RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

6.5.2011 - (COM(2010)0527 – C7‑0301/2010 – 2010/0281(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Elisa Ferreira


ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

(COM(2010)0527 – C7‑0301/2010 – 2010/0281(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0527),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 121(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewreopa, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0301/2010),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0183/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

FL-EWWEL QARI[2]*

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(3) u l-Artikolu 121(6), flimkien mal-Artikolu 148(3) u (4) u l-Artikolu 136 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)      Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri fl-Unjoni għandha tiġi żviluppata fil-kuntest tal-linji gwida ġenerali dwar il-politika ekonomika u tal-linji gwida dwar l-impjieg bil-għan li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni definiti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-twettiq tar-rekwiżiti kif previst fl-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u għandha tikkostitwixxi konformità mal-prinċipji gwida tal-prezzijiet stabbli, il-finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli u l-kondizzjonijiet monetarji u bilanċ sostenibbli tal-pagamenti.

(1a)    L-għan ta’ koordinazzjoni ekonomika b’saħħitha għandu jkun it-twaqqif ta’ unjoni ekonomika u soċjali stabbli bbażata fuq il-prinċipji tal-proċedura komunitarja.

(1b)    Kif stipulat mit-TFUE, is-suq intern għandu jaħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni abbażi ta' tkabbir ekonomiku bbilanċjat u fuq l-istabilità tal-prezzijiet, ta' ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ferm, bl-għan ta' impjieg sħiħ u koeżjoni soċjali, u livell għoli ta' protezzjoni u ta' titjib tal-kwalità tal-ambjent.

(1c)     Il-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 adotta strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, l-istrateġija Ewropa 2020, biex l-Unjoni tkun tista’ toħroġ aktar b’saħħitha mill-kriżi, u ddawwar l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, akkumpanjat minn livell għoli ta’ impjiegi, produttività u koeżjoni soċjali. Il-Kunsill Ewropew iddeċieda wkoll li, fl-1 ta' Jannar 2011, iniedi s-Semestru Ewropew għall-koordinament tal-politika li jippermetti lill-Istati Membri jibbenefikaw mill-koordinament bikri fil-livell tal-Unjoni u li jippermetti s-sorveljanza msaħħa u l-valutazzjoni simultanja kemm ta’ miżuri baġitarji u r-riformi strutturali, għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi.

(1d)    L-Artikolu 121(2) TFUE jipprevedi l-adozzjoni ta' linji gwida ġenerali dwar il-politiki ekonomiċi u l-Artikolu 148(2) jipprevedi l-adozzjoni ta' linji gwida dwar l-impjieg.

(1e)     Sabiex tiġi żviluppata strateġija għall-impjiegi koordinata, kif stipulat mit-TFUE, l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu f’konformità mal-prinċipji gwida għall-promozzjoni ta’ ħaddiema b’ħiliet, mħarrġa u adattabbli u swieq tal-ħaddiema li jirreaġixxu għall-bidla ekonomika.

(2)      Hemm bżonn li nisiltu tagħlimiet mill-ewwel għaxar snin tat-tħaddim tal-unjoni ekonomika u monetarja u, b'mod partikolari tinħtieġ governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni li għandha tinbena fuq sjieda nazzjonali aktar b'saħħitha.

(2a)    Il-kisba u ż-żamma ta’ suq intern dinamiku għandhom jitqiesu bħala element tal-funzjonament tajjeb u bla xkiel tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(2b)    Il-qafas imtejjeb ta’ governanza ekonomika għandu jistrieħ fuq diversi politiki interkonnessi u koerenti għat-tkabbir sostenibbli, jiġifieri strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi, Semestru Ewropew għall-koordinament imsaħħaħ ta’ politiki ekonomiċi u baġitarji, qafas effikaċi għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta’ pożizzjonijiet baġitarji eċċessivi (il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir), qafas b’saħħtu għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi, regolamentazzjoni u superviżjoni tas-suq finanzjarju msaħħa.

(2c)     Tinħtieġ soluzzjoni komprensiva u integrata għall-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-euro ladarba approċċ pass pass sal-lum għadu ma tax riżultati.

(2d)    Sabiex jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u jiġu appoġġjati l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li ma ntużawx għandhom jiġu riallokati għal programmi komuni mmirati lejn it-tkabbir, il-kompetittività u l-impjieg, il-kapaċitajiet ta’ self tal-Bank Ewropew tal-Investiment kif ukoll il-ħolqien ta’ suq ta’ bonds tal-proġetti għandhom jintużaw biex jiġbdu finanzjament minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra u investituri privati fis-suq tal-kapital bħall-fondi tal-pensjonijiet u assiguraturi biex jiffinanzjaw proġetti Ewropej.

(2e)     It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jimxi id f’id mat-tisħiħ tal-legittimità demokratika tal-governanza ekonomika fl-Unjoni, li għandu jinkiseb permezz tal-involviment aktar mill-qrib u f’waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali tul il-proċessi ta’ koordinament tal-politika ekonomika u dik baġitarja.

(2f)     Is-Semestru Ewropew għall-koordinament tal-politika ekonomika (Is-Semestru) għandu jkollu rwol vitali fl-implimentazzjoni tar-rekwiżit skont l-Artikolu 121(1) TFUE li l-Istati Membri għandhom iqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala materja ta’ interess komuni u jikkoordinawhom skont dan. It-trasparenza, l-obbligu li jingħata rendikont u s-superviżjoni indipendenti huma parti integrali mill-governanza ekonomika msaħħa. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jippubblikaw u jistipulaw ir-raġunijiet għall-pożizzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħhom fl-istadji xierqa tal-proċeduri tal-koordinament tal-politika ekonomika u baġitarja.

(2g)    Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b’saħħtu u aktar indipendenti fil-proċedura tas-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-evalwazzjonijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet. B'mod partikolari, ir-rwol tal-Kunsill għandu jiġi limitat fil-passi li jwasslu għal sanzjonijiet potenzjali u l-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata invertita fil-Kunsill għandha tintuża kull fejn hu possibbli skont it-TFUE. Il-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta lill-Istat Membru konċernat u dawk li ma jkunux qed jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill biex jieħdu azzjoni korrettiva skont il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir jew biex jindirizzaw żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi m’għandhomx jipparteċipaw fil-votazzjoni.

(3)      B’mod partikolari, is-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri għandha titwessa’ lil hinn mis-sorveljanza biex tevita żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u vulnerabilitajiet fi ħdan l-Unjoni. ▌

(3a)    L-iżbilanċi interni għandhom jiġu kkunsidrati fl-istudju tal-iżbilanċi makroekonomiċi, inkluż id-dejn privat u pubbliku, l-evoluzzjoni u l-oriġini tiegħu (domestika jew internazzjonali) u pagamenti tard tal-pajjiż, speċjalment mis-settur pubbliku u kumpaniji multinazzjonali kbar sal-impriżi ta' daqs żgħir u medju.

(3b)    L-iżviluppi tas-suq intern għandhom ukoll jiġu kkunsidrati, inkluża r-rabta bejn il-pagi u l-produttività fis-suq tax-xogħol u l-eżistenza ta’ ostakli legali li ma jippermettux ftehim dirett ħieles bejn l-intrapriżi u l-ħaddiema.

(4)      Biex ikunu indirizzati tali żbilanċi u vulnerabilitajiet, hemm bżonn approċċ ekonomiku u soċjali aktar integrat u proċedura stipulata fid-dettall fil-leġiżlazzjoni.

(4a)    Dan ir-Regolament ma jindirizzax is-sitwazzjoni attwali fuq terminu qasir ta’ żmien iżda aktarx f’approċċ strutturali għal terminu medju sa terminu twil ta’ żmien.

(4b)    Il-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi u l-qafas sħiħ tal-governanza ekonomika għandhom jikkumplimentaw l-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi li timmira biex tagħti spinta lill-kompetittività u l-istabilità soċjali tal-Unjoni u għandhom ikunu kompatibbli magħha. Madankollu, dawn l-interkonnessjonijiet la għandhom jipprovdu eżenzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u lanqas eżenzjonijiet għall-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

(4c)     Il-mekkaniżmu permanenti tal-kriżi għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u spirat mill-metodu tal-Unjoni, sabiex, fuq naħa, jissaħħaħ l-involviment tal-Parlament u titjieb il-kontabilità demokratika u, fuq in-naħa l-oħra, jagħmel użu mill-ħila esperta, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Kummissjoni.

(4d)    Il-volatilità tas-swieq u l-livelli tal-firxiet tal-bonds tal-gvern ta’ ċerti Stati Membri li l-valuta tagħhom hija l-ewro qegħdin jistennew azzjoni determinata biex tiġi mħarsa l-istabbiltà tal-euro.

(4e)     Il-miżuri adottati skont dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE, b'mod speċjali l-Artikoli 7, 8, 9, 10, u 11 TFUE, mal-Artikolu 153(5) TFUE, u mal-Protokoll (Nru 26) dwar is-servizzi ta' interess ġenerali anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE.

(5)      Huwa xieraq li tkun supplimentata s-sorveljanza multilaterali msemmija fl-Artikolu 121(3) u (4) TFUE b’regoli speċifiċi għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi u l-vulnerabilitajiet, liema proċedura huwa assolutament essenzjali li tiġi inkorporata fiċ-ċiklu annwali ta’ sorveljanza multilaterali. L-iżbilanċi makroekonomiċi huma definiti bħala sitwazzjonijiet li fihom Stat Membru jesperjenza defiċits kbar tal-kont kurrenti, telf sinifikanti tal-kompetittività, żidiet kbar u mhux tas-soltu fil-prezzijiet tal-assi, livelli għoljin ta’ jew deterjorazzjoni sinifikanti fl-istat tad-dejn estern, tas-settur pubbliku jew tas-settur privat jew riskju sinifikanti tiegħu.

(6)      Il-proċedura għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija għall-identifikazzjoni bikrija tal-iżbilanċi makroekonomiċi u l-vulnerabilitajiet li jitfaċċaw. Għandha tkun ibbażata fuq l-użu ta' tabella ta' valutazzjoni indikattiva u trasparenti li tinkludi limiti indikattivi, ikkumbinata mal-ġudizzju ekonomiku.

(7)      Sabiex it-tabella ta’ valutazzjoni tiffunzjona b’mod effikaċi bħala l-bażi għas-sorveljanza mtejba tal-makroekonomija, it-tabella ta’ valutazzjoni għandha tkun magħmula minn sett limitat ta’ indikaturi ekonomiċi reali u nominali, ekonomiċi, finanzjarji u strutturali relevanti għad-detezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi u soċjali, bil-limiti indikattivi li jikkorrispondu. Is-simetrija fl-interpretazzjoni tal-limiti numeriċi tfisser li l-valuri pożittivi jew negattivi eċċessivi kif ukoll l-evoluzzjonijiet diverġenti ta’ indikaturi simili fost l-Istati Membri għandha tagħti bidu għal reviżjoni aktar mill-qrib. Il-kompożizzjoni tat-tabella għandha tevolvi maż-żmien sabiex tadatta għan-natura dejjem tinbidel tal-iżbilanċi makroekonomiċi, inter alia minħabba theddid lill-istabilità makroekonomika li jevolvi jew minħabba l-avvanzi fid-disponibilità ta’ statistika relevanti. L-indikaturi m'għandhomx jitfasslu bħala għanijiet għall-politka ekonomika iżda bħala għodda sabiex jitqies il-karattru evoluttiv tal-iżbilanċi makroekonomiċi fl-Unjoni Ewropea.

(7a)    L-indikaturi ta' żbilanċi makroekonomiċi għandhom jiġu kkomplementati minn indikaturi ewlenin, fir-reviżjoni fil-fond, fi ħdan is-sorveljanza makrostrutturali prevista skont l-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi, b'enfasi partikolari fuq l-objettivi ewlenin tal-istrateġija (l-impjieg, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali, il-klima u l-enerġija).

(7b)    Kriterji simetriċi ma jitqisux fl-implimentazzjoni tal-multi għall-bilanċi favorevoli kummerċjali jew żbilanċi kummerċjali.

(8)      Il-qbiż ta’ limitu indikattiv wieħed jew aktar m’għandux bilfors jimplika li qed jitfaċċaw l-iżbilanċi makroekonomiċi peress li t-tfassil tal-politika għandu jqis l-interkonnessjonijiet bejn il-varjanti makroekonomiċi. M'għandhomx jintlaħqu konklużjonijiet mill-qari awtomatiku tat-tabella ta' valutazzjoni: il-ġudizzju ekonomiku għandu jiżgura li l-biċċiet kollha tal-informazzjoni, sew jekk ġejjin mit-tabella ta’ valutazzjoni, sew jekk le, jitpoġġew f’perspettiva u jsiru parti minn analiżi komprensiva, u, f'dan ir-rigward, analiżi tal-iżbilanċ għandha tinkludi wkoll b'mod partikolari l-identifikazzjoni tal-parti taċ-ċiklu ekonomiku li l-Istat Membru jkun qed jesperjenza kif ukoll l-effetti mifruxa potenzjali li l-iżbilanċ ikun qed joħloq fi Stat Membru ieħor, fiż-żona tal-euro jew fl-Unjoni Ewropea kollha.

(9)      Abbażi tal-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali u l-mekkaniżmu ta’ twissija, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ valutazzjoni preliminari, tidentifika l-Istati Membri li jridu jkunu soġġetti għal reviżjoni fil-fond. It-twettiq ta' tali reviżjoni fil-fond m’għandux jimplika l-eżistenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi. Ir-reviżjoni fil-fond għandha tkopri analiżi fonda tal-kawżi tal-iżbilanċi u tal-kapaċità tal-Istat Membru li qed ikun investigat biex isolvihom. Reviżjoni fil-fond għandha titqies bħala proċedura standard fil-fażi tad-dijanjosi.

