RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro

29.4.2011 - (COM(2010)0525 – C7‑0299/2010 – 2010/0279(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Carl Haglund


ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro

(COM(2010)0525 – C7‑0299/2010 – 2010/0279(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0525),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 121(6) u l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0299/2010),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Frar 2011[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomici u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0182/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

FL-EWWEL QARI[2]*

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 136, flimkien mal-Artikolu 121(6) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(-1)     L-esperjenza miksuba u l-iżbalji magħmula matul l-ewwel deċennju tal-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja juru ħtieġa għal governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni, li għandha tinbena fuq sjieda nazzjonali aktar b’saħħitha tar-regoli u l-politiki maqbula b'mod konġunt u fuq qafas aktar b’saħħtu ta’ sorveljanza fil-livell tal-Unjoni tal-politiki ekonomiċi nazzjonali.

(-1a)   Il-qafas imtejjeb ta' governanza ekonomika għandu jsejjes ruħu fuq bosta politiki interkonnessi għal tkabbir u impjiegi sostenibbli, li għandhom ikunu koerenti ma' xulxin, b'mod partikulari strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi, b'enfasi partikolari fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern, it-titjib tal-kummerċ internazzjonali u tal-kompetittività, qafas effettiv għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-pożizzjonijet baġitarji eċċessivi (il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir), qafas b'saħħtu biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi, rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, regolamentazzjoni u superviżjoni msaħħa tas-suq finanzjarju, inkluża s-superviżjoni makroprudenzjali mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u mekkaniżmu permanenti kredibbli ta' riżoluzzjoni ta' kriżijiet.

(-1b)              Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-qafas tal-governanza ekonomika kollu kemm hu għandhom jikkomplementaw u jkunu kompatibbli ma' strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi.

(-1c)   It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jmur id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-governanza ekonomika fl-Unjoni, xi ħaġa li għandha tintlaħaq permezz ta' involviment aktar mill-qrib u aktar f'waqtu tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali tul il-proċeduri kollha tal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi.

(-1d)              Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu l-pożizzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħhom pubbliċi fl-istadji adegwati tal-proċeduri, sabiex jiżguraw pressjoni effettiva mill-pari u Stat Membru konċernat jista' jiġi mistieden jispjega d-deċiżjonijiet u l-politiki tiegħu quddiem il-kumitat kompetenti ttal-Parlament Ewropew.

(-1d)   Bla ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro għandu jkollhom id-dritt li japplikaw il-leġiżlazzjoni dwar il-governanza ekonomika.

(-1f)    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun wara l-adozzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni, madankollu, meta tfassal proposti għal miżuri biex jiġu implimentati dawn ir-regoli l-ġodda, għandha tqis is-sitwazzjoni ekonomika kurrenti tal-Istati Membri kkonċernati u d-dispożizzjonijiet rilevanti inklużi f'dan l-att legali f'dak ir-rigward.

(-1g)Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b’saħħtu u aktar indipendenti fil-proċedura mtejba ta’ sorveljanza fir-rigward tal-evalwazzjonijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet. B'mod partikolari, ir-rwol tal-Kunsill għandu jkun limitat fil-passi li jwasslu għal sanzjonijiet potenzjali, u l-votazzjoni permezz tal-maġġoranza kwalifikata bil-maqlub fil-Kunsill għandha tintuża kull fejn ikun possibbli b'konformità mat-TFUE.

(-1h)   Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fl-Istatistika Ewropea u tkun żgurata l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, l-Istati Membri għandhom jibqgħu marbuta bis-sħiħ biex jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea[4], b'mod partikolari l-prinċipji statistiċi kif stipulati fil-Kodiċi ta' Prattika tal-Istatistika Ewropea approvati mill-Kummissjoni fir-Rakkomandazzjoni tagħha tal-25 ta' Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabilità tal-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji tal-istatistika. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jingħataw l-awtonomija neċessarja fuq l-allokazzjonijiet baġitarji, il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni statistika u proċedura trasparenti għall-ħatra u s-sensja tal-ġestjoni superjuri. Barra minn hekk, il-qrati tal-awdituri nazzjonali għandu jkollhom ukoll l-istess livell ta' indipendenza professjonali, sabiex tkun żgurata fiduċja sħiħa fir-rappurtar fil-livell Ewropew.

(1)      Il-koordinazzjoni tal-linji politiċi ekonomiċi tal-Istati Membri fl-Unjoni għandha tiġi żviluppata fil-kuntest tal-linji gwida estensivi ekonomiċi u dwar l-impjiegi bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi tal-Unjoni definiti fl-Artikolu 3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u s-sodisfar tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9 tat-TFUE, u għandha tkun magħmula minn konformità mal-prinċipji ta’ gwida ta’ prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kundizzjonijiet monetarji sodi u sostenibbli u bilanċ ta’ pagamenti sostenibbli.

(1a)    Sabiex tkun żviluppata strateġija koordinata għall-impjieg, kif hemm provdut għaliha fit-TFUE, l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu b'osservanza tal-prinċipji ta' gwida dwar il-promozzjoni ta' forza tax-xogħol bil-ħila, imħarrġa u adattabbli u suq tax-xogħol li jirrispondi għall-bidliet ekonomiċi.

(1b)    It-TFUE jipprevedi li fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tqis ir-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata u mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

(1c)     Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010, adotta strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir sabiex jagħmilha possibbli li l-Unjoni toħroġ iktar b'saħħitha mill-kriżi, u biex iddawwar l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, flimkien ma' livell għoli ta' impjiegi, produttività u koeżjoni soċjali. Il-Kunsill Ewropew iddeċieda wkoll li, fl-1 ta' Jannar 2011, iniedi s-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika sabiex jagħmilha possibbli li l-Istati Membri jibbenefikaw minn koordinazzjoni bikrija fil-livell tal-Unjoni u jagħmilha possibbli li ssir sorveljanza msaħħa u valutazzjoni simultanja kemm ta’ miżuri baġitarji kif ukoll ta' riformi strutturali li jippromwovu t-tkabbir u l-impjiegi.

(1d)    Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għandu jkollu rwol vitali fl-implimentazzjoni tar-rekwiżit skont l-Artikolu 121(1) tat-TFUE li l-Istati Membri jqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala kwistjoni ta' interess komuni u li jikkoordinawhom konsegwentement u tar-rekwiżit skont l-Artikolu 146(2) tat-TFUE li l-Istati Membri jqisu l-promozzjoni tal-impjieg bħala kwistjoni ta' interess komuni u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom f'dan ir-rigward fi ħdan il-Kunsill. It-trasparenza u s-sorveljanza indipendenti huma parti integrali ta' governanza ekonomika msaħħa. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu pubbliċi u jiddikjaraw ir-raġunijiet għall-pożizzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħhom fl-istadji xierqa tal-proċeduri tal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi.

(2)      Jeħtieġ li wieħed jibni fuq l-esperjenza miksuba matul l-ewwel 10 snin tat-tħaddim tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(2a)    Il-kisba u ż-żamma ta’ Suq Uniku dinamiku għandhom jitqiesu bħala element tal-funzjonament xieraq u bla problemi tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(3)      B’mod partikolari, is-sorveljanza tal-linji politiċi ekonomiċi tal-Istati Membri għandha titwessa’ lil hinn mis-sorveljanza baġitarja biex jiġu evitati żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u l-Istati Membri affettwati jkunu megħjuna jfasslu pjanijiet korrettivi qabel ma d-diverġenzi jrabbu l-għeruq u qabel ma l-proċessi ekonomiċi u finanzjarji jkollhom bidla għal direzzjoni li verament ma tkunx favorevoli. Dan it-twessigħ għandu jimxi pass pass mal-approfondiment tas-sorveljanza fiskali.

(3a)    Meta wieħed iqis l-interkonnessjonijiet kummerċjali u finanzjarji profondi bejn l-Istati Membri, kemm jekk jinsabu fiż-żona tal-euro jew le, u r-riperkussjonijiet tal-politiki ekonomiċi nazzjonali fuq l-Unjoni u fuq iż-żona tal-euro b'mod ġenerali, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro sabiex dawn jitħeġġu jinternalizzaw fl-aktar stadju bikri possibbli l-impatti sinifikanti potenzjali tal-politiki ekonomiċi nazzjonali tagħhom fuq Stat Membru wieħed jew aktar.

(4)      Teħtieġ proċedura stipulata fil-leġiżlazzjoni biex tgħin ħalli jingħelbu żbilanċi bħal dawn.

(5)      Huwa xieraq li tkun supplimentata s-sorveljanza multilaterali msemmija fl-Artikolu 121(3) u (4) tat-Trattat b’regoli speċifiċi għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Huwa essenzjali li l-proċedura għandha tkun inkorporata fiċ-ċiklu tas-sorveljanza multilaterali annwali.

