RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija
31.5.2011 - (COM(2010)0761 – C7‑0002/2011 – 2010/0366(COD)) - ***I
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Luis Manuel Capoulas Santos
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija
(COM(2010)0761 – C7‑0002/2011 – 2010/0366(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0761),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0002/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2011[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0204/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 485/2008. L-elementi li għalihom tista’ tkun eżerċitata dik is-setgħa għandhom ikunu definiti, flimkien mal-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun suġġetta dik id-delega. |
(3) Bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tar-reġim stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 485/2008, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi ddelegat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ miżuri, li min-natura tagħhom ma humiex adattati għall-kontroll ex-post permezz tal-iskrutinju ta' dokumenti kummerċjali, li dan ir-Regolament ma għandux japplika għalih. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Adattament tat-test legali skont il-Qbil Komuni dwar arranġamenti prattiċi għall-użu tal-atti delegati (Artikolu 290 TFUE) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Sabiex tiggarantixxi applikazzjoni uniformi tar-Regolament Nru 485/2008 fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. B'mod partikolari l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta regoli uniformi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni bl-għajnuna tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli stabbilit permezz tal-Artikolu 41d(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni6 f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar …[għandu jitlesta wara l-adozzjoni tar-regolament dwar il-mekkaniżmi tal-kontroll, kif jissemma fl-Artikolu 291(3) tat-TFUE, li fil-preżent huwa s-suġġett ta' diskussjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill]. |
(4) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 485/2008, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjon1. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
_____________ | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13 | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Skont il-mudelli għad-dispożizzjonijiet dwar l-atti ta’ implimentazzjoni suġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri; skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjon. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 485/2008 Artikolu 1 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Minn dakinhar ’l hawn ir-Regolament 73/2009 irrevoka r-Regolament 1782/2003. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 485/2008 Artikolu 13 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Adattament tal-ifformular tal-kliem skont il-Qbil Komuni dwar arranġamenti prattiċi għall-użu tal-atti delegati (Artikolu 290 TFUE). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 485/2008 Artikolu 13 b | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Adattament tal-ifformular tal-kliem skont il-Qbil Komuni dwar arranġamenti prattiċi għall-użu tal-atti delegati (Artikolu 290 TFUE). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 485/2008 Artikolu 13c | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Adattament tal-ifformular tal-kliem skont il-Qbil Komuni dwar arranġamenti prattiċi għall-użu tal-atti delegati (Artikolu 290 TFUE). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 485/2008 Artikolu 13 d (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Skont il-mudelli għad-dispożizzjonijiet dwar l-atti ta’ implimentazzjoni suġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri, skont ir-Regolament propost tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjon. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 485/2008 Artikolu 13 e (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Skont il-mudelli għad-dispożizzjonijiet dwar l-atti ta’ implimentazzjoni suġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri, skont ir-Regolament propost tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjon. |
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali.
NOTA SPJEGATTIVA
It-Trattat ta’ Lisbona jabolixxi s-sistema l-qadima tal-komitoloġija, li kienet ibbażata fuq il-proċeduri klassiċi tal-komitoloġija (konsultattivi, ġestjonarji, regolatorji) u l-proċedura regolatorja bi skrutinju. Is-sistema issa ġiet sostitwita bi struttura fuq żewġ livelli, li tikkonsisti f’atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni (tal-ewwel jinkludu d-dritt tal-veto li għandu l-Parlament), li jħallu lill-Kummissjoni tkun tista' teżerċita setgħat fl-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni. B’hekk, il-korp eżistenti ta’ leġiżlazzjoni jrid jiġi allinjat ma' din ir-realtà legali ġdida.
Waħda mill-ewwel proposti hija l-allinjament tal-proposta preżenti għal regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta' finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija.
Il-proposta hija limitata għal modifiki għall-fini ta’ allinjament biss.
Allinjament mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE dwar is-setgħat ta’ implimentazzjoni
Wara t-Trattat ta’ Lisbona, is-setgħat mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 485/2009 lill-Kummissjoni jeħtieġ li jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jiddistingwu żewġ tipi differenti ta' atti tal-Kummissjoni:
L-Artikolu 290 jippermetti lil-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv. L-atti legali adottati mill-Kummissjoni b’dan il-mod huma msemmija fit-terminoloġija użata mit-Trattat bħala "l-atti delegati" (l-Artikolu 290(3)).