(10)    Proċedura li tissorvelja u tikkoreġi żbilanċi makroekonomiċi negattivi u vulnerabilitajiet, b’elementi preventivi u korrettivi, se teħtieġ għodda ta’ sorveljanza msaħħa bbażata fuq dik użata fil-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali. Din għandha tinkludi missjonijiet ta’ sorveljanza msaħħa u kontroll tal-istatistiċi mill-Kummissjoni lill-Istati Membri f’kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) meta dawk il-missjonijiet jikkonċernaw Stati Membri parteċipanti jew Stati Membri li qed jipparteċipaw fl-ERM II u rappurtar addizzjonali mill-Istat Membru fil-każ ta’ żbilianċi severi inklużi żbilanċi u vulnerabilitajiet li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja. Ladarba dawn il-missjonijiet għandhom l-għan li jagħtu stampa wiesgħa u bbilanċjata tas-sitwazzjoni makroekonomika, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati nazzjonali oħra għandhom jimpenjaw ruħhom b’mod aktar attiv fid-djalogu.

(11)    Meta jiġu eżaminati l-iżbilanċi, għandha titqies s-severità tagħhom, il-grad li bih jistgħu jitqiesu mhux sostenibbli u l-effetti potenzjali negattivi ekonomiċi u finanzjarji lill-Istati Membri l-oħra. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-Istati Membri bi żbilanċi kbar fil-kont kurrenti u b’kompetittività baxxa. Għandhom jitqiesu wkoll il-kapaċità tal-aġġustament ekonomiku u l-istorja riċenti tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-konformità ma’ rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa skont dan ir-Regolament u rakkomandazzjonijiet oħra maħruġa skont l-Artikolu 121 TFUE bħala parti mis-sorveljanza multilaterali, b’mod partikolari l-linji gwida għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni.

(11a)  Il-valutazzjoni tal-iżbilanċi għandha tqis l-objettivi ta' strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi kif ukoll il-ħtieġa li tali strateġija tintuża bħala strument għall-koeżjoni interna sostenibbli, filwaqt li tikkontribwixxi biex l-Unjoni ssir l-ekonomija l-aktar kompetittiva fid-dinja. Għandhom jitqiesu t-tkabbir fuq perjodu medju ta’ żmien u l-miri ta’ bilanċ primarju tal-“pajjiżi li qed jirkupraw”.

(11b)  Għandhom jiġu kkunsidrati r-raġunijiet strutturali għall-iżbilanċi li jistgħu jdgħajfu l-istabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri jew li jkollhom impatt fuq l-istabbiltà ekonomika u finanzjarja tal-Unjoni.

(11c)   Il-valutazzjoni tal-iżbilanċi għandha tqis l-objettivi tal-finanzi pubbliċi bbilanċjati fil-perspettiva ta’ terminu medju ta’ żmien u l-ħtieġa biex jonqos id-dejn pubbliku u jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku.

(11d)  Il-miżuri proposti lil Stat Membru partikolari għall-korrezzjoni tal-iżbilanċi għandhom iqisu l-objettivi tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi u l-ħtieġa li tali strateġija tintuża bħala strument għall-koeżjoni interna sostenibbli, li tikkontribwixxi biex l-Unjoni ssir l-ekonomija l-aktar kompetittiva fid-dinja. Għandhom jitqiesu t-tkabbir fuq perjodu medju ta’ żmien u l-miri ta’ bilanċ primarju tal-“pajjiżi li qed jirkupraw”.

(12)    Jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi jew vulnerabilitajiet, għandhom ikunu indirizzati rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat biex jagħti gwida dwar tweġibiet politiċi xierqa. Ir-rispons politiku tal-Istat Membru kkonċernat għall-iżbilanċi u l-vulnerabilitajiet għandu jkun f'waqtu u għandu juża l-istrumenti politiċi kollha disponibbli taħt il-kontroll tal-awtoritajiet pubbliċi u għandu jinvolvi lill-partijiet interessati nazzjonali relevanti kollha. Dan għandu jitfassal skont l-ambjent u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat, ikun kompatibbli mal-konverġenza fuq terminu medju u twil ta’ żmien u l-miri inklużi fi strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi, ir-rispett tas-suq intern, it-trawwim tal-konnessjonijiet tal-kummerċ internazzjonali, iż-żieda tal-kompetittività, u jkopri ukoll l-oqsma politiċi ekonomiċi ewlenin, u potenzjalment jinkludi l-politiki fiskali u tal-pagi, is-swieq tax-xogħol, is-swieq tal-prodotti u s-servizzi u r-regolamentazzjoni tas-settur finanzjarju. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 153 TFUE u n-negozjar kollettiv bejn l-imsieħba soċjali f’kull Stat Membru.

(12a)  F’dan ir-rigward il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw ir-rwol tal-imsieħba soċjali, speċjalment id-dritt tan-negozjar kollettiv, u jistgħu jistednuhom biex jgħinu jippromwovu azzjonijiet xierqa li jtaffu l-iżbilanċi.

(13)    It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet bikrija tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Istati Membri jew lill-Unjoni jindirizzaw riskji ta’ natura makrofinanzjarja. Dawn għandu jistħoqqilhom integrazzjoni fit-tabella ta' valutazzjoni u azzjoni ta' segwitu xierqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-sorveljanza tal-iżbilanċi u l-vulnerabilitajiet. Ir-reġim ta’ indipendenza u kunfidenzjalità tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jiġi strettament rispettat.

(14)    Jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi severi u vulnerabilitajiet, inklużi żbilanċi u vulnerabilitajiet li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja, għandha titnieda proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv li tista’ tinkludi ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru, ħtiġijiet ta’ sorveljanza u monitoraġġ imsaħħa u fir-rispett tal-Istat Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro, il-possibilità ta’ infurzar skont ir-Regolament (EU) Nru […/…] fl-eventwalità ta’ nuqqas sostnut biex tittieħed azzjoni korrettiva.

(15)    Kwalunkwe Stat Membru soġġett għall-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandu jistabbilixxi pjan ta' azzjoni korrettiva li jistipula dettalji tal-politiki tiegħu mfassla biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. Il-pjan ta’ azzjoni korrettiva għandu jirrifletti n-natura tal-iżbilanċi, ikun ristrett għall-aspetti politiċi taħt il-kontroll leġittimu tal-awtoritajiet governattivi u għandu jinkludi tabella ta’ skadenza għall-implimentazzjoni tal-miżuri previsti. Din għandha tkun approvata mill-Kunsill abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni u wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew.

(15a)  Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament huma għalkollox konsistenti mal-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-klawsoli orizzontali tat-TFUE, jiġifieri l-Artikoli 7, 8, 9, 10 u 11, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll (Nru 26) dwar is-servizzi ta' interess ġenerali anness mat-Trattati u l-Artikolu 153(5) TFUE.

(15b)  Sabiex titrawwem il-kontabilità u s-sjieda nazzjonali, il-Kunsill għandu jiltaqa’ u jiddelibera pubblikament meta jiddiskuti u jadotta l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet importanti li jaffettwaw l-interessi tal-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha.

(15c)   Is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tabella ta’ valutazzjoni. B’mod partikolari, l-atti delegati huma meħtieġa biex tiġi stabbilita lista ta’ indikaturi rilevanti li għandhom jiddaħħlu fit-tabella ta’ valutazzjoni kif ukoll biex jiġu adattati l-kompożizzjoni tal-indikaturi, il-limiti u l-metodoloġija użata. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell ta' esperti.

(16)    Peress li qafas effettiv għall-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi u l-vulnerabilitajiet ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba kummerċ qawwi u interkonnessjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-effett mifrux tal-politiki ekonomiċi nazzjonali fuq l-Unjoni u ż-żona tal-euro b’mod ġenerali u jista’ jinkiseb aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat fl-istess Artikolu, dan ir-regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(16a)  Meta l-Kunsill u l-Kummissjoni japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jirrispettaw bis-sħiħ ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali u l-imsieħba soċjali u jirrispettaw id-differenzi fis-sistemi nazzjonali, bħas-sistemi għall-formazzjoni tas-salarji. B'mod partikolari, għandhom jitqiesu l-Artikoli 152 u 153 TFUE u l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-Artikolu 153(5), l-Artikolu 153 m'għandux japplika għall-pagi, id-dritt ta' assoċjazzjoni, id-dritt li wieħed jistrajkja jew id-dritt li jiġu imposti 'lock-outs'.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Suġġett u definizzjonijiet

L-Artikolu 1Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi fl-Unjoni. M'għandux jaffettwa l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u mil-liġi tal-Unjoni. Lanqas m'għandu jaffettwa d-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni industrijali skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni.

L-Artikolu 2Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)         ‘żbilanċi’ tfisser kwalunkwe xejra li tagħti bidu għal żviluppi makroekonomiċi li qed jaffettwaw negattivament jew għandhom il-potenzjali li jaffettwaw negattivament, it-tħaddim xieraq tal-ekonomija ta’ Stat Membru jew tal-unjoni ekonomika u monetarja, jew tal-Unjoni b’mod ġenerali;

(b)         ‘żbilanċi eċċessivi’ tfisser żbilanċi severi, inklużi żbilanċi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja.

Kapitolu II

L-identifikazzjoni tal-iżbilanċi u l-vulnerabilitajiet

L-Artikolu 3Tabella ta' valutazzjoni

1. Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta’ valutazzjoni indikattiva bħala għodda biex tħaffef l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi.

2. It-tabella ta’ valutazzjoni, komposta minn firxa ta’ indikaturi statistiċi, makroekonomiċi u strutturali rilevanti u rikonoxxuti, għandha tippermetti paraguni bejn l-Istati Membri u tirrifletti x-xejriet strutturali, għal terminu qasir, medju u twil ta’ żmien. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limiti indikattivi aktar baxxi u ogħla li għandhom ikunu simetriċi meta xieraq, għal dawn l-indikaturi biex iservu ta’ livelli ta’ twissija. It-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi, u b'mod partikolari l-limiti ta' twissija, għandhom ikunu divrenzjati għall-Istati Membri li l-valuta attwali tagħhom hija l-euro u għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro, jekk dan ikun iġġustifikat minn karatteristiċi speċifiċi tal-unjoni ekonomika u monetarja u minn ċirkustanzi ekonomiċi rilevanti. L-indikaturi u l-limiti għandhom jirriflettu l-proċess ta' konverġenza fost l-Istati Membri. Il-qbiż tal-limiti minimi jew tal-limiti massimi jwassal biss, jekk ikun xieraq, għal sorveljanza aktar stretta permezz ta' reviżjoni fil-fond.

2a. Ix-xogħol tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jingħata l-konsiderazzjoni dovuta fit-tfassil tal-indikaturi rilevanti għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji.

2b. Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jkun ikkonsultat rigward l-abbozz ta’ indikaturi, rilevanti għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji.

3a. Il-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali għandu jkun ikkonsultat rigward l-indikaturi rilevanti għas-swieq tax-xogħol u għal kwistjonijiet soċjali skont l-Artikolu 154(2) u l-Artikolu 160 tat-TFUE rispettivament.

3b. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu -12b li jistabbilixxi l-lista ta' indikaturi rilevanti li għandhom jiġu inklużi fit-tabella ta' valutazzjoni. Il-lista ta' indikaturi għandha tinkludi l-ġabriet ta' indikaturi li ġejjin, bla ma tkun limitata għalihom:

(a) l-iżbilanċi interni, inkluż id-dejn pubbliku u privat, il-livell tas-salarji u r-rati tal-profitt għal kull unità, kif ukoll l-indikaturi dwar il-produttività tax-xogħol, tar-riżorsi u tal-kapital; in-nefqa pubblika u privata għar-riċerka u l-iżvilupp; ir-rati tal-qgħad u l-iżvilupp tiegħu, l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-assi (partikolarment il-proprjetà immobiljari, u s-swieq finanzjarji);

(b) l-iżbilanċi esterni, fosthom: ir-rati tat-tkabbir reali tal-PDG, medja varjabbli tat-tkabbir reali komparattiv fuq ħames snin; il-bilanċ tal-kontijiet kurrenti, b'attenzjoni partikolari għall-kompożizzjoni enerġetika tiegħu; il-pożizzjoni tal-investiment dirett barrani nett; l-iżvilupp tal-ishma tas-swieq tal-esportazzjoni fl-Unjoni u fis-swieq ta' pajjiżi terzi.

4. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod regolari l-korettezza tat-tabella ta’ valutazzjoni, inklużi l-kompożizzjoni tal-indikaturi, il-limiti stabbiliti u l-metodoloġija użata, u għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu -12b filwaqt li tadattah jekk hemm bżonn biex tippreserva jew issaħħaħ il-kapaċità tagħha biex issib l-iżbilanċi li jitfaċċaw u tissorvelja l-iżvilupp tagħhom. It-tibdiliet fil-metodoloġija sottostanti u l-kompożizzjoni tat-tabella ta’ valutazzjoni u l-limiti assoċjati għandhom isiru pubbliċi.

L-Artikolu 4Mekkaniżmu ta' twissija

1. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-valuri tal-indikaturi fit-tabella ta’ valutazzjoni almenu darba fis-sena, qabel kull perjodu ta' ppjanar baġitarju, għal kull Stat Membru. It-tabella ta’ valutazzjoni għandha ssir pubblika.

2. Il-ħruġ tal-valuri tal-indikaturi fit-tabella ta’ valutazzjoni aġġornata għandu jkun akkumpanjat minn rapport tal-Kummissjoni li jkun fih valutazzjoni ekonomika u finanzjarja soda inkluża valutazzjoni tal-iżvilupp tal-iżbilanċi makroekonomiċi fi ħdan l-Unjoni u li tpoggi l-indikaturi f’perspettiva. Għandhom jitqiesu l-aħjar prattiki. Ir-rapport għandu jindika wkoll jekk il-qbiż tal-limiti baxxi jew għolja fi Stat Membru wieħed jew aktar jurix li possibilment qed jitfaċċaw l-iżbilanċi fl-Istat Membru konċernat, fi Stat Membru ieħor jew fl-Unjoni kollha b’mod ġenerali. L-informazzjoni disponibbli kollha għandha tiġi kkunsidrata u m’għandhomx jinsiltu konklużjonijiet mit-tabella ta’ valutazzjoni abbażi tal-indikaturi biss.

