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali kif deskritta f'dan ir-Regolament, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom iwettqu l-istima globali deskritta fl-Artikolu 121(3) TFUE."
9c. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:
"Artikolu 11a
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jevalwaw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament abbażi ta' rapport annwali mill-Kummissjoni."
9d. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:
"Artikolu 12a
Rieżami
1. Sa ...* u kull tliet snin minn din id-data l-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2. Ir-rapport u kull proposta li takkumpanjah għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Jekk ir-rapport jidentifika ostakli għall-funzjonament tajjeb tad-dispożizzjonijiet fit-Trattati li jirregolaw l-unjoni ekonomika u monetarja dan għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Kunsill Ewropew.
4. Ir-rapport għandu jinkludi proposta għall-estensjoni tal-votazzjoni permezz tal-maġġoranza kwalifikata invertita fil-Kunsill għall-passi kollha tal-proċedura msemmija f’dan ir-Regolament.
5. Sa ... *, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, fejn ikun xieraq, bi proposti leġiżlattivi biex jiġi stabbilit, skont ir-regoli tal-Unjoni, mekkaniżmu ta' inċentiv li jimmira li jagħti garanziji lil sett ta' inizjattivi ta' bonds ta' proġetti fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020.
*ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament."
10. Ir-referenzi kollha għall-‘Artikolu 99’, fir-Regolament kollu għandhom jiġu ssostitwiti b’referenzi għall-‘Artikolu 121’.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
Is-Sinjura Sharon Bowles
'Chairperson'
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
BRUSSELL
Suġġett: Opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (COM(2010)0526 – C7‑0300/2010 – 2010/0280(COD))
Għażiża Sinjura Bowles,
Bl-ittra tal-4 ta' Marzu 2011, inti kkonsultajt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 37(2) tar-Regoli ta' Proċedura, biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-bażi legali xierqa ta' diversi proposti għal leġiżlazzjoni, li fuqhom l-emendi biex tinbidel il-bażi legali tressqu fil-kumitat tiegħek bħala l-kumitat responsabbli u/jew il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali.
Il-Kumitat ikkunsidra l-kwistjoni msemmija hawn fuq fil-laqgħa tiegħu li saret fit-12 ta' April 2011.
Il-pakkett dwar il-governanza ekonomika huwa intiż sabiex jissodisfa l-bżonn ta' koordinazzjoni akbar u aktar sorveljanza mill-qrib tal-politiki ekonomiċi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
Il-pakkett jikkonsisti f’sitt proposti għal leġiżlazzjoni.
Il-proposti huma analizzati separatament fl-anness. Għal raġunijiet ta' konvenjenza, il-konklużjonijiet tal-kumitat dwar il-bażi legali xierqa f'kull każ jinstabu hawn taħt:
- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ((COM (2010) 527, 2010/0281 (COD)).
L-uniku għan tal-proposta għal Regolament huwa li titwessa' l-proċedura ta' sorveljanza ekonomika, kif permess mill-Artikolu 121(6) TFUE. Din il-bażi legali b'hekk tidher li hija dik xierqa.
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (COM (2010) 523 final, 2010/ 0277 (NLE))
L-għan prinċipali ta' din il-proposta huwa li tiġi inkuraġġuta r-responsabbiltà fiskali billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-oqfsa fiskali nazzjonali u tiġi żgurata l-effikaċja tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv.
Għalhekk, il-bażi legali proposta mill-Kummissjoni, jiġifieri t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 126(14) TFUE, tidher xierqa.
-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika ((COM (2010) 526, 2010/0280 (COD))
Din il-proposta hija intiża li tiżgura t-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri. Għaldaqstant jidher li l-Artikolu 121(6) TFUE hu bażi legali xierqa għal din il-proposta.
- Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (COM (2010) 522 final, 2010/ 0276 (CNS))
Fid-dawl tal-fatt li l-objettiv prinċipali ta' din il-proposta huwa li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati li għandhom jiġu osservati meta tkun qed tiġi applikata l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, l-unika bażi legali xierqa hija l-Artikolu 126(4) TFUE.
- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (COM (2010)0524, 2010/0278(COD))
Huwa meqjus li l-Artikolu 121(6) flimkien mal-Artikolu 136 TFUE jikkostitwixxu l-bażi legali xierqa.
- Proposta għal Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro ((COM (2010) 525, 2010/0279 (COD))
Fid-dawl tal-għan tal-proposta, li hija intiża sabiex issaħħaħ l-korrezzjoni effikaċi ta' żbilanċi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro, l-Artikolu 121(6) flimkien mal-Artikolu 136 TFUE jikkostitwixxu l-bażi legali xierqa.