(5a)    Biex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni minn naħa minnhom, u l-parlamenti nazzjonali, il-gvernijiet nazzjonali u l-parlamenti reġjonali b’kompetenzi leġiżlattivi u setgħat fiskali min-naħa l-oħra, u biex jiġu żgurati trasparenza u responsabilità akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jorganizza dibattiti pubbliċi dwar is-sorveljanza makroekonomika u baġitarja mwettqa mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

(6)      L-infurzar tar-Regolament (UE) Nru .../2011, li jistabbilixxi l-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi u bbażat fuq tabella ta' valutazzjoni bħala għodda biex jiġu identifikati minn kmieni żbilanċi li qed jiżviluppaw, analiżi ekonomika u rieżamijiet fil-fond, għandu jissaħħaħ bl-istabbiliment ta' depożiti bl-imgħax jew multi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ▌mar-rakkomandazzjonijiet jew l-obbligu li jitfassal pjan ta' azzjoni korrettiva xieraq biex jingħelbu l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi.

(6a)    Id-dejn sovran fl-unjoni tal-munita għandu dinamiji differenti minn dawk tal-muniti indipendenti. Iż-żamma tat-trattament preferenzjali tad-dejn sovran fiż-żona tal-euro għandha għalhekk tiġi riveduta u fejn ikun hemm każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir skont ir-Regolament (KE) 1466/97 u r-Regolament (KE) 1467/97 tiġi ristretta jew irtirata, bħala miżura dixxiplinarja biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u l-osservanza tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Dan hu mekkaniżmu xieraq biex jkunu evitati kriżijiet futuri iktar milli għall-applikazzjoni immedjata fiċ-ċirkostanzi li jkunu proċikliċi.

(7)      L-iżbilanċi makroekonomiċi x'aktarx jiġġeneraw flussi żejda fid-dħul u fl-infiq pubbliku tul iċ-ċiklu ekonomiku, waqt li jaffettwaw iċ-ċifri ewlenin u jgħawġu l-istampa għall-ippjanar fiskali u t-teħid ta' deċiżjonijiet. Għażliet ta' politika fiskali mhux xierqa msejsa fuq xejriet mgħawġa għandhom mnejn idgħajfu u possibbilment jikkompromettu s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Jekk ma jiġux verifikati, l-iżbilanċi fiskali flimkien ma' żbilanċi makroekonomiċi oħra għandhom il-potenzjal li jinfurzaw lil xulxin u possibbilment jipperikolaw il-funzjonament xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja. Għal dawn ir-raġunijiet, sistema ta' korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi għandha tikkontribwixxi biex ikun evitat li jfeġġu xokkijiet assimetriċi u għat-tkabbir sostenibbli, kif ukoll għad-dixxiplina fiskali u baġitarja fuq żmien kemm qasir kif ukoll medju tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(8)      In-nuqqas ta' konformità ▌mar-rakkomandazzjonijet tal-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru .../2011 biex jingħelbu l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi għandu, bħala regola, ikun suġġett għal depożitu b'imgħax li jkun konvertit f'multa annwali jekk l-Istat Membru ma jieħux azzjoni korrettiva u l-Kunsill jadotta t-tieni rakkomandazzjoni fl-istess proċedura ta' żbilanċ, sakemm il-Kunsill jistabbilixxi li l-Istat Membru ħa azzjoni korrettiva biex jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

(9)      Barra minn hekk, jekk l-Istat Membru jonqos ▌milli jfassal pjan ta' azzjoni korrettiva b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet ta-Kunsill tal-Artikolu 8(2), li jiddikjara li l-Istat Membru jkun issottometta pjan insuffiċenti ta' azzjoni korrettiva, anke wara l-ewwel rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-emendar tal-pjan ta' azzjoni korrettiva tiegħu, dan għandu jkun suġġetti b'mod ugwali għal multa annwali bħala regola, sakemm il-Kunsill jistabbilixxi li l-Istat Membru stabbilixxa pjan ta' azzjoni korrettiva li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

(9a)    Għandha tiġi imposta multa ta' darba jekk Stat Membru jbagħbas data finanzjarja, jiffalsifika statistika jew deliberatament jipprovdi informazzjoni qarrieqa bħala konsegwenza ta' kondotta ħażina. Stat Membru m'għandux jieħu multa darbtejn għall-istess ksur deliberat.

(10)    Biex ikun żgurat trattament ugwali bejn l-Istati Membri, id-depożitu bl-imgħax u l-multa għandhom ikunu l-istess għall-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro u ugwali għal 0,1 % tal-prodott gross domestiku (PGD) tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena ta' qabel. F'każ ta' nuqqas ta' konformità deliberata jew serja mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, il-multa tista' titla' għal sa 0.3% tal-PGD.

(11)    Il-proċedura għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fuq l-Istati Membri li jonqsu milli jieħdu miżuri effettivi biex jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomċi għandha titfassal b’tali mod li l-applikazzjoni tas-sanzjoni fuq dawk l-Istati Membri tkun ir-regola u mhux l-eċċezzjoni.

(11a)  Il-multa għandha tkun ibbażata fuq in-nuqqas ta' konformità mar-rakkomandazzjonjiet, in-nuqqas ta' teħid ta' azzjoni korrettiva fi żmien l-iskadenzi previsti jew in-nuqqas ta’ forniment ta’ pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva xierqa. Għaldaqstant, multa m’għandhiex tiġi imposta bħala konsegwenza tas-sempliċi eżistenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u lanqas bħala konsegwenza tal-fatt li l-azzjonijiet rakkomandati li ttieħdu ma naqqsux, fil-prattika, l-iżbilanċi eċċessivi.

(12)    Il-multi miġbura għandhom jiġu allokati għall-mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ▌. Sakemm jiġi stabbilit dan il-mekkaniżmu, l-imgħax u l-multi għandhom jiġu allokati bħala garanziji għal proġetti rilevanti tal-UE finanzjati mill-Bank Ewropew tal-Investiment b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew għall-Investiment anness mat-Trattati.

(13)    Is-setgħa li tadotta deċiżjonijiet individwali għall-applikazzjoni tas-sanzjoni stipulata f’dan ir-Regolament għandha tiġi kkonferita lill-Kunsill. Bħala parti mill-koordinazzjoni tal-linji politiċi ekonomiċi tal-Istati Membri mmexxija fil-Kunsill kif speċifikat fl-Artikolu 121(1) tat-TFUE, dawn id-deċiżjonijiet individwali huma segwitu integrali tal-miżuri adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 121 tat-TFUE u r-Regolament (KE) Nru […/…].

(14)    Billi dan ir-Regolament fih regoli ġenerali għall-infurzar effettiv tar-Regolament (UE) Nru […/…], huwa għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja msemmija fl-Artikolu 121(6) tat-Trattat.

(15)    Billi ma jistax jinkiseb qafas effettiv b'mod suffiċenti biex jinstabu u jiġu evitati l-iżbilanċi makroekonomiċi mill-Istati Membri minħabba l-interkonnessjonijiet kummerċjali u finanzjarji profondi bejn l-Istati Membri u r-riperkussjonijiet tal-linji politiċi ekonomiċi nazzjonali fuq l-Unjoni u fuq iż-żona tal-euro b'mod ġenerali u billi dan jista' jinkiseb aħjar f'livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(15a)  Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma konsistenti bis-sħiħ mal-Artikolu 3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mal-klawżoli orizzontali tat-TFUE, jiġifieri l-Artikoli 7, 8, 9, 10 u 11 tat-TFUE, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta' interess ġenerali anness mat-Trattati u l-Artikolu 153(5) tat-TFUE.

(15b)  Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u mil-liġi tal-Unjoni. Lanqas ma jaffettwa d-dritt li jiġu nnegozjati, konklużi u infurzati ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni industrijali skont il-liġi nazzjonali u l-prattiċi li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni.

(15c)   Sabiex jitrawmu responsabilità u sjieda nazzjonali, il-Kunsill għandu jiltaqa’ u jiddelibera pubblikament meta jiddiskuti u jadotta konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet importanti li jaffettwaw l-interessi tal-Unjoni Ewropea u taċ-ċittadini tagħha.

ADDOTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta’ sanzjonijiet għal korrezzjoni effettiva ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2a. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal Stat Membru li l-munita tiegħu mhix l-euro u li nnotifika lill-Kummissjoni li hu lest japplika dan ir-Regolament. Notifika bħal din għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu japplika għal tali Stat Membru mill-ġurnata wara din il-pubblikazzjoni.

Artikolu 2Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru […/…].

Barra minn hekk, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

 'ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali' tfisser ċirkostanzi fejn eċċess ta' defiċit tal-gvern fuq il-valur ta' referenza jitqies eċċezzjonali fi ħdan it-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 126(2)(a) tat-TFUE u kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97[5].  

