RAKKOMANDAZZJONI dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

15.7.2011 - (14206/2010– C7‑0101/2011 – 2010/0243(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Helmut Scholz

Proċedura : 2010/0243(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0276/2011
Testi mressqa :
A7-0276/2011
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

(14206/2010– C7‑0101/2011 – 2010/0243(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14206/2010),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (14372/2010),

–   wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0101/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0276/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.

NOTA SPJEGATTIVA

Bħala membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), in-Norveġja tgawdi mis-suq intern, iżda l-agrikoltura u s-sajd huma eżentati miċ-ċirkolazzjoni libera fil-Ftehim tal-1992 dwar iż-ŻEE. Minflok, l-Artikolu 19 jipprevedi l-liberalizzazzjoni progressiva tal-produzzjoni agrikola permezz ta’ reviżjonijiet tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ fil-prodotti agrikoli, li jsiru f'intervalli ta' sentejn u d-deċiżjoni fuq bażi preferenzjali, bilaterali jew multilaterali, reċiproka u wkoll ta’ benefiċċju ġħaż-żewġ naħat dwar passi ulterjuri f’dik id-direzzjoni, bit-tnaqqis ta' tipi oħra ta’ ostakli għall-kummerċ fil-qasam agrikolu.

Il-ftehim l-aktar riċenti bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Komunità Ewropea bbażat fuq l-Artikolu 19 tal-Ftehim taż-ŻEE daħal fis-seħħ f’Lulju tal-2003. Dan kien jinkludi l-arranġamenti għall-kummerċ reċiproku fil-ġobon u konċessjonijiet reċiproċi dwar varjetà ta’ prodotti agrikoli, inklużi kwoti ta’ tariffi.

Bejn Marzu 2008 sa Jannar 2010, saru negozjati ġodda li rriżultaw fl-Abbozz ta’ Ftehim attwali, li fih id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn taħt.

Konċessjonijiet mogħtija min-Norveġja lill-UE:

Liberalizzazzjoni sħiħa addizzjonali li tirrappreżenta bejn wieħed u ieħor 20% tal-esportazzjonijiet tal-UE lejn in-Norveġja, jew EUR 250 miljun. B’kollox, xi 60% (f’termini ta' valur kummerċjali) tal-kummerċ agrikolu bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea se jkun ħieles għalkollox.

Għal prodotti aktar sensittivi bħal-laħam, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-frott, il-ħaxix u l-pjanti ornamentali, in-Norveġja se tagħti xi kwoti ta’ tariffi jew tnaqqis ta’ tariffi:

· Kwoti ta’ tariffi ġodda, fis-settur tal-laħam (600 t għal-laħam tal-majjal, 800 t għal dak tat-tjur u 900 t għal-laħam taċ-ċanga) bil-kondizzjoni li dawn il-kwantitajiet jiġu trasformati fi kwoti tal-MFN (in-nazzjon l-aktar iffavorit) tad-WTO meta jiġi implimentat arranġament tad-WTO futur; kwoti żgħar qed ikunu offruti għal xi prodotti tal-laħam speċjali;

· Kwoti ta’ tariffi addizzjonali rigward il-ġobon (2700 tunnellata), iċ-ċereali (qamħ tal-Awstralja (durum) 5000 tunnellata, qamħirrum 10000 tunnellata, segala 1000 tunellata), frott u ħxejjex (frawli 300 tunnellata, patata 3000 tunnellata, ħass 400 tunnellata), prodotti tal-laħam (zalzett 200 tunnellata, perżut 200 tunnellata, ‘krisp tal-bejken’ 100 tunnellata) u meraq (tat-tuffieħ 1000 tunnellata, mirtill 200 tunnellata, ribes 150 tunnellata). Il-valur tal-kummerċ hu stmat li hu ta’ madwar €50 miljun. Il-kwota tal-ġobon ta’ 2700 tunnellata se tiżdied mal-kwoti eżistenti ta’ 4500 tunnellata, li se jirriżultaw fi kwota tal-ġobon totali ta’ 7200 tunnellata li tikkorrispondi għall-kummerċ eżistenti bejn l-UE u n-Norveġja, u li tirrappreżenta madwar 8-10% tas-suq tal-ġobon Norveġiż attwali. Il-kundizzjonijiet fir-rigward tat-tip ta’ ġobon tneħħew.

· Tnaqqis ta’ tariffi applikabbli għal xi pjanti u fjuri ornamentali, jiġifieri l-begonji, il-ward, it-tulipani u l-ġilji. Il-kummerċ li għandu x'jaqsam ma' dawn il-konċessjonijiet jammonta għal €3.5 miljun.

Konċessjonijiet mogħtija mill-UE lin-Norveġja:

Liberalizzazzjoni sħiħa fuq prodotti li fuqhom in-Norveġja toffri liberalizzazzjoni sħiħa, u kwoti ta’ tariffi addizzjonali għall-ġobon (3 200 t), il-lampun frisk (400 t), iċ-ċipps tal-patata (200 t) u l-ikel tal-annimali ta’ kumpanija (13000 t).

