RAPPORT dwar l-emenda tal-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar il-proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati
27.5.2011 - (2010/2061(REG))
Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Carlo Casini
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-emenda tal-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar il-proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-11 ta' Marzu 2010 u l-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-25 ta' Marzu 2010,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0197/2011),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.
Emenda 1 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 51 | |
Test fis-seħħ |
Emenda |
Meta jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 49(1) u fl-Artikolu 50, il-Konferenza tal-Presidenti tista', jekk tkun sodisfatta li l-kwistjoni hi waħda ta' importanza ewlenija, tiddeċiedi li għandha tkun applikata proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati u b'votazzjoni konġunta. F'dak il-każ, ir-rapporteurs ikkonċernati għandhom ifasslu abbozz ta' rapport waħdani, li għandu jkun eżaminat u li għandha ssir votazzjoni dwaru mill-kumitati involuti fil-laqgħat konġunti li jiġu ppreseduti b'mod konġunt mill-presidenti tal-kumitati involuti. Il-kumitati involuti jistgħu jistabbilixxu gruppi ta' ħidma bejn il-kumitati biex jitħejjew il-laqgħat u l-votazzjonijiet konġunti. |
1. Meta tiġi riferetu lilha kwistjoni ta' kompetenza skont l-Artikolu 188(2), il-Konferenza tal-Presidenti tista' tiddeċiedi li trid tiġi applikata l-proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati u b'votazzjoni konġunta jekk: |
|
- il-kwistjoni taqa', skont l-Anness VII, b'mod inseparabbli taħt il-kompetenzi ta' diversi kumitati, u |
|
- hija tkun tal-opinjoni li l-kwistjoni hija ta' importanza maġġuri. |
|
2. F'dak il-każ, ir-rapporteurs rispettivi għandhom ifasslu abbozz ta' rapport uniku, li għandu jkun eżaminat u li għandha ssir votazzjoni dwaru mill-kumitati involuti fil-laqgħat konġunti li jiġu ppreseduti b'mod konġunt mill-presidenti tal-kumitati involuti. |
|
Fl-istadji kollha tal-proċedura, id-drittijiet relatati mal-istatut ta' kumitat kompetenti ma jistgħux jiġu eżerċitati mill-kumitati involuti ħlief meta jaġixxu b'mod konġunt. Il-kumitati involuti jistgħu jistabbilixxu gruppi ta' ħidma biex jitħejjew il-laqgħat u l-votazzjonijiet. |
|
3. Fit-tieni qari tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-pożizzjoni tal-Kunsill tiġi eżaminata waqt laqgħa konġunta tal-kumitati kkonċernati li, fin-nuqqas ta' qbil bejn il-presidenti ta' dawn il-kumitati, issir nhar l-Erbgħa tal-ewwel ġimgħa prevista għal-laqgħat tal-organi parlamentari wara li tiġi kkomunikata l-pożizzjoni tal-Kunsill lill-Parlament. Fin-nuqqas ta' qbil dwar is-sejħa ta' laqgħa ulterjuri, din tissejjaħ mill-president tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Issir votazzjoni dwar r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari fil-laqgħa konġunta fuq il-bażi ta' abbozz konġunt imħejji mir-rapporteurs rispettivi tal-kumitati kkonċernati jew, fin-nuqqas ta' abbozz konġunt, tal-emendi preżentati fil-kumitati kkonċernati. |
|
Fit-tielet qari tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-presidenti u r-rapporteurs tal-kumitati kkonċernati jkunu membri awtomatiċi tad-delegazzjoni fil-kumitat ta' konċiljazzjoni. |
NOTA SPJEGATTIVA
I. IL-FATTI LI WASSLU GĦAR-RAPPORT
Matul il-leġiżlatura preċedenti, il-Konferenza tal-President ħolqot grupp ta' ħidma dwar ir-riforma parlamentari bir-responsabilità li jirrevedi l-funzjonament tal-Parlament u li jissuġġerixxi titjib. Fil-qafas tal-kapitolu dedikat għall-kooperazzjoni bejn il-kumitati, il-grupp ta' ħidma propona mhux biss li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-kumitat assoċjat fil-proċedura b'kumitat assoċjati – l-Artikolu 47 antik li issa sar l-Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura – imma wkoll li tiġi żviluppata forma ġdida ta' kooperazzjoni bejn il-kumitati – ħaġa li twaqqfet permezz tal-Artikolu 51 il-ġdid.
