RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem
9.6.2011 - (COM(2010)0490 – C7‑0278/2010 – 2010/0254(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Andres Perello Rodriguez
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem
(COM(2010)0490 – C7‑0278/2010 – 2010/0254(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0490,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0278/2010),
– wara li kkunsdira l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Jannar 2011[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0224/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 1 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(1) Sabiex jittejjeb il-moviment ħieles tal-meraq tal-frott u ta’ ċerti prodotti simili fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman stabbiliet dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-produzzjoni, il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-prodotti kkonċernati. Dawk ir-regoli għandhom jiġu adattati skont il-progress tekniku u għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti, partikolarment l-Istandard tal-Codex għall-meraq tal-frott u għan-nektars (Standard tal-Codex 247-2005) li ġie adottat mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius waqt it-28 sessjoni tagħha tal-4-9 ta’ Lulju 2005 u l-Kodiċi ta’ Prattika tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Meraq tal-Frott (AIJN). |
(1) Sabiex jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi u dawn jiġu provduti b'kemm jista' jkun informazzjoni, ikun żgurat li l-meraq tal-frott huwa ttikkettat b'mod ċar u li l-konsumaturi jistgħu jiddistingwu bejn tipi ta' prodotti u sabiex jittejjeb il-moviment ħieles tal-meraq tal-frott u ta’ ċerti prodotti simili fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman stabbiliet dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-produzzjoni, il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-prodotti kkonċernati. Il-kunċetti għandhom jiġu kjarifikati u għandhom jiġu stabbiliti kategoriji ddiferenzjati b'mod ċar sabiex dawk ir-regoli jiġu adattati skont il-progress tekniku u jieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti, partikolarment l-Istandard tal-Codex għall-meraq tal-frott u għan-nektars (Standard tal-Codex 247-2005) li ġie adottat mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius waqt it-28 sessjoni tagħha tal-4-9 ta’ Lulju 2005 u l-Kodiċi ta’ Prattika tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Meraq tal-Frott (AIJN). Ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom japplikaw bl-istess mod għal prodotti li ġew manifatturati fl-Unjoni kif ukoll għal prodotti importati. | |||||||||||||||||||||
|
_______________ | |||||||||||||||||||||
|
1 ĠU L 10, 31.12.2008, p. 58. | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Ir-rapporteur jappoġġa l-bażi legali proposta mill-Kummissjoni (l-Artikolu 43) u jenfasizza r-rwol li għandhom il-kumitati parlamentari responsabbli biex jiggarantixxu aspetti relatati mas-sikurezza tal-ikel u l-kwalità tal-meraq u ta' prodotti simili, li t-tikkettar tagħhom għandu jiġi revedut sabiex jiġi kjarifikat kwalunkwe aspett li jista' jfixkel il-konsumatur. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 3 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(3) Bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet, għandha tapplika d-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) u (5) tagħha. Għandu jkun indikat b’mod ċar meta prodott ikun taħlita ta’ meraq tal-frott u ta’ meraq tal-frott minn konċentrat u, għan-nektar tal-frott, meta jinkiseb b’mod sħiħ jew parzjali minn prodott ikkonċentrat. Il-lista tal-ingredjenti fit-tikkettar għandha tinkludi l-ismijiet sew tal-meraq tal-frott kif ukoll tal-meraq tal-frott minn konċentrat li ntużaw. |
(3) Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni tal- liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel1, hemm bżonn li jkunu emendati d-dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva 2001/112/KE dwar it-tikkettar tal-meraq tal-frott u prodotti simili biex ikunu riflessi r-regoli l-ġodda dwar l-ingredjenti awtorizzati, bħalma huma dawk marbutin maż-żieda taz-zokkor, li mhumiex awtorizzati aktar fil-meraq tal-frott. L-użu ta' deskrizzjonijiet qarrieqa jew ambigwi, bħal "meraq tal-frott pur u naturali", li jagħtu l-impressjoni falsa li l-prodott huwa meraq tal-frott magħmul minn frott frisk, għandhom jiġu pprojbiti. | |||||||||||||||||||||