Artikolu 3

Sanzjonijiet

1. Għandu jiġi impost depożitu bl-imgħax mill-Kunsill, li jkun qed jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jekk tiġi adottata rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar azzjoni korrettiva bi qbil mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru .../2011▌, meta ▌l-Kunsill jikkonkludi li l-Istat Membru kkonċernat ma ħax l-azzjoni korrettiva rrakkomandata wara rakkomandazzjoni.

1a. Għandha tiġi imposta multa annwali mill-Kunsill, li jkun qed jaġixxi fuq il-proposta mill-Kummissjoni, jekk:

(a)      tiġi adottata t-tieni rakkomandazzjoni mill-Kunsill fl-istess proċedura ta' żbilanċ bi qbil mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru .../2011 meta l-Kunsill jikkonkludi li l-Istat Membru ssottometta pjan insuffiċenti ta' azzjoni korrettiva, anke wara l-ewwel rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-emendar tal-pjan ta' azzjoni korrettiva tiegħu jew jekk,

(b)      tiġi adottata t-tieni rakkomandazzjoni mill-Kunsill fl-istess proċedura ta' żbilanċ bi qbil mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru .../2011 meta l-Kunsill jikkonkludi li l-Istat Membru ma jkunx ħa l-azzjoni korrettiva rrakkomandata anke wara l-ewwel rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar azzjoni korrettiva. Il-multa għandha tiġi imposta permezz tal-konverżjoni tad-depożitu bl-imgħax impost f'multa annwali bi qbil mal-Artikolu 3(1).

Id-deċiżjoni għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix, b'maġġoranza kwalifikata, li jiċħad il-proposta sa 10t ijiem minn meta l-Kummissjoni tadottaha. Il-Kunsill jista' jemenda l-proposta tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 293(1) tat-TFUE. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob li tissejjaħ laqgħa straordinarja tal-Kunsill biex tivvota dwar id-deċiżjoni.

2. Id-depożitu bl-imgħax jew il-multa annwali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni għandhom ikunu ta’ 0.1% tal-PGD tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena preċedenti. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità deliberata jew serja mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, il-multa tista' titla' għal sa 0.3% tal-PGD.

3. B’deroga mill-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’, minħabba raġunijiet ta’ ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba raġunata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni jew sabiex tqis kwalunkwe effett kumulattiv tas-sanzjonijiet imposti bi qbil mar-Regolament (UE) Nru .../2011 dwar it-tħaffif u l-iċċarar tal-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv u r-Regolament (UE) Nru .../2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro, fi żmien 10t ijiem mill-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1, tipproponi li tnaqqas l-ammont tal-multa jew li tħassarha.

4. Jekk Stat Membru jkun ikkostitwixxa depożitu bl-imgħax jew ikun ħallas multa annwali għal sena kalendarja partikolari u l-Kunsill wara dan jikkonkludi, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru …/2011 li l-Istat Membru jkun ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata matul dik is-sena partikolari, id-depożitu mħallas għas-sena partikolari flimkien mal-imgħax akkumulat jew il-multa mħallsa għas-sena partikolari għandhom jingħataw lura lill-Istat Membru pro rata temporis.

4a. Fil-każ li Stat Membru jbagħbas data finanzjarja, jiffalsifika statistika jew deliberatament jipprovdi informazzjoni qarrieqa, b'mod partikolari li tirriżulta fil-ksur tar-regoli statistiċi Ewropej, li fuqhom huma bbażati d-deċiżjonijiet tar-Regolament (UE) Nru .../2011 [dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi], il-Kunsill, li jkun qed jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-Istat Membru jħallas multa. Tali multa għandha tkun ħlas ta' darba ta' 0.5% tal-PGD tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena preċedenti. Id-deċiżjoni għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix, b'maġġoranza kwalifikata, li jiċħad il-proposta sa 10t ijiem minn meta l-Kummissjoni tadottaha. Il-Kunsill jista' jemenda l-proposta tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 293(1) tat-TFUE.

4b. L-ammont annwali totali tal-multi kumulattivi imposti fuq Stat Membru, barra l-multa msemmija fil-paragrafu 4a, m'għandux jaqbeż il-0.5% tal-PGD tiegħu.

Artikolu4

L-allokazzjoni tal-multi

Il-multi miġbura skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-TFUE, u għandhom jiġu allokati għall-mekkaniżmu ta' stabilità għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro▌. Sakemm jiġi stabbilit dan il-mekkaniżmu, l-imgħax u l-multi għandhom jiġu allokati bħala garanziji għal proġetti rilevanti tal-UE finanzjati mill-Bank Ewropew tal-Investiment b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew għall-Investiment anness mat-Trattati.

Aritkolu 5Il-votazzjoni fil-Kunsill

Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, il-membri tal-Kunsill biss li jirrappreżentaw lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Istati Membri li japplikaw dan ir-Regolament fuq bażi volontarja għandhom jivvutaw. Il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru kkonċernat.

Maġġoranza kkwalifikata tal-membri tal-Kunsill imsemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi definita skont l-Artikolu 238(3)(a) tat-TFUE.

Sabiex jiżdiedu l-iskrutinju pubbliku, ir-responsabilità u s-sjieda nazzjonali, waqt id-diskussjoni u l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3, id-deliberazzjonijiet tal-Kunsill għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku skont l-Artikolu 83 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/683/KE, Euratom tal-15 ta’ Settembru 2006 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill.

Artikolu 5a

Djalogu ekonomiku

Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni minn naħa minnhom, u l-parlamenti nazzjonali, il-gvernijiet nazzjonali u korpi rilevanti oħrajn tal-Istati Membri min-naħa l-oħra, u sabiex jiġu żgurati trasparenza u responsabilità akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jagħmel smigħ jew jorganizza dibattiti pubbliċi dwar is-sorveljanza makroekonomika u baġitarja mwettqa mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

Artikolu 5b

Rieżami

1. Sa ... [6]** u kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:

(a) jekk is-sistema ta' infurzar ikkontribwixxitx għall-konformità tal-Istati Membri mal-prinċipji gwida ta' prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kundizzjonijiet monetarji sodi u bilanċ sostenibbli ta' pagamenti fl-Unjoni;

(b) jekk il-multi humiex effikaċi, xierqa u proporzjonali;

(c) jekk hemmx bżonn li s-sistema ta' multi tiġi emendata.

2. Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah għandhom jiġu mgħoddija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3. Jekk ir-rapport jidentifika ostakli għall-funzjonament kif suppost tad-dispożizzjonijiet fit-Trattati li jirregolaw l-unjoni eknomika u monetarja, b'mod partikulari fir-rigward tal-miżuri ta' infurzar, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Kunsill Ewropew.

Artikolu 6Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri, skont it-Trattati.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
  • [2] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat b’tipa korsiva korisva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [3]           ĠU C , , p. .
  • [4]           ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
  • [5]           ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.
  • [6] *          ĠU, jekk jogħġbok daħħal id-data: xxx snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposti tal-Kummissjoni għal governanza ekonomika mtejba huma ta' importanza ewlenija għall-ġejjieni tal-UE u t-tkabbir ekonomiku, b'mod partikulari fiż-żona euro. Ir-rapporteurs tal-Parlament Ewropew għaldaqstant iddeċidew li jaħdmu b'mod intensiv fuq il-proposti tal-Kummissjoni bħala pakkett u jtejbuhom sabiex jistabbilixxu qafas b'saħħtu u koerenti għas-snin li ġejjin. Ir-rapporteurs użaw bħala punt ta' tluq il-proposti tal-Kummissjoni. Din l-ewwel darba li l-Parlament qed jieħu kodeċiżjoni mal-Kunsill dwar l-iżviluppi makroekonomiċi tal-Unjoni. Ir-rapporteurs huma konxji li dawn is-setgħat il-ġodda mogħtija mit-Trattat ta' Liżbona jġibu magħhom responsabilitajiet ġodda wkoll. Il-Kunsill ma jista' jieħu l-ebda deċiżjoni finali mingħajr il-qbil tal-Parlament Ewropew dwar il-pakkett kollu. L-għan hu li, fi ħdan din il-proċedura, jiġu ggarantiti l-koerenza u l-adozzjoni f'waqtha tal-partijiet kollha tal-pakkett.

L-esperjenza miksuba matul l-ewwel deċennju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja turi bżonn ċar għal qafas ta' governanza ekonomika aħjar, li għandu jinbena fuq sjieda nazzjonali aktar b'saħħitha ta' regoli u poltiki miftehma b'mod komuni u fuq qafas ta' sorveljanza aktar qawwi fil-livell Ewropew tal-politiki ekonomiċi nazzjonali. Ir-rapporteurs huma għaldaqstant favur riforma estensiva tal-qafas ta' governanza bbażat fuq il-metodu Komunitarju (tal-Unjoni) u Kummissjoni b'saħħitha u indipendenti li tissorvelja u tagħti direzzjonijiet fil-qafas ġdid aktar profond u estensiv għas-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi.