Matul il-laqgħa tiegħu tat-12 ta' April 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda fuq ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq, unanimament[1].
Dejjem tiegħek,
Klaus-Heiner Lehne
Anness
Suġġett: Bażi legali tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika ((COM (2010) 526, 2010/0280 (COD)).
Il-kriżi ekonomika u finanzjarja esponiet il-bżonn li jiġi eżaminat mill-ġdid il-qafas għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) sabiex jissaħħu l-istrumenti eżistenti u jitwessgħu l-proċeduri ta' koordinazzjoni u ta' sorveljanza multilaterali. Hekk kif tenfasizza l-Kummissjoni fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tagħha, is-sistema jeħtieġ tissaħħaħ biex "tkun ankrata kemm l-istabbiltà makroekonomika kif ukoll is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, li huma prekundizzjonijiet għal riżultati li jdumu fiż-żmien u għal żieda fl-impjiegi"[2].
Il-pakkett dwar il-governanza ekonomika jikkonsisti f’sitt proposti li għandhom l-għan li jsaħħu l-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi fl-UEM fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 u s-Semestru Ewropew, ċiklu ġdid ta’ sorveljanza li jiġbor flimkien il-proċeduri fl-ambitu tal-SGP (Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir[3]) u l-Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika.
Tnejn mill-proposti kkonċernati jirrigwardaw il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv. It-tnejn huma bbażati fuq l-Artikolu 126 (14) TFUE. L-erba’ proposti l-oħra jikkonċernaw il-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali u huma msejsa fuq l-Artikolu 121(6); tnejn minnhom huma bbażati fuq l-Artikolu 121(6) flimkien mal-Artikolu 136 TFUE.
Il-proposti jsegwu żewġ komunikazzjonijiet[4] tal-Kummissjoni u ftehim tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010 dwar il-ħtieġa ta’ tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri. Il-pakkett dwar il-governanza ekonomika ġie sottomess fid-29 ta’ Settembru 2010.
Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (iktar 'il quddiem il-proposta) qiegħda fl-ewwel qari tagħha quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON), bħala l-kumitat responsabbli. Ir-Rapporteur hija Corien Wortmann-Kool. Il-Kumitat għall-Impjiegi u Affarijiet Soċjali se jagħti opinjoni (rapporteur: Pervenche Berès).
Bl-ittra tal-4 ta' Marzu 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kkonsulta lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 37(2) tar-Regoli ta' Proċedura, biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-bażi legali. Tressqu emendi sabiex tinbidel il-bażi legali mill-bażi waħdanija tal-Artikolu 126 għall-bażi multipla tal-Artikolu 126(6) flimkien mal-Artikolu 148(3) u (4) jew l-Artikolu 121(6) flimkien mal-Artikolu 136 TFUE.
Sfond
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97, l-hekk imsejħa parti preventiva tal-SGP, kien emendat fl-2005 mir-Regolament (KE) Nru 1055/2005 u kkomplimentat bir-Rapport tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2005 dwar it-"Titjib fl-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir". Il-proposta li qed tiġi eżaminata għandha l-għan temenda aktar dan ir-regolament.
Ir-Regolament Nru 1466/97 jistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġu żgurati t-tħaddin ta' politiki fiskali prudenti u s-sostenibbiltà ta' finanzjament pubbliku mill-Istati Membri.
Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi, huwa jeħtieġ li l-Istati Membri "jiksbu u jżommu objettiv baġitarju fuq perijodu ta' żmien medju u jippreżentaw programm ta’ stabbiltà u konverġenza għal dak il-għan" (premessa 4). L-MTOs huma definiti bħala persentaġġ tal-PGD u huma ddiverenzjati skont l-Istati Membri abbażi ta' pożizzjoni qrib il-bilanċ. Il-Membri li ma laħqux l-MTO tagħhom huma mistennija li jikkonverġu lejh b’ċertu pass annwali.
Minkejja dan il-qafas preċiż, il-kuntest ekonomiku effettiv juri li l-progress lejn il-kisba tal-MTOs ma kienx ġeneralment biżżejjed. Barra minn hekk, il-bilanċ strutturali fil-prattika rriżulta li mhuwiex miżura suffiċjenti tal-pożizzjoni fiskali sottostanti ta’ pajjiż.
Skont il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni[5], riforma tal-parti preventiva tal-SGP hi meħtieġa sabiex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet. Konsegwentement, il-proposta tiffoka fuq il-miżuri li ġejjin:
- L-MTOs attwali u r-rekwiżit ta’ konverġenza annwali ta’ 0.5% tal-PGD għandhom isiru operattivi fir-rigward ta’ prinċipju ġdid ta’ tfassil ta’ politika fiskali prudenti. Dan jimplika li ż-żieda fl-infiq annwali ma għandhiex taqbeż rata prudenti ta’ tkabbir tal-PGD għal perjodu ta’ żmien medju.