|
______________ | |||||||||||||||||||||
|
ĠU L 109 , 06.05.2000, p. 29 | |||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 3 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(3a) Il-kliem "bla zokkor miżjud" ilha tintuża għal żmien twil għall-meraq tal-frott. It-tneħħija mil-lum għall-għada ta’ indikazzjoni ta’ dan it-tip tista’ tiżvija l-konsumaturi u twassalhom biex iduru lejn xarbiet oħra li jindikaw din l-informazzjoni. Jeħtieġ għalhekk tiġi prevista deroga għal perjodu limitat biex l-industrija jkollha biżżejjed żmien biex tinforma b'mod adegwat lill-konsumaturi. | |||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 id-Direttiva 2001/112/KE: Artikolu 3 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Anki jekk ma jissemmiex fl-isem tal-prodott, il-frott kollu użat għandu jissemma fil-lista tal-ingredjenti. L-isem ewlieni tal-prodott għandu jikkorrispondi mal-frotta dominanti sabiex ikun evitat, ngħidu aħna, isem ta' prodott bħal "Meraq tal-Mirtilli u tal-Lampun" meta dan ikun fih 80% meraq tat-tuffieħ, 10% meraq tal-mirtilli u 10% meraq tal-lampun. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 id-Direttiva 2001/112/KE: Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Din id-dispożizzjoni ġiet appoġġjata fil-fajl għall-ikel kollu "L-għoti ta' informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi". Minħabba li l-ikbar problemi f'dan ir-rigward qed jokkorru minħabba l-meraq tal-frott, il-leġiżlazzjoni settorjali għandha tagħti wkoll lok għal din id-dispożizzjoni. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 id-Direttiva 2001/112/KE: Artikolu 3 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 id-Direttiva 2001/112/KE: Artikolu 3 – paragrafu 4 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 id-Direttiva 2001/112/KE: Artikolu 3 – paragrafu 4 b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 id-Direttiva 2001/112/KE: Artikolu 3 - paragrafu 4 c (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Xi konsumaturi jistgħu jbatu minn allerġiji minn żrieragħ li jkunu kkonsmati waqt ix-xorb ta' meraq tal-frott. Tikkettar ċar jista' jgħin jipproteġi l-konsumaturi minn reazzjonijiet negattivi. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 id-Direttiva 2001/112/KE: Artikolu 3 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 id-Direttiva 2001/112/KE: Artikolu 4 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid) id-Direttiva 2001/112/KE: Artikolu 5 – paragrafu 1 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt - 2 b (ġdid) id-Direttiva 2001/112/KE: Artikolu 6 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Fid-dawl tad-diffikultajiet kurrenti biex wieħed jiddistingwi bejn, pereżempju, 'meraq' u 'nektar' hu essenzjali li jkun żgurat li l-kategoriji definiti mill-Codex u adottati f'din id-direttiva jkunu jinftiehmu b'mod ċar mill-konsumaturi. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 id-Direttiva 2001/112/KE: Artikolu 7 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Ir-rapporteur iqies li fid-dawl tad-differenzi eżistenti f'oqsma bħas-sustanzi li jagħtu t-togħma, id-deċiżjonijiet dwar iż-żieda ta' ingredjenti awtorizzati m'għandhomx jittieħdu permezz ta' atti delegati. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 id-Direttiva 2001/112/KE: Artikolu 7 a – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Fin-nuqqas ta' bidliet sostanzjali li jiġġustifikaw reviżjoni tad-direttiva, il-Kummissjoni tista' tagħmel użu mill-hekk imsejjaħ mekkaniżmu ta' 'tiġdid taċitu'. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 id-Direttiva 2001/112/KE: Artikolu 7a – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
Artikolu 2a | |||||||||||||||||||||
|
Perjodu tranżitorju | |||||||||||||||||||||
|
Għandu jkun hemm perjodu tranżitorju ta' 18-il xahar li jibda mid-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva, sabiex jitneħħa l-istokk eżistenti li jkun diġà fis-suq u jiġi provdut perjodu ta' adattament għal-leġiżlazzjoni l-ġdida. | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Perjodu tranżitorju ta' 18-il xahar, miżjud mal-perjodu tat-traspożizzjoni, se jippermetti perjodu globali ta' tliet snin għall-industriji u l-produtturi Ewropew fil-pajjiżi terzi biex jadattaw għal-leġiżlazzjoni l-ġdida. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness id-Direttiva 2001/112/KE: Anness I – parti I – punt 1 – punt a – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni tipproponi li jingħata l-permess għal żieda fit-togħma, fil-polpa u fiċ-ċelloli mill-istess speċi ta' frott, billi skont id-Direttiva attwali t-togħma biss mill-istess proċess ta' produzzjoni tista' tiżdied ma' meraq li mhux ikkonċentrat. Dan għandu jinżamm hekk ħalli l-kwalità għolja tal-prodott tkun garantita u jkunu milqugħa l-aspettazzjonijiet tal-konsumaturi. Il-Konsumaturi jistennew li jsibu prodott li huwa naturali kemm jista' jkun u li jkun ipproċessat mill-inqas. | ||||||||||||||||||||||