Hemm bżonn nitgħallmu mill-iżbalji tal-passat; għalhekk hu partikularment importanti li s-sorveljanza titwessa' għall-prevenzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi dannużi. Hemm ħtieġa urġenti li jiġi żgurat li, fil-ġejjieni, is-sorveljanza tmur lil hinn mill-politika fiskali, peress li ntwera li l-akkumulazzjoni ta' żbilanċi ekonomiċi hi dannuża u twassal għal aktar vulnerabilità. Il-qafas dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi jeħtieġ li jenfasizza l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni minn kmieni tal-iżbilanċi makroekonomiċi potenzjalment dannużi. Is-sorveljanza makroekonomika ma tistax tkun ibbażata fuq qafas statiku u semplistiku. Hu kruċjali li jiġi żgurat li l-proċedura tkun ibbażata fuq analiżi ekonomika bir-reqqa permezz ta' rieżamijiet fil-fond li jistħarrġu firxa estensiva ta' fatturi ekonomiċi waqt li jqisu kif dovu iċ-ċirkustanzi speċifiċi għall-pajjiż.

Sabiex jiġi żgurat qafas ta' sorveljanza kredibbli u effiċjenti, dan irid jissaħħaħ billi jiġu stabbiliti multi annwali għan-nuqqas ta' konformità mar-rakkomandazzjonijiet jew l-obbligu li jitfassal pjan ta' azzjoni korrettiva suffiċjenti. Il-mekkaniżmu ta' nfurzar jidħol fis-seħħ biss jekk ifallu l-miżuri preventiva minħabba n-nuqqas ta' kapaċità ta' Stat Membru li jieħu l-azzjoni meħtieġa fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet, jew jekk jonqos milli jipprovdi pjan ta' azzjoni korrettiva suffiċjenti. Ma jistgħux jiġu imposti multi fuq Stat Membru sempliċiment minħabba l-eżistenza ta' żbilanċi makroekonomiċi, huma l-azzjoni u l-miżuri mittieħda li huma deċiżivi dwar jekk jiġux imposti multi jew le.

Il-multi jistgħu biss ikunu deterrent effikaċi jekk l-applikazzjoni tagħhom tkun ir-regola u mhux l-eċċezzjoni. Għaldaqshekk hemm bżonn ċar ta' grad ogħla ta' awtomatiċità, mingħajr ma jkun hemm l-ispazju għal negozjar politiku. Id-deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta' multa għandha għalhekk titqiesu bħala adottata mill-Kunsill, sakemm ma jiddeċidiex b'maġġoranza kwalifikata li jiċħad il-proposta fi żmien għaxart ijiem minn meta tadottaha l-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jkollu d-dritt jitlob li l-Kunsill jiltaqa' sabiex jieħu din id-deċiżjoni. Dan hu meħtieġ sabiex jiġi żgurat li kull Stat Membru jiġi ttrattat indaqs. Peress li l-enfasi fis-sorveljanza makroekonomika se tkun fuq l-azzjoni preventiva u korrettiva b'diversi fażijiet, jekk Stat Membru soġġett għal proċedura ta' defiċit eċċessiv jonqos milli jieħu l-miżuri meħtieġa jew milli jipprovdi pjan ta' azzjoni korrettiva suffiċjenti, dan minnu nnifsu għandu jkun raġuni biex jiġu imposti multi.

Il-multa annwali għandha tkun minimu ta' 0.1% u massimu ta' 0.5% tal-PDG tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena preċedenti, skont is-serjetà tan-nuqqas ta' konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill. Dan meħtieġ biex jiġi żgurat li l-multi jitqiesu bħala deterrent effikaċi. B'mod partikulari, hemm bżonn li jiġi ċċarat li frodi ta' kwalunkwe tip mhux se tiġi ttollerata. Għaldaqstant għandhom jiġu imposti multi ta' 0.5% tal-PDG fuq l-Istati Membri li jbagħbsu data finanzjarja, jiffalsifikaw statistika jew jipprovdu informazzjoni qarrieqa. Bħala eċċezzjoni għar-regola ġenerali dwar il-multi annwali, din il-multa għandha tiġi imposta darba biss bħala sanzjoni għall-kondotta ħażina.

Meta tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar is-sanzjonijiet, hemm bżonn li jitqies il-livell globali tas-sanzjonijiet fir-rigward tal-partijiet l-oħrajn tas-sorveljanza multilaterali. Sabiex jiġi żgurat li l-multi ma jkollhomx effett proċikliku, hemm bżonn li jkun hemm livell massimu fuq l-ammont totali tal-multi annwali. Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, il-multi imposti minħabba frodi m'għandhomx jitqiesu meta jkun qed jiġi kkunsidrat l-ammont globali tal-multi.

Fil-ġejjieni, il-multi għandhom jiġu allokati lill-mekkaniżmu permanenti għar-riżoluzzjoni tal-kriżijiet u għalhekk jikkontribwixxu għar-riżerva meħtieġa għall-kriżijiet. Sa meta jiġi stabbilit il-fond, il-multi għandhom jiġu allokati lill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja.

L-isforz biex jitwessa' l-ambitu tas-sorveljanza għall-iżbilanċi makroekonomiċi hu pass neċessarju. Peress li dawn qafas u mekkaniżmu ġodda, hu essenzjali li jiġi żgurat li l-funzjonament tas-sistema jerġa' jiġi eżaminat bir-reqqa wara 3 snin. B'mod partikulari, irid jiġi vvalutat jekk id-diversi stadji ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-istadji preventivi u korrettivi jistgħux isiru aktar awtomatiċi.

Fir-rigward tal-proposti l-oħrajn fil-pakkett, ir-rapporteurs jenfasizzaw li l-qafas tas-Semestru Ekonomiku Ewropew il-ġdid irid jiġi inkluż fit-testi legali (u mhux biss f'kodiċi ta' kondotta approvat mill-Kunsill). Aktar sjieda, trasparenza, eżami minn pari u sanzjonijiet reputazzjonali (ikkonforma jew spjega) permezz tas-Semestru Ewropew u l-inċentivi u s-sanzjonijiet ta' dawn il-proċeduri relatati għandhom jiżguraw allinjament u konformità aktar b'saħħithom mar-regoli tal-UE mill-Istati Membri.

Il-governanza ekonomika u l-politika ekonomika nazzjonali għandhom ikunu aktar kwistjoni li tikkonċerna lill-partijiet kollha involuti b'mod komuni. Għalhekk hemm bżonn li s-sjieda u r-responsabilità nazzjonali jissaħħew. Hemm bżonn ta' involviment aktar b'saħħtu tal-parlamenti nazzjonali kemm fil-livell nazzjonali u kemm fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli u istituzzjonijiet nazzjonali, li jikkonformaw mal-obbjettivi tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.

Il-proposti tal-Kummissjoni huma punt ta' tluq tajjeb, imma hemm bżonn li jkomplu jissaħħew, b'mod partikulari fl-oqsma li ġejjin:

- Aktar attenzjoni għall-prevenzjoni ta' politiki fiskali u makroekonomiċi insostenibbli. Inċentivi ġodda biex jiġu applikati mar-regoli komuni għandhom jiġu introdotti wkoll.

- Bħala parti mis-Semestru Ekonomiku, il-programmi ta' riforma u l-programmi ta' stabbiltà u konverġenza nazzjonali għandhom jiġu indirizzati kif dovut fil-livell nazzjonali qabel ma jiġu sottomessi għas-sorveljanza fil-livell tal-UE. L-Istati Membri kollha għandhom jintegraw ir-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir fil-proċeduri baġitarji nazzjonali tagħhom.

- Rwol aktar b'saħħtu u indipendenti għall-Kummissjoni fil-proċedura ta' sorveljanza. Dan jirrigwarda valutazzjonijiet, monitoraġġ, missjonijiet, rakkomandazzjonijiet, twissijiet u sanzjonijiet speċifiċi għal pajjiż partikolari. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjonijiet fir-rigward tal-konformità mar-regoli tal-UE b'mod aktar indipendenti mill-Kunsill.

- Il-proċedura għat-teħid ta' deċiżjonijiet ibbażata fuq votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata bil-kontra fil-Kunsill għandha tiġi introdotta kemm fil-partijiet preventivi u kemm fil-partijiet korrettivi tal-qafas. Għandu jkun hemm l-inqas spazju possibbli għal negozjar politiku fil-Kunsill jew bejn Stat Membru u l-Kummissjoni, jekk se tiġi żgurata l-kredibilità tas-sistema. Madankollu, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jibbażaw kull deċiżjoni fuq analiżijiet u diskrezzjoni kemm kwantitattivi, kif ukoll kwalitattivi.

