dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI
(COM(2010)0094 – C7‑0088/2010 – 2010/0064(COD))
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0094),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 82(2) u l-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0088/2010),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0294/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
DIRETTIVA 2011/.../UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 82 (2), 83 (1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(3),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),
Billi:
(1) L-abbuż sesswwali u l-isfruttament sesswali tat-tfal, inkluża l-pedopornografija, jikkostitwixxu vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-drittijiet tat-tfal għall-protezzjoni u l-kura kif meħtieġ għall-ġid tagħhom kif stipulat mill-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(1a) Skont it-termini tal-Artikolu 6 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi l-jeddijiet, il-libertajiet u l-prinċipji ddelineati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li fl-Artikolu 24 (2) tagħha tiddisponi li fl-azzjonijiet kollha marbutin mat-tfal, kemm jekk meħudin mill-awtoritajiet pubbliċi kemm mill-istituzzjonijiet privati, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom dejjem ikunu kunsiderazzjoni primarja. Barra minn hekk, il-Programm multiannwali ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l- protezzjoni taċ-ċittadini – adottat mill-Kunsill Ewropew, jagħti prijorità ċara lill-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfali u l-pedopornografija.
(2) Il-pedopornografija, li tikkonsisti f’immaġini ta’ abbuż sesswali tat-tfal, u forom oħra ta’ abbuż sesswali u sfruttament sesswali tat-tfal partikolarment serji qed jiżdiedu u jinfirxu permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda u tal-internet.
(2a) Fil-kuntest tal-atti kriminalizzanti marbutin mal-prestazzjoni pornografika, din id-Direttiva tirreferi għal tali atti li jkunu jikkonsistu wirja live organizzata, immirata għal udjenza, u b'hekk tiġi eskluża mid-definizzjoni l-komunikazzjoni personali wiċċ imb'wiċċ bejn dawk tampar xulxin li jagħtu l-kunsens, kif ukoll it-tfal li jkunu akbar mill-età tal-kunsens u l-sħab tagħhom.
(3) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/68/ĠAI dwar il-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija(5) tqarreb il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri sabiex tikkriminalizza l-iktar forom serji ta’ abbuż sesswali u sfruttament sesswali tat-tfal, biex testendi l-ġurisdizzjoni domestika, u tipprovdi għal livell minimu ta’ assistenza lill-vittmi. Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI dwar id-drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali(6) tistabbilixxi sett ta' drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali, inkluż id-dritt għall-protezzjoni u għall-kumpens. Barra minn hekk, il-koordinazzjoni tal-prosekuzzjoni ta' każi ta' abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija se tiġi ffaċilitata bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitt ta' ġurisidizzjoni fi proċedimenti kriminali(7).
(4) Skont l-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, Partijiet li humja Stati jikkommettu li jipproteġu lit-tfal mill-forom kollha ta' abbuż sesswali. Il-Protokoll Fakoltattiv tan-NU għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, dwar il-Bejgħ tat-Tfal, il-Prostituzzjoni tat-Tfal u l-Pornografija tat-Tfal u, b’mod partikolari, il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament Sesswali u l-Abbuż Sesswali(8) huma passi kruċjali fil-proċess biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam.
(5) Reati kriminali serji bħalma huma l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija jeħtieġu approċċ komprensiv li jkopri l-prosekuzzjoni tat-trasgressuri, il-protezzjoni tal-vittmi tfal, u l-prevenzjoni tal-fenomenu. L-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu l-ewwel kunsiderazzjoni meta jkunu qed jitwettqu kwalunkwe miżuri biex jikkumbattu dawn ir-reati skont il-Karta dwar id-Drttijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Sabiex jintlaħaq dan il-għan id-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI teħtieġ tiġi sostitwita bi strument ġdid li jipprovdi tali kwadru legali komprensiv.
(5a) Din id-Direttiva għandha tkun kompletament komplementari għad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, u l-protezzjoni tal-vittmi, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2002/629/ĠAI(9), peress li xi vittmi tat-traffikar tal-bnedmin kienu wkoll vittmi tfal ta' abbuż sesswali u sfruttament sesswali.
(5b) Il-pedopornografija ħafna drabi tinkludi xbihat li jirreġistraw l-abbuż sesswali mit-tfal min-naħa tal-adulti. Tista’ tinkludi wkoll xbihat ta’ tfal imdaħħlin f’imġiba sesswalment espliċita, jew tal-organi sesswali tagħhom, fejn tali xbihat ikunu prodotti jew użati għal skopijiet primarjament sesswali u sfruttati bil-għarfien tat-tifel/tifla jew mingħajru.Inoltre, il-kunċett ta’ pedopornografija jkopri wkoll ix-xbihat realistiċi ta’ tifel/tifla, fejn it-tifel/tifla jkunu mdaħħlin jew rappreżentati bħala mdaħħlin f'imġiba sesswalment espliċita, għal skopijiet primarjament sesswali.
(5c) Fl-adozzjoni ta' leġislazzjoni dwar id-dritt kriminali sostantiv, l-Unjoni għandha tiżgura l-konsistenza ta' din il-leġislazzjoni ġenerali b'mod partikolari fir-rigward tal-livell ta' pieni. Għandu jittieħed kont tal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' April 2002 dwar l-approċċ li għandu jiġi applikat fir-rigward tal-approssimazzjoni tal-pieni, li jindika erba' livelli ta' pieni, fid-dawl tat-Trattat ta' Lisbona.Din id-Direttiva, billi fiha numru eċċezzjonalment għoli ta' reati differenti, teħtieġ, sabiex tirrifletti l-gradi diversi ta' serjetà, divrenzjar fil-livell ta' pieni li jmur lil hinn minn dak li normalment għandu jkun previst fl-istrumenti legali tal-Unjoni.