Il-Kunsill għandu jissorvelja "l-objettivi baġitarji fuq perjodu medju ta' żmien ippreżentati mill-Istati Membri konċernati" (Artikoli 9 u 10),
- Jekk jonqos milli josserva dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istat Membru kkonċernat jista' jirċievi twissija mill-Kummissjoni (Artikolu 6).
- Fil-każ ta' nuqqas persistenti jew partikolarment gravi, il-Kunsill jista' jibgħat lill-Istat Membru kkonċernat rakkomandazzjoni biex jieħu azzjoni korrettiva maħruġa skont l-Artikolu 121 tat-Trattat. Din ir-Rakkomandazzjoni tista' ssir pubblika (Artikolu 6).
Minn dan isegwi li r-regolament propost jipprovdi regoli dettaljati sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u l-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri.
Bażijiet legali proposti:
Artikolu 121(6)
6. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jadottaw ir-regoli dettaljati sabiex jirregolaw il-proċedura tas-sorveljanza multilaterali msemmija fil-paragrafi 3 u 4[6] .
Artikolu 136
1. Sabiex ikun assigurat il-funzjonament tajjeb tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u b'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, il-Kunsill għandu, b'konformità mal-proċedura rilevanti minn fost dawk previsti fl-Artikoli 121 u 126, bl-eċċezzjoni tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 126(14), jadotta miżuri speċifiċi għal dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex:
a) tissaħħaħ il-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tagħhom;
b) jiġu stabbiliti l-linji gwida ta' politika ekonomika għalihom, waqt li jkun assigurat li dawn ikunu kompatibbli ma' dawk adottati għall-Unjoni kollha u li jinżammu taħt sorveljanza.
2. Għal dawk il-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jieħdu sehem fil-votazzjoni biss il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Il-maġġoranza kwalifikata ta' dawn il-membri tal-Kunsill għandha tiġi definita b'konformità mal-Artikolu 238(3)(a).
Artikolu 148(3) u (4)
3. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapport annwali fuq il-miżuri prinċipali meħudha għall-implementazzjoni tal-politika tiegħu għall-impjiegi fid-dawl ta' linji ta' gwida għall-impjiegi imsemmija fil-paragrafu 2.
4. Il-Kunsill, fuq il-bażi tar-rapporti imsemmija fil-paragrafu 3 u wara li jkun irċieva il-kummenti mill-Kumitat ta' l-Impjieg, għandu kull sena iwettaq eżami dwar l-implementazzjoni tal-politika ta' l-impjiegi ta' l-Istati Membri fid-dawl tal-linji ta' gwida għall-impjieg. Il-Kunsill fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista, jekk jikkunsidra li jkun xieraq fid-dawl ta' dak l-eżami, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.
L-approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja
Skont ġurisprudenza stabbilita sew, fil-prinċipju, miżura għandha tkun ibbażata fuq bażi legali waħda biss. Jekk l-eżami tal-għan u tal-kontenut ta' miżura tal-Unjoni juri li għandha żewġ għanijiet jew li għandha żewġ komponenti, li huma inklużi fl-ambitu ta' bażijiet differenti, u jekk wieħed minn dawn huwa identifikabbli bħala dak prinċipali jew predominanti, filwaqt li l-ieħor mhuwiex għajr aċċessorju, l-att irid ikun ibbażat fuq bażi waħda, jiġifieri dik mitluba mill-għan jew mill-komponent prinċipali jew predominanti. [7]
Huwa biss jekk, b'mod eċċezzjonali, jiġi stabbilit li l-miżura, b'mod simultanju, ikollha numru ta' objettivi jew ikollha diversi komponenti li jkunu marbuta b'mod li ma jistgħux jinfirdu, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju jew indirett fir-rigward tal-ieħor, li dik il-miżura tkun trid tiġi bbażata fuq id-diversi bażijiet legali korrispondenti[8].
Analiżi tal-bażijiet legali proposti
Skont il-premessa 4, l-għan priniċpali tar-Regolament propost huwa li jiġi żgurat li l-Istati Membri "jiksbu u jżommu objettiv baġitarju fuq perijodu ta' żmien medju u jippreżentaw programm ta’ stabbiltà u konverġenza għal dak il-għan". Huwa għalhekk ċar li l-proposta hija intiża sabiex tiżgura l-koordinazzjoni stretta tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri.