- Trasparenza u responsabilità msaħħin, sabiex jissaħħaħ l-appoġġ tal-pari u l-pressjoni mill-pari, għandhom ikunu parti integrali tal-qafas ta' governanza ekonomika: il-Kummissjoni u l-Kunsill huma mistennijin jiġġustifikaw u jippubblikaw il-pożizzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħhom f'kull stadju xieraq tal-proċedura. Waqt l-ewwel deċennju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-biċċa l-kbira tad-diskussjonijiet u d-deċiżjoni fil-grupp tal-euro u l-Kunsill saru bil-bibien magħluqa.

- Rwol aktar indipendenti tal-Kummissjoni fil-proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet jeħtieġ ikun akkumpanja b'responsabilità aktar b'saħħithom għall-Kummissjoni sabiex tiżgura li t-Trattat u r-regolament jkunu qed jiġu applikati b'mod korrett.

- Il-Parlament għandu jkollu rwol aktar b'saħħtu fil-proċess ta' sorveljanza, imma mhux wieħed eżekuttiv. Dan ir-rwol il-ġdid għandu jinkludi dibattiti u smigħ pubbliċi regolari u sistematiċi fil-PE, b'mod partikulari dwar kwistjonijiet ta' rilevanza transkonfinali.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sinjura Sharon Bowles

'President'

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

BRUSSELL

Suġġett:      Opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta għal-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (COM(2010)0525 – C7‑0299/2010 – 2010/0279(COD))

Għażiża Sinjura Bowles,

Bl-ittra tal-4 ta' Marzu 2011, inti kkonsultajt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 37(2) tar-Regoli ta' Proċedura, biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-bażi legali xierqa ta' diversi proposti għal leġiżlazzjoni, li fuqhom tressqu emendi il-kumitat tiegħek bħala l-kumitat responsabbli u/jew il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali biex tinbidel il-bażi legali.

Il-Kumitat ikkunsidra l-kwistjoni msemmija hawn fuq fil-laqgħa tiegħu li saret fit-12 ta' April 2011.

Il-pakkett dwar il-governanza ekonomika huwa intiż sabiex jissodisfa l-bżonn ta' aktar koordinament u sorveljanza mill-qrib tal-politiki ekonomiċi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Il-pakkett jikkonsisti f’sitt proposti għal leġiżlazzjoni.

Il-proposti huma analizzati separatament fl-anness. Għal raġunijiet ta' konvenjenza, il-konklużjonijiet tal-kumitat dwar il-bażi legali xierqa f'kull każ jinstabu hawn taħt:

-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ((COM (2010) 527, 2010/0281 (COD))

L-uniku għan tal-proposta għal Regolament huwa li titwessa' l-proċedura ta' sorveljanza ekonomika, kif permess mill-Artikolu 121(6) TFUE. Din il-bażi legali b'hekk tidher li hija dik xierqa.

- Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (COM (2010) 523 finali, 2010/ 0277 (NLE))

L-għan prinċipali ta' din il-proposta huwa li tiġi inkuraġġuta r-responsabbiltà fiskali billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-oqfsa fiskali nazzjonali u tiġi żgurata l-effikaċja tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv. Għalhekk, il-bażi legali proposta mill-Kummissjoni, jiġifieri t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 126(14) TFUE, tidher xierqa.

-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika ((COM (2010) 526, 2010/0280 (COD))

Din il-proposta hija intiża li tiżgura t-tisħiħ tal-koordinament tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri. Għaldaqstant jidher li l-Artikolu 121(6) TFUE hu bażi legali xierqa għal din il-proposta.

- Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (COM (2010) 522 final, 2010/ 0276 (CNS))

Fid-dawl tal-fatt li l-objettiv prinċipali ta' din il-proposta huwa li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati li għandhom jiġu osservati meta tkun qed tiġi applikata l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, l-unika bażi legali xierqa hija l-Artikolu 126(4) TFUE.

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (COM (2010)0524, 2010/0278(COD))

Huwa meqjus li l-Artikolu 121(6) flimkien mal-Artikolu 136 TFUE jikkostitwixxu l-bażi legali xierqa.

- Proposta għal Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro ((COM (2010) 525, 2010/0279 (COD))

Fid-dawl tal-għan tal-proposta, li hija intiża sabiex tirrinforza l-korrezzjoni effikaċi ta' żbilanċi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro, l-Artikolu 121(6) flimkien mal-Artikolu 136 TFUE jikkostitwixxu l-bażi legali xierqa.

Matul il-laqgħa tiegħu tat-12 ta' April 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda fuq ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq, unanimament[1].

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner Lehne

Anness                 

Suġġett: Bażi leġali tal-proposta għal Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro ((COM (2010) 525, 2010/0279 (COD)).

Il-pakkett dwar il-governanza ekonomika jikkonsisti f’sitt proposti li għandhom l-għan li jsaħħu l-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi fl-unjoni ekonomika u monetarja (UEM) fil-Kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 u s-sitt xhur Ewropej, sistema ġdida ta’ sorveljanza li se tlaqqa’ proċess fl-ambitu tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir[2]u l-Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika.

Dawn il-proposti saru b’rispons għan-nuqqasijiet fis-sistema attwali kif deher ċar fil-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija. Iż-żewġ proposti jitkellmu dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, u t-tnejn huma msejsa fuq l-Artikolu 126 (14) TFUE. L-erba’ proposti l-oħra jiffokaw fuq il-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali u huma msejsa fuq l-Artikolu 121(6); u tnejn minnhom huma bbażati fuq l-Artikolu 121(6) flimkien mal-Artikolu 136 TFUE.

Il-proposti jsegwu żewġ komunikazzjonijiet[3] tal-Kummissjoni u ftehim tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010 dwar il-ħtieġa ta’ koordinament tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri. Il-pakkett dwar il-governanza ekonomika ġie sottomess fid-29 ta’ Settembru 2010.

Il-proposta għal Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (minn issa 'l quddiem il-proposta) testendi l-proċess ta’ sorveljanza ekonomika, stipulat parzjalment fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Konsegwentement, is-sorveljanza baġitarja u fiskali jiġu supplimentati minn mekkaniżmu xieraq biex jiġu identifikati, evitati u kkoreġuti l-iżbilanċi makroekonomiċi. Din il-proposta għandha tiġi analizzata bħala proposta li takkumpanja r-regolament dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv[4].

Il-proċedura leġiżlattiva tinsab fl-ewwel qari fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, fejn ir-rapporteur hu Carl Haglund. Il-Kumitat għall-Impjiegi u Affarijiet Soċjali se jagħti opinjoni (rapporteur: Pervenche Berès).

L-emendi mressqa fil-kumitat responsbbli (ECON) għandhom l-għan li jbiddlu l-bażi legali mill-bażi doppja tal-Artikolu 136 flimkien mal-Artikolu 121(6) għal bażi multipla tal-Artikolu 136 flimkien mal-Artikoli 121(6), 121(2) u 148(2) TFUE.

Sfond

Bħalma tenfasizza l-Kummissjoni fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni[5], l-UE teħtieġ sorveljanza ekonomika aktar b’saħħitha, li tkun tkopri l-oqsma ekonomiċi relevanti kollha. Għaldaqstant, "l-iżbilanċi makroekonomiċi għandhom ikunu osservati b'mod konġunt b'politika fiskali u riformi li jsaħħu t-tkabbir".

Il-mekkaniżmu għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi huwa magħmul minn żewġ settijiet ta’ abbozzi ta’ proposti.

L-ewwel sensiela ta’ miżuri msemmija fil-proposta jirrigwardaw regolament dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, bl-għan li jkun provdut qafas sabiex ikunu identifikati u indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi. It-tieni abbozz ta’ proposta jiffoka fuq l-infurzar ta' miżuri biex jiġu kkoreġuti żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi. Dan jikkonċerna biss lill-Istati Membri taż-żona tal-euro u tikkostitwixxi inċentiv għall-Istati Membri biex jindirizzaw l-iżbilanċi makroekonmiċi fi stat bikri u jiżguraw miżuri korrettivi xierqa fejn ikun meħtieġ.

Il-bażi legali proposta

L-Artikolu 121(6)

6. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jadottaw ir-regoli dettaljati sabiex jirregolaw il-proċedura tas-sorveljanza multilaterali msemmija fil-paragrafi 3 u 4[6].

L-Artikolu 136

1.        Sabiex ikun assigurat il-funzjonament tajjeb tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u b'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, il-Kunsill għandu, b'konformità mal-proċedura rilevanti minn fost dawk previsti fl-Artikoli 121 u 126, bl-eċċezzjoni tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 126(14), jadotta miżuri speċifiċi għal dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex:

(a)    tissaħħaħ il-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tagħhom;

(b)    jiġu stabbiliti l-linji gwida ta' politika ekonomika għalihom, waqt li jkun assigurat li dawn ikunu kompatibbli ma' dawk adottati għall-Unjoni kollha u li jinżammu taħt sorveljanza.