(6) Forom serji ta’ abbuż sesswali tat-tfal u l-isfruttament għandhom ikunu suġġetti għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi. Dan jinkludi, b’mod partikolari, diversi forom ta’ abbuż sesswali u sfruttament sesswali ffaċilitat mill-użu ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, bħas-solleċitazzjoni bl-Internet ta’ tfal għal skopijiet sesswali) permezz ta’ netwerks soċjali u ta’ chat rooms. Id-definizzjoni ta’ pedopornografija għandha tkun iċċarata u tinġieb iktar qrib għal dik li tinsab fi strumenti internazzjonali.
(6a) Id-diżabbiltà, waħidha, ma tikkostitwixxix awtomatikament impossibbiltà li jkun hemm kunsens għal relazzjonijiet sesswali. Madankollu, l-abbuż tal-eżistenza ta' tali diżabbiltà sabiex wieħed jieħu sehem f'attivitajiet sesswali mat-tfal għandu jiġi kkriminalizzat.
(6b) It-terminu massimu ta’ priġunerija li hemm dispost għalih f’din id-Direttiva għar-reati li hemm riferiment għalihom għandu japplika mill-anqas għall-aktar forom serja ta’ tali reati.
(6c) Sabiex jintlaħaq it-terminu massimu ta' priġunerija previst f'din id-Direttiva f'reati li jikkonċernaw l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali, u l-pedopornografija, l-Istati Membri, b'kont meħud tal-liġi nazzjonali tagħhom, jistgħu jikkombinaw it-termini ta' priġunerija previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward ta' dawn ir-reati.
(6d)Din id-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri jiddisponu għal sanzjonijiet kriminali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet tad-Dritt tal-Unjoni dwar it-taqbida kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija. Din id-Direttiva ma toħloq l-ebda obbligu fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta’ pieni bħal dawn, jew kwalunkwe sistema disponibbli oħra ta’ l-infurzar tal-liġi, f’każijiet individwali.
(6e) B’mod speċjalment f’dawk il-każijiet fejn ir-reati deskritti f’din id-Direttiva jkunu kommessi bl-iskop ta’ gwadann finanzjarju, l-Istati Membri huwa mistiednin jikkunsidraw li jiddisponu għall-possibilità tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji oltre għall-priġunerija.
(6f) Fil-kuntest tal-pedopornografija, it-terminu "mingħajr dritt” jippermetti lill-Istati Membri jiddisponu għal difiża f’dak li għandu x’jaqsam mal-imġiba marbuta mal-"materjal pornografiku” li jkollu skop pereżempju mediku, xjentifiku jew jixtiebaħ: Jippermetti wkoll l-attivitajiet li jseħħu skont il-poteri legali domestiċi, bħalma hu l-pussess leġittimu tal-pedopornografija mill-awtoritajiet bl-iskop li jmexxu proċedimenti kriminali jew jipprevjenu r-reati, jew isibuhom jew jinvestigawhom. Barra minn hekk, ma jeskludix id-difiżi legali jew prinċipji relevanti jixtiebħu li jeżoneraw lil xiħadd mir-responsabilità f’ċirkostanzi speċifiċi, pereżempju meta l-hotlines telefoniċi jew bl-internet iwettqu attivitajiet biex jirrapportaw dawk il-każijiet.
(6g)L-akkwist konxju ta’ aċċess, permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, għall-pedopornografija għandu jiġi kkriminalizzat. Sabiex titqies responsabbli, il-persuna għandu jkollha kemm l-intenzjoni li tidħol f'sit fejn il-pedopornografija tkun disponibbli kif ukoll tkun taf li tali immaġnijiet jistgħu jinstabu hemm.M'għandhomx jiġu applikati sanzjonijiet għal persuni li bi żvista jaċċessaw siti li jkun fihom il-pedopornografija.In-natura intenzjonata tar-reat tista' toħroġ b'mod partikolari mill-fatt li dan ikun rikorrenti jew li r-reati jkunu saru permezz ta' servizz li għalih ikun sar ħlas.
(6h) Is-solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali hija theddida b'karatteristiċi speċifiċi fil-kuntest tal-Internet, billi dan jagħti anonimità mingħajr preċedenti lill-utenti, u b'hekk opportunità li tinħeba l-identità vera u l-karatteristiċi personali ta' dak li jkun, bħalma hi l-età. Fl-istess waqt, l-Istati Membri jirrikonoxxu l-importanza tat-taqbida wkoll kontra s-solleċitazzjoni ta’ tifel/tifla barra mill-kuntest tal-internet, l-aktar fejn tali solleċitazzjoni ma ssirx bl-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. L-Istati Membri huma inkoraġġiti jikkriminalizzaw l-imġiba fejn is-solleċitazzjoni tat-tifel/tifla għal laqgħa mal-akkużat għal skopijiet sesswali sseħħ fil-preżenza jew fil-prossimità tat-tifel/tifla, pereżempju fil-forma ta’ reat preparatorju speċjali, tentattiv ta’ kommissjoni ta’ reati deskritti minn din id-direttiva jew bħala forma speċjali ta’ abbuż sesswali. Tkun liema tkun is-soluzzjoni ġuridika magħżula għall-kriminalizzazzjoni tal-grooming off-line, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jipprosegwixxu l-perpetraturi ta’ tali reati b’mod jew ieħor.
(7) Din id-Direttiva ma tirregolax il-politiki tal-Istati Membri rigward attivitajiet sesswali konsenswali li fihom jistgħu jkunu involuti t-tfal u li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala l-iskoperta normali tas-sesswalità fil-kors tal-iżvilupp uman, filwaqt li jittieħed kont tat-tradizzjonijiet kulturali u legali differenti u ta' forom ġodda fejn jiġu stabbiliti u mantnuti relazzjonijiet fost it-tfal u l-adolexxenti, inkluż permezz ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Dawn il-kwistjonijiet mhumiex fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.L-Istati Membri li javallixu rwieħhom mill-possibilitajiet li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 5 u 8, jagħmlu dan fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħhom.