Il-formulazzjoni użata fid-Direttiva attwali 2001/112/KE. Sabiex ma jitfixklux l-konsumaturi, huwa xieraq għall-meraq tal-frott li t-togħma, il-polpa u ċ-ċelloli mill-meraq tal-frott li huma separati waqt l-ipproċessar jistgħu jkunu rikostitwiti fl-istess meraq. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness id-Direttiva 2001/112/KE: Anness I – parti I – punt 1 – punt a – subparagrafu 4 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Dan ma jfissirx li wieħed ikun jista’ jagħmel dan meta jkun jixtieq, iżda biss meta dan ikun indispensabbli. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness id-Direttiva 2001/112/KE: Anness I – parti I – punt 1 – punt b – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
L-ilma użat biex jirrikostwixxi l-meraq mill-konċentrat għandu jilħaq ċerti kundizzjonijiet ukoll sabiex jinżammu l-karatterstiċi essenzjali fiżiċi, kimiċi u nutrittivi ta' tip medju ta' meraq miksub minn frott tal-istess sura. Il-kwalità waħedha tal-ilma potabbli mhix dejjem biżżejjed. Ir-regoli eżistenti, li skonthom l-ilma għandu jilħaq kundizzjonijiet partikulari, għandhom għalhekk jibqgħu japplikaw. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness id-Direttiva 2001/112/KE: Anness I – parti I – punt 1 – punt b – subparagrafu 4 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness id-Direttiva 2001/112/KE: Anness I – parti I – punt 1 – punt b – paragrafu 5 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Il-konsumaturi għandhom ikunu informati meta t-togħma hija rikostitwita għal prodott ta' konċentrat ta' meraq tal-frott. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness id-Direttiva 2001/112/KE: Anness I – parti I – punt 5 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Ir-raġuni tal-emenda: l-ilma dejjem għandu jiżdied biex jinkiseb in-nektar; hija ż-żieda tas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa li hija fakultattiva. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva – att li jemenda id-Direttiva 2001/112/KE: Anness I – parti I – punt 5 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Emenda lingwistika b'konformità mar-Regolament 1924/2009 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness id-Direttiva 2001/112/KE: Anness I - parti II - punt 2 - inċiż 6 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness id-Direttiva 2001/112/KE: Anness I – parti II – punt 2 – inċiż 6 b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness id-Direttiva 2001/112/KE: Anness II – punt 1 – subparagrafu -1 (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Din il-frażi għandha tissemma bħala l-ewwel punt biex tkun tista’ tapplika għall-bqija tal-anness. F’ġieħ iċ-ċarezza, jeħtieġ li jissemma li t-trattament(i) wara l-ġbir huma wkoll ikkonċernati minn dan. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness id-Direttiva 2001/112/KE: Anness II – punt 2 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
B'konformità mal-emenda preċedenti, dan is-subparagrafu qed jitħassar u jiġi trasferit. Dan il-paragrafu jixraq iktar li jiddaħħa fil-punt preċedenti taħt id-definizzjoni ġenerali ta' 'frott'. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness id-Direttiva 2001/112/KE: Anness V – linja 6a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness id-Direttiva 2001/112/KE: Anness V – linja 8 – kolonna 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness id-Direttiva 2001/112/KE: Anness V – linja 8a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
|
- [1] ĠU C 84, 17.3.2011, p. 45.
NOTA SPJEGATTIVA
Is-settur tal-meraq tal-frott u ta' ċerti prodotti simili jirrappreżenta industrija ta' daqs konsiderevoli fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, biex nieħdu eżempju wieħed biss, ta' min jinnota li iktar minn 82% tal-meraq tal-larinġ ikkonsmat fl-Ewropa jiġu prinċipalment mill-Brażil u mill-Istati Uniti. Fi kliem ieħor, inqas minn 20% tal-meraq tal-larinġ ikkonsmat fl-UE huwa prodott hawn.