Analiżi ulterjuri tad-dispożizzjonijiet tal-proposta twassal għall-istess konklużjoni. L-Artikolu 5 jipprovdi regoli dettaljati fuq il-prinċipju ta’ politika fiskali prudenti, l-Artikolu 6 jobbliga l-Kunsill jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programmi ta' stabbiltà u l-Artikoli 7-10 jistabbilixxu regoli fil-każ ta' eżenzjonijiet mogħtija lill-Istati Membri.
Dawn il-miżuri kollha msemmija hawn fuq jidhru li jikkostitwixxu regoli dettaljati għal proċedura ta’ sorveljanza multilaterali aktar integrata, hekk kif permess mill-Artikolu 121(6) TFUE.
Għaldaqstant jidher li l-Artikolu 121(6) TFUE hu bażi legali xierqa għal din il-proposta.
Fit-twettiq tal-analiżi huwa neċessarju li jiġi determinat jekk l-objettivi tal-proposta eżaminata jistgħux jiġġustifikaw bażi legali multipla. Hekk kif rajna, il-Qorti tal-Ġustizzja hija stretta fuq din il-kwistjoni.
L-ewwel nett, għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 148 huwa parti mit-Titolu IX, L-Impjieg. Din id-dispożizzjoni tippermetti lill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jadotta linji ta' gwida li l-Istati Membri għandhom iqisu fil-politika tagħhom dwar l-impjiegi.
L-Artikolu 148(3) u (4) jippermetti lill-Kunsill jeżamina "l-implementazzjoni tal-politika ta' l-impjiegi ta' l-Istati Membri fid-dawl tal-linji ta' gwida għall-impjieg" u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri. Ma jikkostitwixxix bażi legali għall-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni stricto sensu.
Fid-dawl ta' dan kollu, l-Artikolu 148 ma jikkostitwixxix bażi legali xierqa.
It-tieni nett, tista' tingħata tweġiba fil-qosor għall-mistoqsija dwar jekk l-Artikolu 136 TFUE jistax jikkostitwixxi bażi legali xierqa. Fid-dawl tal-fatt li l-miżura proposta hija intiża li tapplika għall-Istati Membri kollha, l-Artikolu 136 mhuwiex xieraq peress li japplika għall-Istati li jinsabu fiż-żona tal-euro biss.
Konklużjoni u rakkomandazzjoni
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq jidher li l-Artikolu 121(6) TFUE jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa għal din il-proposta.
- [1] Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-vot finali Klaus-Heiner Lehne (chairperson), Evelyn Regner (viċi-chairperson), Piotr Borys, Sergio Gaetano Cofferati, Christian Engström, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Antonio López-Istúriz White, Arlene McCarthy, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Angelika Niebler, Bernhard Rapkay, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka.
- [2] Proposta għal Regolament tal-Kunsill (UE) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv, Memorandum ta’ Spjegazzjoni.
- [3] Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jikkonsisti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.
- [4] It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tat-12 ta’ Mejju 2010; It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabbilità, it-tkabbir u l-impjiegi - Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ, tat-30 ta' Ġunju 2010.
- [5] Ara n-nota 1 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni.
- [6] l-Artikolu 121 TFUE
3. Sabiex jiżgura koordinazzjoni aktar stretta tal-linji ta' politika ekonomika u l-konverġenża kontinwa fl-attività ekonomika ta' l-Istati Membri, il-Kunsill għandu, fuq il-bażi ta' rapporti preżentati mill-Kummissjoni, jissorvelja l-iżviluppi ekonomiċi f'kull Stat Membru u fl-Unjoni, kif ukoll il-konformità ta' kull politika ekonomika mal-linji direttivi ġenerali imsemmijja fil-paragrafu 2, kif ukoll jagħmel stima komplessiva regolarment. Għall-finijiet ta' din is-sorveljanza multilaterali, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri importanti li jkunu ttieħdu minnhom fil-qasam tal-politika ekonomika tagħhom kif ukoll kull informazzjoni oħra li jqisu li tista' tkun meħtieġa.
4. Meta jiġi stabbilit, taħt il-proċedura prevista fil-paragrafu 3, li l-politika ekonomika ta' Stat Membru mhijiex konformi mal-linji direttivi ġenerali previsti fil-paragrafu 2 jew li hemm ir-riskju li tipperikola l-funzjonament xieraq ta' l-Unjoni ekonomika u monetarja, il-Kummissjoni tista' tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jindirizza r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Istat Membru konċernat. Il-Kunsill jista', fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jippubblika r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
Fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jieħu in kunsiderazzjoni l-vot tal-membru tal-Kunsill li jkun qed jirrappreżenta lill-Istat Membru konċernat.
