RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE f'dak li jirrigwarda l-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazji tal-baċir

30.05.2011 - (COM(2010)0749 – C7‑0022/2011 – 2010/0359(CNS)) - *

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Elie Hoarau

Proċedura : 2010/0359(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0199/2011
Testi mressqa :
A7-0199/2011
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE f'dak li jirrigwarda l-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazji tal-baċir

(COM(2010)0749 – C7‑0022/2011 – 2010/0359(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0749),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0022/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0199/2011),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (dak li kien l-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE) jawtorizza lill-Kunsill Ewropew, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, li jintroduċi miżuri speċifiċi favur ir-Reġjuni Ultraperiferiċi b’kunsiderazzjoni tal-qagħda ekonomika u soċjali ta’ dawn ir-reġjuni. Fil-fatt, l-eżistenza ta’ żvantaġġi permanenti bħall-insularità, il-bogħod mis-swieq il-kbar, l-erja ċkejkna tagħhom, it-topografija u l-klima diffiċli tagħhom, id-dipendenza ekonomika tagħhom fir-rigward ta’ għadd limitat ta’ prodotti, jippreġudikaw serjament l-iżvilupp ta’ dawn ir-reġjuni u jiġġustifikaw bis-sħiħ it-twettiq ta’ miżuri adatti.

Huwa fuq dan li r-reġim imsejjaħ “dazji tal-baċir” huwa bbażat, li jawtorizza lil Franza tipprevedi, għall-erba’ dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi, sal-1 ta’ Lulju 2014, reġim ta’ taxxi differenzjati tad-“dazji tal-baċir” għal ċerti prodotti mmanifatturati fid-dipartimenti extra-Ewropej.

Dan ir-rapport dwar ir-reġim “dazji tal-baċir” tfassal wara li Franza, b’konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, kienet ippreżentat rapport intermedju dwar l-applikazzjoni tad-dazji tal-baċir, liema applikazzjoni kienet fil-biċċa l-kbira tagħha pożittiva fir-rigward tal-objettivi previsti: il-promozzjoni u ż-żamma tal-attivitajiet ekonomiċi lokali, filwaqt li jitqiesu l-iżvantaġġi permanenti li jsofru r-reġjuni ultraperiferiċi, u l-impatt pożittiv fuq iż-żamma tal-impjiegi.

Fil-proposta tal-Kummissjoni, akkumpanjata minn proposta ta’ deċiżjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li testendi l-lista ta’ prodotti eliġibbli għal taxxa differenzjata, abbażi ta’ dokumenti ġustifikattivi mressqa mill-awtoritajiet Franċiżi, għal xi ħamsin prodott li jikkonċernaw il-Gujana.

Il-Parlament Ewropew jappoġġja din il-proposta, mingħajr modifika.

Id-dazju tal-baċir fil-fatt għandu importanza vitali għall-istabilità tal-ekonomiji tar-reġjuni ultraperiferiċi kkonċernati. Minn banda, huwa jippermetti li tinżamm il-produzzjoni lokali u li jkun hemm impjieg fir-reġjuni fejn il-qgħad joqrob it-30%. Mill-banda l-oħra, id-dħul mid-dazji tal-baċir applikati għar-reġjuni u li jirrappreżentaw bejn 37% u 48% tal-baġit tal-komunitajiet lokali tad-Dipartimenti extra-Ewropej, huma maħsuba u għandhom jibqgħu bħala sostenn maġġuri għall-politiki ta’ investiment għall-iżvilupp lokali.

Fl-aħħar nett, minħabba l-konformità attwali tar-reġim tad-dazji tal-baċir mad-dritt Komunitarju u tal-karattru ta’ xprunatur tal-ekonomiji tad-dipartimenti extra-Ewropej, jidher meħtieġ minn issa li l-Kummissjoni tirrifletti dwar l-istrumenti li jimplimentaw dawn il-miżuri lil hinn mill-2014, bil-għan li r-reġjuni ultraperiferiċi kkonċernati ma jsibux rwieħom, kull għaxar snin, iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjoni ta’ insikurezza ekonomika.

Għaldaqstant il-Parlament Ewropew jappoġġja l-ħtieġa li jinżammu lil hinn mill-2014 l-eżenzjonijiet u t-tnaqqis tat-taxxa “dazju tal-baċir” mogħtija lid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Deċiżjoni 2004/162/KE f’dak li jirrigwarda l-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazji tal-baċir

Referenzi

COM(2010)0749 – C7-0022/2011 – 2010/0359(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

18.1.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

20.1.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

20.1.2011

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

18.1.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Elie Hoarau

27.1.2011

 

 

 

Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

 

Eżami fil-kumitat

12.4.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.5.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Zuzana Brzobohatá, John Bufton, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Elie Hoarau, Danuta Maria Hübner, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Michail Tremopoulos, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Karima Delli, Cornelia Ernst, Karin Kadenbach, James Nicholson, Maurice Ponga, Elisabeth Schroedter, László Surján, Patrice Tirolien, Derek Vaughan, Sabine Verheyen

Data tat-tressiq

31.5.2011