Fil-każ tal-frott taċ-ċitru, l-industrija tal-ipproċessar Ewropea, għall-kuntrarju tal-kompetituri internazzjonali maġġuri tagħha, hija fergħa kumplimentari u sussidjarja tas-suq tal-prodotti friski. L-ipproċessar spiss jintuża bħala soluzzjoni għall-frott li hu eskluż mis-suq tal-prodotti friski minħabba l-apparenza tiegħu (daqs, difetti) imma li jkun aċċettabbli perfettament bħala sors ta' meraq ta' kwalità għolja. Bħala kuntrast, fl-Istati Uniti u l-Brażil il-parti l-kbira tal-varjetajiet tal-frott użati jiġu kultivati speċifikament għall-ipproċessar. Filwaqt li ż-żewġ mudelli ta' produzzjoni huwa validi b'mod ugwali, ta' min jinnota li meta mqabbla mal-prezz ambjentali għoli (l-emissjonijiet tas-CO2 relatati mat-trasport) tal-importazzjoni fuq skala kbira, l-industrija sussidjarja Ewropea mhux biss tipprovdi użu għal kwalunkwe produzzjoni żejda, imma toffri wkoll benefiċċji ambjentali billi tiżgura li l-frott kollu jinġabar (u b'hekk tevita l-qerda ta' prodotti li ma jkunux xierqa għall-bejgħ dirett jew li dawn jitħallew fil-kampanja u b'hekk titħeġġeġ il-proliferazzjoni tal-pesta) u mill-perspettiva soċjali u ekonomika tiġġenera l-valur miżjud tal-ħolqien tal-impjiegi u l-ġid.
Għalhekk, hu importanti li s-settur Ewropew jiġi appoġġat billi d-Direttiva ssir konformi mal-liġi internazzjonali u mal-Codex u jiġu stabbiliti l-istess regoli għall-prodotti kollha mqiegħda fis-suq tat-territorju Komunitarju. L-għan, kif iddikjarat fil-premessi tad-Direttiva, huwa li jingħata kontribut liċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' dawn il-prodotti. Madankollu, hu importanti wkoll li jiġu kjarifikati r-regoli dwar it-tikkettar, il-klassifikazzjoni tal-prodotti, l-ingredjenti awtorizzati u l-ammissibilità ta' ċerti prattiki. Ir-reviżjoni proposta se tibbenefika wkoll prodotti importati li diġà qed jitqiegħdu fis-suq fl-UE, peress li l-direttiva l-ġdida se tagħti lill-produtturi fil-pajjiżi terzi l-opportunità li jtejbu l-kwalità tal-prodotti tagħhom permezz ta' proċessi ta' produzzjoni aktar sostenibbli. L-eżistenza ta' sett wieħed ta' regoli għal kulħadd se sservi wkoll biex jiġu evitati l-frodi u l-kompetizzjoni inġusta u se tgħin biex tagħmel informazzjoni aktar ċara disponibbli għall-konsumaturi.
Is-suċċess ewlieni kemm tad-Direttiva kif ukoll tar-reviżjoni proposta tagħha hu bla dubju l-insistenza tagħhom fuq iż-żamma tad-denominazzjoni doppja li tiddistingwi l-meraq magħsur minn dak magħmul minn konċentrat, kif ukoll il-ħolqien ta' kategoriji kif definit fl-Anness I. Madankollu, l-ewwel ftit snin minn meta d-Direttiva daħlet fis-seħħ urew ukoll b'mod ċar li, fil-prattika, il-konsumaturi jsibuha diffiċli biex jiddistingwu b'mod ċar bejn kategoriji differenti ta' prodotti koperti mid-Direttiva. Wara li kellu sensiela ta' laqgħat ma' gruppi tal-konsumaturi, ir-rapporteur innota li teżisti konfużjoni konsiderevoli, speċjalment fir-rigward tad-differenza bejn 'meraq' u 'nektar'. Huwa partikolarment importanti din id-differenza tiġi ċċarata fid-dawl tal-preżenza jew tal-assenza ta' zokkor f'dawn il-prodotti, li hija kwistjoni ta' tħassib partikolari għal gruppi ta' konsumaturi bi bżonnijiet speċifiċi (dijabetiċi, tfal, persuni bi problemi ta' piż, eċċ.). Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur iqis li l-frażi 'mingħajr zokkor miżjud' għandha tkompli titħalla tintuża għall-meraq tal-frott tal-kategorija 1. Fir-rigward ta' 'nektar', ir-rapporteur jemmen li m'hemm l-ebda bżonn għal dikjarazzjoni obbligatorja tal-kontenut taz-zokkor, minbarra dik li diġà hija rikjesta mil-leġiżlazzjoni attwali dwar il-listi tal-ingredjenti.