L-Artikolu 291 tat-TFUE jippermetti lill-Istati Membri jadottaw il-miżuri kollha tad-dritt nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti. Dawk l-atti jistgħu jagħtu l-kompetenzi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fejn huma meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tagħhom. Atti legali adottati mill-Kummissjoni b’dan il-mod jissejħu fit-terminoloġija użata mit-Trattat bħala "atti tal-implimentazzjoni" (l-Artikolu 291(4)).
Proposti tar-rapporteur dwar l-allinjament
Ir-rapporteur jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni. Fuq il-bażi tal-kriterji definiti għal kull tip ta’ att, ir-rapporteur tagħkom skrutinizza bir-reqqa l-proposta tal-Kummissjoni u identifika oqsma fejn il-kundizzjonijiet għall-atti delegati ġew issodisfati. Konsegwentement, il-proposta ġiet skrutinizzata fuq il-kundizzjonijiet tal-atti tal-implimentazzjoni. Ma ġewx osservati inkonsistenzi. L-użu tad-dispożizzjonijiet tal-atti delegati u tal-atti tal-implimentazzjoni f’dawn l-artikoli huwa wieħed xieraq.
Barra minn hekk, ir-rapporteur jipproponi verżjoni aġġornata tat-test legali, inkluż l-ifformular tal-kliem li sar qbil dwaru mill-Parlament u mill-Kunsill, kif ukoll fir-rigward ta’ kundizzjonijiet oħra tad-delega (perjodu tad-delega, limiti tal-perjodu biex issir oġġezzjoni għal att delegat, estensjoni ta’ dak il-perjodu, proċedura tal-kumitat, eċċ.) wara l-konklużjoni riċenti ta’ Qbil Komuni dwar arranġamenti prattiċi għall-użu tal-atti delegati (Artikolu 290 TFUE), kif ukoll il-konklużjoni tal-proċedura dwar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjon,
Il-proposta temenda r-Regolament 485/2008 billi żżid dispożizzjoni waħda tal-atti delegati (Artikolu 1(2) - l-istabbiliment ta’ lista ta' miżuri li għalihom ir-Regolament ma japplikax). L-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament 485/2008 fiha referenza għar-Regolament 1782/2003[1] li ma għadux fis-seħħ u ġie sostitwit bir-Regolament 73/2009[2], din id-dispożizzjoni ma ġietx modifikata mill-proposta, hija meħtieġa emenda f’dan ir-rigward.
Partijiet mill-ifformular tal-kliem tal-artikoli relatati mad-delega la jikkorrispondu mal-ifformular standard għal dawn l-artikoli li sar qbil dwaru fl-abbozz tal-Qbil Komuni, u l-anqas mal-ifformular li sar qbil dwaru mill-istituzzjonijiet fir-Regolament 438/2010 u għalhekk dawn jeħtieġu li jiġu emendati[3].
- [1] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1–69.
- [2] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16–99.
- [3] Regolament (UE) Nru 438/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets, ĠU L 132, 29.5.2010, p. 3–10.
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija |
||||
Referenzi |
COM(2010)0761 – C7-0002/2011 – 2010/0366(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
17.12.2010 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 18.1.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Luis Manuel Capoulas Santos 26.1.2011 |
Luis Manuel Capoulas Santos 26.1.2011 |
Luis Manuel Capoulas Santos 26.1.2011 |
Luis Manuel Capoulas Santos 26.1.2011 |
|
Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||
Eżami fil-kumitat |
28.3.2011 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
25.5.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Liam Aylward, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Hynek Fajmon, Lorenzo Fontana, Iratxe García Pérez, Béla Glattfelder, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, Mariya Nedelcheva, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Salvatore Caronna, Spyros Danellis, Jill Evans, Karin Kadenbach, Sandra Kalniete, Giovanni La Via, Véronique Mathieu, Maria do Céu Patrão Neves, Robert Sturdy, Artur Zasada |
||||
Data tat-tressiq |
31.5.2011 |
||||