(7a) L-Istati Membri għandhom jipprevedu ċirkostanzi aggravanti fil-liġi nazzjonali tagħhom f'konformità mar-regoli applikabbli stabbiliti mis-sistema legali tagħhom dwar ċirkostanzi aggravanti u għandhom jiżguraw li dawn iċ-ċirkostanzi aggravanti jkunu disponibbli biex l-imħallfin jikkunsidrawhom meta jkunu qed jissentenzjaw lit-trasgressuri, għalkemm m'hemm l-ebda obbligu fuq l-imħallfin biex japplikawhom. Dawk iċ-ċirkostanzi ma għandhomx ikunu previsti mill-Istati Membri fil-leġislazzjoni nazzjonali meta jkunu irrilevanti b'kont meħud tan-natura tar-reat speċifiku. Ir-rilevanza tad-diversi ċirkostanzi aggravanti previsti f'din id-Direttiva għandha tiġi evalwata fil-livell nazzjonali għal kull wieħed mir-reati li hemm riferiment għalihom f'dan l-istrument.
(7b) L-inkapaċità fiżika jew mentali skont din id-Direttiva għandha tinftiehem bħala li tinkludi wkoll l-istat tal-inkapaċità fiżika jew mentali kkawżata mill-influwenza tad-drogi u l-alkoħol.
(7c) Fil-ġlieda kontra l-isfruttament tat-tfal, għandu jsir użu sħiħ mill-istrumenti eżistenti dwar il-qbid u l-konfiska tar-rikavat mill-kriminalità, bħall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transkonfinali u l-Protokolli tagħha, il-Konvenzjoni tal-1990 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ħasil, it-Tiftix, il-Qbid u l-Konfiska tar-Rikavat mill-Kriminalità, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, it-traċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-istrumenti u tar-rikavat tal-kriminalità u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005 dwar il-Konfiska tar-Rikavat, l-Istrumenti u l-Proprjetà Relatati mal-Kriminalità. Għandu jitħeġġeġ l-użu tal-mezzi strumentali maqbuda u kkonfisati u tal-qligħ mir-reati msemmija f’din id-Direttiva sabiex ikun hemm appoġġ għall-għajnuna lill-vittmi u għall-protezzjoni tagħhom.
(7d) Għandha tiġi evitata l-vittimizzazzjoni sekondarja għall-vittmi tar-reati msemmijin f'din id-Direttiva. Fl-Istati Membri fejn il-prostituzzjoni jew il-preżenza f'pornografija hija punibbli, skont id-dritt kriminali nazzjonali, għandu jkun possibbli li ma ssirx prosekuzzjoni jew jiġu imposti pieni skont dawn il-liġijiet fejn it-tfal ikkonċernati jkunu wettqu dawn l-atti minħabba li kienu vittmi ta' sfruttament sesswali jew fejn it-tfal ġew imġiegħla jipparteċipaw fil-pedopornografija.
(7e) Bħala strument tal-approssimazzjoni tal-liġi kriminali, din id-Direttiva tipprevedi livelli ta' pieni li għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-politiki kriminali speċifiċi tal-Istati Membri fir-rigward ta' trasgressuri tfal.
(8) L-investigazzjoni tar-reati u l-akkużi fi proċedimenti kriminali għandhom jiġu ffaċilitati, u jittieħed kont tad-diffikultà tal-vittmi tfal biex jirrappurtaw l-abbuż u l-anonimità tat-trasgressuri fuq l-internet. Sabiex ikun żgurat is-suċċess tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tar-reati msemmijin f'din id-Direttiva, l-inizjazzjoni tagħhom m'għandhiex tiddependi, fil-prinċipju, mir-rapportar jew l-akkuża tal-vittma. It-tul tal-perijodu ta' żmien suffiċjenti għal prosekuzzjoni għandu jiġi ddeterminat f'konformità mal-liġi nazzjonali rispettiva.
(8a) Għandhom ikunu disponibbli għodod effettivi ta' investigazzjoni għal dawk responsabbli mill-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' tali reati. Dawn l-għodod jistgħu jinkludu ▌l-interċezzjoni ta' komunikazzjonijiet, sorveljanza sigrieta inkluża sorveljanza elettronika, il-monitoraġġ ta' kontijiet tal-bank jew investigazzjonijiet finanzjarji oħra, b'kont meħud, fost l-oħrajn, tal-prinċipju ta' proporzjonalità u tan-natura u s-serjetà tar-reati investigati. Fejn adatt u f'konformità mal-liġi nazzjonali, tali għodod għandhom jinkludu wkoll il-possibbiltà għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex jużaw identità mistura fuq l-Internet.
(8b) L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lil kwalunkwe persuna li għandha għarfien jew suspett ta' sfruttament jew abbuż sesswali tat-tfal biex tirrapporta għand is-servizzi kompetenti. Hija r-responsabbiltà ta' kull Stat Membru li jiddetermina l-awtoritajiet kompetenti fejn jistgħu jiġu rapportati tali suspetti. Dawn l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx ikunu limitati għal servizzi ta' protezzjoni tat-tfal jew servizzi soċjali rilevanti. Ir-rekwiżit ta' suspett "in bona fede" għandu jkollu l-għan li jimpedixxi l-invokazzjoni tad-dispożizzjoni biex tiġi awtorizzata d-denunzja ta' fatti purament imaġinarji jew mhux veri mwettqa b'intenzjoni malizzjuża.