Huwa importanti li dawn il-miżuri jiġu appoġġati minn kampanji ta' informazzjoni mmirati biex ineħħu n-nuqqas attwali ta' fehim. Il-konsumaturi għandhom id-dritt li jkunu jafu eżattament liema tip ta' prodott qed jakkwistaw.
Fattur ieħor ewlieni ta' din ir-reviżjoni huwa li din tagħmel id-direttiva iktar konformi mal-Codex Alimentarius. Madankollu, jidher li l-Kummissjoni tixtieq li tħaddan ċerti aspetti tal-Codex, filwaqt li tinjora oħrajn li fil-fatt huma inklużi fil-leġiżlazzjoni internazzjonali. Ir-rapporteur jiffavorixxi l-applikazzjoni ta' sett wieħed ta' standards għall-meraq tal-frott u għall-prodotti relatati kollha fis-suq tal-UE, u jiġbed l-attenzjoni partikolari għall-prattiki li ma jagħmlux ħsara bħaż-żieda ta' meraq tal-mandolin mal-meraq tal-larinġ, li mhux biss jintensifika l-kulur u t-togħma, iżda f'xi każi jissodisfa d-domanda minn ċerti kategoriji ta' konsumaturi. Fl-istudju bl-isem "Il-meraq tal-mandolin itejjeb l-istatus antiossidant tat-tfal b'kolesterol għoli", intwera li l-meraq tal-mandolin għandu riżultati ta' benefiċċju fit-tnaqqis tal-livelli tal-kolesterol fit-tfal.
Għalhekk, m'għandu jkun hemm ebda raġuni biex l-produtturi Ewropej ma jitħallewx jużaw proċessi li jinvolvu ż-żieda tal-mandolin filwaqt li dawn ikomplu jintużaw fil-manifattura ta' prodotti mill-Brażil u l-Istati Uniti.
Fir-rigward tal-kontroversja dwar ir-rikostituzzjoni tat-togħma, u b'kunsiderazzjoni tal-problemi tekniċi kollha involuti, ir-rapporteur huwa sodisfatt bil-proposta tal-Kummissjoni li din għandha tibqa' fakoltattiva, bid-dispożizzjoni li l-togħma rikostitwita għandha fil-każi kollha tiġi 'mill-istess speċi ta' frott' pjuttost milli 'mill-istess frotta'.
Għalkemm ftit fil-kwantità, il-bidliet proposti mill-Kummissjoni jirrappreżentaw bidla kwalitattiva kbira għall-industrija u jeħtieġu perjodu ta' tranżizzjoni garantit ta' sa 18-il xahar. Dan, miżjuda mal-perjodu ta' trażpożizzjoni, se jagħti total ta' tliet snin reali li fihom għandu jintuża l-istokk manifatturat skont l-istandards antiki u biex il-prattiki u t-tagħmir teknoloġiċi jsiru konformi mal-ħtiġijiet ġodda.
Għalkemm ir-rapporteur jaqbel mal-maġġoranza tal-premessi tar-reviżjoni proposta tal-Kummissjoni, huwa għandu xi riżervi dwar ir-rwol ta' dik l-istituzzjoni fil-futur, u speċifikament rigward l-atti delegati. Għalhekk jidher xieraq li l-paragrafu 1 tal-Artikolu 7a jinbidel biex jillimita l-poteri tal-Kummissjoni li tadotta l-atti delegati minn "perjodu ta' żmien indetfinit" għal ħames snin. Ir-rapporteru daħħal ukoll il-possibilità li wieħed jipproċedi bit-tiġdid taċitu, jekk wara ħames snin ma jkun hemm ebda bidla sostanzjali li tiġġustifika reviżjoni tar-regoli.
Rigward ir-rwol tal-Kummissjoni, ir-rapporteur jesprimi dubji dwar kemm hu rakkomandabbli li r-reviżjoni tal-ingredjenti awtorizzati (l-Anness I, 2.2) titħalla taħt il-proċedura tal-atti delegati, meta din kienet wieħed mill-punti li ġġeneraw l-iktar nuqqas ta' qbil fil-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill sal-ġurnata tal-lum.
Finalment, fil-proċess tal-abbozzar ta' dan ir-rapport ġew skoperti diversi problemi f'rabta ma' ċerti tipi ta' meraq prodotti f'pajjiżi speċifiċi, kif ukoll diffikultajiet ikkawżati mill-ismijiet użati għal frott, prodotti u ingredjenti differnti bid-diversi lingwi Komunitarji. Dan ir-rapport jistieden lill-delegazzjonijiet nazzjonali biex jippreżentaw kwalunkwe korrezzjoni li jqisu meħtieġa, sabiex jagħmlu l-leġiżlazzjoni li tirriżulta effiċenti kemm jista' jkun.