3. Ir-rapport għandu jidentifika l-Istati Membri li l-Kummissjoni tqis li jistgħu jkunu affettwati mill-iżbilanċi, jew li jistgħu jkunu f'periklu li jiġu affettwati minn żbilanċi makroekonomiċi.

3a. Ir-rapport għandu jintbagħat fil-ħin lill-Parlament Ewropew u lill-kumitati kompetenti tiegħu kif ukoll lill-imsieħba soċjali Ewropej.

4. Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) TFUE, il-Kunsill għandu jiddiskuti u jadotta l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni. Il-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jorganizza dibattiti pubbliċi dwar ir-rapport tal-Kummissjoni. Il-Grupp tal-Euro għandu jiddiskuti r-rapport sakemm dan jaffettwa, direttament jew indirettament, lill-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro. Il-Kunsill jista’ jirrifjuta r-rapport b’maġġoranza kwalifikata fi żmien għaxart ijiem. L-iżbilanċi eċċessivi għandhom ukoll, fejn xieraq, jagħtu bidu għall-involviment tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u/jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea relevanti.

4a. Ir-rapport imsemmi fil-Paragrafu 2 għandu jifforma parti integrali mill-proċeduri, l-analiżijiet u r-rakkomandazzjonijiet li jsiru fil-kuntest tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika deskritta fit-Taqsima 1-A tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 (Semestru), u għandu wkoll ikun koerenti magħhom.

4b. Jekk tinħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza, il-proċedura stipulata fil-Paragrafi 1 sa 4a għandha tiġi adattata kif xieraq u għandha tiġi ttrattata b'mod xieraq fir-rapport sussegwenti msemmi fil-Paragrafu 2.

L-Artikolu 5Reviżjoni fil-fond

1. Wara li jkunu kkunsidrati d-diskussjonijiet fil-Parlament Ewropew, fil-Kunsill u fil-Grupp tal-Euro, kif previst fl-Artikolu 4(4), il-Kummissjoni għandha tipprepara reviżjoni fil-fond għal kull Stat Membru li hi tikkunsidra li jista' jkun affettwat bl-iżbilanċi jew li jista' jkun f'periklu li jiġi affettwat minnhom. Il-valutazzjoni għandha tikkostitwixxi proċedura standard. Għandha tinkludi evalwazzjoni ta' jekk l-Istati Membri fil-kwistjoni humiex affettwati mill-iżbilanċi, ▌jekk dawn l-iżbilanċi jikkostitwixxux żbilanċi eċċessivi, kemm huma kbar u l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri. Ir-reviżjoni fil-fond għandha tibni fuq investigazzjonijiet dettaljati taċ-ċirkustanzi speċifiċi għal kull Stat Membru, b'mod partikolari l-pożizzjonijiet differenti ta' tluq fl-Istati Membri kollha; għandha tanalizza firxa wiesgħa ta' varjanti ekonomiċi u tirrikonoxxi l-ispeċifiċitajiet nazzjonali rigward ir-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali. Ir-reviżjoni għandha ssir flimkien ma' missjonijiet ta' sorveljanza fl-Istat Membru konċernat b'koordinazzjoni mal-BĊE meta l-Istat Membru konċernat ikun Stat Membru li l-valuta tiegħu tkun l-euro jew li jkun qed jipparteċipa fl-ERM II skont l-Artikolu -12.

2. Ir-reviżjoni fil-fond għandha ssir pubblika. Din għandha tikkonsidra, b’mod partikolari:

(a)         skont kif inhu xieraq, ▌rakkomandazzjonijiet u stediniet tal-Kunsill adottati skont l-Artikoli 121, 126 u 148 TFUE u skont l-Artikoli 6, 7, 8 u 10 ta’ dan ir-Regolament, u l-konsegwenzi ta’ rakkomandazzjonijiet bħal dawk;

(aa)       l-oriġini tal-iżbilanċi identifikati, inklużi l-interkonnessjonijiet kummerċjali u finanzjarji profondi bejn l-Istati Membri, l-effetti mifruxa tal-politiki ekonomiċi nazzjonali u l-impatt asimetriku tal-politiki tal-Unjoni u ż-żona tal-euro;

(ab)       iċ-ċirkustanzi ekonomiċi straordinarji li jistgħu jikkawżaw jew jaggravaw tali żbilanċi;

(b)         l-intenzjonijiet politiċi tal-Istat Membru li qed issirlu reviżjoni, kif riflessi fil-Programm ta’ Stabbiltà u Konverġenza u l-Programm ta’ Riforma Nazzjonali tiegħu;

(ba)        l-indikaturi marbuta mal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. Dawn l-indikaturi għandhom jiffukaw fuq l-impjieg (inklużi l-impjieg fit-tul u l-impjieg taż-żgħażagħ), l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali, il-klima u l-enerġija.

(c)         kwalunkwe twissijiet jew rakkomandazzjonijiet ▌mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku dwar riskji sistemiċi indirizzati jew li jkunu rilevanti lill-Istat Membru li qed issirlu reviżjoni. Ir-reġim ta’ kunfidenzjalità tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju għandu jkun irrispettat.

2a. F’ċirkostanzi normali, ir-riżultati tar-reviżjoni fil-fond għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest tas-Semestru.

L-Artikolu 6Azzjoni ta' prevenzjoni

1. Jekk, abbażi tar-reviżjoni fil-fond imsemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li Stat Membru qed ikollu l-iżbilanċi, din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif inhu xieraq u jekk l-iżbilanċi jkunu marbuta ma' żviluppi fi Stat Membru ieħor, anke lil dan tal-aħħar. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jindirizza r-rakkomandazzjonijiet neċessarji lill-Istat Membru kkonċernat, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 121(2) TFUE. Ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha titqies adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix, b’maġġoranza kwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mindu tkun adottatha l-Kummissjoni.

2. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Ir-rakkkommandazzjonijiet tal-Kunsill għandhom isiru pubbliċi.

2a. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni m’għandhomx jimponu fuq oqsma bħall-formazzjoni tal-pagi li b’mod espliċitu jmorru lil hinn mill-mandat tal-Unjoni. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-ikbar importanza lill-prattiki u t-tradizzjonijiet nazzjonali tas-suq tax-xogħol li għandhom ikunu deċiżivi biex jiġu ddeterminati r-rakkomandazzjonijiet kollha b’rabta mar-responsabilitajiet tal-imsieħba soċjali jew il-kariga speċjali tagħhom fid-djalogu soċjali.

3. Il-Kunsill, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel reviżjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-anqas kull sena, qabel kull perjodu ta' ppjanar baġitarju u jista' jemendahom kif inhu xieraq skont il-paragrafu 1.

KAPITOLU IIIproċedura ta' żbilanċ eċċessiv

L-Artikolu 7Ftuħ tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv

1. Jekk, abbażi tar-reviżjoni fil-fond imsemmija fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru kkonċernat huwa affettwat bi żbilanċi eċċessivi, din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif inhu xieraq. Jekk l-iżbilanċi jkunu marbuta ma’ żvilupp ekonomiku u finanzjarju fi Stat Membru ieħor, dan l-aħħar Stat Membru għandu xorta waħda jkun informat. Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej relevanti u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, li għandhom jieħdu l-passi meħtieġa.

2. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, u waqt li jqis id-dibattitu pubbliku fil-Parlament Ewropew, jista’ jadotta rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat filwaqt li jiddikjara li hemm żbilanċ eċċessiv u jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat li jieħu azzjoni korrettiva. Ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha titqies adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix b’maġġoranza kwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mindu tkun adottatha l-Kummissjoni. L-Istat Membru konċernat jista' jitlob li ssir laqgħa straordinarja tal-Kunsill biex issir votazzjoni dwar id-deċiżjoni.

Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jistabbilixxu n-natura tal-iżbilanċi u jispeċifikaw ġabra ta' rakkomandazzjonijiet politiċi li għandhom jiġu segwiti u sa liema data ta’ skadenza l-Istati Membri konċernati għandhom jiprreżentaw pjan ta' azzjoni korrettiva. Il-Kunsill jista', kif previst fl-Artikolu 121(4) TFUE, jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet pubbliċi.

L-Artikolu 8Il-pjan ta' azzjoni korrettiva

1. Kwalunkwe Stat Membru li għalih tinfetaħ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv għandu jissottometti pjan ta’ azzjoni korrettiva lill-Kunsill u lill-Kummissjon abbażi ta' u sa data ta’ skadenza li trid tkun stabbilita fir-rakkomdanzzjonijiet skont l-Artikolu 7, iżda l-aktar l-aktar fi żmien xahrejn wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva għandu jistabbilixxi l-azzjonijiet politiċi speċifiċi u konkreti li l-Istat Membru kkonċernat implimenta jew għandu l-intenzjoni li jimplimenta u għandu jinkludi tabella ta' skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-pjan ta’ azzjoni korrettiva għandu jqis l-impatt soċjali ta’ dawn l-azzjonijiet ta’ politika u għandu jkun konsistenti mal-Linji Gwida Ġenerali tal-Politiki Ekonomiċi u l-Linji Gwida tal-Impjiegi.

1a. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva għandu jkun koerenti mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, mal-Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza, mal-Programmi ta' Riforma Nazzjonali u mal-objettivi għall-futur medju u mbiegħed, partikolarment il-konverġenza u strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi.

2. Fi żmien xahrejn wara s-sottomissjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva u abbażi ta’ rapport tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta l-pjan ta’ azzjoni korrettiva. Jekk jitqies suffiċjenti, abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu japprovah permezz ta' rakkomandazzjoni li telenka l-azzjonijiet speċifiċi meħtieġa u l-iskadenzi sabiex jittieħdu u għandu jistabbilixxi kalendarju għas-sorveljanza filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-mezzi ta' trażmissjoni u filwaqt li jirrikonoxxi li jista' jgħaddi żmien twil bejn l-adozzjoni tal-azzjoni korrettiva u l-korrezzjoni fil-prattika tal-iżbilanċi.

Jekk l-azzjonijiet meħudin jew previsti fil-pjan ta’ azzjoni korrettiva jew it-tabella tal-iskadenza għall-implimentazzjoni tagħhom jitqiesu mhux suffiċjenti biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet, il-Kunsill għandu, abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni, jadotta rakkomandazzjoni lill-Istat Membru biex jippreżenta pjan ġdid ta’ azzjoni korrettiva fi żmien xahrejn bħala regola. Il-pjan ġdid ta' azzjoni korrettiva għandu jkun eżaminat skont il-proċedura stabbilita f'dan il-paragrafu.

Il-proposti mill-Kummissjoni għandhom jitqiesu adottati mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix, b’maġġoranza kwalifikata, li jirrifjutahom fi żmien għaxart ijiem mindu tkun adottathom il-Kummissjoni. L-Istat Membru konċernat jista' jitlob li ssir laqgħa straordinarja tal-Kunsill biex issir votazzjoni dwar id-deċiżjoni.

3. Il-pjan ta’ azzjoni korrettiva, ir-rapport tal-Kummissjoni u l-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru pubbliċi.

L-Artikolu 9Monitoraġġ tal-azzjoni korrettiva

1. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ▌tal-pjan ta' azzjoni korrettiva mill-Istat Membru kkonċernat. Għal dan l-għan, l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f’intervalli regolari fil-forma ta’ rapporti ta’ progress li l-frekwenza tagħhom għandha tkun stabbilita mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2).

Wara rapport ta’ progress mill-Istat Membru, il-President tal-Grupp tal-Euro u l-Kummissarju responsabbli għandhom jirrappurtaw lill-Parlament Ewropew.

2. Ir-rapporti ta’ progress tal-Istati Membri għandhom isiru pubbliċi.

3. Il-Kummissjoni għandha twettaq missjonijiet ta' sorveljanza fl-Istat Membru kkonċernat biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva, b’kooperazzjoni mal-BĊE meta dawk il-missjonijiet jikkonċernaw l-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro jew l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-ERM II. L-għan ta' dawn il-missjonijiet huwa li jagħtu stampa wiesgħa u bbilanċjata tas-sitwazzjoni makroekonomika. L-imsieħba soċjali u partijiet interessati nazzjonali oħra għandhom għalhekk, meta jkun xieraq, jimpenjaw ruħhom b’mod aktar attiv fid-djalogu.

4. F'każ ta' bidliet kbar relevanti fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi għal raġunijiet barra l-kontroll ta’ Stat Membru, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista’ jemenda r-rakkomandazzjonijiet addottati fl-Artikolu 7 skont il-proċedura stabbilita fl-istess Artikolu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti pjan ta' azzjoni korrettiva rivedut li għandu jkun ezaminat skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8.

L-Artikolu 10Valutazzjoni tal-azzjoni korrettiva

1. Abbażi ta’ rapport tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-Istat Membru kkonċernat ħax l-azzjoni korrettiva rakkomandata jew le b'konformità mar-rakkomandazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 8(2).

1a. Permezz tal-Artikolu 121(3) TFUE, rapport addizzjonali għandu jiġi elaborat mill-Kummissjoni fejn issir valutazzjoni dwar jekk l-iżbilanċi makroekonomiċi fi ħdan l-Unjoni ċkinux jew le, waqt li jitqiesu xi aspetti wiesgħa tal-Unjoni bħad-domanda tal-Unjoni, l-opportunitajiet tas-swieq, il-kondizzjonijiet tal-kreditu, l-ispazju fiskali għall-investimenti, appoġġ finanzjarju għal reġjuni li qed jirkupraw, eċċ. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jitqies adottat mill-Kunsill sakemm ma jiddeċidix b'maġġoranza kwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mindu l-Kummissjoni tkun adottatha.

2. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jsir pubbliku.

3. ▌ Il-Kunsill għandu jagħmel il-valutazzjoni tiegħu sad-data ta' skadenza stabbilita mill-Kunsill fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu adottati skont l-Artikolu 8(2), li għandha ssir pubblika.

