RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka atti tal-Kunsill li ma għadhomx fis-seħħ
29.6.2011 - (COM(2010)0765 – C7‑0009/2011 – 2010/0369(COD)) - ***I
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Vital Moreira
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka atti tal-Kunsill li ma għadhomx fis-seħħ
(COM(2010)0765 – C7‑0009/2011 – 2010/0369(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0765),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0009/2011),
– wara li kkunsdira l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0257/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) L-Atti li ġejjin, marbuta mal-politika komuni kummerċjali, m’għadomx jgħoddu, minkejja li formalment għadhom fis-seħħ: |
imħassar |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1471/88 tas-16 ta' Mejju 1988 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjonijiet tal-patata ħelwa u l-lamtu tal-majoka intiżi għal ċerti użi [Traduzzjoni mhux uffiċjali]u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana eżawrixxa l-effetti tiegħu billi l-kontenut gie inkorporat f'atti suċċessivi. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 478/92 tal-25 ta' Frar 1992 li jiftaħ kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-klieb jew tal-qtates, imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut u li jidħol fil-kodiċi NM 2309 10 11 u kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-ħut li jidħol taħt kodiċi NM ex 2309 90 41, li joriġina fil-Gżejjer Faroe u jkun ġej minnhom kien intenzjonat biex jiftaħ kwota tat-tariffa għas-sena 1992 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3125/92 tas-26 ta' Ottubru 1992 fuq l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, Is-Slovenja, il-Montenegro, is-Serbja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kien jitratta sitwazzjoni temporanja u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu kien intenzjonat biex jingħata tnaqqis fid-dazju doganali li jirriżulta minn ftehim internazzjonali li sussegwentement ġie sostitwit bi ftehim ieħor li sar bejn l-Eġittu u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 tat-12 ta' Diċembru 1996 li jiftaħ kwota ta' tariffa għal laħam tad-dundjan li joriġina u ġej mill-Iżrael kif hemm ipprovdut fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael eżawrixxa l-effetti tiegħu billi kien ibbażat fuq Ftehim ta' Assoċjazzjoni ffirmat fis-sena 1995 li ġie sostitwit sussegwentement mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010 u li kien jipprovdi għal kwoti ta' rata ta' tariffa ġodda. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1722/1999 tad-29 ta' Lulju 1999 dwar l-importazzjoni tan-nuħħala, sharps u residwi oħra tat-tgħarbil, tħin jew ipproċessar ieħor ta’ ċerti ċereali li joriġinaw mill-Alġerija, il-Marokk u l-Eġittu, u l-importazzjoni tal-qamħ durum li joriġina mill-Marokk eżawrixxa l-effetti tiegħu billi kien intenzjonat bħala strument interim għall-perjodu ta' qabel ma daħlu fis-seħħ il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-Alġerija, il-Marokk u l-Eġittu, li sadanittant seħħew. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2798/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jistipula regoli ġenerali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2000 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 906/98 [Traduzzjoni mhux uffiċjali] introduċa miżura applikabbli biss fis-sena 2000 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2000 tal-24 ta' Jannar 2000 li jġedded għas-sena 2000 il-miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1416/95 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti Komunitarji tat-tariffa fl-1995 għal ċerti prodotti agrikoli proċessati [Traduzzjoni mhux uffiċjali], kien ikopri biss is-sena 2000 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/910/KE tas-26 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u, min-naħa l-waħda, l-Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Kongo, il-Fiġi, ir-Repubblika Kooperattiva tal-Gujana, ir-Repubblika tal-Kosta tal-Ivorju, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tas-Surinam, San Kristofru u Nevis, ir-Renju tas-Sważiland, ir-Renju Unit tat-Tanzanija, ir-Repubblika ta' Trinidad u Tobago, ir-Repubblika tal-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja u r-Repubblika taż-Żimbabwe, u, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika tal-Indja dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodi ta' kunsinna 2003/2004 u 2004/2005, kienet ta' natura temporanja, u għalhekk eżawriet l-effetti tagħha. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1923/2004 tal-25 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet għall-Konfederazzjoni Svizzera fil-forma ta' kwoti Komunitarji tariffarji għal ċerti prodotti agrikoli proċessati, introduċa miżura applikabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru 2004 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/317/KE tas-16 ta' April 2007 dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f’isem il-Komunità, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal-1995 eżawriet l-effetti tagħha billi l-kontenut tagħha ġie inkorporat f'atti suċċessivi. |
|
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Numru ta’ atti li jittrattaw il-politika komuni kummerċjali m’għadhomx jgħoddu, anki jekk formalment għadhom fis-seħħ. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2b) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1471/88 tas-16 ta' Mejju 1988 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjonijiet tal-patata ħelwa u l-lamtu tal-majoka intiżi għal ċerti użi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni1 eżawrixxa l-effetti tiegħu billi l-kontenut tiegħu ġie inkorporat f'atti suċċessivi. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 134, 31.5.1988, p. 1. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 2 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2c) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 478/92 tal-25 ta' Frar 1992 li jiftaħ kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-klieb jew tal-qtates, imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut u li jidħol fil-kodiċi NM 2309 10 11 u kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-ħut li jidħol taħt kodiċi NM ex 2309 90 41, li joriġina fil-Gżejjer Faeroe1 u jkun ġej minnhom kien intenzjonat biex jiftaħ kwota tat-tariffa għas-sena 1992 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 55, 29.2.1992, p. 2. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 2d (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2d) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3125/92 tas-26 ta' Ottubru 1992 fuq l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, is-Slovenja, il-Montenegro, is-Serbja u Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja1 kien jitratta sitwazzjoni temporanja u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 313, 30.10.1992, p. 3. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 2e (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2e) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu1 kien intenzjonat biex jingħata tnaqqis fid-dazju doganali li jirriżulta minn ftehim internazzjonali li sussegwentement ġie sostitwit bi ftehim ieħor li ġie ffirmat mal-Eġittu fit-28 ta’ Ottubru 2009 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2010 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 292, 15.11.1996, p. 1. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 2f (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2f) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 tat-12 ta' Diċembru 1996 li jiftaħ kwota ta' tariffa għal laħam tad-dundjan li joriġina u ġej mill-Iżrael kif inhu previst fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael1 eżawrixxa l-effetti tiegħu billi kien ibbażat fuq Ftehim ta' Assoċjazzjoni ffirmat fis-sena 1995 li ġie sostitwit sussegwentement mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ffirmat mal-Iżrael fl-4 ta’ Novembru 2009 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010 u li kien jipprovdi għal kwoti ta' rata ta' tariffa ġodda. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 327, 18.12.1996, p. 7. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 2g (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2g) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1722/1999 tad-29 ta' Lulju 1999 dwar l-importazzjoni tan-nuħħala, sharps u residwi oħra tat-tgħarbil, tħin jew ipproċessar ieħor ta’ ċerti ċereali li joriġinaw mill-Alġerija, il-Marokk u l-Eġittu, u l-importazzjoni tal-qamħ durum li joriġina mill-Marokk1 eżawrixxa l-effetti tiegħu billi kien intenzjonat bħala strument interim għall-perjodu ta' qabel ma daħlu fis-seħħ il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni ffirmati mal-Alġerija fit-22 ta’ April 2001 u li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2005, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat mal-Marokk fis-26 ta’ Frar 1996 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2000 u li l-annessi agrikoli tiegħu ġew modifikati minn ftehimiet li daħlu fis-seħħ fl-2003 u l-2005, u l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat mal-Eġittu fit-28 ta’ Ottubru 2009 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2010. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 203, 3.8.1999, p. 16. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 2h (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2h) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2798/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jistipula regoli ġenerali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2000 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 906/9811 [Traduzzjoni mhux uffiċjali] introduċa miżura applikabbli biss fis-sena 2000 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 340, 31.12.1999, p. 1. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 2i (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2i) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2000 tal-24 ta' Jannar 2000 li jġedded għas-sena 2000 il-miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1416/95 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti Komunitarji tat-tariffa fl-1995 għal ċerti prodotti agrikoli proċessati1, kien ikopri biss is-sena 2000 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 24, 29.1.2000, p. 9. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 2j (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2j) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/910/KE tas-26 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u, min-naħa l-waħda, Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Kongo, Fiġi, ir-Repubblika Kooperattiva tal-Gujana, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tas-Surinam, San Kristofru u Nevis, ir-Renju tas-Sważiland, ir-Renju Unit tat-Tanzanija, ir-Repubblika ta' Trinidad u Tobago, ir-Repubblika tal-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja u r-Repubblika taż-Żimbabwe, u, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika tal-Indja dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodi ta' kunsinna 2003/2004 u 2004/20051, kienet ta' natura temporanja, u għalhekk eżawriet l-effetti tagħha. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 391, 31.12.2004, p. 1. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 2k (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2k) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1923/2004 tal-25 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet għall-Konfederazzjoni Svizzera fil-forma ta' kwoti Komunitarji tariffarji għal ċerti prodotti agrikoli proċessati1, introduċa miżura applikabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru 2004 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 331, 5.11.2004, p. 9. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 2l (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2l) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/317/KE tas-16 ta' April 19951 dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f’isem il-Komunità, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal-19951 eżawriet l-effetti tagħha billi l-kontenut tagħha ġie inkorporat f'atti suċċessivi. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 119, 9.5.2007, p. 30. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) L-atti li ġejjin li jikkonċernaw ċerti pajjiżi ma għadhomx jgħoddu wara l-adeżjoni ta' dawk il-pajjiżi mal-Unjoni Ewropea: |