L-Unjoni Ewropea tipproduċi meraq tal-frott ta' kwalità għolja li jikkontribwixxi għal dieta sana u bbilanċata u jiġi manifatturat skont l-istandards ta' sostenibilità appoġġati mil-liġijiet tagħna. Għalhekk, huwa ġust li niddefendu dawn l-istess standards għolja ta' kwalità għall-prodotti kollha li jiġu kkummerċjalizzati fl-UE. Mingħajr ma jfittex li jiddubita dwar kwalunkwe forma ta' politika tal-importazzjoni, dan ir-rapport jiffavorixxi l-konsum ta' prodotti lokali, dawk li m'għandhom għalfejn jiġu trasportati fuq distanzi kbar, u b'hekk jiġġeneraw l-emissjonijiet tas-CO2, li huma prodotti b'kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol li huma aċċettabbli skont il-liġi Komunitarja u li huma manifatturati skont il-prinċipji ta' sikurezza tal-ikel stabbiliti mill-UE. Din mhix kwistjoni ta' protezzjoniżmu Ewropew, imma din tirrifletti l-ilħuq kontinwu tas-sostenibbiltà fis-setturi kollha tal-ekonomija tagħna. Il-kwalità ġenerali ta' prodott tista' titkejjel ukoll mill-kwalità etika tiegħu, il-kwalità ekoloġiku tiegħu u mill-kwalità soċjali tiegħu.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (3.5.2011)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem
(COM(2010)0490 – C7‑0278/2010 – 2010/0254(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Vasilica Viorica Dăncilă
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi emendata għat-tieni darba d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-kompożizzjoni, l-użu ta’ deskrizzjonijiet riżervati, l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattura u t-tikkettar tal-prodotti kkonċernati, sabiex ikun żgurat il-moviment ħieles tagħhom fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
L-ewwel emenda saret fl-2009 u kellha l-għan partikolari li tintroduċi valuri minimi ta’ gradazzjoni Brix (kontenut ta’ materja xotta solubbli) biex jiġu evitati l-falsifikazzjonijiet dovuti għal ammonti wisq kbar ta’ ilma. Il-proposta li tressqet issa tikkonferma d-distinzjoni bejn il-meraq tal-frott (miksub b’tagħsir sempliċi tal-frott) u l-meraq tal-frott abbażi ta’ meraq ikkonċentrat (miksub billi tiżdied mal-meraq tal-frott ikkonċentrat l-istess kwantità ta' ilma bħal dik estratta matul il-konċentrazzjoni), u tissimplifika d-dispożizzjonijiet rigward ir-radd tal-aromi, tipprevedi l-eliminazzjoni taz-zokkor mil-lista tal-ingredjenti awtorizzati (madankollu ż-żieda taz-zokkor tibqa’ awtorizzata biex jingħataw togħma ħelwa n-nektars tal-frott) u tinkludi t-tadama fil-lista tal-frottijiet iddestinati għall-produzzjoni tal-meraq tal-frott. Permezz ta’ din l-emenda l-ġdida, il-Kummissjoni biħsiebha timplimenta numru ikbar ta’ dispożizzjonijiet ta’ standards tal-Codex Alimentarius u tal-Kodiċi ta' Prattika tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Meraq tal-Frott (AIJN).
Għalkemm iz-zokkor tneħħa mil-lista ta’ ingredjenti awtorizzati fuq talba tal-industrija, dan jista’ jwassal għal effett negattiv jekk, għall-inqas għal perjodu limitat, ma tiġix awtorizzata l-possibilità ta’ indikazzjoni “mingħajr żokkor miżjud” fuq it-tikketti. Fil-fatt, diffiċli wieħed jara kif il-konsumatur jista’ jkun jaf immedjatament dwar il-fatt li ż-żieda taz-zokkor issa mhix permessa u li l-uniku zokkor jiġi mill-frotta nnifisha. Għalhekk hemm riskju li l-konsumatur jiġi żvijat u jaħseb li ġie miżjud iz-zokkor meta jara li l-meraq li mdorri jixrob ma jsemmix il-frażi "mingħajr zokkor miżjud". Ir-riskju huwa saħansitra ikbar peress li, fuq l-ixkafef tal-ħwienet, dan il-prodott se jibqa’ jitqiegħed ħdejn xarbiet abbażi tal-frott li, peress li mhumiex ikkonċernati minn din id-direttiva, se jibqgħu jġibu l-frażi “mingħajr zokkor miżjud”. Jeħtieġ għalhekk li l-industrija tingħata biżżejjed żmien biex tikkomunika mal-konsumatur u tinformah.