4. Fejn dan iqis li l-Istat Membru ma ħax l-azzjoni korrettiva rrakkomandata, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta rakkomandazzjoni, li tiddikjara n-nonkonformità u li tistabbilixxi data ta' skadenza ġdida għal azzjoni korrettiva ▌. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istati Membru l-opportunità li jagħti spjegazzjoni għan-nonkonformità fi żmien għaxart ijiem. Meta tagħmel ir-rakkomandazzjoni tagħha l-Kummissjoni għandha tqis l-ispjegazzjoni tal-Istat Membru. Ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha titqies adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix, b’maġġoranza kwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mindu tkun adottatha l-Kummissjoni. L-Istat Membru konċernat jista' jitlob li ssir laqgħa straordinarja tal-Kunsill biex issir votazzjoni dwar id-deċiżjoni.

4a. Wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skont il-Paragrafu 4, il-Kunsill għandu jadotta rakkomandazzjonijiet riveduti skont l-Artikolu 7, filwaqt li jistabbilixxi skeda ta' żmien oħra għall-azzjoni korrettiva skont valutazzjoni oħra bi qbil ma' dan l-Artikolu.

5. Fejn il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jikkonkludi li l-Istat Membru ħa l-azzjoni korrettiva rrakkomandata, il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandha tiġi sospiża. Il-monitoraġġ għandu jkompli skont il-kalendarju adottat fir-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2). Il-Kunsill għandu jagħmel pubbliċi r-raġunijiet tiegħu biex jissospendi l-proċedura li tirrikonoxxi l-azzjonijiet ta' politika korrettiva meħuda mill-Istat Membru. Ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha titqies adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix b’maġġoranza kwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mindu tkun adottatha l-Kummissjoni.

5a. Fejn il-Kunsill, abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(4) jew l-Artikolu 8(2), jikkonkludi li l-Istat Membru ma ħax l-azzjoni korrettiva rakkomandata, id-deċiżjoni tal-Kunsill għandha tkun infurzabbli skont ir-Regolament (UE) Nru .../2011.

6. L-istat tas-sospensjoni tal-proċedura għall-Istati Membri kkonċernati għandu jkun rivedut regolarment mill-Kunsill, skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi (1) sa (5).

L-Artikolu 11Għeluq tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv

Il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandha tingħalaq hekk kif il-Kunsill jikkonkludi, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li l-Istat Membru m'għadux jesperjenza żbilanċi eċċessivi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b).

KAPITOLU IVDispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 11a

Lagħqa bejn il-Parlamenti

Kull meta jkun hemm stedina għal laqgħa bejn il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u Stat Membru sabiex tiġi spjegata pożizzjoni, l-azzjoni meħtieġa jew id-diverġenza mir-rekwiżiti fil-laqgħa għandhom isiru taħt l-awspiċi ta’ wieħed minn dawn:

(a) il-Parlament Ewropew

(b) il-Parlament tal-Istat Membru jew

(c) il-Parlament tal-Presidenza b’Rotazzjoni.

L-Artikolu -12Żjarat ta' djalogu u sorveljanza

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura djalogu permanenti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri skont l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha twettaq, fl-Istati Membri kollha, żjarat għall-fini ta’ djalogu regolari, u fejn ikun xieraq, żjarat ta’ sorveljanza.

2. Meta torganizza żjarat ta’ djalogu jew ta’ sorveljanza, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tgħaddi s-sejbiet provviżjori tagħha lill-Istati Membri kkonċernati biex jikkummentaw dwarhom.

3. Il-Kummissjoni għandha, fil-kuntest taż-żjarat ta’ djalogu, tirrevedi s-sitwazzjoni ekonomika attwali fl-Istat Membru u tidentifika r-riskji jew il-possibilità ta’ diffikultajiet fil-konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

4. Il-Kummissjoni, fil-kuntest taż-żjarat ta’ sorveljanza, għandha timmonitorja l-proċessi u tivverifika li ttieħdu miżuri skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni skont l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

Iż-żjarat ta’ sorveljanza għandhom isiru kull fejn jinħarġu r-rakkomandazzjonijiet. Il-Kummissjoni tista' tistieden lil rappreżentanti tal-BĊE jew ta' istituzzjonijiet rilevanti oħra biex jieħdu sehem fiż-żjarat ta' sorveljanza.

5. Il-Kummissjoni tista’ tinforma regolarment lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju dwar ir-riżultati taż-żjarat ta’ djalogu u ta’ sorveljanza.

6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiffaċilitaw iż-żjarat ta’ djalogu u ta’ sorveljanza. L-Istati Membri għandhom jagħtu, fuq talba tal-Kummissjoni u fuq bażi volontarja, l-għajnuna lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti kollha fit-tħejjija u t-twettiq taż-żjarat ta’ djalogu u ta’ sorveljanza.

L-Artikolu -12aDjalogu dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi u s-sorveljanza baġitarja

Sabiex jittejjeb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni minn naħa waħda, u l-parlamenti nazzjonali, il-gvernijiet nazzjonali u korpi rilevanti oħra tal-Istati Membri min-naħa l-oħra, u biex jiġu żgurati trasparenza u responsabbiltà akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jorganizza dibattiti pubbliċi dwar is-sorveljanza makroekonomika u baġitarja mwettqa mill-Kunsill u l-Kummissjoni.

L-Artikolu -12bEżerċitar tad-delega

1. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati tiġi kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3b) u (4) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba' snin minn ...[4]**. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa ddelegata mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba' snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, kemm-il darba l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3b) u (4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċizjoni ta' revoka għandha ġġib fi tmiem id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tibda tgħodd l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Kull att delegat adottat konformement mal-Artikolu 3(3b) u (4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux għarrfu l-oppożizzjoni tagħhom fi żmien tliet xhur li jiddekorru min-notifika tal-imsemmi att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dan iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex biħsiebhom jopponu. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

L-Artikolu -12cReviżjoni

1. Sa ... [5]** u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:

(a) jekk l-indikaturi u l-limiti tat-tabella ta’ valutazzjoni rnexxilhomx jidentifikaw l-iżbilanċi li jitfaċċaw u jissorveljaw l-iżvilupp tagħhom;

(b) il-progress tal-koordinament effettiv tal-politiki ekonomiċi f’konformità mat-TFUE.

2. Ir-rapport u kull proposta li takkumpanjah għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-Artikolu 12Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

L-Artikolu -12aRapport

1. Kull sena minn hawn ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżentah lill-Parlament Ewropew.

2. Ir-rapport u kwalunkwe proposta li tinħareġ miegħu għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest tas-Semestru.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew                              Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

  • [1]  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
  • [2] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [3]  ĠU C , , p. .
  • [4] *          *Nota lill-ĠU - hawn għandha tiddaħħal id-data: data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
  • [5] **         Nota lill-ĠU - hawn għandha tiddaħħal id-data: xxx snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

NOTA SPJEGATTIVA

- Is-sitt Rapporteurs se jittrattaw is-sitt proposti leġiżlattivi dwar il-governanza ekonomika kif adottati mill-Kummissjoni fid-29 ta' Settembru 2010 b'sens kbir ta' responsabbiltà, u bl-għan li jiggarantixxu l-koerenza tat-testi leġiżlattivi kollha. Dan il-pakkett huwa ta' importanza kbira ferm għall-futur tal-UE u, b'mod partikolari, taż-żona tal-euro. Il-Parlament biħsiebu jtejjeb il-proposti tal-Kummissjoni biex jistabbilixxi qafas sod u koerenti għad-deċennji li jmiss, jiggarantixxi l-kompatibilità bejn id-dixxiplina fiskali u l-miri tat-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi fl-Unjoni u fl-Istati Membri. Din il-kundizzjoni biss tagħti l-istabbiltà u s-sostenibilità lill-Unjoni u lill-euro.

- Din l-isfida ġiet fi żmien partikolarment diffiċli għall-Unjoni u għaż-żona tal-euro, iffaċċjati bi problemi rigward it-tkabbir, l-impjiegi u d-diverġenzi interni, li ġew aggravati bi kriżi internazzjonali kbira, iżda dan huwa wkoll l-aħjar żmien biex jiġi emendat, ikkompletat u kkoreġut il-mudell eżistenti fid-dawl ta' evidenza attwali u tal-passat. Din hija l-ewwel darba li l-Parlament qed jikkodeċiedi mal-Kunsill dwar l-iżviluppi makroekonomiċi u d-dixxiplina fiskali tal-Unjoni. Ir-Rapporteurs jafu li, skont dawn is-setgħat ġodda mogħtija mit-Trattat ta' Lisbona, il-Kunsill jeħtieġ il-qbil tal-Parlament biex jintlaħaq kunsens finali.

- It-tisħiħ tal-governanza ekonomika jrid jimxi id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tad-deċiżjonijiet meħuda, u dan jirrikjedi involviment aktar mill-qrib u f'waqtu mhux biss tal-partijiet interessati relevanti iżda, b'mod partikolari, tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew tul il-proċess kollu.

- Ir-Rapporteurs jenfasizzaw li l-qafas tas-Semestru Ekonomiku Ewropew il-ġdid għandu jiġi inkluż fit-testi legali, u mhux biss bħala kodiċi tal-kondotta approvat mill-Kunsill; is-Semestru għandu jkun strument ewlieni li jiggarantixxi l-koerenza bejn il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, il-Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza, il-Programmi ta' Riforma Nazzjonali u ta' dawn kollha mal-objettivi għall-futur medju u mbiegħed, partikolarment il-konverġenza u strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-qafas komplet ta' governanza ekonomika għandhom jappoġġjaw l-istrateġiji tal-UE għat-tkabbir u l-impjiegi u jkunu kompatibbli magħhom, u għandu jkollhom l-għan li jżidu l-kompetittività tal-Istati Membri kollha u l-istabbiltà soċjali fir-reġjuni kollha tal-Unjoni.

- Il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi huwa strument b'saħħtu biex jiġu ttrattati l-fraġilitajiet li jitfaċċaw, patikolarment, minn xejriet strutturali għall-futur medju u mbiegħed, mid-diverġenzi li qed jiżdiedu fi ħdan l-Unjoni (u b'mod partikolari fiż-żona tal-euro) u mill-effetti mifruxa tal-politiki tal-Istati Membri individwali. Il-kumplessità u n-novità ta' dan l-approċċ jirrikjedu t-tfassil ta' tabella ta' valutazzjoni b'sett ta' indikaturi limitat iżda xieraq (li għandu jkun hemm qbil dwaru bejn il-Kunsill u l-Parlament) u bid-definizzjoni ta' limiti minimi u massimi; it-tabella ta' valutazzjoni m'għandhiex tiġi interpretata awtomatikament iżda pjuttost għandha tiġi kkomplementata permezz ta' analiżi ekonomika u ta' missjonijiet ta' sorveljanza u ta' djalogu "in loco".

- Il-pieni għandhom jippenalizzaw il-frodi jew in-nuqqas ta' rieda ta' azzjoni dwar rakkomandazzjonijiet miftiehma bla ġustifikazzjoni aċċettabbli u m'għandhomx jippenalizzaw l-inkapaċità li jintlaħqu l-miri proposti. L-effikaċja reali tal-pieni kollha imposti fuq pajjiż għandha tiġi vvalutata kif ukoll il-karatteristika kumulattiva u proċiklika tagħhom, u l-ammont totali tagħhom għandu jkun suġġett għal limitu massimu. Il-multi mħallsa għandhom jiddaħħlu fil-Fond ewlieni għall-Mekkaniżmu Permanenti ta' Kriżi. L-inċentivi għandhom jitqiesu bħala komplement għas-sanzjonijiet u t-tnejn li huma għandhom ikunu parti integrali minn dan il-Mekkaniżmu.

- Il-qafas imtejjeb ta' governanza ekonomika ma jistax jinfired mir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni mtejba tas-swieq finanzjarji (inkluża s-superviżjoni makroprudenzjali mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku).

- L-esperjenza miksuba matul l-ewwel deċennju ta' funzjonament tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja turi ħtieġa ċara għal qafas imtejjeb ta' governanza ekonomika, li għandu jinbena fuq adeżjoni nazzjonali aktar b'saħħitha mar-regoli u l-politiki miftiehma komunement u fuq sistema ta' sorveljanza aktar soda fil-livell Ewropew tal-politiki ekonomiċi nazzjonali, iż-żewġ elementi ingastati f'qafas għat-tkabbir sostenibbli u bbilanċjat tal-Unjoni kollha kemm hi. Għalhekk, ir-Rapporteurs huma favur riforma estensiva tal-qafas ta' governanza abbażi tal-metodu Komunitarju (tal-Unjoni).

Is-Sinjura Sharon Bowles

'President'

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

BRUSSELL

Suġġett:    Opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (COM(2010)0527 – C7‑0301/2010 – 2010/0281(COD))

Għażiża Sinjura Bowles,

Bl-ittra tal-4 ta' Marzu 2011, inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 37(2) tar-Regoli ta' Proċedura, biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-bażi legali xierqa ta' diversi proposti għal leġiżlazzjoni, li fuqha emendi biex tinbidel il-bażi legali tressqu fil-kumitat tiegħek bħala l-kumitat responsabbli u/jew il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali.

Il-Kumitat ikkunsidra l-kwistjoni msemmija hawn fuq fil-laqgħa tiegħu li saret fit-12 ta' April 2011.

Il-pakkett dwar il-governanza ekonomika huwa intiż sabiex jissodisfa l-bżonn ta' koordinament akbar u aktar sorveljanza mill-qrib tal-politiki ekonomiċi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Il-pakkett jikkonsisti f’sitt proposti għal leġiżlazzjoni.

Il-proposti huma analizzati separatament fl-anness. Għal raġunijiet ta' konvenjenza, il-konklużjonijiet tal-kumitat dwar il-bażi legali xierqa f'kull każ jinstabu hawn taħt:

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ((COM (2010) 527, 2010/0281 (COD)).

L-uniku għan tal-proposta għal Regolament huwa li titwessa' l-proċedura ta' sorveljanza ekonomika, kif permess mill-Artikolu 121(6) TFUE. Din il-bażi legali b'hekk tidher li hija dik xierqa.

- Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (COM (2010) 523 finali, 2010/ 0277 (NLE))

L-għan prinċipali ta' din il-proposta huwa li titħeġġeġ ir-responsabbiltà fiskali billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-oqfsa fiskali nazzjonali u tiġi żgurata l-effikaċja tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv. Għalhekk, il-bażi legali proposta mill-Kummissjoni, jiġifieri t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 126(14) TFUE, tidher xierqa.

-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika ((COM (2010) 526, 2010/0280 (COD))

Din il-proposta hija intiża li tiżgura t-tisħiħ tal-koordinament tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri. Għaldaqstant jidher li l-Artikolu 121(6) TFUE hu l-bażi legali xierqa għal din il-proposta.

- Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (COM (2010) 522 finali, 2010/ 0276 (CNS))

Fid-dawl tal-fatt li l-objettiv prinċipali ta' din il-proposta huwa li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati li għandhom jiġu osservati meta tkun qed tiġi applikata l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, l-unika bażi legali xierqa hija l-Artikolu 126(14) TFUE.

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (COM (2010)0524, 2010/0278(COD))

Huwa meqjus li l-Artikolu 121(6) flimkien mal-Artikolu 136 TFUE jikkostitwixxu l-bażi legali xierqa.

- Proposta għal Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro ((COM (2010) 525, 2010/0279 (COD))

Fid-dawl tal-għan tal-proposta, li hija intiża sabiex tissaħħaħ il-korrezzjoni effikaċi ta' żbilanċi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro, l-Artikolu 121(6) flimkien mal-Artikolu 136 TFUE jikkostitwixxu l-bażi legali xierqa.

Matul il-laqgħa tiegħu tat-12 ta' April 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda dwar ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq, unanimament[1].

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner Lehne

Anness

Suġġett: - Bażi legali tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ((COM (2010) 527, 2010/0281 (COD)).

Il-pakkett dwar il-governanza ekonomika jikkonsisti f’sitt proposti li għandhom l-għan li jsaħħu l-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi fl-unjoni ekonomika u monetarja (UEM) fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 u s-semestru Ewropew, ċiklu ġdid ta’ sorveljanza li se jiġbor flimkien il-proċeduri fl-ambitu tal-SGP (Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir[2]) u l-Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika.

Dawn il-proposti saru b’rispons għan-nuqqasijiet fis-sistema attwali kif deher ċar fil-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija. Żewġ proposti kkonċernati jirrigwardaw il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv, u t-tnejn li huma huma bbażati fuq l-Artikolu 126(14) TFUE. L-erba’ proposti l-oħra jikkonċernaw il-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali u huma msejsa fuq l-Artikolu 121(6); tnejn minnhom (COM (2010) 0524 and COM (2010) 0525) huma bbażati fuq l-Artikolu 121(6) flimkien mal-Artikolu 136 TFUE.

Il-proposti jsegwu żewġ komunikazzjonijiet[3] tal-Kummissjoni u ftehim tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010 dwar il-ħtieġa ta’ tisħiħ tal-koordinament tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri. Il-pakkett dwar il-governanza ekonomika ġie sottomess fid-29 ta’ Settembru 2010.

Il-proposta għal Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (minn hawn 'il quddiem il-proposta) tikkumplimenta l-proċedura multilaterali għal sorveljanza prevista taħt l-Istrateġija Ewropa 2020 billi tintroduċi element kompletament ġdid, "il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv". Skont il-Memorandum ta' spjegazzjoni, din il-proposta “tfittex li tipprovdi qafas biex jiġu identifikati u megħluba l-iżbilanċi makroekonomiċi”[4]. Il-proposta għandha tiġi analizzata flimkien mar-Regolment dwar miżuri ta' infurzar għall-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi; iż-żewġ atti fihom il-mekaniżmu żviluppat bis-sħiħ għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

Emendi mressqa mill-Kumitat responsabbli (ECON) u mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jfittxu li jbiddlu l-bażi legali, minn bażi unika tal-Artikolu 121(6) għal bażi multipla tal-Artikolu 121(6) u l-Artikolu 148(3) u (4) jew tal-Artikolu 121 (6) flimkiem mal-Artikolu 136.

Sfond

Bħalma tenfasizza l-Kummissjoni fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni[5], l-UE teħtieġ sorveljanza ekonomika aktar b’saħħitha, li għandha tkopri l-oqsma ekonomiċi rilevanti kollha. Għalhekk, "l-iżbilanċji makroekonimiċi għandhom ikunu osservati b’mod konġunt b’politika fiskali u riformi li jsaħħu t-tkabbir" Wieħed jista' jidentifika tendenza karatterizzata, minn banda, bit-twessigħ tas-sorveljanza baġitarja lil hinn mis-sorveljanza baġitarja għall-prevenzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u, mill-banda l-oħra, permezz ta' sorveljanza fiskali aktar profonda.

Il-mekkaniżmu għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi huwa magħmul minn żewġ settijiet ta’ abbozzi ta’ proposti.

L-ewwel sett ta' miżuri jinsab fil-proposta għal regolament dwar il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv (PŻE), li tistabbilixxi qafas biex jiġu identifikati u indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi. Huwa magħmul minn valutazzjoni regolari tar-riskji marbutin mal-iżbilanċi li permezz tagħha jistgħu jiġu indirizzati żbilanċi makroekonomiċi, flimkien ma' regoli li jippermettu azzjonijiet ta' korrezzjoni.

It-tieni abbozz ta’ proposta jiffoka fuq l-infurzar ta' miżuri biex jiġu kkoreġuti żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi. Huwa jikkonċerna biss Stati Membri taż-żona tal-euro u jikkostitwixxi inċentiv għall-Istati Membri biex jindirizzaw żbilanċi makroekonomiċi fi stadju bikri u biex jiżgura miżuri ta' korrezzjoni xierqa fejn meħtieġ.

Il-bażijiet legali proposti

Artikolu 121(6)

6. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jadottaw ir-regoli dettaljati sabiex jirregolaw il-proċedura tas-sorveljanza multilaterali msemmija fil-paragrafi 3 u 4[6] .

Artikolu 121(3)

Sabiex jiżgura koordinazzjoni aktar stretta tal-linji ta' politika ekonomika u l-konverġenża kontinwa fl-attività ekonomika tal-Istati Membri, il-Kunsill għandu, fuq il-bażi ta' rapporti preżentati mill-Kummissjoni, jissorvelja l-iżviluppi ekonomiċi f'kull Stat Membru u fl-Unjoni, kif ukoll il-konformità ta' kull politika ekonomika mal-linji direttivi ġenerali msemmijja fil-paragrafu 2, kif ukoll jagħmel stima komplessiva regolarment. Għall-finijiet ta' din is-sorveljanza multilaterali, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri importanti li jkunu ttieħdu minnhom fil-qasam tal-politika ekonomika tagħhom kif ukoll kull informazzjoni oħra li jqisu li tista' tkun meħtieġa.

Artikolu 148(3) u (4)

3. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapport annwali fuq il-miżuri prinċipali meħuda għall-implementazzjoni tal-politika tiegħu għall-impjiegi fid-dawl ta' linji ta' gwida għall-impjiegi msemmija fil-paragrafu 2.

4. Il-Kunsill, fuq il-bażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 3 u wara li jkun irċieva l-kummenti mill-Kumitat għall-Impjiegi, għandu kull sena jwettaq eżami dwar l-implementazzjoni tal-politika tal-impjiegi tal-Istati Membri fid-dawl tal-linji ta' gwida għall-impjieg. Il-Kunsill fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista', jekk jikkunsidra li jkun xieraq fid-dawl ta' dak l-eżami, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.

Artikolu 136

1. Sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tal-unjoni ekonomika u monetarja, u b'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, il-Kunsill għandu, b'konformità mal-proċedura rilevanti minn fost dawk previsti fl-Artikoli 121 u 126, bl-eċċezzjoni tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 126(14), jadotta miżuri speċifiċi għal dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex:

a)     tissaħħaħ il-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tagħhom;

b)     jiġu stabbiliti l-linji gwida ta' politika ekonomika għalihom, waqt li jkun assigurat li dawn ikunu kompatibbli ma' dawk adottati għall-Unjoni kollha u li jinżammu taħt sorveljanza.

2. jew għal dawk il-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jieħdu sehem fil-votazzjoni biss il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Il-maġġoranza kwalifikata ta' dawn il-membri tal-Kunsill għandha tiġi definita b'konformità mal-Artikolu 238(3)(a).

L-approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja

Skont ġurisprudenza stabbilita sew, fil-prinċipju, miżura għandha tkun ibbażata fuq bażi legali waħda biss. Jekk l-eżami tal-għan u tal-kontenut ta' miżura tal-Unjoni juri li għandha żewġ għanijiet jew li għandha żewġ komponenti, li huma inklużi fl-ambitu ta' bażijiet differenti, u jekk wieħed minn dawn huwa identifikabbli bħala dak prinċipali jew predominanti, filwaqt li l-ieħor mhuwiex għajr inċidentali, l-att irid ikun ibbażat fuq bażi waħda, jiġifieri dik mitluba mill-għan jew mill-komponent prinċipali jew predominanti. [7]

Huwa biss jekk, b'mod eċċezzjonali, jiġi stabbilit li l-miżura, b'mod simultanju, ikollha numru ta' objettivi jew ikollha diversi komponenti li jkunu marbuta b'mod li ma jistgħux jinfirdu, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju jew indirett fir-rigward tal-ieħor, li dik il-miżura tkun trid tiġi bbażata fuq id-diversi bażijiet legali korrispondenti[8].

Analiżi tal-bażijiet legali proposti

Skont il-premessa 3, l-għan tal-proposta kkonċernata huwa li titwessa' s-sorveljanza ekonomika tal-Istati Membri għall-prevenzjoni ta' “żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi” u li jgħin “lill-Istati Membri affettwati jwettqu l-pjanijiet korrettivi qabel id-diverġenzi jippersistu". Sabiex jinkiseb dan l-għan, il-proposta tistipula dispożizzjonijiet għall-iżvelar (Kapitolu II, Artikoli 3-5), il-prevenzjoni (Kapitolu II, Artikolu 6) u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi (Kapitolu III, Artikoli 7-11).

Ir-regolament propost jinkludi valutazzjoni regolari tar-riskji ta’ żbilanċi bbażati fuq tabella ta’ indikaturi u fuq it-twettiq ta’ analiżi profonda għal kull pajjiż. Fejn meħtieġ, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż jistgħu jiġu indirizzati mill-Kunsill għal Stat Membru fejn jeżistu l-iżbilanċji (jew riskju marbut magħhom) . Barra minn hekk, il-Kunsill jista' jinnota l-eżistenza ta' żbilanċi serji jew żbilanċi li jipperikolaw l-UEM. F'dan il-każ, se tinbeda proċedura ta' żbilanċ eċċessiv (PŻE), Il-Kunsill jista' jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat biex jieħu miżuri ta' korrezzjoni bi skadenza speċifika u biex jippreżenta pjan ta' azzjoni korrettiv.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, jidher li l-uniku għan tal-proposta tar-regolament propost huwa li titwessa' l-proċedura ta' sorveljanza ekonomika, kif permess mill-Artikolu 121(6) TFUE. B'hekk, il-bażi legali tal-proposta tidher li hi t-tajba.

Barra minn hekk jidher li ma hemmx bżonn li jiżdied ebda wieħed mill-artikoli adizzjonali msemmija fl-emendi mniżżla fil-kumitati responsabbli.

L-ewwel nett, peress li l-Artikolu 121(6) diġà jirreferi għal paragrafu 3, huwa neċessarju li jiżdied l-Artikolu 121(3) bħala bażi legali addizzjonali.

It-tieni nett, l-Artikolu 148 huwa parti mit-Titolu IX, li jikkonċerna l-impjiegi. Din id-dispożizzjoni tippermetti lill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jadotta linji ta' gwida li l-Istati Membri għandhom iqisu fil-politika tagħhom dwar l-impjiegi. L-Artikolu 148(3) u (4) jippermetti lill-Kunsill jeżamina "l-implementazzjoni tal-politika tal-impjiegi tal-Istati Membri fid-dawl tal-linji ta' gwida għall-impjieg" u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri. Dawk id-dispożizzjonijiet ma jikkostitwixxux bażi legali għall-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni stricto sensu.

L-Artikolu 148, paragrafi 3 u 4, ma jistgħux għalhekk jikkostitwixxu bażi legali adegwata għar-regolament propost, li l-għan rikonoxxut tiegħu huwa, fi kwalunkwe każ, li titwessa' s-sorveljanza ekonomika.

It-tielet nett, l-ebda element tal-att propost ma jiġġustifika ż-żieda tal-Artikolu 136 tat-TFUE bħala bażi legali.

Konklużjoni

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija jidher li l-Artikolu 121(6) TFUE jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa għal din il-proposta.