2.        Għal dawk il-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jieħdu sehem fil-votazzjoni biss il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Il-maġġoranza kwalifikata ta' dawn il-membri tal-Kunsill għandha tiġi definita b'konformità mal-Artikolu 238(3)(a).

L-Artikolu 148(2)

2. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat tal-Impjieg imsemmi fl-Artikolu 150, għandu kull sena jħejji linji ta' gwida li l-Istati Membri għandhom iqisu fil-politika tagħhom dwar l-impjiegi. Dawn il-linji ta' gwida għandhom ikunu konsistenti mal-linji ta' gwida ġenerali adottati skont l-Artikolu 121(2).

L-Artikolu 121(2)

Il-Kunsill fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, għandu jifformola abbozz għal-linji direttivi ġenerali tal-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni, u għandu jirrapporta r-riżultati lill-Kunsill Ewropew.

Il-Kunsill Ewropew għandu, jiddiskuti x'konklużjoni għandu jasal għaliha dwar il-linji direttivi ġenerali tal-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni, filwaqt li jaġixxi fuq il-bażi tar-rapport tal-Kunsill.

Fuq il-bażi ta' din il-konklużjoni, il-Kunsill għandu jadotta rakkomandazzjoni li tistipula dawn il-linji direttivi ġenerali. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bir-rakkomandazzjoni tiegħu.

L-approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-każistika stabbilita turi li, fil-prinċipju, miżura għandha tkun imsejsa fuq bażi legali waħda biss. Jekk l-eżami tal-għan u tal-kontenut ta' miżura tal-Unjoni juri li għandha żewġ għanijiet jew li għandha żewġ komponenti, li huma inklużi fl-ambitu ta' bażijiet differenti, u jekk wieħed minn dawn huwa identifikabbli bħala dak prinċipali jew predominanti, filwaqt li l-ieħor mhuwiex għajr aċċessorju, l-att irid ikun ibbażat fuq bażi waħda, jiġifieri dik mitluba mill-għan jew mill-komponent prinċipali jew predominanti. [7]

Huwa biss jekk, b'mod eċċezzjonali, jiġi stabbilit li l-miżura, b'mod simultanju, ikollha numru ta' objettivi jew ikollha diversi komponenti li jkunu marbuta b'mod li ma jistgħux jiġu diżassoċċjati minn xulxin, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju jew indirett fir-rigward tal-ieħor, li dik il-miżura tkun trid tiġi bbażata fuq id-diversi bażijiet legali korrispondenti[8].

Analiżi tal-bażijiet legali proposti

Il-proposta dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi tistipula miżuri sabiex ikun żgurat qafas ta’ sorveljanza effettiv u kredibbli.

Għal dan l-għan tipprevedi "sistema ta' multi għal korrezzjoni effettiva ta' żbilanċi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro" (l-Artikolu 1 tal-proposta). Dan il-mekkaniżmu jidħol fis-seħħ biss jekk il-miżuri preventivi jfallu minħabba nuqqas ta' kapaċità tal-Istat Membru li jieħu azzjoni meħtieġa fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill jew fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligu li jipprovdi pjan ta' azzjoni korrettiva suffiċjenti (l-Artikolu 3 tal-proposta). Il-multa għandha tammonta għal 0.1% tal-PGD tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena preċedenti. Barra minn hekk, l-Artikolu 4 jistabbilixxi li l-multi miġbura jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-Trattat, u għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hi l-euro u li ma jkunux is-suġġett ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv.

Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jsaħħu l-infurzar tar-regolament dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi.

Ġaladarba identifikajna l-iskopijiet ewlenin tal-proposta, jeħtieġ jiġi ddeterminat liema mill-bażijiet legali proposti hi dik xierqa.

L-Artikolu 121 TFUE jikkonċentra fuq il-koordinament tal-politiki tal-Istati Membri. B’hekk, dan jagħti lok lill-Kunsill li jistabbilixxi l-linji gwida wiesgħa tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u li jistabbilixxi proċedura ta’ sorveljanza multilaterali, ibbażata fuq ir-rapporti tal-Kummissjoni (paragrafi 3 u 4). Il-Paragrafu 6 jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri fl-ambitu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja sabiex jiġu stipulati dispożizzjonijiet iddettaljati għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali.

Jista’ jiġi kkunsidrat li s-sistema ta’ multi prevista fl-Artikoli 3-5 tal-proposta tirrappreżenta regoli dettaljati għall-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali kif previst fl-ambitu tal-Artikolu 121(6). Għaldaqstant donnu li l-Artikolu 121(6) hu bażi legali xierqa għal din il-proposta.

L-Artikolu 136 TFUE jagħmel parti minn Titolu VIII, Kapitolu 4 Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Din id-dispożizzjoni tippermetti lill-Kunsill jadotta miżuri għat-tisħiħ tas-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tal-Istati Membri, skont il-proċeduri stipulati fl-Artikoli 121 u/jew 126.

Dan l-artikolu donnu li hu bażi legali xierqa għall-proposta li qed tiġi studjata jekk is-sistema tal-multi stipulata fil-proposta għandha titqies bħala miżuri li jsaħħu l-mekkaniżmu ta’ sorveljanza makroekonomika.

L-Artikolu 148 tagħmel parti mit-Titolu IX, l-Impjiegi. Din id-dispożizzjoni tippermetti lill-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ġie kkonsultat il-Parlament Ewropew, jadotta linji gwida li l-Istati Membri huma obbligati jqisuhom fil-politiki tal-impjiegi tagħhom. L-Artikolu 148(3) u (4) jippermetti lill-Kunsill jeżamina "l-implementazzjoni tal-politika tiegħu għall-impjiegi fid-dawl ta' linji ta' gwida għall-impjiegi imsemmija fil-paragrafu 2" u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri. Ma jikkostitwixxix bażi legali għall-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni stricto sensu.

L-Artikolu 121(2) TFUE jistipula l-proċedura li trid tiġi segwita mill-istituzzjonijiet Ewropej meta jiġu stabbiliti l-linji gwida ekonomiċi wiesgħa. Dan l-artikolu ma jikkostitwixxix bażi legali xierqa għal-leġiżlazzjoni.

Konklużjoni u rakkomandazzjoni

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija donnu li l-Artikolu 121(6) flimkien mal-Artikolu 136 TFUE jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa għal din il-proposta.

  • [1]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-vot finali Klaus-Heiner Lehne (president), Evelyn Regner (viċi-president), Piotr Borys, Sergio Gaetano Cofferati, Christian Engström, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Antonio López-Istúriz White, Arlene McCarthy, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Angelika Niebler, Bernhard Rapkay, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka.
  • [2] Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jikkonsisti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.
  • [3]  It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tat-12 ta’ Mejju 2010 u t-Tisdiq tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabbiltà, it-tkabbir u l-impjiegi – Strumenti għal governanza ekonomika aktar qawwija tal-UE tat-30 ta’ Ġunju 2010.
  • [4]  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (COM (2010) 527, 2010/0281).
  • [5]  Memorandum ta' Spjegazzjoni.
  • [6]  Artikolu 121 3. Sabiex jiżgura koordinazzjoni aktar stretta tal-linji ta' politika ekonomika u l-konverġenza kontinwa fl-attività ekonomika tal-Istati Membri, il-Kunsill għandu, fuq il-bażi ta' rapporti preżentati mill-Kummissjoni, jissorvelja l-iżviluppi ekonomiċi f'kull Stat Membru u fl-Unjoni, kif ukoll il-konformità ta' kull politika ekonomika mal-linji direttivi ġenerali imsemmija fil-paragrafu 2, kif ukoll jagħmel stima komplessiva regolarment. Għall-finijiet ta' din is-sorveljanza multilaterali, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri importanti li jkunu ttieħdu minnhom fil-qasam tal-politika ekonomika tagħhom kif ukoll kull informazzjoni oħra li jqisu li tista' tkun meħtieġa.
    4. Meta jiġi stabbilit, taħt il-proċedura prevista fil-paragrafu 3, li l-politika ekonomika ta' Stat Membru mhijiex konformi mal-linji direttivi ġenerali previsti fil-paragrafu 2 jew li hemm ir-riskju li tipperikola l-funzjonament xieraq tal-Unjoni ekonomika u monetarja, il-Kummissjoni tista' tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jindirizza r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Istat Membru konċernat. Il-Kunsill jista', fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jippubblika r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
    Fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jieħu in kunsiderazzjoni l-vot tal-membru tal-Kunsill li jkun qed jirrappreżenta lill-Istat Membru konċernat.
    Il-maġġoranza kwalifikata tal-membri l-oħra tal-Kunsill għandha tiġi ddefinita skont l-Artikolu 238(3)(a).
  • [7]  Il-Kawża C-91/05 Kummissjoni v. Kunsill [2008] Ġabra I- 3651.
  • [8]  Il-Kawża C-338/01 Kummissjoni v. Kunsill [2004] Ġabra I- 4829.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (18.3.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro
(COM(2010)0525 – C7‑0299/2010 – 2010/0279(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Pervenche Berès

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-isfond

Fid-29 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni ppreżentat pakkett leġiżlattiv immirat lejn it-tisħiħ tal-governanza ekonomika fl-UE u fiż-żona tal-euro. Il-pakkett hu magħmul minn sitt proposti: erbgħa minnhom jitrattaw kwistjonijiet fiskali, inkluża riforma tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir (SGP), u żewġ regolamenti ġodda mmirati għad-detezzjoni u l-indirizzar tal-iżbilanċi makroekonomiċi emerġenti fl-UE u fiż-żona tal-euro.