Ir-raġunament sottostanti tal-proposta kien li, f'każi partikolari, meta fajl leġiżlattiv li jkollu importanza kbira ma jaqax b'mod ċar taħt il-kompetenza ta' kumitat, imma għall-kuntrarju jkun jista' jitqassam b'mod ugwali bejn diversi kumitati jenħtieġ li l-kunflitt ta' kompetenzi jissolva skont il-prinċipji ta' ugwaljanza u ta' kooperazzjoni. Il-kumitati kkonċernati jiltaqgħu b'mod konġunt bil-ħsieb li jagħmlu skambju minn qabel tal-ideat sabiex joħorġu b'mod iktar ċar il-maġġoranzi u l-minoranzi bejn il-kumitati. Il-membri tal-kumitati kkonċernati mbagħad jivvotaw b'mod konġunt fuq l-emendi preżentati għall-proposta leġiżlattiva. Konsegwentement jitressaq fil-plenarja rapport wieħed, iktar ibbilanċjat.
Fid-19 ta' Marzu 2009, il-Konferenza tal-Presidenti vvotat favur it-tħejjija ta' għażla fir-Regoli ta' Proċedura li biha l-Konferenza tal-Presidenti tkun tista' tnedi proċedura b'laqgħat konġunti tal-kumitati u tivvota b'mod konġunt f'każi partikolari ħafna, meta l-kwistjoni taqa', b'mod kważi ugwali, taħt il-kompetenza ta' mill-inqas żewġ kumitati.
Fis-6 ta' Mejju 2009, il-Parlament proċeda bir-reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u fl-Artikolu 51 ħoloq proċedura ġdida, "proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati"[1]:
"Meta jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 49(1) u fl-Artikolu 50, il-Konferenza tal-Presidenti tista', jekk tkun sodisfatta li l-kwistjoni hi waħda ta' importanza ewlenija, tiddeċiedi li għandha tkun applikata proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati u b'votazzjoni konġunta. F'dak il-każ, ir-rapporteurs ikkonċernati għandhom ifasslu abbozz ta' rapport waħdani, li għandu jkun eżaminat u li għandha ssir votazzjoni dwaru mill-kumitati involuti fil-laqgħat konġunti li jiġu ppreseduti b'mod konġunt mill-presidenti tal-kumitati involuti. Il-kumitati involuti jistgħu jistabbilixxu gruppi ta' ħidma bejn il-kumitati biex jitħejjew il-laqgħat u l-votazzjonijiet konġunti."
Fil-bidu tas-sena 2010, il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati eżaminat abbozz ta' linji gwida għall-kooperazzjoni bejn il-kumitati b'konformità mal-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura. Is-Sur Leinen, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (ENVI), u s-Sra Bowles, f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON), għamlu kummenti u proposti għal emendi għal dan it-test.
Il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, is-Sur Lehne, wara din il-korrespondenza, irrefera lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tliet mistoqsijiet dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 51 li fil-qosor huma kif ġej:
1) Il-proċedura tal-Artikolu 51 fil-każ tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja tapplika matul il-proċedura kollha jew fl-ewwel qari biss?
2) Id-drittijiet marbuta mal-istatut tal-'kumitat kompetenti', bħad-dritt li jressaq emendi jew mozzjoni għal ċaħda fil-plenarja, jistgħu jintużaw biss mill-kumitati kkonċernati li jaġixxu b'mod konġunt?
3) Il-kumitati għandhom jiddeċiedu b'mod konġunt dwar il-mod li bih il-Parlament jagħmel użu mid-drittijiet tiegħu fir-rigward tal-abbozzi ta' atti delegati jew tat-twettiq ibbażati huma innifishom fuq att leġiżlattiv li kien adottat skont il-proċedura tal-Artikolu 51?
Is-Sur Lehne, barra minn hekk, issuġġerixxa li, skont l-Artikolu 215(d), mar-Regoli ta' Proċedura jiġu annessi linji gwida biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' din il-proċedura innovattiva.
Is-Sur Leinen irrefera lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali billi ssuġġerixxa li s-sitwazzjoni għandha tiġi ċċarata permezz ta' reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura. Hu jenfasizza b'mod partikolari l-impossibilità prattika li jiġu kkombinati żewġ kumitati jew iktar fit-tieni qari ta' kodeċiżjoni jew fil-'komitoloġija'. Sensiela sħiħa ta' Artikoli tar-Regoli ta' Proċedura [43(1), 63(1), 87 u 88(2) u (3) u b'mod partikolari 188] isemmu biss kumitat wieħed, ħaġa li turi li m'hemmx post għat-tieni kumitat f'tali proċedura.