  • [1]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-vot finali Klaus-Heiner Lehne (chairperson), Evelyn Regner (viċi-chairperson), Piotr Borys, Sergio Gaetano Cofferati, Christian Engström, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Antonio López-Istúriz White, Arlene McCarthy, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Angelika Niebler, Bernhard Rapkay, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka.
  • [2]  Il-PST jikkonsisti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir
  • [3]  It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tat-12 ta’ Mejju 2010; It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabbilità, it-tkabbir u l-impjiegi - Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ, tat-30 ta' Ġunju 2010.
  • [4]  Memoradum ta' spjegazzjoni Proposta għal Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ((COM 2010) 527, 2010/0281 (COD)).
  • [5]  Ibid.
  • [6]  L-Artikolu 121(4) Meta jiġi stabbilit, taħt il-proċedura prevista fil-paragrafu 3, li l-politika ekonomika ta' Stat Membru mhijiex konformi mal-linji gwida wiesgħa previsti fil-paragrafu 2 jew li hemm ir-riskju li jipperikolaw il-funzjonament xieraq tal-Unjoni ekonomika u monetarja, il-Kummissjoni tista' tindirizza twissija lill-Istat Membru kkkonċernat. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jindirizza r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Istat Membru konċernat. Il-Kunsill jista', fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jippubblika r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
    Fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jieħu in kunsiderazzjoni l-vot tal-membru tal-Kunsill li jkun qed jirrappreżenta lill-Istat Membru konċernat.
    Il-maġġoranza kwalifikata tal-membri l-oħra tal-Kunsill għandha tiġi ddefinita skont l-Artikolu 238(3)(a).
  • [7]  Kawża - 91/05 Kummissjoni v. Kunsill [2008] ECR I- 3651.
  • [8]  Kawża - 91/05 Kummissjoni v. Kunsill [2004] ECR I- 4829.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (23.3.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi
(COM(2010)0527 – C7‑0301/2010 – 2010/0281(COD))

Rapporteur: Pervenche Berès

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-isfond

Fid-29 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni ppreżentat pakkett leġislattiv immirat għat-tisħiħ tal-governanza ekonomika fl-UE u fiż-żona tal-Euro. Il-pakkett hu magħmul minn sitt proposti: erba’ minnhom jitrattaw kwistjonijiet fiskali, inkluż riforma tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir (SGP), u żewġ regolamenti ġodda mmirati għad-detezzjoni u l-indirizzar tal-iżbilanċi makroekonomiċi emerġenti fl-UE u fiż-żona tal-Euro.

Fiż-żewġ proposti ta’ wara, u bil-għan li titwessa’ s-sorveljanza ekonomika tal-UE għal żoni mhux fiskali, il-Kummissjoni tipproponi serje ta’ elementi ġodda marbutin mas-sorvelljanza u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Il-‘parti preventiva’ ta’ dawn l-elementi tinkludi l-valutazzjoni regolari tar-riskji ta’ żbilanċi bbażati fuq tabella ta’ indikaturi u fuq it-twettiq ta’ analiżi dettaljati ta’ pajjiż. Meta meħtieġ, il-Kunsill għandu jagħti rakkomandazzjonijiet partikolari lil Stat Membru bi żbilanċi qawwija jew bi żbilanċi li jpoġġu f’riskju l-funzjonament tal-UME. Barra minn hekk, il-“parti korrettiva” kif ippreżentata fil-proposta dwar “miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi", tistipula li l-Istati Membri taż-żona tal-Euro li juru nuqqas ta’ konformità mar-rakkomandazzjonijiet rispettivi tagħhom jistgħu jkunu soġġetti għal proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, u li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jiffaċċjaw sanzjonijiet f’forma ta' multa annwali.

Kummenti

Il-proposti tal-Kummissjoni jinkludu bosta ideat tajbin. Ġeneralment, ir-rapporteur jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li jenħtieġ l-iżvilupp ta’ ta' proċedura bi struttura ġdida għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi negattivi f'kull Stat Membru. Ir-rapporteur ifakkar li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni UEM@10 diġà nnutat iż-żieda tad-diverġenza bejn l-Istati Membri qabel il-kriżi u li r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-UEM@10 diġà ndirizzat dan il-punt bir-reqqa. Għalhekk mekkaniżmu għall-monitoraġġ u l-prevenzjoni ta’ dawn id-diskrepanzi u l-iżbilanċi hu milqugħ tajjeb. Madankollu, ir-rapporteur jikkunsidra li jenħtieġu numru ta’ modifiki sabiex jiġi żgurat li l-iżbilanċi u d-diverġenzi bejn l-Istati Membri jiġu identifikati, previsti u fl-aħħar mill-aħħar, korretti b’mod effikaċi. Għalhekk ir-rapporteur jintroduċi serje ta’ emendi għall-proposti tal-Kummissjoni dwar il-“prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi” u dwar l-“miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-Euro”, li jindirizzaw l-aspetti ewlenin li ġejjin:

- Il-qafas ta’ sorvelljanza tal-UE għandu jinkludi aspetti soċjali u ta’ impjieg, flimkien ma’ dawk ta’ natura ekonomika u finanzjarja ġenerali. Għalhekk l-Artikolu 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu jiġi miżjud bħala bażi legali fil-parti preventiva tal-qafas ta’ sorvelljanza, u r-regolament partikolari għandu jindirizza, bl-istess mod, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni kemm tal-iżbilanċi makroekonomiċi u kif ukoll dawk soċjali. B’dan il-mod għandu jiġi żgurat approċċ ekonomiku u soċjali integrat aktar.

- B’rabta ma’ dak li ntqal aktar 'il fuq, l-istrumenti bbażati fuq l-Artikolu 148 TFUE, b'mod partikolari l-linjigwida tal-politiki ta' impjieg tal-Istati Membri għandhom jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjoni tal-iżbilanċi, u supplimentati b'għodda speċifiċi għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-iżbilanċi soċjali. Il-Kumitat għall-Impjiegi (EMCO) u l-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali (SPC) għandhom għalhekk jiġu nvoluti fil-proċeduri ta’ sorvelljanza rilevanti kollha.

- It-tabella tal-indikaturi bħala għodda għad-detezzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi għandhom jiġu adottati u aġġornati regolarment mill-Kummissjoni fil-forma ta’ atti delegati bi qbil mal-Artikolu 290 TFUE. L-indikaturi ewlenin għandhom jinkludu aspetti partikolari dwar l-impjiegi, il-qgħad, il-faqar u t-taxxi.

- Is-sistema korrettiva tal-iżbilanċi ma għandhiex tikkontribwixxi biss għad-dixxiplina baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-Euro. Bl-istess mod, għandha titfassal b’tali mod li tevita l-ħolqien ta’ xokkijiet assimetriċi u li tikkontribwixxi wkoll għat-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi. Is-sistema għandha għalhekk taħdem bħala appoġġ għall-kisba tal-għanijiet ta’ tkabbir u impjiegi tal-UE, bħal dawk adottati skont l-istrateġija Ewropa 2020.

- Barra minn hekk, is-sistema korrettiva, inkluż il-korrezzjoni tal-iżbilanċi eċċessivi, ma għandhomx ikunu magħmula biss minn multi (sanzjonijiet) iżda wkoll minn inċentivi. Kull deċiżjoni li timponi sanzjoni jew multa fuq Stat Membru għandha tkun soġġetta għall-valutazzjoni ta’ impatt soċjali.

- Multi miġbura mill-Istati Membri li jonqsu milli jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet partikolari tagħhom għandha jintużaw għall-appoġġ tal-investiment fit-tul u l-miri tal-impjiegi tal-UE u ma għandhomx ikunu mqassma biss fuq l-Istati Membri li mhumiex soġġetti għall-ebda proċedura eċċessiva kif propost mill-Kummissjoni.

Fl-aħħarnett, ir-rapporteur jikkunsidra bħala ta' importanza ewlenija, it-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament Ewropew fil-proċess ta’ sorvelljanza kollu. B’żieda ma’ dan, il-konsultazzjoni regolari tal-imsieħba soċjali u parteċipazzjoni aktar qawwija tal-Parlamenti Nazzjonali huma prekundizzjonijiet meħtieġa għal qafas ta’ sorvelljanza kredibbli u trasparenti.

eMENDi

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi u soċjali

Ġustifikazzjoni

Il-qafas ta’ sorvelljanza tal-UE l-ġdid jenħtieġ jinkludi aspetti soċjali u ta' impjiegi, b'żieda ma' dawk ta' natura ekonomika u finanzjarja ġenerali. Ir-regolament propost għandu għalhekk jindirizza kemm l-iżbilanċi makroekonomiċi u wkoll dawk soċjali fl-UE.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(6) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(6), flimkien mal-Artikolu 148(3) u (4), tiegħu,

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Sabiex tiġi żviluppata strateġija għall-impjiegi kordinata, kif stipulat mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu f’konformità mal-prinċipji gwida għall-promozzjoni ta’ ħaddiema b’ħiliet, mħarrġa u adattabbli u swieq tal-ħaddiema li jirrejaġixxu għall-bidla ekonomika.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 1 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) Kif stipulat mit-TFUE, is-suq intern għandu jaħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni mibni fuq tkabbir ekonomiku bbilanċjat u fuq l-istabilità tal-prezzijiet, fuq ekonomija soċjali tas-suq b'kompetittività għolja, li għandu l-għan li kulħadd jaħdem u għall-progress soċjali, b'livell għoli ta' protezzjoni u ta' titjib tal-kwalità tal-ambjent.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 1 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1c) It-TFUE jistipula li fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tar-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, u mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 1 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1d) Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 adottat strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir li tippermetti lill-UE toħroġ iktar b'saħħitha mill-kriżi, u biex iddawwar l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, flimkien ma' livell għoli ta' impjiegi, produttività u koeżjoni soċjali. Il-Kunsill Ewropew iddeċieda wkoll li, fl-1 ta' Jannar 2011, jniedi s-Semestru Ewropew għall-kordinament tal-politika li jippermetti lill-Istati Membri li jibbenefikaw mill-kordinament bikri fil-livell tal-Unjoni u li jippermetti s-sorvelljanza msaħħa u l-valutazzjoni simultanja kemm ta’ miżuri baġitarji u r-riformi strutturali, għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Hemm bżonn li nibnu fuq l-esperjenza miksuba matul l-ewwel għaxar snin tat-tħaddim tal-unjoni ekonomiku u monetarja.

(2) Hemm bżonn li nibnu fuq l-esperjenza miksuba matul l-ewwel għaxar snin tat-tħaddim tal-unjoni ekonomiku u monetarja rigward l-iżbilanċi makroekonomiċi u soċjali.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) B'mod partikolari, is-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri għandha titwessa' lil hinn mis-sorveljanza biex tevita żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u tgħin lill-Istati Membri affettwati jwettqu l-pjanijiet korrettivi qabel id-diverġenzi jippersistu. Dan it-twessigħ tal-qafas tas-sorveljanza ekonomika għandu jimxi flimkien mat-tisħiħ tas-sorveljanza fiskali.

(3) B'mod partikolari, is-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri għandha titwessa' lil hinn mis-sorveljanza biex tevita żbilanċi makroekonomiċi u soċjali eċċessivi tgħin lill-Istati Membri affettwati jwettqu l-pjanijiet korrettivi qabel id-diverġenzi jippersistu, tippromwovi l-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ tisħiħ reċiproku u li tiffaċilità l-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi ta' tkabbir u l-impjiegi tal-Unjoni. Dan it-twessigħ tal-qafas tas-sorveljanza ekonomika għandu jimxi flimkien mat-tisħiħ tas-sorveljanza fiskali.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Biex ikunu indirizzati tali żbilanċi, hemm bżonn li tkun stipulata proċedura fid-dettall fil-leġiżlazzjoni.

(4) Biex ikunu indirizzati tali żbilanċi, hemm bżonn li jkunu stipulati approċċi ekonomiċi u soċjali u proċedura aktar integrata fid-dettall fil-leġiżlazzjoni.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-miżuri adottati skont dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE, b'mod speċjali l-Artikoli 7, 8, 9, 10, u 11 TFUE, mal-Artikolu 153(5) TFUE, u mal-Protokoll (Nru 26) dwar is-servizzi ta' interess ġenerali anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Huwa xieraq li tkun supplimentata s-sorveljanza multilaterali msemmija fl-Artikolu 121(3) u (4) tat-Trattat b'regoli speċifiċi għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi.

(5) Huwa xieraq li tkun supplimentata s-sorveljanza multilaterali msemmija fl-Artikolu 121(3) u (4) tat-TFUE b'regoli speċifiċi għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi li jinkludi kemm inċentivi kif ukoll multi.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Tajjeb li r-rapport annwali konġunt imsemmi fl-Artikolu 148 TFUE jiġi supplimentat b’għodda speċifiċi għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-iżbilanċi soċjali.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-proċedura għandha sserraħ fuq mekkaniżmu ta' twissija għal detezzjoni bikrija tal-iżbilanċi makroekonomiċi li jitfaċċaw. Għandha tkun ibbażata fuq l-użu ta' tabella ta' valutazzjoni indikattiva u trasparenti kkumbinata mal-ġudizzju ekonomiku.

(6) Il-proċedura għandha sserraħ fuq mekkaniżmu ta' twissija għal detezzjoni bikrija tal-iżbilanċi makroekonomiċi u soċjali li jitfaċċaw. Għandha tkun ibbażata fuq l-użu ta’ tabella ta’ valutazzjoni indikattiva u trasparenti kkumbinata mal-ġudizzju ekonomiku u soċjali, b’mod partikolari b’rabta mal-kompetittività, il-konverġenza u s-solidarjetà.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Sabiex it-tabella ta' valutazzjoni tintuża bħala għodda li tiffaċilità l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi, is-setgħa li jiġu adottati atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tiġi stabbilita lista ta' indikaturi rilevanti li għandhom jiġu nklużi fit-tabella ta' valutazzjoni u biex tiġi adottata l-kompożizzjoni tal-kandidaturi, il-livelli limiti u l-metodoloġija wżata. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tipprepara u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) It-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun magħmula minn sett limitat ta' indikaturi ekonomiċi u finanzjarji relevanti għad-detezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi bil-limiti indikattivi li jikkorrispondu. Il-kompożizzjoni tat-tabella tista' tevolvi matul iż-żmien, inter alia minħabba theddid lill-istabilità makroekonomika li jevolvi jew minħabba l-avvanzi fid-disponibilità ta' statistika relevanti.

(7) It-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun magħmula minn sett limitat ta' indikaturi ekonomiċi reali u nominali, soċjali u finanzjarji relevanti għall-kompetittività u għad-detezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi u soċjali bil-limiti indikattivi li jikkorrispondu. Il-kompożizzjoni tat-tabella għandha tiġi emendata permezz tal-atti delegati jekk meħtieġ, inter alia minħabba theddid lill-istabilità makroekonomika u soċjali li jevolvi jew minħabba l-avvanzi fid-disponibilità ta' statistika relevanti.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-qbiż ta' limitu indikattiv wieħed jew aktar m'għandux bilfors jimplika li qed jitfaċċaw l-iżbilanċi makroekonomiċi peress li t-tfassil tal-politika għandu jqis l-interkonnessjonijiet bejn il-varjanti makroekonomiċi. Il-ġudizzju ekonomiku għandu jiżgura li l-biċċiet kollha tal-informazzjoni, sew jekk ġejjin mit-tabella ta' valutazzjoni, sew jekk le, jitpoġġew f'perspettiva u jsiru parti minn analiżi komprensiva.