Il-maġġoranza kwalifikata tal-membri l-oħra tal-Kunsill għandha tiġi ddefinita skond l-Artikolu 238(3)(a). - [7] Kawża C-91/05 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2008] Ġabra I- 3651.
- [8] Kawża C-338/01 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2004] Ġabra I- 4829.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (18.3.2011)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika
(COM(2010)0526 – C7‑0300/2010 – 2010/0280(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Pervenche Berès
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Kuntest
Fid-29 ta' Settembru 2010 l-Kummissjoni ppreżentat pakkett leġiżlattiv intiż li jsaħħaħ il-governanza ekonomika fl-UE u fiż-żona tal-euro. Il-pakkett huwa magħmul minn sitt proposti: erbgħa minnhom jirrigwardaw kwistjonijiet fiskali, inkluża riforma tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, filwaqt li żewġ regolamenti ġodda għandhom l-għan li jidentifikaw u jittrattaw żbilanċi makroekonomiċi emerġenti fl-ambitu tal-UE u fiż-żona tal-euro.
Il-Kummissjoni tipproponi li ttejjeb l-infurzar tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir min-naħa tal-Istati Membri u li tapprofondixxi l-koordinazzjoni tal-politika fiskali. Skont l-hekk imsejħa parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, ir-Regolament fis-seħħ (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika huwa emendat bl-iskop li jiġi garantit li l-Istati Membri japplikaw, fil-perjodi ta' konġuntura favorevoli, politiki fiskali "prudenti" biex jibnu r-riservi meħtieġa għall-perjodi ta' konġuntura sfavorevoli. Skont l-hekk imsejħa parti korrettiva, minflok, jiġu proposti emendi għar-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura fuq żbilanċ eċċessiv, bil-għan li jiġi żgurat li l-andament tad-dejn ikun segwit iktar mill-qrib u li jkollu l-istess importanza tal-andament tad-defiċit.
Barra minn hekk, qiegħda tiġi proposta direttiva li tintroduċi rekwiżiti għall-oqfsa ta' baġit tal-Istati Membri, bl-iskop li tiġi promossa r-responsabbiltà fil-qasam fiskali billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-oqfsa fiskali nazzjonali u jiġu żgurati li dawn ikunu konformi mal-obbligi tat-Trattat. Biex issostni dawn il-bidliet fil-livell tal-parti preventiva u tal-parti korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, il-Kummissjoni tipproponi wkoll li jissaħħew il-mekkaniżmi intiżi li jiggarantixu l-infurzar għall-Istati Membri taż-żona tal-euro.
Osservazzjonijiet
Dan l-abbozz ta' opinjoni jirrigwarda l-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika. Ir-rapporteur tagħkom taqbel mal-fatt li l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, sew fil-parti preventiva kif ukoll f'dik korrettiva, falla fl-iskop tiegħu u jeħtieġ li jiġi riformat. Ir-riforma jmissha tkun ibbażata fuq l-esperjenza miksuba mas-snin tal-applikazzjoni tiegħu, fosthom dawk tal-kriżi ekonomika u soċjali attwali. Madankollu, ir-rapporteur tagħkom hija tal-fehma li l-proposta tal-Kummissjoni li tirriforma l-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir hija nieqsa minn bosta aspetti u tipproponi għaldaqstant emendi fir-rigward tal-aspetti ewlenin segwenti:
- Il-qafas ta' sorveljanza tal-baġit u tal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-UE għandu jitwessa' biex iħaddan l-impjiegi u l-aspetti soċjali. L-Artikolu 148 tat-Trattat għandu għalhekk jiżdied bħala bażi ġuridika fil-parti preventiva tal-qafas ta' sorveljanza.
- B'rabta ma' dak li ntqal hawn fuq, l-istrumenti bbażati fuq l-Artikolu 148 tat-Trattat, partikolarment il-linji gwida tal-politiki fil-qasam tal-impjiegi tal-Istati Membri, għandhom jitqiesu mill-Istati Membri li jippreżentaw programmi ta' stabbiltà u ta' konverġenza, kif ukoll matul il-fażi ta' eżami tal-programmi msemmija. Il-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (CPS) għandhom għalhekk ikunu involuti fil-proċeduri ta' sorveljanza rilevanti kollha.
- Is-sorveljanza multilaterali tal-programmi ta' stabbiltà u ta' konverġenza għandha tkun eżerċitata fil-qafas tas-Semestru Ewropew, li għandu jiddaħħal fir-Regolament, u parallelament mas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi u soċjali, kif ukoll mal-eżami tal-implimentazzjoni tal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi u tal-linji gwida tal-politiki fil-qasam tal-impjiegi.
