Proċedura : 2010/0365(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0209/2011

Testi mressqa :

A7-0209/2011

Dibattiti :

PV 03/07/2012 - 15
CRE 03/07/2012 - 15

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2012 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0281

RAPPORT     ***I
PDF 631kWORD 142k
31.5.2011
PE 460.654v01-00 A7-0209/2011

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008

(COM(2010)0745 – C7‑0429/2010 – 2010/0365(COD))

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Rapporteur: Giovanni La Via

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008

(COM(2010)0745 – C7‑0429/2010 – 2010/0365(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0745),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0429/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità mis-Senat Pollakk, li tisħaq li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-kontributi l-oħra mressqa mill-Kamra tad-Deputati Taljana, mill-Parlament Portugiż u mill-Kamra tad-Deputati Rumena fir-rigward tal-abbozz ta' att leġiżlattiv,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta' Mejju 2011(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0209/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Jeħtieġ li jiġu definiti l-elementi li għalihom din is-setgħa tista’ tiġi implimentata kif ukoll il-kundizzjonijiet li d-delega msemmija għandha tissodisfa.

(3) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni biex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru. 1290/2005. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoi twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-waqt u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Test skont il-Fehim Komuni dwar l-arranġamenti prattiċi għall-użu tal-atti ddelegati.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Biex tiżgura applikazzjoni uniformi tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta atti implimentattivi skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn l-atti implimentattivi skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru xxx/xxx.

(4) Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, is-setgħat implimentattivi għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni1.

_____________

_____________

1 ĠU L […][…], p. […].

1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13

Ġustifikazzjoni

Test skont il-mudelli għad-dispożizzjonijiet dwar l-atti implimentattivi suġġetti għal kontroll mill-Istati Membri, bi qbil mar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament 1290/2005/KE

Artikolu 18 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta fit-30 ta’ Ġunju ta’ sena partikolari, il-Kunsill ma jkunx stabbilixxa l-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawn l-aġġustamenti permezz ta’ att implimentattivi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(d)(3), (proċedura konsultattiva) ta’ dan ir-Regolament, u għandha tinforma minnufih b’dan lill-Kunsill.

4. Meta fit-30 ta’ Ġunju ta’ sena partikolari l-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 ma jkunux ġew stabbiliti, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawn l-aġġustamenti permezz ta’ att implimentattiv u għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bihom. Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 42(d)(3).

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11

Regolament 1290/2005/KE

Artikolu 19 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk, waqt it-tfassil tal-abbozz tal-baġit għal sena finanzjarja N, ikun jidher li hemm riskju li jinqabeż il-bilanċ nett imsemmi fl-Artikolu 12(3), għas-sena finanzjarja N, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-marġini previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill il-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari dawk mitluba taħt l-Artikolu 11(2), tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

2. Jekk, waqt it-tfassil tal-abbozz tal-baġit għal sena finanzjarja N, ikun jidher li hemm riskju li jinqabeż il-bilanċ nett imsemmi fl-Artikolu 12(3), għas-sena finanzjarja N, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-marġini previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari dawk mitluba skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11

Regolament 1290/2005/KE

Artikolu 19 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. F’kull mument, jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li jeżisti riskju li l-bilanċ nett imsemmi fl-Artikolu 12(3) jinqabeż u li hija ma tkunx tista’ tieħu l-miżuri xierqa sabiex tirranġa s-sitwazzjoni taħt is-setgħat tagħha, hija għandha tipproponi miżuri oħrajn sabiex tiżgura l-konformità ma’ dak il-bilanċ, miżuri li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill jew mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill."

3. F’kull mument, jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li jeżisti riskju li l-bilanċ nett imsemmi fl-Artikolu 12(3) jinqabeż u li hija ma tkunx tista’ tieħu l-miżuri xierqa sabiex tirranġa s-sitwazzjoni taħt is-setgħat tagħha, hija għandha tipproponi miżuri oħrajn sabiex tiżgura l-konformità ma’ dak il-bilanċ, miżuri li għandhom jiġu adottati bi qbil mal-Artikolu 43(2) TFUE."

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 16 a (ġdid)

Regolament 1290/2005/KE

Artikolu 29 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a) Fl-Artikolu 29, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

 

1a. Għall-Istati Membri li għażlu li jorganizzaw il-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom fuq bażi reġjonali, il-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi diżimpenjat awtomatikament jista' jsir fil-livell tal-Istat Membru.

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27

Regolament 1290/2005/KE

Artikolu 42 a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 42(a), 42 (b), 42 (c) u 42 (d) li ġejjin:

(27) Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 42(a) u 42 (d) li ġejjin:

Artikolu 42(a)

Artikolu 42(a)

It-twettiq tad-delega

It-twettiq tad-delega

1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati koperti minn dan ir-Regolament għal perjodu indefinit.

1. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2. Meta tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma dwar dan fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

3. Is-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikoli 42(b) u 42(c).

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(5), 6(6), 7(2), 9(4), 16(2), 31(a), 35a(1), 35a(2), fl-Artikolu 37a u fl-Artikolu 40a(1-6) ta' dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... *. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem ta' dan il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3a. Id-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni li tirrevoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

 

3b. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

3c. Att iddelegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

_____________

 

* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27

Regolament 1290/2005/KE

Artikolu 42 b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 42(b)

imħassar

Revoka tad-delega

 

1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 42(a) tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċess intern sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tieħu deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jiġu revokati, kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għar-revoka.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati fiha. Din għandu jkollha effett immedjat jew f’data ulterjuri li għandha tispeċifika. Din m’għandhiex tibdel il-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Din għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27

Regolament 1290/2005/KE

Artikolu 42 c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 42 (c)

imħassar

Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

 

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-att delegat fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahar.

 

2. Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu qajmu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data speċifikata minnu.

 

L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dan il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu nfurmaw it-tnejn lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqajmu xi oġġezzjoni dwar att delegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li tqajjem l-oġġezzjoni għandha tagħti spjega tar-raġunijiet.

 

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27

Regolament 1290/2005/KE

Artikolu 42 d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 42 (d)

Artikolu 42 (d)

Atti implimentattivi – Kumitat

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Fondi agrikoli.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Fondi Agrikoli. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011*.

2. Meta jiġu adottati atti implimentattivi skont dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] (jimtela skont l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-proċeduri ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 291 § 3 tat-TFUE, li attwalment qiegħed jiġi diskuss fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill).(proċedura ta’ analiżi)

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Meta jiġu adottati atti implimentattivi skont dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [4] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] (jimtela skont l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-proċeduri ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 291 § 3 tat-TFUE, li attwalment qiegħed jiġi diskuss fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill).(proċedura konsultattiva)”

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

__________________

 

* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(1)

Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Wara t-Trattat ta' Lisbona, l-allinjament tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 mar-regoli l-ġodda tat-Trattat huwa bbażat fuq klassifikazzjoni f’setgħat iddelegati u f’setgħat ta’ implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament. Abbażi tal-kriterji definiti fl-Artikoli 290 u 291 għal kull tip ta' att rispettivament, ir-rapporteur skrutinizza b'attenzjoni l-proposta tal-Kummissjoni u identifika oqsma fejn il-kundizzjonijiet għal atti ddelegati ġew issodisfati. Konsegwentament, il-proposta ġiet skrutinizzata fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal atti ta' implimentazzjoni.

Ir-rapporteur jipproponi xi emendi fir-rigward tal-kundizzjonijiet tad-delega (il-perjodu tad-delega, l-iskeda ta' żmien biex issir oġġezzjoni għal att iddelegat, l-estensjoni ta' dak il-perjodu, il-proċedura ta' kumitat, eċċ.) bi qbil mal-Fehim Komuni dwar l-arranġamenti prattiċi għall-użu tal-atti ddelegati approvat mill-Konferenza tal-Presidenti fit-3 ta' Marzu 2011 u r-Regolament 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

Simplifikazzjoni

L-emendi li jirrigwardaw l-infiq li għandu jiġi ffinanzjat mill-FAEG u l-proċedura ta’ rkupru jirrappreżentaw simplifikazzjoni peress li jissostitwixxu żewġ regolamenti tal-Kunsill u jwasslu għal tnaqqis tal-kompiti amministrattivi li huma responsabilità tal-Istati Membri.


PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u (KE) Nru 78/2008

Referenzi

COM(2010)0745 – C7-0429/2010 – 2010/0365(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

15.12.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

18.1.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Giovanni La Via

26.1.2011

Giovanni La Via

26.1.2011

Giovanni La Via

26.1.2011

Giovanni La Via

26.1.2011

Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

 

Eżami fil-kumitat

1.2.2011

11.4.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

25.5.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Liam Aylward, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Hynek Fajmon, Lorenzo Fontana, Iratxe García Pérez, Béla Glattfelder, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, Mariya Nedelcheva, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Salvatore Caronna, Spyros Danellis, Jill Evans, Karin Kadenbach, Sandra Kalniete, Giovanni La Via, Véronique Mathieu, Maria do Céu Patrão Neves, Robert Sturdy, Artur Zasada

Data tat-tressiq

31.5.2011

Avviż legali - Politika tal-privatezza