II. L-EMENDA PROPOSTA TAR-REGOLI TA' PROĊEDURA
Ir-rapporteur hu tal-fehma li fil-każ preżenti mhix biżżejjed interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura jew tal-linji gwida biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tagħhom. Din hija kwistjoni importanti ta' proċedura li għandha tissolva permezz ta' votazzjoni fil-plenarja bil-maġġoranza applikabbli fil-qasam tar-Regoli ta' Proċedura, il-maġġoranza tal-Membri. Din, iktar mill-kliem normattiv, tagħmilha possibbli li jkun hemm interpretazzjoni f'sens wieħed jew fl-ieħor.
Il-verżjoni l-ġdida proposta tal-Artikolu 51 tipprevedi essenzjalment tliet affarijiet:
1) Li d-dispożizzjoni tkun tista' tinftiehem iktar u b'hekk tkun tista' tintuża aktar.
2) Li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni normattiva jiġu definiti mill-ġdid.
3) Li tiġi determinata s-sustanza normattiva tiegħu.
Sabiex jintlaħaq l-ewwel objettiv, il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni ma baqgħux jiġu espressi fil-forma ta' riferiment għal normi oħra. Iż-żewġ kundizzjonijiet huma preżentati b'mod ċar u li jinftiehem immedjatament.
It-twettiq tat-tieni objettiv, id-definizzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni, ġabet ċerta modifika fis-sustanza: Jekk s'issa kien biżżejjed li – permezz tar-riferiment għall-Artikolu 50 – il-kwistjoni kkonċernata "taqa' kważi b'mod indaqs taħt il-kompetenza ta' żewġ kumitati jew aktar, jew li partijiet differenti tal-kwistjoni jaqgħu taħt il-kompetenza ta' żewġ kumitati jew aktar" issa huwa neċessarju li "il-kwistjoni taqa' (...) b'mod inseparabbli taħt il-kompetenzi ta' diversi kumitati (...)".
Din l-emenda għandha l-għan li tissottolinja n-natura eċċezzjonali tal-proċedura b'kumitati konġunti u hi ġustifikata fost affarijiet oħra fir-rigward tal-piż amministrattiv u tekniku li timplika din il-proċedura.
It-tielet objettiv, id-determinazzjoni tas-sustanza normattiva tal-Artikolu 51, jiġifieri li jiġu determinati liema huma l-konsegwenzi prattiċi tal-applikazzjoni tiegħu għall-iżvolġiment tal-proċedura leġiżlattiva, huwa iktar diffiċli. Dan jikkonċerna b'mod partikolari li wieħed ikun jaf sa liema stadju l-proċedura għandha tkun 'konġunta', jekk hux matul il-proċedura kollha jew fl-ewwel qari biss. Anke jekk jistgħu jitqajmu argumenti ta' natura prattika favur it-tieni soluzzjoni, ir-rapporteur jappoġġa l-ewwel waħda. Jekk l-objettiv tal-proċedura l-ġdida jikkonsisti, kif hu aċċettat b'mod komuni, f'li tinħoloq il-possibilità għall-kumitati kkonċernati li jiskambjaw l-ideat fi stadju bikri u li "jippreparaw is-suġġett" f'każi ta' importanza maġġuri, għall-plenarja, din il-loġika tgħodd fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja fl-istadji kollha sal-adozzjoni tal-att. B'hekk il-kumitati konġunti għal din il-proċedura jsiru 'kumitati responsabbli' fis-sens tar-Regoli ta' Proċedura.
- [1] Ir-rapport A6-273/2009 tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, rapporteur Richard Corbett ((P6_TA(2009)0359, 6 ta' Mejju 2009).
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
24.5.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Matthias Groote, Enrique Guerrero Salom, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Daniel Hannan, Constance Le Grip, David Martin, Paulo Rangel, Potito Salatto, Algirdas Saudargas, Søren Bo Søndergaard, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Luis Yáñez-Barnuevo García |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Zuzana Brzobohatá, Sylvie Guillaume, Íñigo Méndez de Vigo, Rainer Wieland |
||||