(8) Il-qbiż ta’ limitu indikattiv wieħed jew aktar m’għandux bilfors jimplika li qed jitfaċċaw l-iżbilanċi makroekonomiċi jew soċjali peress li t-tfassil tal-politika għandu jqis l-interkonnessjonijiet bejn il-varjanti makroekonomiċi jew soċjali kif ukoll il-mument taċ-ċiklu ekonomiku li ekonomija ssib ruħha fih. Il-ġudizzju ekonomiku għandu jiżgura li l-biċċiet kollha tal-informazzjoni, sew jekk ġejjin mit-tabella ta' valutazzjoni, sew jekk le, jitpoġġew f'perspettiva u jsiru parti minn analiżi komprensiva.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Ibbażata fuq il-proċedura ta' sorveljanza multilaterali u l-mekkaniżmu ta' twissija, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-Istati Membri li jridu jkunu soġġetti għal reviżjoni fil-fond. Ir-reviżjoni fil-fond għandha tkopri analiżi fonda tas-sorsi tal-iżbilanċi fl-Istat Membru li qed ikun investigat. Għandha tkun diskussa fil-Kunsill u fil-Grupp Euro għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro.

(9) Ibbażata fuq il-proċedura ta' sorveljanza multilaterali u l-mekkaniżmu ta' twissija, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-Istati Membri li jridu jkunu soġġetti għal reviżjoni fil-fond. Ir-reviżjoni fil-fond għandha tkopri analiżi fonda tas-sorsi tal-iżbilanċi interni u esterni fl-Istat Membru li qed ikun investigat kif ukoll fiż-żona tal-Euro. Għandha tkun mibnija fuq investigazzjoni dettaljata ta’ medda wiesgħa ta’ varjabbli ekonomiċi u għandha tirrikonoxxi l-ispeċifiċitajiet nazzjonali rigward ir-relazjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali. Din għandha tkun diskussa fil-Parlament Ewropew, fil-Kunsill u fil-Grupp Euro għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Proċedura li tissorvelja u tikkoreġi żbilanċi makroekonomiċi negattivi, b'elementi preventivi u korrettivi, se teħtieġ għodda ta' sorveljanza msaħħa bbażati fuq dawk użati fil-proċedura ta' sorveljanza multilaterali. Dawn jistgħu jinkludu missjonijiet ta' sorveljanza msaħħa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u rappurtar addizzjonali mill-Istat Membru fil-każ ta' żbilianċi severi inklużi żbilanċi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(10) Proċedura li tissorvelja u tikkoreġi żbilanċi makroekonomiċi u soċjali negattivi, b'elementi preventivi u korrettivi, se teħtieġ għodda ta' sorveljanza msaħħa bbażati fuq dawk użati fil-proċedura ta' sorveljanza multilaterali u analiżi tal-impatt tal-impjiegi dwar is-sitwazzjoni makroekonomika bbażata fuq il-Qafas ta’ Valutazzjoni Konġunt inkluż il-Monitoraġġ tal-Prestazzjoni tal-Impjiegi. Dawn jistgħu jinkludu missjonijiet ta' sorveljanza msaħħa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u rappurtar addizzjonali mill-Istat Membru fil-każ ta' żbilianċi severi inklużi żbilanċi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja jew ta’ koeżjoni soċjali.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Meta jiġu eżaminati l-iżbilanċi, għandha titqies s-severità tagħhom, il-grad li bih jistgħu jitqiesu mhux sostenibbli u l-effetti potenzjali negattivi ekonomiċi u finanzjarji lill-Istati Membri l-oħra. Għandhom jitqiesu wkoll il-kapaċità tal-aġġustament ekonomiku u l-istorja riċenti tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-konformità ma' rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa skont dan ir-Regolament u rakkomandazzjonijiet oħra maħruġa skont l-Artikolu 121 tat-Trattat bħala parti mis-sorveljanza multilaterali, b'mod partikolari l-linji gwida għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni.

(11) Meta jiġu eżaminati l-iżbilanċi, għandha titqies s-severità tagħhom, il-grad li bih jistgħu jitqiesu mhux sostenibbli u b’mod partikolari l-effetti potenzjali negattivi ekonomiċi, soċjali u finanzjarji lill-Istati Membri l-oħra. In-natura strutturali jew ta’ terminu qasir ta’ żmien tal-iżbilanċi kif ukoll il-karattru nazzjonali, tal-Unjoni jew esterni tal-kawżi jeħtieġ jiġu mifhuma. L-interkonnessjonijiet bejn l-għażliet ta’ politika minn Stati Membri differenti kif ukoll l-effetti ta’ tixrid għandhom jitqiesu b’mod adegwat. Għandhom jitqiesu wkoll il-kapaċità tal-aġġustament ekonomiku u l-istorja riċenti tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-konformità ma' rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa skont dan ir-Regolament u rakkomandazzjonijiet oħra maħruġa skont l-Artikoli 121 u 148 TFUE bħala parti mis-sorveljanza multilaterali, b'mod partikolari l-linji gwida għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni u l-linjigwida għall-politiki ta’ impjieg tal-Istati Membri, kif ukoll il-konsegwenzi ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi, għandhom ikunu indirizzati rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat biex jagħti gwida dwar tweġibiet politiċi xierqa. Ir-rispons politiku tal-Istat Membru kkonċernat għall-iżbilanċi għandu jkun f'waqtu u għandu juża l-istrumenti politiċi kollha disponibbli taħt il-kontroll tal-awtoritajiet pubbliċi. Dan għandu jitfassal skont l-ambjent u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat u jkopri l-oqsma politiċi ekonomiċi ewlenin, u potenzjalment jinkludi l-politiki fiskali u tal-pagi, is-swieq tax-xogħol, is-swieq tal-prodotti u s-servizzi u r-regolamentazzjoni tas-settur finanzjarju.

(12) Jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi u soċjali, għandhom ikunu indirizzati rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat biex jagħti gwida dwar tweġibiet politiċi xierqa. Ir-rispons politiku tal-Istat Membru kkonċernat għall-iżbilanċi għandu jkun f'waqtu u għandu juża l-istrumenti politiċi rilevanti kollha disponibbli taħt il-kontroll tal-awtoritajiet pubbliċi. Dan għandu jkun ibbażat fuq djalogu mal-imsieħba soċjali u partijiet interessati nazzjonali oħra u għandhom jitqiesu bis-sħiħ ir-restrizzjonijiet li d-drittijiet fundamentali ta’ dawn l-atturi jqiegħdu fuq l-azzjoni tal-gvern. Dan għandu jitfassal skont l-ambjent u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat u jkopri l-oqsma politiċi ekonomiċi ewlenin, u potenzjalment jinkludi l-politiki fiskali u ta' tassazzjoni, is-swieq tax-xogħol, is-swieq tal-prodotti u s-servizzi u r-regolamentazzjoni tas-settur finanzjarju. Għandha titwettaq fir-rispett tal-Artikolu 9 TFUE, u bil-għan tal-promozzjoni ta’ impjieg ta’ livell għoli, il-garanzija adegwata ta' protezzjoni soċjali u fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet bikrija tal-Bord tar-Riskju Sistematiku Ewropew lill-Istati Membri jew lill-Unjoni jindirizzaw riskji ta' natura makrofinanzjarja. Jista' jkun li dawn jistħoqqilhom azzjoni ta' segwitu xierqa fil-kuntest tas-sorveljanza tal-iżbilanċi.

(13) It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet bikrija tal-Bord tar-Riskju Sistematiku Ewropew lill-Istati Membri jew lill-Unjoni jindirizzaw biss riskji ta' natura makrofinanzjarja. Jista' jkun li dawn jistħoqqilhom azzjoni ta' segwitu xierqa fil-kuntest tas-sorveljanza tal-iżbilanċi.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi severi, inklużi żbilanċi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja, għandha titnieda proċedura ta' żbilanċ eċċessiv li tista' tinkludi ħruġ ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru, ħtiġijiet ta' sorveljanza u monitoraġġ imseaħħin u fir-rispett tal-Istat Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro, il-possibilità ta' infurzar skont ir-Regolament (EU) Nru […/…] fl-eventwalità ta' nuqqas sostnut biex tittieħed azzjoni korrettiva.

(14) Jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi u soċjali severi, inklużi żbilanċi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja jew il-koeżjoni soċjali, għandha titnieda proċedura ta' żbilanċ eċċessiv li tista' tinkludi ħruġ ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru, ħtiġijiet ta' sorveljanza u monitoraġġ imseaħħin u fir-rispett tal-Istat Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro, il-possibilità ta' infurzar skont ir-Regolament (EU) Nru […/…] fl-eventwalità ta' nuqqas sostnut biex tittieħed azzjoni korrettiva.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Kwalunkwe Stat Membru soġġett għall-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandu jistabbilixxi pjan ta' azzjoni korrettiva li jistipula dettalji tal-politiki tiegħu mfassla biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva għandu jinkludi tabella ta' skadenza għall-implimentazzjoni tal-miżuri previsti. Din għandha tkun approvata mill-Kunsill abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni.

(15) Kwalunkwe Stat Membru soġġett għall-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandu jistabbilixxi pjan ta' azzjoni korrettiva li jistipula dettalji tal-politiki tiegħu mfassla biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. Il-pjan ta’ azzjoni korrettiva għandu jirrifletti n-natura tal-iżbilanċi, ikun ristrett għall-aspetti politiċi taħt il-kontroll leġittimu tal-awtoritajiet governattivi u jinkludi tabella ta’ skadenza għall-implimentazzjoni tal-miżuri previsti. Din għandha tkun approvata mill-Kunsill abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni u wara jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Peress li qafas effettiv għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba kummerċ qawwi u interkonnessjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-effett laterali tal-politiki ekonomiċi nazzjonali fuq l-Unjoni u ż-żona tal-euro b'mod ġenerali u jista' jinkiseb aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(16) Peress li qafas effettiv għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi u soċjali ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba kummerċ qawwi u interkonnessjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-effett laterali tal-politiki ekonomiċi nazzjonali fuq l-Unjoni u ż-żona tal-euro b'mod ġenerali u jista' jinkiseb aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-objettivi,

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi fl-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi u soċjali fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-qafas ta’ sorvelljanza tal-UE għandu jinkludi aspetti ta’ impjieg u soċjali, b’żieda ma’ dawk ta’ natura ekonomika u finanzjarja ġenerali. Ir-regolament propost għalhekk għandu jindirizza l-iżbilanċi makroekonomiċi u soċjali fl-UE.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "żbilanċi" tfisser żviluppi makroekonomiċi li qed jaffettwaw negattivament jew għandhom il-potenzjali li jaffettwaw negattivament, it-tħaddim xieraq tal-ekonomija ta' Stat Membru jew tal-unjoni ekonomika u monetarja, jew tal-Unjoni b'mod ġenerali.

(a) "żbilanċi" tfisser żviluppi makroekonomiċi jew soċjali li qed jaffettwaw negattivament jew għandhom il-potenzjali li jaffettwaw negattivament, it-tħaddim xieraq tal-ekonomija, il-kompetittività u l-konverġenza tal-koeżjoni soċjali fi Stat Membru, iż-żona tal-Euro jew tal-Unjoni b'mod ġenerali.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "żbilanċi eċċessivi" tfisser żbilanċi severi, inklużi żbilanċi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(b) "żbilanċi eċċessivi" tfisser żbilanċi severi, inklużi żbilanċi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja jew il-koeżjoni soċjali.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni indikattiva bħala għodda biex tħaffef l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi.

1. Wara konsultazzjoni mas-sieħba soċjali, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati, bi qbil mal-Artikolu‑12 biex tiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi billi tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni li tinkludi lista ta' indikaturi, li tista' tiġi emendata meta meħtieġ sabiex tintegra żbilanċi emerġenti ġodda u biex jiġu vvalutati aħjar il-pożizzjonijiet ta' kompetittività jew l-iżbilanċi interni jew esterni eċċessivi.

 

1a. It-tabella ta' valutazzjoni għandha tinkludi lista ta' indikaturi kif stipulat fl-Anness.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun komposta minn firxa ta' indikaturi makroekonomiċi u makrofinanzjarji għall-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi limiti indikattivi aktar baxxi jew ogħla għal dawn l-indikaturi biex iservu ta' livelli ta' twissija. Il-limiti applikabbli għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro jistgħu jkunu differenti minn dawk applikabbli għall-Istati Membri l-oħra.

2. It-tabella ta’ valutazzjoni għandha tkun komposta minn firxa ta’ indikaturi rilevanti għall-identifikar tar-riskju tal-possibilità ta’ żbilanċi makroekonomiċi u makrofinanzjarji u soċjali fl-Istati Membri jew fosthom. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limiti simmetriċi indikattivi aktar baxxi u ogħla għal dawn l-indikaturi biex iservu ta' livelli ta' twissija, li jikkunsidraw il-prestazzjoni tal-bidu tal-Istati Membri kif ukoll il-pożizzjoni medja tal-Unjoni u taż-żona tal-Euro u l-evoluzzjoni tagħha maż-żmien. Il-limiti applikabbli għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro jistgħu jkunu differenti minn dawk applikabbli għall-Istati Membri l-oħra.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni se tevalwa b'mod regolari l-korettezza tat-tabella ta' valutazzjoni, inklużi l-kompożizzjoni tal-indikaturi, il-limiti stabbiliti u l-metodoloġija użata, għandha tadattaha jekk hemm bżonn biex tippreserva jew issaħħaħ il-kapaċità tagħha biex issib l-iżbilanċi li jitfaċċaw u tisorvelja l-iżvilupp tagħhom. It-tibdiliet fil-metodoloġija sottolineari u l-kompożizzjoni tat-tabella ta' valutazzjoni u l-limiti assoċjati għandhom isiru pubbliċi.

