Proċedura : 2010/0011(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0186/2011

Testi mressqa :

A7-0186/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/06/2011 - 8.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0249

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 164kWORD 74k
4.5.2011
PE 458.611v01-00 A7-0186/2011

dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u l-Unjoni Ewropea dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

(11633/2010 – C7‑0026/2011 – 2010/0011(NLE))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Debora Serracchiani

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u l-Unjoni Ewropea dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

(11633/2010 – C7‑0026/2011 – 2010/0011(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11633/2010),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u l-Unjoni Ewropea dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (11633/2010),

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 168(5) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0026/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0186/2011),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kroazja.


NOTA SPJEGATTIVA

Daħla

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), li jinsab f’Lisbona, ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta’ Frar 1993. Il-kompitu prinċipali tiegħu hu li jiġbor data dwar id-drogi u dwar id-dipendenza mid-drogi bil-għan li jħejji u jippubblika tagħrif oġġettiv, affidabbli u komparabbli fil-livell Ewropew. It-tagħrif huwa maħsub biex jipprovdi bażi għall-analizzar tad-domanda għad-drogi u modi li bihom din tista’ titnaqqas, kif ukoll, b’mod ġenerali, modi li bihom jistgħu jitnaqqsu l-fenomeni assoċjati mas-suq tad-drogi.

Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (riformulazzjoni) tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga jipprovdi, fl-Artikolu 21, illi ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' kwalunkwe pajjiż terz li jkollu l-istess interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fl-għanijiet u x-xogħol tiegħu.

Ir-Repubblika tal-Kroazja talbet li tippartċipa fl-attivitajiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga fl-2005.

Fil-11 ta’ Lulju 2006 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Kroazja u n-negozjati mar-Repubblika tal-Kroazja ġew konklużi b’mod pożittiv f’Lulju 2009 bl-inizjalar tal-Ftehim. Il-ftehim ġie rieżaminat sabiex jieħu in kunsiderazzjoni d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u ġie inizjalat miż-żewġ partijiet fit-22 ta’ Diċembru 2009.

Ir-Repubblika tal-Kroazja se tieħu sehem fil-programm ta’ ħidma taċ-Ċentru, se tissodisfa l-obbligi tar-Regolament Nru 1920/2006, se tkun ikkollegata man-Netwerk Ewropew tal-Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (REITOX) u se taqsam id-data mal-EMCDDA, suġġett għar-rekwiżiti tal-liġijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tad-data. Ir-Repubblika tal-Kroazja se tikkontribwixxi wkoll finanzjarjament lill-Unjoni biex tkopri l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħha u se tipparteċipa wkoll fil-Bord tal-Immaniġġjar taċ-Ċentru mingħajr id-dritt tal-vot sa dak iż-żmien meta ssir membru tal-Unjoni Ewropea. Min-naħa tiegħu, l-EMCDDA se jittratta lir-Repubblika tal-Kroazja daqs li kieku hi diġà Stat Membru, permezz ta’ trattament indaqs f’dak li għandu x’jaqsam mal-kollegament man-Netwerk Ewropew tal-Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (REITOX) u d-dispożizzjonijiet dwar il-provvediment ta’ persunal.

Is-Sitwazzjoni fil-Kroazja

Ir-Repubblika tal-Kroazja hija rotta ta’ ġarr li minnha jgħaddu bil-kuntrabandu d-drogi illeċiti fi triqithom mill-pajjiżi ta’ produzzjoni għall-pajjiżi konsumaturi. Il-qabdiet sinifikanti u ta’ skala kbira ta’ kokaina fil-Kroazja fil-biċċa l-kbira tagħhom huma konnessi mat-trasport bil-baħar.

Skont l-EMCDDA, fil-Kroazja ma sar l-ebda stħarriġ tal-popolazzjoni ġenerali dwar l-użu illeċitu tad-drogi.