- Il-programmi ta' stabbiltà u ta' konverġenza tal-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-konsistenza tal-objettivi tal-baġit tal-Istati Membri mal-istrateġija tal-UE fil-qasam tat-tkabbir u tal-impjiegi, bħall-istrateġija Ewropa 2020, u partikolarment mal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi u l-linji gwida tal-politiki fil-qasam tal-impjiegi.
- Imissha tkun permessa, f'każ ta' tnaqqis gravi fit-ritmu mhux biss ekonomiku iżda wkoll soċjali, devjazzjoni temporanja mit-tfassil tal-politika fiskali hekk kif definita mir-Regolament, politika li r-rapporteur tagħkom tippreferi tikkwalifikaha bħala effiċjenti minflok prudenti, aġġettiv li jonqos minn kwalunkwe definizzjoni.
- Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jimplimentaw riformi strutturali biex jitbiegħdu mill-objettivi baġitarji tagħhom fuq perjodu medju ta' żmien ma għandhiex tkun marbuta ma' riformi tas-sistema tal-pensjonijiet li jippromwovu ċerti mudelli. Minflok, possibbiltà ta' dan it-tip għandha tingħata lill-Istati Membri li jimplimentaw riformi strutturali li jikkontribwixxu għall-konservazzjoni u għall-ħolqien ta' impjiegi u għat-tnaqqis tal-faqar.
Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tagħkom tqis li l-importanza massima li t-tisħiħ ta-governanza ekonomika jmur id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-governanza Ewropea. F'dan ir-rigward, ir-rwol tal-Parlament Ewropew għandu jissaħħaħ fil-proċess ta' sorveljanza kollu kemm hu. Barra minn hekk, il-konsultazzjoni regolari tas-sħab soċjali u l-involviment akbar tal-parlamenti nazzjonali jikkostitwixxu prekundizzjonijiet indispensabbli għal qafas ta' sorveljanza kredibbli u trasparenti.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Kunsiderazzjoni 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
- Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(6) tiegħu, |
- Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(6), u flimkien mal-Artikolu 148(3) u (4) tiegħu, | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 1 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1a) Bil-għan li tiġi żviluppata strateġija kkoordinata favur l-impjiegi hekk kif prevista mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jirrispettaw dawn il-prinċipji gwida li ġejjin: promozzjoni ta' forza tax-xogħol kompetenti, kwalifikata u adattabbli, u promozzjoni ta' swieq tax-xogħol kapaċi jirrispondu għall-bidliet ekonomiċi. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 1 b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1b) Il-miżuri adottati fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu totalment koerenti mad-dispożizzjonijiet orizzontali tat-TFUE, jiġifieri l-Artikoli 7, 8, 9, 10 u 11 TFUE, mal-Artikolu 153(5) TFUE, u mal-Protokoll (Nru 26) dwar is-servizzi ta' interess ġenerali anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Recital 1 c (new) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1c) It-TFUE jipprovdi li fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni tikkunsidra r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi governattivi sodi bħala mezz sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu bbażat fuq stabbiltà finanzjarja u li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi. |
(3) Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi governattivi sodi bħala mezz sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu bbażat fuq stabbiltà finanzjarja u li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi u għalhekk għandu jippromwovi investimenti fit-tul għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(5) Il-kontenut tal-programmi ta’ stabbiltà u konverġenza kif ukoll il-kriterji għall-eżami tagħhom għandhom jiġu adattati aktar fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. |
(5) Il-kontenut tal-programmi ta’ stabbiltà u konverġenza kif ukoll il-proċedura u l-kriterji għall-eżami tagħhom għandhom jiġu żviluppati u diskussi aktar kemm f'livell nazzjonali kif anki f'dak tal-Unjoni fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, partikolarment fir-rigward tal-kontribut tiegħu għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi u għall-kompetittività u l-konverġenza tal-Unjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5a) It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jmur id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-governanza ekonomika fl-Unjoni, objettiv li għandu jintlaħaq permezz ta' involviment akbar u iktar fil-ħin tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali f'livell tal-proċeduri ta' koordinazzjoni kollha tal-politika ekonomika, b'użu sħiħ tal-istrumenti offruti mit-TFUE, partikolarment il-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni u l-linji gwida tal-politiki fil-qasam tal-impjiegi tal-Istati Membri. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(6) L-adeżjoni mal-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien tal-pożizzjonijiet baġitarji għandha tippermetti lill-Istati Membri jkollhom marġini ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza ta’ 3% tal-PGD, li jażżiguraw progress rapidu lejn is-sostenibbiltà u jkollhom spazju għall-immanuvrar baġitarju, partikolarment billi jqisu l-ħtiġijiet tal-investiment pubbliku. |