Fiż-żewġ proposti ta’ wara, u bil-għan li titwessa’ s-sorveljanza ekonomika tal-UE għal żoni mhux fiskali, il-Kummissjoni tipproponi serje ta’ elementi ġodda marbutin mas-sorveljanza u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Il-‘parti preventiva’ ta’ dawn l-elementi tinkludi l-valutazzjoni regolari tar-riskji ta’ żbilanċi bbażata fuq tabella ta’ indikaturi u fuq it-twettiq ta’ analiżi dettaljati ta’ pajjiż. Meta meħtieġ, il-Kunsill għandu jagħti rakkomandazzjonijiet partikolari lil Stat Membru bi żbilanċi qawwija jew bi żbilanċi li jpoġġu f’riskju l-funzjonament tal-UME. Barra minn hekk, il-“parti korrettiva” kif ippreżentata fil-proposta dwar “miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi", tistipula li l-Istati Membri taż-żona tal-euro li juru nuqqas ta’ konformità mar-rakkomandazzjonijiet rispettivi tagħhom jistgħu jkunu soġġetti għal proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, u li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jiffaċċPervenche Berèsjaw sanzjonijiet f’forma ta' multa annwali.

Kummenti

Il-proposti tal-Kummissjoni jinkludu bosta ideat tajbin. Ġeneralment, ir-rapporteur taqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li jenħtieġ l-iżvilupp ta’ ta' proċedura bi struttura ġdida għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi negattivi f'kull Stat Membru. Ir-rapporteur tfakkar li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni UEM@10 diġà nnutat iż-żieda tad-diverġenza bejn l-Istati Membri qabel il-kriżi u li r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-UEM@10 diġà ndirizzat dan il-punt bir-reqqa. Għalhekk mekkaniżmu għall-monitoraġġ u l-prevenzjoni ta’ dawn id-diskrepanzi u l-iżbilanċi hu milqugħ tajjeb. Madankollu, ir-rapporteur tqis li numru ta’ modifiki huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-iżbilanċi u d-diverġenzi bejn l-Istati Membri jiġu identifikati, previsti u fl-aħħar mill-aħħar, korretti b’mod effikaċi. Għalhekk ir-rapporteur iddaħħal serje ta’ emendi għall-proposti tal-Kummissjoni dwar il-“prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi” u dwar il-“miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro”, li jindirizzaw l-aspetti ewlenin li ġejjin:

- Il-qafas ta’ sorveljanza tal-UE għandu jinkludi aspetti soċjali u ta’ impjieg, flimkien ma’ dawk ta’ natura ekonomika u finanzjarja ġenerali. Għalhekk l-Artikolu 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu jiġi miżjud bħala bażi legali fil-parti preventiva tal-qafas ta’ sorveljanza, u r-regolament partikolari għandu jindirizza, bl-istess mod, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni kemm tal-iżbilanċi makroekonomiċi u kif ukoll dawk soċjali. B’dan il-mod għandu jiġi żgurat approċċ ekonomiku u soċjali integrat aktar.

- B’rabta ma’ dak li ntqal aktar 'il fuq, l-istrumenti bbażati fuq l-Artikolu 148 TFUE, b'mod partikolari l-linji gwida tal-politiki ta' impjieg tal-Istati Membri għandhom jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjoni tal-iżbilanċi, u supplimentati b'għodda speċifiċi għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-iżbilanċi soċjali. Il-Kumitat għall-Impjiegi (EMCO) u l-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali (SPC) għandhom għalhekk jiġu involuti fil-proċeduri ta’ sorveljanza rilevanti kollha.

- It-tabella tal-indikaturi bħala għodda għad-detezzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi għandha tiġi adottata u aġġornata regolarment mill-Kummissjoni fil-forma ta’ atti delegati bi qbil mal-Artikolu 290 TFUE. L-indikaturi ewlenin għandhom jinkludu aspetti partikolari dwar l-impjiegi, il-qgħad, il-faqar u t-taxxi.

- Is-sistema korrettiva tal-iżbilanċi m'għandhiex tikkontribwixxi biss għad-dixxiplina baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro. Bl-istess mod, għandha titfassal b’tali mod li jiġi evitat il-ħolqien ta’ xokkijiet assimetriċi u li tikkontribwixxi wkoll għat-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi. Is-sistema għandha, għalhekk, taħdem bħala appoġġ għall-kisba tal-għanijiet ta’ tkabbir u impjiegi tal-UE, bħal dawk adottati skont l-istrateġija Ewropa 2020.

- Barra minn hekk, is-sistema korrettiva, inkluż il-korrezzjoni tal-iżbilanċi eċċessivi, m'għandhiex tkunu magħmula biss minn multi (sanzjonijiet) iżda wkoll minn inċentivi. Kull deċiżjoni li timponi sanzjoni jew multa fuq Stat Membru għandha tkun soġġetta għall-valutazzjoni ta’ impatt soċjali.

- Il-multi miġbura mill-Istati Membri li jonqsu milli jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet partikolari tagħhom għandhom jintużaw għall-appoġġ tal-investiment fit-tul u l-miri tal-impjiegi tal-UE u m'għandhomx jitqassmu biss lill-Istati Membri li ma jkunu soġġetti għal ebda proċedura eċċessiva kif propost mill-Kummissjoni.

Fl-aħħarnett, ir-rapporteur tikkunsidra bħala ta' importanza ewlenija t-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament Ewropew fil-proċess ta’ sorveljanza kollu. B’żieda ma’ dan, il-konsultazzjoni regolari mas-sħab soċjali u l-parteċipazzjoni aktar qawwija tal-parlamenti nazzjonali huma prekundizzjonijiet meħtieġa għal qafas ta’ sorveljanza kredibbli u trasparenti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emendi  1

Proposta għal Regolament

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

 

(1a) Sabiex tkun żviluppata strateġija koordinata għall-impjieg, kif previst mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu b'osservanza tal-prinċipji ta' gwida dwar il-promozzjoni ta' forza tax-xogħol bil-ħila, imħarrġa u adattabbli u suq tax-xogħol li jirrispondi għall-bidliet ekonomiċi.

Emendi           2

Proposta għal Regolament

Premessa 1 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(1b) It-TFUE jipprevedi li fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tqis ir-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata u mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir u l-qafas kollu tal-governanza ekonomika għandhom jikkumplimentaw u jkunu kompatibbli mal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi li għandha l-għan li tagħti spinta lill-kompetittività, il-konverġenza u s-solidarjetà tal-Unjoni.

Emenda          4

Proposta għal regolament

Premessa 1 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1d) Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010, adotta strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir sabiex jagħmilha possibbli li l-Unjoni toħroġ iktar b'saħħitha mill-kriżi, u biex iddawwar l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, flimkien ma' livell għoli ta' impjiegi, produttività u koeżjoni soċjali. Il-Kunsill Ewropew iddeċieda wkoll li, fl-1 ta' Jannar 2011, iniedi s-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika sabiex jippermetti li l-Istati Membri jibbenefikaw minn koordinazzjoni bikrija fil-livell tal-Unjoni u jagħmilha possibbli li ssir sorveljanza msaħħa u valutazzjoni simultanja kemm ta’ miżuri baġitarji kif ukoll ta' riformi strutturali li jippromwovu t-tkabbir u l-impjiegi.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 1 e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1e) Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għandu jkollu rwol vitali fl-implimentazzjoni tal-Artikoli 121(1) u 146(2) tat-TFUE. It-trasparenza u s-sorveljanza indipendenti huma parti integrali mill-governanza ekonomika msaħħa. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu pubbliċi u jiddikjaraw ir-raġunijiet għall-pożizzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħhom fl-istadji xierqa tal-proċeduri tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika.