F’dawn l-aħħar 10 snin l-għadd ta’ mwiet fil-Kroazja qed jiżdied gradwalment. L-aħħar data dwar l-imwiet marbuta mad-drogi hija għas-sena 2008 fejn ġie rreġistrat total ta’ 87 każ u 91.9% ta’ dawn involvew is-sess maskil. Maġġoranza ta’ dawn il-każi (77.1%) ta’ mwiet kienet assoċjata mal-oppjati. Barra minn hekk fl-2008, l-għadd totali tal-offiżi rrappurtati li kienu relatati mad-drogi kien ta’ 7 168. Il-kannabis kienet marbuta ma’ 58% tal-offiżi, segwita b’27% għall-eroina, 8% għall-amfetamina u 5% għall-offiżi marbuta mal-kokaina. Fl-2009, total ta’ 7 934 persuna rċieva trattament mill-istituti nazzjonali tad-dipendenza mid-drogi. Mill-2010 ’l hawn, bħala waħda mill-miżuri biex ittejjeb l-istandards tagħha, kull komunità terapewtika trid tipprovdi lill-Uffiċċju għad-Drogi data dwar il-pazjenti ttrattati.

Fir-rgward tal-qbid tad-drogi, fl-2008, kien hemm total ta’ 2 827 qabda ta’ kannabis f’forma ta’ weraq, total ta’ 485 qabda ta’ reżina tal-kannabis, 634 qabda ta’ eroina, 233 ta’ kokaina, 69 ta’ Ecstasy u 448 qabda ta’ amfetamini.

L-għadd ta’ qabdiet jonqos għad-drogi kollha ħlief għall-eroina meta mqabbel mas-sena ta’ qabel u, b’mod ġenerali, sar progress fil-ġlieda kontra l-abbuż tad-drogi. Fil-fatt, is-sena l-oħra, ir-Repubblika tal-Kroazja adottat il-programm tal-2010 għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġlieda Kontra l-Abbuż tad-Drogi. Emenda għall-Prevenzjoni tal-Abbuż tad-Drogi allinjat il-lista ta’ prekursuri mal-acquis tal-UE u qassret l-iskadenzi għall-qirda tad-drogi li jkunu nqabdu.

It-taħriġ tal-uffiċċjali tal-pulizija u d-dispożizzjoni tat-tagħmir meħtieġ komplew. Madankollu, ir-riżultati fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-kriminalità marbuta mad-drogi jeħtieġ li jittejbu b’mod konsiderevoli. Il-Kroazja tibqa’ fuq waħda mir-rotot prinċipali tat-traffikar għad-drogi lejn l-UE.

Il-gvern adotta Programm Nazzjonali għall-Prevenzjoni tad-Drogi fost iż-Żgħażagħ bil-ħsieb li jaġġorna l-programmi eżistenti.

Vantaġġi

Ir-rapporteur tilqa’ dan il-ftehim u l-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-attivitajiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga filwaqt li tikkunsidra wkoll il-fatt li d-dħul tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea għalissa hija prevista għat-tieni nofs tal-2012 jew għall-bidu tal-2013. L-użu illeċitu tad-drogi u t-traffikar tad-drogi huma fenomeni mifruxa mad-dinja kollha li jheddu s-saħħa u l-istabilità soċjali. L-istatistika turi li madwar wieħed minn kull tliet żgħażagħ Ewropej ipprova xi droga illeċita u li tal-anqas wieħed miċ-ċittadini tagħna jmut kull siegħa minn doża eċċessiva tad-droga.

F’livell Ewropew, huwa importanti wkoll li jkollna tagħrif fattwali u objettiv mill-Kroazja rigward id-drogi u d-dipendenza mid-drogi u l-konsegwenzi tagħhom u, fl-istess ħin, ir-Repubblika tal-Kroazja tista’ tikseb tagħrif dwar l-aħjar prattiki biex tifhem in-natura tal-problemi tad-drogi li għandha u tirreaġixxi għalihom aħjar.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

2.5.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Emine Bozkurt, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Anna Hedh, Sophia in ‘t Veld, Juan Fernando López Aguilar, Monica Luisa Macovei, Véronique Mathieu, Louis Michel, Claude Moraes, Jan Mulder, Georgios Papanikolaou, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Wim van de Camp, Daniël van der Stoep, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Oana Antonescu, Edit Bauer, Anna Maria Corazza Bildt, Ioan Enciu, Stanimir Ilchev, Franziska Keller, Marian-Jean Marinescu, Mariya Nedelcheva, Cecilia Wikström

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Kovatchev, Traian Ungureanu, Pablo Zalba Bidegain

Avviż legali - Politika tal-privatezza