(9) Għandhom jiġu emendati r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni sabiex ikun żgurat li dawk fl-Unjoni Ewropea li jabbużaw minn jew jisfruttaw it-tfal jiffaċċjaw il-prosekuzzjoni anke jekk ir-reati tagħhom isiru barra mill-Unjoni Ewropea, permezz tal-hekk imsejjaħ turiżmu tas-sess. It-turiżmu tas-sess mat-tfal għandu jinftiehem bħala sfruttament sesswali tat-tfal minn persuna jew persuni li jivvjaġġaw mill-ambjent tas-soltu tagħhom lejn destinazzjoni barra minn pajjiżhom fejn ikollhom kuntatt sesswali mat-tfal. Fejn it-turiżmu għas-sess mat-tfal iseħħ barra mill-UE, l-Istati Membri huma mħeġġin ifittxu permezz tal-istrumenti nazzjonali u internazzjonali disponibbli, inklużi t-trattati bilaterali jew multilaterali dwar l-estradizzjoni, l-assistenza reċiproka jew it-trasferiment tal-proċedimenti, li jkabbru l-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, bil-għan li jikkumbattu t-turiżmu tas-sess. L-Istati Membri għandhom irawmu d-djalogu miftuħ u l-komunikazzjoni mal-pajjiżi barra mill-Unjoni biex, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti, dawn ikunu jistgħu jħarrku lit-trasgressuri li jivvjaġġaw barra mill-fruntieri tal-Unjoni għall-iskopijiet tat-turiżmu sesswali mat-tfal.
(10) Miżuri biex jipproteġu vittmi tfal għandhom jiġu adottati fl-aħjar interess tagħhom, filwaqt li jiettieħed kont tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom. Vittmi tfal għandu jkollhom aċċess faċli għal rimedji legali ▌ u miżuri biex jindirizzaw il-kunflitti ta’ interess fejn l-abbuż isir fil-familja.Meta jkollu jinħatar rappreżentant speċjali għat-tfal waqt investigazzjoni jew proċediment kriminali, dan ir-rwol jista' wkoll jitwettaq minn persuna ġuridika, istituzzjoni jew awtorità.Barra minn dan, vittmi tfal għandhom ikunu protetti minn sanzjonijiet, pereżempju taħt leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-immigrazzjoni jew il-protituzzjoni, jekk iġibu l-każ tagħhom għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Barra dan, il-parteċipazzjoni ta’ vittmi tfal fi proċedimenti kriminali m’għandhiex tikkawża iktar trawma sa kemm ikun possibbli, bħala riżultat ta’ intervisti jew kuntatt viżwali mat-trasgressuri. Li jkun mifhumin sew it-tfal u kif iġibu ruħhom meta jiltaqgħu ma’ esperjenzi trawmatiċi, sabiex jiżguraw kwalità għolja ta’ teħid ta’ evidenza u biex jitnaqqas l-istress fuq it-tfal meta jkunu qed jitwettqu l-miżuri meħtieġa.
(10a) L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jagħtu assistenza fit-terminu l-qasir u fit-terminu t-twil lit-tfal li jkunu vittmi. Kull ħsara kkawżata mill-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali ta' tifel jew tifla hi sinifikattiva u għandha tiġi indirizzata. Minħabba n-natura tal-ħsara kkawżata mill-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali, tali assistenza għandha tkompli għal kemm ikun hemm bżonn għall-irkupru fiżiku u psikoloġiku tat-tifel jew tifla u tista' tkompli sa meta jsiru adulti jekk ikun hemm bżonn. L-għajnuna u l-konsulenza għandu jitqies li jiġu estiżi għall-ġenituri u l-persuni li jkollhom it-tutela tat-tfal, fil-każ li ma jkunux involuti bħala persuni suspettati fir-rigward tar-reat ikkonċernat, sabiex jingħataw għajnuna dwar kif għandhom jassistu t-tfal tagħhom matul il-proċedimenti.
(10b )Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/220/ĠAI tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċedimenti kriminali tistabbilixxi sett ta' drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali, inkluż id-dritt għal protezzjoni u kumpens. Barra minn hekk, tfal, vittmi ta' abbuż sesswali, sfruttament sesswali u pedopornografija għandhom ikollhom aċċess għal konsulenza legali, u, skont ir-rwol tal-vittmi fis-sistemi tal-ġustizzja rilevanti, għal rappreżentanza legali, inkluż għall-fini li jitolbu kumpens. Tali għajnuna legali tista' tiġi pprovduta wkoll mill-awtoritajiet kompetenti għall-fini ta' talba ta' kumpens mill-Istat. Il-fini tal-konsulenza legali huwa biex tippermetti lill-vittmi jkunu informati u jirċievu parir dwar il-possibilitajiet diversi li huma miftuħin għalihom. Il-konsulenza legali għandha tingħata minn persuna li tkun irċeviet taħriġ legali adatt mingħajr ma neċessarjament tkun avukat. Il-konsulenza legali u, f'konformità mar-rwol tal-vittmi fis-sistemi tal-ġustizzja rilevanti, ir-rappreżentanza legali għandha tingħata mingħajr ħlas għall-inqas meta l-vittma ma għandhiex riżorsi finanzjarji suffiċjenti b'mod konsistenti mal-proċeduri interni tal-Istati Membri.
(10c)L-Istati Membri għandhom iwettqu azzjoni għall-prevenzjoni u l-projbizzjoni ta' atti relatati mal-promozzjoni tal-abbuż tat-tfal u t-turiżmu tas-sess tat-tfal.Jistgħu jiġu kkunsidrati miżuri differenti ta' prevenzjoni bħal eż. it-tfassil u r-rinfurzar ta' kodiċi ta' kondotta u mekkaniżmi awtoregolatorji fl-industrija tat-turiżmu, l-istabbiliment ta' kodiċi ta' etika jew "tabelli ta' kwalità" għal organizzazzjonijiet tat-turisti li jiġġieldu t-turiżmu tas-sess tat-tfal jew li għandhom politika espliċita li tittratta din il-forma ta' turiżmu.