Il-Ftehim inkwistjoni qed iqis in-natura sensittiva ta’ ċerti prodotti li huma importanti għall-produzzjoni agrikola kemm fl-UE kif ukoll fin-Norveġja, u jipprevedi l-arranġamenti xierqa dwar il-kwoti ta’ tariffi jew it-tnaqqis ta’ tariffi, li għandhom iwettqu rwol ukoll fil-perspettiva ta’ nofs il-perjodu kif ukoll fil-perspettiva għat-tul tal-produzzjoni agrikola skont il-prekundizzjonijiet ta’ riformi approfonditi tal-PAK wara l-2013.

Billi n-Norveġja tgawdi bilanċ kummerċjali totali pożittiv mal-UE, il-bilanċ tal-kummerċ agrikolu huwa favur l-UE. L-esportazzjonijiet tal-UE ta’ prodotti agrikoli rduppjaw bejn l- 2000 u l-2007 għal €1.6 biljun.

Il-Ftehim inkwistjoni se jkollu implikazzjonijiet baġitarji; it-telf f'introjti tad-dwana huwa stmat li se jkun ta’ madwar €4.96 miljun (ammont nett wara t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ġbir).

Ir-rapporteur tagħkom jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jipproponi lill-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ftehim.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (25.5.2011)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea
(14206/2010 – C7‑0101/2011 – 2010/0243(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Richard Ashworth

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-aħħar ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea (li kienet il-Komunità Ewropea) u r-Renju tan-Norveġja bbażat fuq l-Artikolu 19 tal-Ftehim taż-ŻEE, daħal fis-seħħ fl-Lulju 2003. Kien magħmul minn arranġamenti għal kummerċ reċiproku fil-ġobon u minn konċessjonijiet reċiproċi għal varjetà ta’ prodotti agrikoli, inklużi kwoti ta’ tariffi. L-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jipprovdi għal liberalizzazzjoni progressiva

tal-kummerċ agrikolu bejn il-Partijiet Kontraenti. Għal dak il-fini, il-Partijiet għandhom jagħmlu, f’intervalli ta’ sentejn, eżamijiet mill-ġdid tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ fi prodotti agrikoli u jiddeċiedu, fil-qafas ta’ dan il-ftehim, fuq bażi preferenzjali, bilaterali jew multilaterali, reċiproka u ta’ benefiċċju għal xulxin, dwar tnaqqis addizzjonali ta’ kull xorta ta’ ostakli għall-kummerċ fis-settur agrikolu.

Il-proposta preżenti, li tipprovdi għal-liberalizzazzjoni ulterjuri tal-kummerċ agrikolu, hija r-riżultat ta’ negozjati dwar il-kummerċ bilaterali fl-agrikoltura, li kienu saru minn Marzu 2008 sa Jannar 2010. Il-preferenzi l-ġodda se jikkonsistu f’liberalizzazzjoni addizzjonali sħiħa għal xi prodotti sensittivi, li b’hekk jipprovdu li xi 60 % tal-kummerċ agrikolu bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea għandu jkun totalment ħieles. Għal prodotti aktar sensittivi bħal laħam, ħalib, frott, ħaxix u pjanti ornamentali, intlaħaq ftehim dwar kwoti ta’ tariffi jew tnaqqis ta’ tariffi. Hemm previsti dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ rati ta’ tariffi għall-ġobon.

L-implikazzjoni baġitarja: l-istima tat-telf ta’ dħul finanzjarju mid-dwana hija ta’ madwar 4.96 miljun euro (ammont nett wara t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ġbir).

Abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jqis li l-ftehim ikkonċernat, li għandu jiġi konkluż abbażi tad-deċiżjoni proposta tal-Kunsill, huwa konformi mal-isforzi li tinkiseb liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja. Barra minn hekk, jinnota li l-ftehim qies sew il-prodotti sensittivi msemmija hawn fuq, billi pprovda għal arranġamenti xierqa fir-rigward tal-kwoti ta’ tariffi jew tat-tnaqqis ta’ tariffi.

******

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi li l-Parlament jagħti l-kunsens tiegħu.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.5.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Richard Ashworth, Liam Aylward, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Hynek Fajmon, Lorenzo Fontana, Béla Glattfelder, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Agnès Le Brun, George Lyon, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, Mariya Nedelcheva, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Salvatore Caronna, Esther de Lange

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Zalba Bidegain

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

13.7.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Marielle De Sarnez, Christofer Fjellner, Metin Kazak, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Keith Taylor, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, George Sabin Cutaş, Norbert Glante, Syed Kamall, Elisabeth Köstinger

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa Estaràs Ferragut, Vicky Ford