F’dak li jikkonċerna l-perjodu meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva fl-Istati Membri, lil hinn mill-perjodu ta’ 18-il xahar, għandu jiġi previst perjodu ieħor ta’ 18-il xahar biex l-industrija tkun tista’ tispiċċa l-istokkijiet eżistenti.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(1) Sabiex jittejjeb il-moviment ħieles tal-meraq tal-frott u ta’ ċerti prodotti simili fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman stabbiliet dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-produzzjoni, il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-prodotti kkonċernati. Dawk ir-regoli għandhom jiġu adattati skont il-progress tekniku u għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti, partikolarment l-Istandard tal-Codex għall-meraq tal-frott u għan-nektars (Standard tal-Codex 247-2005) li ġie adottat mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius waqt it-28 sessjoni tagħha tal-4-9 ta’ Lulju 2005 u l-Kodiċi ta’ Prattika tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Meraq tal-Frott (AIJN). |
(1) Sabiex jittejjeb il-moviment ħieles tal-meraq tal-frott u ta’ ċerti prodotti simili fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman stabbiliet dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-produzzjoni, il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-prodotti kkonċernati. Dawk ir-regoli għandhom jiġu adattati skont il-progress tekniku u għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti, partikolarment l-Istandard tal-Codex għall-meraq tal-frott u għan-nektars (Standard tal-Codex 247-2005) li ġie adottat mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius waqt it-28 sessjoni tagħha tal-4-9 ta’ Lulju 2005 u l-Kodiċi ta’ Prattika tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Meraq tal-Frott (AIJN). Ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-direttiva għandhom japplikaw bl-istess mod għal prodotti li ġew manifatturati fl-Unjoni kif ukoll għal prodotti importati. | ||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 3 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(3) Bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet, għandha tapplika d-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) u (5) tagħha. Għandu jkun indikat b’mod ċar meta prodott ikun taħlita ta’ meraq tal-frott u ta’ meraq tal-frott minn konċentrat u, għan-nektar tal-frott, meta jinkiseb b’mod sħiħ jew parzjali minn prodott ikkonċentrat. Il-lista tal-ingredjenti fit-tikkettar għandha tinkludi l-ismijiet sew tal-meraq tal-frott kif ukoll tal-meraq tal-frott minn konċentrat li ntużaw. |
(3) Bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet, għandha tapplika d-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) u (5) tagħha. Għandu jkun indikat b’mod ċar meta prodott ikun taħlita ta’ meraq tal-frott u ta’ meraq tal-frott minn konċentrat u, għan-nektar tal-frott, meta jinkiseb b’mod sħiħ jew parzjali minn prodott ikkonċentrat. Il-lista tal-ingredjenti fit-tikkettar għandha tinkludi l-ismijiet sew tal-meraq tal-frott kif ukoll tal-meraq tal-frott minn konċentrat li ntużaw. L-użu ta' deskrizzjonijiet qarrieqa jew ambigwi, bħal "meraq tal-frott pur u naturali", li jagħtu l-impressjoni falsa li l-prodott huwa meraq tal-frott magħmul minn frott frisk, għandhom jiġu pprojbiti. | ||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att emendatorju Premessa 3a (ġdida) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
(3a) Il-frażi “mingħajr zokkor miżjud” ilha tintuża żmien twil għall-meraq tal-frott. It-tneħħija mil-lum għall-għada ta’ indikazzjoni ta’ dan it-tip tista’ tiżvija l-konsumaturi u twassalhom biex iduru lejn xarbiet oħra li jindikaw din l-informazzjoni. Jeħtieġ għalhekk tiġi prevista deroga għal perjodu limitat biex l-industrija jkollha biżżejjed żmien biex tinforma b'mod adegwat lill-konsumaturi. | ||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att emendatorju Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2001/112/KE Artikolu 3 – punt 3 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Skont il-Punt 8.1.1.7 tal-Kodiċi Stan 247 (2005). | |||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att emendatorju Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2001/112/KE Artikolu 3 – punt 3a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att emendatorju Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2001/112/KE Artikolu 3 – punt 4 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att emendatorju Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2001/112/KE Artikolu 3 – punt 3a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att emendatorju Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 2001/112/KE Artikolu 4 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva – att emendatorju Artikolu 1 – punt 2a (ġdid) Direttiva 2001/112/KE Artikolu 5 – subparagrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva – att emendatorju Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 2001/112/KE Artikolu 7 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva – att emendatorju Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 2001/112/KE Artikolu 7a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva – att emendatorju Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 2001/112/KE Artikolu 7a – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva – att emendatorju Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-iskadenza ta’ 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva – att emendatorju Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet imsemmija sa minn [tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva]. | ||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva – att emendatorju Artikolu 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