4. Il-Kummissjoni se tevalwa b’mod regolari l-korettezza tat-tabella ta’ valutazzjoni, inklużi l-kompożizzjoni tal-indikaturi, il-limiti stabbiliti u l-metodoloġija użata, għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu‑12 sabiex tadattaha jekk hemm bżonn biex tippreserva jew issaħħaħ il-kapaċità tagħha biex issib l-iżbilanċi li jitfaċċaw u tisorvelja l-iżvilupp tagħhom.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-ħruġ ta' tabella ta' valutazzjoni aġġornata għandu jkun akkumpanjat minn rapport tal-Kummissjoni li jkun fih valutazzjoni ekonomika u finanzjarja li tpoggi ċ-ċaqliq tal-indikaturi f'perspettiva, u jekk hemm bżonn tistrieħ fuq kwalunkwe indikatur ekonomiku u finanzjarju relevanti ieħor għad-detezzjoni tal-iżbilanċi. Ir-rapport għandu jindika wkoll jekk il-qbiż tal-limiti baxxi jew għolja fi Stat Membru wieħed jew aktar jurix li possibbilment qed jitfaċċaw l-iżbilanċi.

2. Il-ħruġ ta' tabella ta' valutazzjoni aġġornata għandu jkun akkumpanjat minn rapport tal-Kummissjoni li jkun fih valutazzjoni ekonomika, soċjali u finanzjarja reali, b'mod partikolari tal-kompetittività u l-konverġenza u li tpoggi ċ-ċaqliq tal-indikaturi f'perspettiva, u jekk hemm bżonn tistrieħ fuq kwalunkwe indikatur ekonomiku, soċjali u finanzjarju jew strutturali relevanti ieħor għad-detezzjoni tal-iżbilanċi. Għandhom jitqiesu l-aħjar prattiki. Ir-rapport għandu jindika wkoll jekk il-qbiż tal-limiti baxxi jew għolja fi Stat Membru wieħed jew aktar jurix li possibbilment qed jitfaċċaw l-iżbilanċi fl-Istat Membru konċernat, fi Stat Membru ieħor jew fl-Unjoni kollha b’mod ġenerali. L-informazzjoni disponibbli kollha għandha tiġi kkunsidrata u m’għandhomx jinġibdu konklużjonijiet mit-tabella ta’ valutazzjoni bbażati fuq l-indikaturi biss.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) tat-Trattat, il-Kunsill għandu jiddiskuti u jadotta l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni. Il-Grupp Euro għandu jiddiskuti r-rapport sakemm dan jaffettwa, direttament jew indirettament, lill-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro.

4. Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) TFUE u l-eżami tal-implimentazzjoni tal-politiki ta’ impjieg bi qbil mal-Artikolu 148(4) TFUE, il-Kunsill għandu jiddiskuti u jadotta l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Impjiegi u mal-imsieħba soċjali. Il-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jorganizza dibattiti pubbliċi dwar ir-rapport tal-Kummissjoni. Il-Grupp Euro għandu jiddiskuti r-rapport sakemm dan jaffettwa, direttament jew indirettament, lill-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara li jkunu kkunsidrati d-diskussjonijiet fil-Kunsill fil-Grupp Euro, kif previst fl-Artikolu 4(4), il-Kummissjoni għandha tipprepapara reviżjoni fil-fond għal Stat Membru li hi tikkunsidra li hu affettwat bl-iżbilanċi jew ir-riskji tagħhom. Il-valutazzjoni għandha tinkludi evalwazzjoni ta' jekk l-Istat Membru fil-kwistjoni hux affettwat mill-iżbilanċi u jekk dawn l-iżbilanċi jikkostitwixxux żbilanċi eċċessivi.

1. Wara li jkunu kkunsidrati d-diskussjonijiet fil-Kunsill fil-Grupp Euro, kif previst fl-Artikolu 4(4), il-Kummissjoni għandha tipprepapara reviżjoni fil-fond għal Stat Membru li hi tikkunsidra li hu affettwat bl-iżbilanċi jew ir-riskji tagħhom. Il-valutazzjoni għandha tinkludi evalwazzjoni ta' jekk l-Istat Membru fil-kwistjoni hux affettwat mill-iżbilanċi u jekk dawn l-iżbilanċi jikkostitwixxux żbilanċi eċċessivi. Ir-reviżjoni fil-fond għandha tkun mibnija fuq stħarriġ dettaljat ta’ medda wiesgħa ta’ varjanti ekonomiċi u għandha tirrikonoxxi l-ispeċifiċitajiet nazzjonali rigward ir-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) skont kif inhu xieraq, jekk l-Istat Membru li qed issirlu reviżjoni ħax azzjoni xierqa fir-rispons għar-rakkomandazzjonijiet u stediniet tal-Kunsill adottati skont l-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat u skont l-Artikoli 6, 7, 8 u 10 ta' dan ir-Regolament.

(a) skont kif inhu xieraq, jekk l-Istat Membru li qed issirlu reviżjoni ħax azzjoni xierqa fir-rispons għar-rakkomandazzjonijiet u stediniet tal-Kunsill adottati skont l-Artikoli 121 u 126 u 148 TFUE u skont l-Artikoli 6, 7, 8 u 10 ta’ dan ir-Regolament, u l-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u konsegwenzi importanti oħra ta’ tali rakkomandazzjonijiet;

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk, abbażi tar-reviżjoni fil-fond imsemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li Stat membru qed ikollu l-iżbilanċi, din għandha tinforma lill-Kunsill kif inhun xieraq. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jindirizza r-rakkomandazzjonijiet neċessarji lill-Istat Membru kkonċernat, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 121(2) tat-Trattat.

1. Jekk, abbażi tar-reviżjoni fil-fond imsemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li Stat Membru qed ikollu l-iżbilanċi, din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif inhu xieraq. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista' jindirizza r-rakkomandazzjonijiet neċessarji lill-Istat Membru kkonċernat, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 121(2) TFUE.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. F’ċirkostanzi normali, ir-riżultati tar-reviżjoni fil-fond għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest tas-Semestru Ewropew għall-kordinament tal-politika.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Ir-rakkkommandazzjonijiet tal-Kunsill għandhom isiru pubbliċi.

2. Il-Kunsill għandu jinforma lill-parlamenti nazzjonali bir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Ir-rakkkommandazzjonijiet tal-Kunsill għandhom isiru pubbliċi.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni m’għandhomx jimponu fuq oqsma bħall-formazzjoni tal-pagi li b’mod espliċitu jmorru lil hinn mill-mandat tal-Unjoni; Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-ikbar importanza lill-prattiki u t-tradizzjonijiet nazzjonali tas-suq tax-xogħol u li dawn għandhom ikunu deċiżivi biex jiġu ddeterminati r-rakkomandazzjonijiet kollha b’rabta mar-responsabilitajiet tal-imsieħba soċjali jew il-kariga speċjali tagħhom fid-djalogu soċjali;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk, abbażi tar-reviżjoni fil-fond imsemmija fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru kkonċernat huwa affettwat bi żbilanċi eċċessivi, din għandha tinforma lill-Kunsill kif inhun xieraq.

1. Jekk, abbażi tar-reviżjoni fil-fond imsemmija fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru kkonċernat huwa affettwat bi żbilanċi eċċessivi, din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif inhu xieraq.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jadotta rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat filwaqt li jiddikjara li hemm żbilanċ eċċessiv u jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat li jieħu azzjoni korrettiva. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jistabbilixxu n-natura tal-iżbilanċi u jispeċifikaw l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed fid-dettall u sa liema data ta' skadenza l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu tali azzjoni korrettiva. Il-Kunsill jista', kif previst fl-Artikolu 121(4) tat-Trattat, jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet pubbliċi.

2. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista' jadotta rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE filwaqt li jiddikjara li hemm żbilanċ eċċessiv u jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat li jieħu azzjoni korrettiva. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jistabbilixxu n-natura tal-iżbilanċi u jispeċifikaw l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed fid-dettall u sa liema data ta' skadenza l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu tali azzjoni korrettiva. Il-Kunsill jista', kif previst fl-Artikolu 121(4) TFUE, jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet pubbliċi.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kwalunkwe Stat Membru li għalih tinfetaħ proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandu jissottometti pjan ta' azzjoni korrettiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sad-data ta' skadenza li trid tkun stabbilita fir-rakkomdanzzjonijiet skont l-Artikolu 7. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva għandu jistabbilixxi l-azzjonijiet politiċi speċifiċi u konkreti li l-Istat Membru kkonċernat implimenta jew għandu l-intenzjoni li jimplimenta u għandu jinkludi tabella ta' skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu.

1. Kwalunkwe Stat Membru li għalih tinfetaħ proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandu jissottometti pjan ta' azzjoni korrettiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sad-data ta' skadenza li trid tkun stabbilita fir-rakkomdanzzjonijiet skont l-Artikolu 7 TFUE. Il-pjan ta’ azzjoni korrettiva għandu jagħmel użu mill-istrumenti politiċi rilevanti kollha taħt il-kontroll tal-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jieħu inkonsiderazzjoni d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini,l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati nazzjonali l-oħra. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva għandu jistabbilixxi l-azzjonijiet politiċi speċifiċi u konkreti li l-Istat Membru kkonċernat implimenta jew għandu l-intenzjoni li jimplimenta u għandu jinkludi tabella ta' skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jemenda r-rakkomandazzjonijiet addottati fl-Artikolu 7 skont il-proċedura stabbilita fl-istess Artikolu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti pjan ta' azzjoni korrettiva rivedut li għandu jkun ezaminat skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8.

4. Jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista' jemenda r-rakkomandazzjonijiet addottati fl-Artikolu 7 skont il-proċedura stabbilita fl-istess Artikolu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti pjan ta' azzjoni korrettiva rivedut li għandu jkun ezaminat skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu -12 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu -12

 

Eżerċitar tad-delega

 

1. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati tiġi kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(1) u (4) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba' snin minn ...*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa ddelegata mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba' snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, kemm-il darba l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(1) u (4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċizjoni ta' revoka għandha ġġib fi tmiem id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tibda tgħodd l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

 

4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Kull att delegat adottat konformement mal-Artikolu/ijidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux għarrfu l-oppożizzjoni tagħhom fi żmien tliet xhur li jiddekorru min-notifika tal-imsemmi att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsikk jew jekk, qabel ma jagħlaq dan iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex biħsiebhom jopponu. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

 

_____

* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu -12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -12a

 

Rieżami

 

1. Sa ... * u kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:

 

(a) jekk l-indikaturi u l-limiti tat-tabella ta’ valutazzjoni rnexxielhomx jidentifikaw l-iżbilanċi li jitfaċċaw u jissorveljaw l-iżvilupp tagħhom;

 

(b) il-progress tal-kordinament effettiv tal-politiki ekonomiċi f’konformità mat-TFUE.

 

2. Ir-rapport u kull proposta li takkumpanjah għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

______

*Nota lill-ĠU - hawn għandha tiddaħħal id-data: xxx snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Anness (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ANNESS

 

Il-lista tal-indikaturi fit-tabella ta' valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tista' tinkludi l-elenki ta' indikaturi li ġejjin:

 

(1) swieq ta’ prodotti u servizzi (l-inflazzjoni, il-bilanċ tal-kontijiet kurrenti, l-infiq pubbliku u privat għar-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D), l-akkomodazzjoni, l-evoluzzjonital-prezzijiet agrikoli u tal-enerġija);

 

(2) swieq tal-kapital (tkabbir ta’ kreditu, dejn pubbliku u privat, investiment pubbliku u privat, IBD – pożizzjonijiet netti tal-assi barranin);

 

(3) is-swieq tax-xogħol (ir-rata tal-impjiegi u tal-qgħad skont is-sess u l-età, l-iskala tal-pagi u kumpensi, l-investiment fl-edukazzjoni, il-faqar);

 

(4) tassazzjoni (rati ta’ ogħol u tassazzjoni ta’ kapital);

 

(5) sostenibilità fiskali, ekonomika, soċjali u ambjentali

 

(6) domanda u provvista medja;

 

(7) l-inugwaljanzi fid-dħul intern;

 

(8) is-sehem tad-dħul mix-xogħol fil-PDG ġenerali u r-rati ta’ unità ta’ profit;

 

(i) żviluppi tal-prezzijiet tal-assi u l-enerġija;

 

(j) l-iżvilupp tal-ishma tas-swieq tal-esportazzjoni fl-Unjoni u fis-swieq ta' pajjiżi terzi; u l-pożizzjonijiet tal-assi barranin netti;

 

(k) flussi ta’ investiment dirett barrani tal-Unjoni u ta’ pajjiżi terzi.

PROĊEDURA

Titolu

Il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

Referenzi

COM(2010)0527 – C7-0301/2010 – 2010/0281(COD)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

21.10.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Pervenche Berès

21.10.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

1.12.2010

25.1.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

16.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

2

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Pervenche Berès, Mara Bizzotto, Philippe Boulland, David Casa, Alejandro Cercas, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Thomas Händel, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Raffaele Baldassarre, Sven Giegold, Gesine Meissner, Antigoni Papadopoulou, Evelyn Regner

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Liam Aylward, Fiona Hall, Jacek Włosowicz

PROĊEDURA

Titolu

Il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi

Referenzi

COM(2010)0527 – C7-0301/2010 – 2010/0281(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.9.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

21.10.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

21.10.2010

EMPL

21.10.2010

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

20.10.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Elisa Ferreira

21.9.2010

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

12.4.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.10.2010

24.1.2011

22.3.2011

 

Data tal-adozzjoni

19.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Íñigo Méndez de Vigo, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Herbert Dorfmann, Robert Goebbels, Carl Haglund, Krišjānis Kariņš, Barry Madlener, Claudio Morganti, Andreas Schwab

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karima Delli, Monika Hohlmeier

Data tat-tressiq

6.5.2011