RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 521/2008 li tistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

4.7.2011 - (COM(2011)0224 – C7‑0120/2011 – 2011/0091(NLE)) - *

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: : Herbert Reul
(Proċedura simplifikata - l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura)

Proċedura : 2011/0091(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0261/2011
Testi mressqa :
A7-0261/2011
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 521/2008 li tistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

(COM(2011)0224 – C7‑0120/2011 – 2011/0091(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0224),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 187 u 188 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, skont liema ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0120/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7‑0261/2011),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

30.6.2011