(6) L-adeżjoni mal-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien tal-pożizzjonijiet baġitarji għandha tippermetti lill-Istati Membri jkollhom marġini ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza ta’ 3% tal-PDG, li jassiguraw finanzi pubbliċi sostenibbli u progress rapidu lejn is-sostenibbiltà, filwaqt li jkollhom spazju għall-immanuvrar baġitarju, partikolarment billi jqisu l-ħtiġijiet tal-investiment pubbliku favorevoli għall-ilħiq tal-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tat-tkabbir u tal-impjiegi u għat-titjib tal-kompetittività u l-konverġenza tal-Istati Membri tagħha. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6a) Huwa u jeżamina u jikkontrolla l-programmi ta' stabbiltà u l-programmi ta' konverġenza, partikolarment l-objettivi baġitarji tagħhom fuq perjodu medju ta' żmien jew il-perkorsi mmirati ta' aġġustament ma' dawn l-objettivi, il-Kunsill għandu jqis l-karatteristiċi ċikliċi u strutturali rilevanti tal-ekonomija ta' kull Stat Membru u tar-riperkussjonijiet tagħhom fuq l-ekonomiji ta' Stati Membri oħrajn; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(7) L-obbligu li jinkiseb u jinżamm l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien jeħtieġ li jitpoġġa fis-seħħ, permezz tal-ispeċifikazzjoni tal-prinċipji tat-tfassil ta’ politika fiskali prudenti. |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7a) Għandu jintlaħaq approċċ simmetriku għat-tfassil ta' politika fiskali effiċjenti matul iċ-ċiklu permezz ta' dixxiplina baġitarja aħjar fiż-żminijiet ekonomiċi tajba, bil-għan li jitħallew politiki antiċikliċi u jintlaħaq progressivament l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien. Ir-rispett tal-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien għandu jippermetti lill-Istati Membri jittrattaw il-fluttwazzjonijiet ċikliċi normali, billi jżommu d-defiċit tal-gvern taħt il-valur ta' referenza tat-3% tal-PDG, u li jassiguraw progessi rapidi lejn is-sostenibbiltà fiskali. Fid-dawl ta' dan, l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien għandu jħalli marġni ta' manuvra fil-baġit, partikolarment għall-investimenti pubbliċi favorevoli għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tat-tkabbir u tal-impjiegi. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 8 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8a) Bil-għan li titjieb is-sjieda nazzjonali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, l-oqfsa baġitarji nazzjonali għandhom ikunu totalment konformi mal-objettivi ta' sorveljanza multilaterali tal-Unjoni, u partikolarment mas-semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politiki, fil-kuntest li fih il-parlamenti nazzjonali u l-partijiet interessati kollha l-oħra, partikolarment is-sħab soċjali, għandhom ikun infurmati fil-ħin u involuti kif suppost. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(9) It-twettiq ta' politika fiskali prudenti jimplika li r-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern ġeneralment ma taqbiżx rata prudenti ta’ tkabbir tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien, li żidiet akbar minn dik in-norma jkunu korrisposti b’żidiet diskrezzjonali fid-dħul tal-gvern u tnaqqis diskrezzjonali fid-dħul ikun ikkumpensat bi tnaqqis fl-infiq. |
(9) It-twettiq ta' politika fiskali effiċjenti u sostenibbli jimplika konformità ma' sensiela ta' regoli fuq in-naħa tad-dħul u n-naħa tal-infiq fejn it-tkabbir fid-dħul fiskali strutturali li jeskludi miżuri ta' dħul eċċezzjonali, ċikliċi jew ta' darba ġeneralment ma għandhomx jaqgħu lura mir-rata ta' tkabbir medju tal-PDG fuq iċ-ċiklu tan-negozju. Ir-rata tat-tkabbir fin-nefqa tal-gvern ġeneralment ma taqbiżx rata ta' tkabbir tal-PDG fuq perjodu medju ta’ żmien fuq iċ-ċiklu tan-negozju, żidiet diskrezzjonali akbar minn dik in-norma fuq l-infiq jew tnaqqis diskrezzjonali fid-dħul mit-taxxi jkunu korrisposti minn miżuri diskrezzjonali oħra li jakkumpanjawhom, jew fuq in-naħa tal-infiq u/jew fuq in-naħa tad-dħul mit-taxxi. It-twettiq ta' politika fiskali sostenibbli jinvolvi li jittieħed kont tajjeb u espliċitu ta' fatturi li jaggravaw jew itaffu fis-sens tar-Regolament 1467/97 ta' determinanti ta' sostenabilità ekonomika fuq perjodu fit-tul bħall-inklużjoni soċjali, l-esternalitajiet ambjentali, b'mod partikolari t-tibdil fil-klima, kif ukoll l-ispejjeż marbuta mal-internalizzazzjoni ta' esternalitajiet negattivi oħra li jirrappreżentaw piż għall-ġenerazzjonijiet futuri. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(10) Għandha tiġi permessa devjazzjoni temporanja mit-twettiq ta' politika fiskali prudenti f’każ ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku serju u ġenerali sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru ekonomiku. |
(10) Għandha tiġi eċċezzjonalment permessa devjazzjoni temporanja mit-twettiq ta' politika fiskali effiċjenti u sostenibbli f’każ ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku jew żieda gravi tal-qgħad, inkluż perjodu li fih l-ekonomika qiegħda topera taħt il-potenzjali normali tagħha, sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru ekonomiku. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(11) F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-politika fiskali prudenti, għandha tiġi indirizzata twissija lill-Istat Membru konċernat u jekk id-devjazzjoni sinifikanti tippersisti jew tkun partikolarment serja, għandha tiġi indirizzata rakkomandazzjoni lill-Istat Membru konċernat sabiex dan jieħu l-miżuri korrettivi neċessarji. |