(10d) L-Istati Membri għandhom jistabblixxu u/jew isaħħu il-politiki biex jipprevjenu l-isfruttament tat-tfal inklużi miżuri biex jiskoraġġixxu u jnaqqsu t-talba li twassal għal kull forma ta' sfruttament u miżuri biex jiġi ridott ir-riskju ta' tfal li jaqgħu vittmi, permezz tar-riċerka, it-tagħrif, it-tqajjim tal-kuxjenza u t-tagħlim. F’tali inizjattivi, l-Istati Membri għandhom jadottaw approċċ favorevoli għal jeddijiet it-tfal. Għandha tingħata attenzjoni partikolari li jkun żgurat li l-kampanji ta' kuxjenza mmirati lejn it-tfal ikunu xierqa u faċli biżżejjed li jinftiehmu. It-twaqqif ta’ helplines/hotlines għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni.
(10e) Fir-rigward tas-sistema biex jiġu rrapportati l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u biex jiġu megħjuna t-tfal fil-bżonn, għandhom jiġu promossi u għandha titqies l-esperjenza tal-funzjonament tal-linji telefoniċi diretti tal-Unjoni taħt in-numri 116 000 għat-tfal li għebu, 116 006 għall-vittmi ta' reat u 116 111 għat-tfal, kif introdotti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2007 dwar l-irriservar tal-firxa nazzjonali ta' numri li jibdew b'116 għal numri armonizzati ta' servizzi armonizzati ta' valur soċjali, kif emendata mid-Deċiżjoni 2009/884/KE tat-30 ta’ Novembru 2009(10).
(10f) Il-professjonisti li x’aktarx jiġu f’kuntatt mal-vittmi tal-isfruttament sesswali li jkunu tfal għandhom ikunu mħarrġin b'mod xieraq ħalli jidentifikaw tali vittmi u jittrattaw magħhom. L-obbligu tat-taħriġ għandu jiġi promoss għall-membri tal-kategoriji li ġejjin meta aktarx li dawn jiġu f'kuntatt mal-vittmi li jkunu tfal: uffiċjali tal-pulizija, prosekuturi pubbliċi, avukati, membri tal-ġudikatura u uffiċjali tal-qorti, persunal tal-kura tat-tfal u tas-saħħa, imma jistgħu jinvolvu wkoll gruppi oħrajn ta' persuni li fix-xogħol tagħhom aktarx jiltaqgħu ma' tfal vittmi tal-isfruttamenti sesswali.
(10g) Sabiex jiġu impediti l-isfruttament u l-abbuż sesswali tat-tfal, għandhom jiġu proposti lilhom, programmi jew miżuri ta' intervent li jimmiraw għat-trasgressuri tas-sess. Dawk il-programmi jew il-miżuri għandhom jilħqu approċċ wiesa' u flessibbli, filwaqt li jiffokaw fuq l-aspetti mediċi u psikosoċjali u jkunu ta' natura mhux obbligatorja. Dawk il-programmi jew il-miżuri ta' intervent huma mingħajr preġudizzju għal programmi jew miżuri ta' intervent imposti mill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
(10h) Il-miżuri jew il-programmi ta' intervent mhumiex mogħtija bħala dritt awtomatiku. Huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu liema miżuri jew programmi ta’ intervent huma adatti.
(11) Biex jiġi impedit u jiġi minimizzat ir-reċidiviżmu, it-trasgressuri għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-perikolu kkaġunat mit-trasgressuri u tar-riskji possibbli ta' repetizzjoni tar-reati sesswali kontra t-tfal. Il-modalitajiet ta' tali valutazzjoni, bħat-tip ta' awtorità kompetenti għall-ordni u t-twettiq tal-valutazzjoni jew il-mument matul jew wara l-proċedimenti kriminali meta din il-valutazzjoni għandha sseħħ kif ukoll il-modalitajiet tal-programmi jew il-miżuri effettivi ta' intervent offruti wara din il-valutazzjoni, għandhom ikunu konsistenti mal-proċeduri interni tal-Istati Membri. Għall-istess objettiv li jiġi impedit u minimizzat ir-reċidiviżmu, it-trasgressuri għandu wkoll ikollhom aċċess għal programmi jew miżuri effettivi ta' intervent fuq bażi volontarja.Dawn il-programmi jew il-miżuri ta' intervent m'għandhomx jinterferixxu ma' skemi nazzjonali stabbiliti biex jiġi indirizzat it-trattament ta' persuni li jsofru minn diżordnijiet mentali.
(12) Meta l-perikolu kkawżat mit-trasgressuri u r-riskji possibbli ta’ repetizzjoni jagħmluha xierqa, it-trasgressuri kkundannati għandhom temporanjament jew permanentement jiġu impediti milli jwettqu mill-inqas attivitajiet professjonali li jinvolvu kuntatt dirett u regolari mat-tfal, fejn adatt. Il-persuni li jħaddmu huma intitolati jkunu informati, meta jirreklutaw għal post li jinvolvi kuntatti regolari dirett u regolari mat-tfal, dwar kundanni għal reati sesswali kontra t-tfal imdaħħla fir-rekord kriminali, jew dwar skwalifiki eżistenti. Għall-finijiet ta’ din id-direttiva, in-nozzjoni tal-impjegati għandha tkopri wkoll persuni li jkunu qed jiġġestixxu organizzazzjonijiet li jkunu attivi fix-xogħol volontier marbut mas-superviżjoni u/jew il-kura tat-tfal li tkun tinvolvi kuntatt dirett u regolari mat-tfal. Il-mod kif titwassal l-informazzjoni, bħal pereżempju l-aċċess permezz tal-persuna kkonċernata, kif ukoll il-kontenut eżatt ta’ din l-informazzjoni, it-tifsira tal-attivitajiet volontarji organizzati u l-kuntatt dirett u regolari mat-tfal għandhom ikunu definiti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
(12a) Fir-rispett dovut lit-tradizzjonijiet ġuridiċi differenti tal-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva jieħdu f'kunsiderazzjoni l-fatt li l-aċċess għall-fedina penali huwa permess biss mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-persuna konċernata. Din id-Direttiva ma tistabbilixxix obbligu għall-modifika tas-sistemi nazzjonali li jirregolaw il-fedini penali jew il-mezz ta’ aċċess ta’ dawn il-fedini.