Emenda          6

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Jeħtieġ li wieħed jibni fuq l-esperjenza miksuba matul l-ewwel 10 snin tat-tħaddim tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(2) Jeħtieġ li wieħed jibni fuq l-esperjenza miksuba matul l-ewwel 10 snin tat-tħaddim tal-unjoni ekonomika u monetarja fir-rigward tal-iżbilanċi makroekonomiċi u soċjali.

Emenda          7

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) B'mod partikolari, is-sorveljanza tal-linji politiċi ekonomiċi tal-Istati Membri għandha titwessa' lil hinn mis-sorveljanza baġitarja biex jiġu evitati żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u l-Istati Membri affettwati jkunu megħjuna jfasslu pjanijiet korrettivi qabel ma d-diverġenzi jrabbu l-għeruq. Dan it-twessigħ għandu jimxi pass pass mal-approfondiment tas-sorveljanza fiskali.

(3) B'mod partikolari, is-sorveljanza tal-linji politiċi ekonomiċi tal-Istati Membri għandha titwessa' lil hinn mis-sorveljanza baġitarja biex jiġu evitati żbilanċi makroekonomiċi u soċjali eċċessivi, biex l-Istati Membri affettwati jkunu megħjuna jfasslu pjanijiet korrettivi qabel ma d-diverġenzi jrabbu l-għeruq, jippromwovu strateġiji ta' żvilupp li jsaħħu 'l xulxin reċiprokament u jiffaċilitaw is-sorveljanza tal-progress lejn l-objettivi tal-Unjoni rigward it-tkabbir u l-impjiegi. Dan it-twessigħ għandu jimxi pass pass mal-approfondiment tas-sorveljanza fiskali.

Emenda          8

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Teħtieġ proċedura stipulata fil-leġiżlazzjoni biex tgħin ħalli jingħelbu żbilanċi bħal dawn.

(4) Jenħtieġu approċċ ekonomiku u soċjali iktar integrat u proċedura stipulata fil-leġiżlazzjoni biex jgħinu ħalli jingħelbu żbilanċi bħal dawn.

Emenda          9

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Huwa xieraq li tiġi supplimentata s-sorveljanza multilaterali msemmija fl-Artikolu 121(3) u (4) tat-Trattat b'regoli speċifiċi biex jinstabu, jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi. Il-proċedura għandha tkun inkorporata fiċ-ċiklu tas-sorveljanza multilaterali annwali.

(5) Huwa xieraq li s-sorveljanza multilaterali msemmija fl-Artikolu 121(3) u (4) tat-TFUE tiġi kkumplimentata b'regoli speċifiċi biex jinstabu, jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi li jinkludu kemm inċentivi kif ukoll multi. Il-proċedura għandha tkun inkorporata fiċ-ċiklu tas-sorveljanza multilaterali annwali.

Emenda          10

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-infurzar tar-Regolament (UE) Nru […/…] għandu jissaħħaħ bl-istabbiliment ta' multi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fil-każ ta' nuqqas ta' konformità repetuta mar-rakkomandazzjonijiet biex jingħelbu l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi.

(6) L-infurzar tar-Regolament (UE) Nru […/…] għandu jissaħħaħ bl-istabbiliment ta' inċentivi kif ukoll multi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fil-każ ta' nuqqas ta' konformità repetuta mar-rakkomandazzjonijiet biex jingħelbu l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-miżuri adottati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet orizzontali tat-TFUE, b'mod partikolari mal-Artikoli 7, 8, 9, 10 u 11 tat-TFUE, mal-Artikolu 153(5) tat-TFUE, u mal-Protokoll (Nru 26) dwar is-servizzi ta' interess ġenerali anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE.

Emenda          12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-proċedura għall-applikazzjoni ta' multi fuq l-Istati Membri li jonqsu milli jieħdu miżuri effettivi biex jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomċi għandha titfassal b'tali mod li l-applikazzjoni tal-multa fuq dawk l-Istati Membri tkun ir-regola u mhux l-eċċezzjoni.

(11) Il-proċedura għall-applikazzjoni ta' multi fuq l-Istati Membri li jonqsu milli jieħdu miżuri effettivi biex jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomċi għandha titfassal b'tali mod li l-applikazzjoni tal-multa fuq dawk l-Istati Membri tkun ġusta u effiċenti.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-multi miġbura għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li la huma s-suġġett ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv u li lanqas għandhom żbilanċ eċċessiv.

(12) Il-multi miġbura għandhom jintużaw bħala appoġġ għall-ilħiq tal-objettivi fit-tul tal-Unjoni fil-qasam tal-investiment u l-impjiegi permezz ta' mekkaniżmu tal-Unjoni għall-istabilità finanzjarja, sabiex jiġi appoġġat il-proċess ta' aġġustament tal-Istati Membri billi dawn jiġu provduti b'finanzi li jkunu strettament marbuta ma' investiment li jkun ekonomikament vijabbli u soċjalment u ekonomikament sostenibbli.

Emenda          14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Is-setgħa li tadotta deċiżjonijiet individwali għall-applikazzjoni tal-multa stipulata f'dan ir-Regolament għandha tiġi kkonferita lill-Kunsill. Bħala parti mill-koordinazzjoni tal-linji politiċi ekonomiċi tal-Istati Membri mmexxija fil-Kunsill kif speċifikat fl-Artikolu 121(1) tat-Trattat, dawn id-deċiżjonijiet individwali huma segwitu integrali tal-miżuri adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 121 tat-Trattat u r-Regolament (KE) Nru […/…].

(13) Is-setgħa li tadotta deċiżjonijiet individwali għall-applikazzjoni tal-multa stipulata f'dan ir-Regolament għandha tiġi kkonferita lill-Kunsill, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Bħala parti mill-koordinazzjoni tal-linji politiċi ekonomiċi tal-Istati Membri mmexxija fil-Kunsill kif speċifikat fl-Artikolu 121(1) tat-TFUE, dawn id-deċiżjonijiet individwali huma segwitu integrali tal-miżuri adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 121 tat-TFUE u r-Regolament (KE) Nru […/…].

Emenda          15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistipula sistema ta' multi għal korrezzjoni effettiva ta' żbilanċi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro.

1. Dan ir-Regolament jistipula sistema ta' inċentivi u multi għal korrezzjoni effettiva ta' żbilanċi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro.

Emenda          16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Multi

Inċentivi u multi

Emenda          17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. B'deroga mill-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', minħabba raġunijiet ta' ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba raġunata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1, tipproponi li tnaqqas l-ammont tal-multa jew li tħassarha.

3. B'deroga mill-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', minħabba raġunijiet ta' ċirkostanzi ekonomiċi jew soċjali eċċezzjonali, diżastri ambjentali maġġuri jew wara talba raġunata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1, tipproponi li tnaqqas l-ammont tal-multa jew li tħassarha.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-multi miġbura skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-Trattat, u għandhom jitqassmu, fi proporzjon mas-sehem tagħhom fid-dħul nazzjonali gross totali (DNG) tal-Istati Membri eliġibbli, bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li mhumiex is-suġġett ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […/…] u li ma għandhomx defiċit eċċessiv kif determinat skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat.

Il-multi miġbura skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-TFUE, u għandhom jintużaw bħala appoġġ għall-ilħiq tal-objettivi għaż-żmien twil tal-Unjoni fil-qasam tal-investiment u l-impjiegi permezz ta' mekkaniżmu tal-Unjoni għall-istabilità finanzjarja, sabiex jiġi appoġġat il-proċess ta' aġġustament tal-Istati Membri billi dawn jiġu provduti b'finanzi li jkunu strettament marbuta ma' investiment li jkun ekonomikament vijabbli u soċjalment u ekonomikament sostenibbli.

PROĊEDURA

Titolu

Miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro

Referenzi

COM(2010)0525 – C7-0299/2010 – 2010/0279(COD)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

21.10.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Pervenche Berès

21.10.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

1.12.2010

25.1.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

16.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

4

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Pervenche Berès, Mara Bizzotto, Philippe Boulland, David Casa, Alejandro Cercas, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Thomas Händel, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Sven Giegold, Julie Girling, Gesine Meissner, Ria Oomen-Ruijten, Antigoni Papadopoulou, Evelyn Regner

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Liam Aylward, Fiona Hall, Jacek Włosowicz

PROĊEDURA

Titolu

Miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro

Referenzi

COM(2010)0525 – C7-0299/2010 – 2010/0279(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.9.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

21.10.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

21.10.2010

EMPL

21.10.2010

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

20.10.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Carl Haglund

21.9.2010

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

12.4.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.10.2010

24.1.2011

22.3.2011

 

Data tal-adozzjoni

19.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Elena Băsescu, Herbert Dorfmann, Robert Goebbels, Carl Haglund, Claudio Morganti, Andreas Schwab

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karima Delli, Monika Hohlmeier, Ria Oomen-Ruijten, Marc Tarabella, Axel Voss

Data tat-tressiq

29.4.2011