imħassar |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/658/KE tal-24 ta' Settembru 1998 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Repubblika tas-Slovenja, fuq in-naħa l-oħra, u għall-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u r-Repubblika tas-Slovenja, fuq in-naħa l-oħra [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 278/2003 tas-6 ta' Frar 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Polonja [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 999/2003 tas-2 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Ungerija, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn l-Ungerija [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1039/2003 tas-2 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Estonja, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn l-Estonja [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1086/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mis-Slovenja, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn is-Slovenja [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1087/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Latvja, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn il-Latvja [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1088/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Litwanja, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn il-Litwanja [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1089/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mir-Repubblika Slovakka, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn ir-Repubblika Slovakka [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1090/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn ir-Repubblika Ċeka [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 3 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Numru ta’ atti li jikkonċernaw ċerti pajjiżi ma għadhomx jgħoddu wara l-adeżjoni ta' dawk il-pajjiżi mal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 3 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/658/KE tal-24 ta' Settembru 1998 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Repubblika tas-Slovenja, fuq in-naħa l-oħra, u għall-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u r-Repubblika tas-Slovenja, fuq in-naħa l-oħra1 [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 314, 24.11.1998, p. 6. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 3 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3c)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 278/2003 tas-6 ta' Frar 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Polonja1 [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 42, 15.02.2003, p. 1. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 3 d (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3d)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 999/2003 tas-2 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Ungerija, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn l-Ungerija1 [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 146, 13.6.2003, p. 10. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 3 e (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3e) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1039/2003 tas-2 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Estonja, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn l-Estonja1 [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 151, 19.6.2003, p. 1. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 3 f (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3f) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1086/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mis-Slovenja, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn is-Slovenja1 [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 163, 1.7.2003, p. 1. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 3 g (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3g) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1087/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Latvja, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn il-Latvja1 [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 163, 1.7.2003, p. 19. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 3 h (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3h) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1088/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Litwanja, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn il-Litwanja1 [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 163, 1.7.2003, p. 38. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 3 i (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3i) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1089/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mir-Repubblika Slovakka, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn ir-Repubblika Slovakka1 [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 163, 1.7.2003, p. 56. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 3 j (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3j) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1089/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, u l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn ir-Repubblika Ċeka1 [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L 163, 1.7.2003, p. 73. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. It-tħassir tal-atti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal: |
|
(a) iż-żamma fis-seħħ ta' atti tal-Unjoni adottati abbażi ta' dawk l-atti; kif ukoll; |
|
(b) il-validità kontinwa ta' emendi li saru mill-atti msemmijin f’paragrafu 1 għal atti oħra tal-liġi tal-Unjoni li mhumiex imħassra b'dan ir-Regolament. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi revokat numru ta’ atti legali, kif ippreżentata lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, hija mmexxija mill-impenn ta’ politika tal-Unjoni Ewropea biex titjieb il-kwalità tal-leġiżlar u biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni fis-seħħ bil-għan li jinħoloq ambjent leġiżlattiv aħjar u aktar ċar għan-negozji.