(12b) L-objettiv tad-direttiva mhux li jkunu armonizzati r-regoli li jikkonċernaw il-kunsens tal-persuna kkonċernata meta jkun hemm skambju ta’ informazzjoni mir-reġistri kriminali, jiġifieri jekk ikunx rikjest tali kunsens jew le. Irrispettivament minn jekk tali kunsens ikunx rikjest jew le skont id-Dritt nazzjonali, din id-Direttiva ma tistabbilixxix obbligi ġodda għall-bdil tad-Dritt u proċeduri nazzjonali f’dan is-sens.
(12c) L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jadottaw miżuri amministrattivi addizzjonali b’rabta mat-trasgressuri, bħal pereżempju r-reġistrazzjoni ta’ persuni kkundannati għal reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 fir-reġistri tat-trasgressuri sesswali. L-aċċess għal dawn ir-reġistri għandu jkun soġġett għal limitazzjoni skont il-prinċipji kostituzzjonali nazzjonali u l-istandards applikabbli tal-protezzjoni tad-dejta, pereżempju bil-limitazzjoni tal-aċċess għall-ġudikatura u/jew aġenziji tal-eżekuzzjoni tal-liġi.
(12d) L-Istati Membri huma inkoraġġiti joħolqu mekkaniżmi għall-ġbir tad-dejta jew punti fokali, f’livelli nazzjonali jew lokali u f’kollaborazzjoni mas-soċjetà ċivili, għall-fini tal-osservazzjoni u l-valutazzjoni tal-fenomenu tal-isfruttament sesswali u l-abbuż sesswali tat-tfal. Biex tkun tista’ tevalwa adegwatement ir-riżultati tal-azzjonijiet għall-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali u l-pedopornografija, l-Unjoni għandha tkompli tiżviluppa l-ħidma tagħha fir-rigward tal-metodoloġiji u tal-metodi tal-ġbir ta’ dejta sabiex tiġi prodotta statistika komparabbli.
(12e) L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa ħalli jistabbilixxu servizzi ta’ informazzjoni ħalli jgħallmu kif jiġu rikonoxxuti s-sinjali tal-isfruttament sesswali.
(13) Il-pedopornografija, li tikkostitwixxi immaġini ta' abbuż sesswali, hija tip ta' kontenut speċifiku li ma jistax jiġi interpretat bħala l-espressjoni ta' opinjoni. Biex tiġi kkumbattuta, huwa meħtieġ li tonqos iċ-ċirkolazzjoni ta' materjal ta' abbuż mit-tfal billi jsir iktar diffiċli li trasgressuri jtellgħu tali kontenut fuq l-Internet. Għaldaqstant hija meħtieġa azzjoni biex jitneħħa l-kontenut u jinqabdu dawk ħatja tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u t-tniżżil ta’ immaġini ta’ abbuż mit-tfal. Bil-għan li jkunu appoġġati l-isforzi tal-Unjoni fit-taqbida kontra l-pedopornografija, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom ħalli jikkoperaw ma’ pajjiżi terzi ħalli jiżguraw it-tneħħija ta’ tali kontenut mis-servers fit-territorju tagħhom.
(13a) Madanakollu ▌, minkejja dawn l-isforzi, it-tneħħija ta' kontenut pedopornografiku mis-sors tiegħu spiss ma tkunx possibbli fejn il-materjali oriġinali ma jkunux allokati fl-Unjoni, jew għax l-Istat fejn ikunu ospitati s-servers ma jkunx lest jikkoopera jew għax it-tneħħija tal-materjal mill-Istat ikkonċernat tkun proċess partikolarment twil.Għalhekk jistgħu jiġu stabbiliti wkoll mekkaniżmi għall-imblukkar ta' aċċess mit-territorju tal-Unjoni għal paġni tal-internet li jkun fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija. Huwa mifhum li l-miżuri meħudin mill-Istati Membri skont it-termini ta' din id-Direttiva ħalli jneħħu jew, fejn ikun xieraq, jimblukkaw il-websajts li jkun fihom pedopornografija jistgħu jkunu msejsin fuq varji tipi ta' azzjoni pubblika, bħal dik leġiżlattiva, non-leġiżlattiva, ġudizzjarja jew xort' oħra. F’dak il-kuntest, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-azzjoni volontarja meħuda mill-industrija tal-internet li tipprevjeni l-użu ħażin tas-servizzi tagħha, jew għal kull appoġġ għal tali azzjoni mill-Istati Membri. Irrispettivament mill-bażi għall-azzjoni jew il-metodu magħżulin, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun jagħti livell adegwat ta’ ċertezza legali u prevedibilità għall-utenti u fornituri tas-servizz.Kemm bil-għan li jitneħħa kif ukoll biex jiġi mblukkat il-kontenut tal-abbuż mit-tfal, għandha tiġi stabbilita u maħħa l-kooperazzjoni kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, partikolarment f-interess li jiġi żgurat li listi nazzjonali ta' siti web li fihom materjal ta' pedopornografija jkunu kemm jista' jkun kompleti u li jiġi evitat ix-xogħol doppju. Kwalunkwe tali żviluppi jeħtieġ jieħdu kont tad-drittijiet tal-utenti finali, iżommu mal-proċeduri legali u ġudizzjarji eżistenti u jikkonformaw mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet Umaniu l-Libertajiet Fundamentali u mal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-Programm Internet Iktar Sikur waqqaf netwerk ta' hotlines li għandhom l-għan jiġbru informazzjoni u jiżguraw kopertura u skambju ta' rapporti dwar it-tipi ewlenin ta' kontenut illegali onlajn.