(11) F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-politika fiskali effiċjenti u sostenibbli, għandha tiġi indirizzata twissija lill-Istat Membru konċernat u jekk id-devjazzjoni sinifikanti tippersisti jew tkun partikolarment serja, għandha tiġi indirizzata rakkomandazzjoni lill-Istat Membru konċernat sabiex dan jieħu l-miżuri korrettivi neċessarji. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 12 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(12) Sabiex tiġi żgurta l-konformità mal-qafas ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni għall-Istati Membri parteċipanti, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu speċifiku ta’ infurzar fuq il-bażi tal-Artikolu 136 tat-Trattat għall-każijiet fejn tkun prevalenti devjazzjoni persistenti u sinifikanti mit-tweetiq ta' politika fiskali prudenti. |
(12) Sabiex tiġi żgurta l-konformità mal-qafas ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni għall-Istati Membri parteċipanti, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu speċifiku ta’ infurzar fuq il-bażi tal-Artikolu 136 TFUE għall-każijiet fejn devjazzjoni persistenti u sinifikanti mit-twettiq ta' politika fiskali effiċjenti u sostenibbli, nuqqas ta' azzjoni jew nuqqas ta' ħajra biex jikkooperaw jipprevalu. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu -2 (ġdid) (qabel it-Taqsima 1A) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 – punt a Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 3 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 – punt b – punt i a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 – punt b – punt ii Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt (c) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 – punt c Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 3 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Ara emenda 1 tal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU). Barra minn hekk, l-argument li l-gvernijiet jistgħu jikkontrollaw l-infiq iżda mhux id-dħul mhux korrett. Kemm l-infiq kif ukoll id-dħul jaffettwaw sewwa lil xulxin maċ-ċiklu tan-negozju bi tnaqqis fir-ritmu li jeqred id-dħul mit-taxxi bl-istess mod kif ikabbar l-infiq tal-gvern. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 5 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 6 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 6 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 – punt a Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 7 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 – punt b – punt i a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 – punt b – punt ii Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 6 – punt c Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 7 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 9 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 9 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 9 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 9 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 9 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 9 Regolament (KE) Nru 1466/97 Artikolu 10 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
|
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika |
|||||||
Referenzi |
COM(2010)0526 – C7-0300/2010 – 2010/0280(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ECON |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 21.10.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Pervenche Berès 21.10.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
1.12.2010 |
25.1.2011 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
16.3.2011 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
35 2 6 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Mara Bizzotto, Philippe Boulland, David Casa, Alejandro Cercas, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Thomas Händel, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Raffaele Baldassarre, Sven Giegold, Antigoni Papadopoulou, Evelyn Regner |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Liam Aylward, Fiona Hall, Janusz Wojciechowski |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika |
|||||||
Referenzi |
COM(2010)0526 – C7-0300/2010 – 2010/0280(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
29.9.2010 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 21.10.2010 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 21.10.2010 |
EMPL 21.10.2010 |
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 20.10.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Corien Wortmann-Kool 21.9.2010 |
|
|
|||||
Bażi legali kkontestata Data tal-opinjoni tal-JURI |
JURI 12.4.2011 |
|
|
|
||||
Eżami fil-kumitat |
26.10.2010 |
24.1.2011 |
22.3.2011 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
19.4.2011 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 18 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Íñigo Méndez de Vigo, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Robert Goebbels, Carl Haglund, Krišjānis Kariņš, Barry Madlener, Thomas Mann, Claudio Morganti |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Karima Delli |
|||||||
Data tat-tressiq |
29.4.2011 |
|||||||