Artikolu 2a | ||||||||||||||||||
|
Miżuri tranżitorji | ||||||||||||||||||
|
Il-prodotti mqiegħda fis-suq jew ittikkettati qabel ma l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-direttiva jistgħu jibqgħu jiġu kummerċjalizzati matul żmien massimu ta’ tmintax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ mill-Istati Membri. | ||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Għandhom jiġu previsti miżuri tranżitorji għall-prodotti kummerċjalizzati jew ittikkettati fil-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ u t-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali. | |||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva – att emendatorju Anness Direttiva 2001/112/KE Anness I – parti I – punt 1 – punt a – subparagrafu 4 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Dan ma jfissirx li wieħed ikun jista’ jagħmel dan meta jkun jixtieq, iżda biss meta dan ikun indispensabbli. | |||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva – att emendatorju Anness Direttiva 2001/112/KE Anness I – parti I – punt 1 – punt b – subparagrafu 4 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva – att emendatorju Anness Direttiva 2001/112/KE Anness I – parti I – punt 5 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Iż-żieda tal-ilma dejjem hi indispensabbli biex jinkiseb nektar. Hija ż-żieda ta’ prodotti taz-zokkor li hija fakultattiva. | |||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva – att emendatorju Anness Direttiva 2001/112/KE Anness I – parti II – punt 2 – subparagrafu 6a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva – att emendatorju Anness Direttiva 2001/112/KE Anness I – parti II – punt 2 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva – att emendatorju Anness Direttiva 2001/112/KE Anness I – parti II – punt 2 – subparagrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva – att emendatorju Anness Direttiva 2001/112/KE Anness II – punt 1 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva – att emendatorju Anness Direttiva 2001/112/KE Anness II – punt 1 – subparagrafu -1 (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Din il-frażi għandha tissemma bħala l-ewwel punt biex tkun tista’ tapplika għall-bqija tal-anness. F’ġieħ iċ-ċarezza, jeħtieġ li jissemma li t-trattament(i) wara l-ġbir huma wkoll ikkonċernati minn dan. | |||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva – att emendatorju Anness Direttiva 2001/112/KE Anness V – linja 6a (ġdida) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva – att emendatorju Anness Direttiva 2001/112/KE Anness V – linja 8 – kolonna 2 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva – att emendatorju Anness Direttiva 2001/112/KE Anness V – linja 8a (ġdida) | |||||||||||||||||||
|
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem |
|||||||
Referenzi |
COM(2010)0490 – C7-0278/2010 – 2010/0254(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ENVI |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 23.9.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Vasilica Viorica Dăncilă 29.9.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
28.3.2011 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
2.5.2011 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 1 5 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Hynek Fajmon, Iratxe García Pérez, Béla Glattfelder, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Agnès Le Brun, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mariya Nedelcheva, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Giancarlo Scottà, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Salvatore Caronna, Spyros Danellis, Marian Harkin, Giovanni La Via, Astrid Lulling, Milan Zver |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Eider Gardiazábal Rubial |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem |
||||
Referenzi |
COM(2010)0490 – C7-0278/2010 – 2010/0254(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
21.9.2010 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 23.9.2010 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 23.9.2010 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Andres Perello Rodriguez 15.12.2010 |
Andres Perello Rodriguez 15.12.2010 |
|
|
|
Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||
Eżami fil-kumitat |
18.4.2011 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
24.5.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
41 9 4 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Milan Cabrnoch, Nessa Childers, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Nick Griffin, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Gilles Pargneaux, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Vittorio Prodi, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Åsa Westlund, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Eider Gardiazábal Rubial, Matthias Groote, Riikka Manner, Marisa Matias, Judith A. Merkies, James Nicholson, Marit Paulsen, Michail Tremopoulos, Anna Záborská |
||||
Data tat-tressiq |
9.6.2011 |
||||