(13b) Din id-Direttiva għandha l-għan li temenda u tespandi d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI. Peress li l-emendi li jridu jsiru huma ta' numru u ta' natura sostanzjali, id-Deċiżjoni Qafas għandha, fl-interess taċ-ċarezza, tiġi sostitwita fl-intier tagħha fir-rigward ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva.
(14) Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva, preċiżament il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, ma jistax jintlaħaq b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri waħedhom u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipji ta' sussidjarjetà kif iddelineati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.
(15) Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji li tirrikonoxxi b’mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-aktar id-dinjità umana, il-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament jew il-kastig inuman jew degradanti, id-drittijiet tat-tfal, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, il-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u l-prinċipji ta’ legalità u proporzjonalità ta’ reati kriminali u l-pieni. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għal dawk id-drittijiet u trid tiġi impliemntata kif xieraq.
(16) F'konformità mal-Artikoli 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, fir-rigward tal-ispazju ta' liberta', sigurta' u ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
(16a)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Tratttat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi regoli minimi rigward id-definizzjoni ta' reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam tal-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal, il-pedopornografija u solleċitazzjoni tat-tfal għal finijiet sesswali. Għandha l-għan ukoll li tintroduċi ▌dispożizzjonijiet komuni biex issaħħaħ il-prevenzjoni tar-reat u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:
(a) 'tfal' għandha tfisser kwalunkwe persuna taħt l-età ta' 18-il sena;
(aa) “età ta' kunsens sesswali” għandha tfisser l-età li taħtha huwa pprojbit li wieħed jieħu sehem f'attivitajiet sesswali mat-tfal skont il-liġi nazzjonali;
(b) “pedopornografija” għandha tfisser
(i) Kwalunkwe materjal li viżwalment juri tfal li qed jieħdu sehem f’aġir sesswalment espliċitu reali jew simulat; or
(ii) kull rappreżentazzjoni tal-organi sesswali ta’ tfal għal raġinijiet prinċipalment sesswali; or
(iii) kull materjal li viżwalment juri kwalunkwe persuni li jidhru li huma tfal li qed jieħdu sehem f’imġieba vera jew simulata li hi sesswalment espliċita; jew kwlaunkwe rappreżentazzjoni tal-organi sesswali ta' kwalunkwe persuni li jidhru li huma tfal, għal raġunijiet prinċipalment sesswali; or
(iv) immaġini realistiċi ta' tfal li jkunu qed jieħdu sehem f'imġiba sesswalment espliċita jew immaġini realistiċi tal-organi sesswali ta' tfal, ▌għal finijiet primarjament sesswali;
(c) "prostituzzjoni tat-tfal” għandha tfisser l-użu ta’ tfal għal attivitajiet sesswali fejn il-flus jew kwalunkwe forma oħra ta’ rimunerazzjoni jew konsiderazzjoni tingħata jew tiġi mwegħda bħala ħlas sabiex it-tfal jieħdu sehem f’attivitajiet sesswali, irrispettivament minn jekk dan il-ħlas, il-wegħda jew il-konsiderazzjoni ssirx lit-tfal jew lil parti terza;
(d)”“prestazzjoni pornografika” għandha tfisser l-esibizzjoni diretta organizzata, immirata għal udjenza, inkluż permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni:
(i) ta’ tfal li qed jieħdu sehem f’aġir sesswalment espliċitu reali jew simulat; or
(ii) tal-organi sesswali ta’ tfal għal raġinijiet prinċipalment sesswali;
(e) "persuna ġuridika” għandha tfisser kwalunkwe entità li jkollha personalità ġuridika skont il-liġi applikabbli, barra minn Stati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità Statali u għal organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.
Artikolu 3
Reati li jikkonċernaw abbuż sesswali
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-imġiba intenzjonali msemmija f'paragrafi 2 sa 5 tkun punibbli.
2. Li wieħed, għal finijiet sesswali, iġiegħel lil tfal li ma jkunux laħqu l-età ta' kunsens sesswali ▌ li jaraw ▌ attivitajiet sesswali, anki jekk dawn ma jiġux imġiegħla jipparteċipaw, għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sena.
2a. Li wieħed, għal finijiet sesswali, iġiegħel lil tfal li ma jkunux laħqu l-età ta' kunsens sesswali li jaraw abbuż sesswali, anki jekk dawn ma jiġux imġiegħla jipparteċipaw, għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn.
3. Il-parteċipazzjoni f'attivitajiet sesswali ma' tfal li ma jkunux laħqu l-età ta' kunsens sesswali ▌għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin.
4. Il-parteċipazzjoni f’attivitajiet sesswali ma' tfal, fejn:
(i) isir abbuż minn pożizzjoni rikonoxxuta ta' fiduċja, awtorità jew influwenza fuq it-tfal għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin jekk it-tfal ikunu għadhom ma laħqux l-età ta' kunsens sesswali u ta' mill-inqas tliet snin ta' priġunerija, jekk it-tfal ikunu qabżu dik l-età; or
(ii) isir abbuż minn sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli tat-tfal, partikolarment minħabba diżabbiltà mentali jew fiżika jew sitwazzjoni ta' dipendenza, għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin jekk it-tfal ikunu għadhom ma laħqux l-età ta' kunsens sesswali, u ta' mill-inqas tliet snin ta' priġunerija jekk it-tfal ikunu qabżu dik l-età; or
(iii) isir użu minn ġegħil, forza jew theddid, għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas għaxar snin jekk it-tfal ikunu għadhom ma laħqux l-età ta' kunsens sesswali, u ta' mill-inqas ħames snin ta' priġunerija jekk it-tfal ikunu qabżu dik l-età.