Ħafna atti legali fil-qasam tal-Politika Kummerċjali Komuni tal-Unjoni, li ġew adottati matul id-deċennji li għaddew, kienu eżawrew l-effetti kollha tagħhom iżda, teknikament, għadhom fis-seħħ. Dawn l-atti m’għadhomx jgħoddu minħabba
§ il-karattru temporanju tagħhom (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 478/92, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3125/92, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2798/1999, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 215/2000, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/910/KE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1923/2004), jew
§ il-kontenut tagħhom ġie inkorporat f'atti suċċessivi (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1471/88, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/317/KE), jew
§ il-kontenut tagħhom irriżulta minn ftehim internazzjonali li sussegwentement ġie sostitwit bi ftehim ieħor (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2184/96, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2398/96), jew
§ kienu intenzjonati bħala strument interim għall-perjodu ta’ qabel id-dħul fis-seħħ tal-ftehim internazzjonali li kien sar matul dak iż-żmien (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1722/1999).
Barra minn hekk, ħafna miżuri marbuta mal-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda m’għadhomx jgħoddu wara l-adeżjoni tagħhom (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/658/KE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 278/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 999/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1039/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1039/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1086/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1087/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1088/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1089/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1090/2003).
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, fil-ftehim interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, li l-liġijiet Komunitarji għandhom jiġu aġġornati u kkondensati billi jiġu rrevokati l-atti li ma għadhomx jiġu applikati. [1]Atti li ma għadhomx rilevanti għandhom jitneħħew mill-'acquis communautaire', sabiex titjieb it-trasparenza u ċ-ċertezza tal-liġi tal-Unjoni.
Ir-Rapporteur jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li fiha tiddikjara b’mod ċar li ma taqax taħt is-setgħat tagħha li tiddikjara skaduti atti li ġew adottati mill-Kunsill jew il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Huwa fl-interess taċ-ċertezza legali li r-revoka ta’ atti legali tkun awtorizzata mil-leġiżlatur tal-Unjoni.
L-emendi proposti huma intenzjonati biex jistabbilixxu aktar ċarezza u ċertezza legali għaċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
- [1] ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
PROĊEDURA
Titolu |
Revoka ta’ atti tal-Kunsill li ma għadhomx fis-seħħ |
||||
Referenzi |
COM(2010)0765 – C7-0009/2011 – 2010/0369(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
20.12.2010 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 18.1.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 18.1.2011 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
JURI 26.1.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Vital Moreira 26.1.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
13.4.2011 |
23.5.2011 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
21.6.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 0 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Marielle De Sarnez, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Keith Taylor, Iuliu Winkler, Pablo Zalba Bidegain, Paweł Zalewski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
George Sabin Cutaş, Mário David, Syed Kamall, Maria Eleni Koppa, Elisabeth Köstinger, Inese Vaidere, Jarosław Leszek Wałęsa |
||||
Data tat-tressiq |
29.6.2011 |
||||