5. Il-parteċipazzjoni ta' tfal f'attivitajiet sesswali ma' parti terza permezz ta' ġegħil, forza jew theddid għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas għaxar snin jekk it-tfal ikunu għadhom ma laħqux l-età ta' kunsens sesswali, u ta' mill-inqas ħames snin ta' priġunerija jekk it-tfal ikunu qabżu dik l-età.
Artikolu 4
Reati li jikkonċernaw l-isfruttament sesswali
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-imġiba intenzjonali msemmija f'paragrafi 2 sa 9d tkun punibbli.
2. Li wieħed iġiegħel jew jirrekluta lil tfal biex jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi, jew jagħmel qligħ minn jew jisfrutta b'xi mod ieħor lil tfal għal tali finijiet, għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin jekk it-tfal ikunu għadhom ma laħqux l-età ta' kunsens sesswali, jew ta' mill-inqas sentejn jekk it-tfal ikunu qabżu dik l-età.
▌
9. Li wieħed iġiegħel jew jisforza lil tfal biex jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi, jew li jhedded lil tfal għal tali finijiet, għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin jekk it-tfal ikunu għadhom ma laħqux l-età ta' kunsens sesswali, jew ta' mill-inqas ħames snin jekk it-tfal ikunu qabżu dik l-età.
9a. L-iffrekwentar konxju ta’ wirjiet pornografiċi li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn jekk it-tfal ikunu għadhom ma laħqux l-età ta' kunsens sesswali, jew ta' mill-inqas sena jekk it-tfal ikunu qabżu dik l-età.
9b. Li wieħed iġiegħel jew jirrekluta lil tfal biex jipparteċipaw fil-prostituzzjoni tat-tfal, jew jagħmel qligħ minn jew jisfrutta b'xi mod ieħor lil tfal għal tali finijiet, għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin jekk it-tfal ikunu għadhom ma laħqux l-età ta' kunsens sesswali, jew ta' mill-inqas ħames snin jekk it-tfal ikunu qabżu dik l-età.
9c. Li wieħed iġiegħel jew jisforza lil tfal fil-prostituzzjoni tat-tfal, jew li jhedded lil tfal għal tali finijiet, għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas għaxar snin jekk it-tfal ikunu għadhom ma laħqux l-età ta' kunsens sesswali u ta' mill-inqas ħames snin ta' priġunerija jekk it-tfal ikunu qabżu dik l-età.
9d. Il-parteċipazzjoni f'attivitajiet sesswali ma' tfal, fejn isir rikors għall-prostituzzjoni tat-tfal għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin jekk it-tfal ikunu għadhom ma laħqux l-età ta' kunsens sesswali u ta' mill-inqas sentejn ta' priġunerija jekk it-tfal ikunu qabżu dik l-età.
▌
Artikolu 5
Reati li jikkoncernaw il-pedopornografija
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-imġiba intenzjonata msemmija f'paragrafi 2 sa 6, meta titwettaq mingħajr dritt, tkun punibbli.
2. L-akkwist jew il-pussess ta' pedopornografija għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sena..
3. L-akkwist konxju ta’ aċċess, permezz ta’ teknoloġiji ta' informazzjoni u l-komunikazzjoni, għall-pedopornografija għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sena.
4. Id-distribuzzjoni, t-tixrid jew it-trasmissjoni ta' pedopornografija għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn.
5. L-offerta, l-forniment jew li ssir disponibbli pedopornografija għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn.
6. Il-produzzjoni ta' pedopornografija għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tliet snin.
7. Għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jiddeċiedu jekk dan l-Artikolu japplikax għall-każijiet li jinvolvu l-pedopornografija, kif imsemmi fl-Artikolu 2(b)(iii), fejn il-persuna li tidher li tkun tfal fil-fatt kellha 18-il sena jew aktar fil-ħin tar-rappreżentazzjoni.
8. Għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jiddeċiedu jekk il-paragrafi (2) u (6) japplikawx għall-każijiet fejn jiġi stabbilit li l-materjal pornografiku kif hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 2 (b)(iv) ikun magħmul mill-produttur u jkun fil-pussess tiegħu għall-użu privat tiegħu jew tagħha biss, dment li l-ebda materjal pornografiku kif hemm riferiment għalih fl-Artikolu 2(b)(i) sa (iii) ma jkun intuża għall-fini tal-produzzjoni tiegħu, u dment li l-att ma jkun jinvolvi l-ebda riskju li l-materjal jinxtered.
Artikolu 6
Is-solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali
1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-imġieba intenzjonata li ġejja tkun punibbli:
Il-proposta, permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, minn adult biex jiltaqa’ ma’ tfal li jkunu għadhom ma laħqux l-età ta' kunsens sesswali ▌, għall-fini li jitwettaq kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 5(6) fejn din il-proposta tkun ġiet segwita minn atti materjali li jwasslu għal tali laqgħa, għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sena.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji ħalli jiżguraw li kull tentattiv permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għall-kommissjoni tar-reat kif hemm dispost fl-Artikolu 5(2) u (3) minn adult li jissolleċita tifel/tifla li ma jkunux tal-età tal-kunsens li jagħtu pedoporngrafija li turi dak it-tifel/tifla jkun punibbli.
Artikolu 7
Istigazzjoni, għajnuna u kompliċità u tentattiv ▌
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-instigazzjoni, l-għajnuna jew l-influwenza għall-kummissjoni ta' reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 6 tkun punibbli.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li attentati biex jitwettaq kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikolu 3 (3) sa (5), l-Artikolu 4 (2), (9), (9b), (9c) u (9d), u l-Artikolu 5(4), (5) u (6) huma punibbli.
▌
Artikolu 8
Attivitajiet sesswali kunsenswali ▌
1.Għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jiddeċiedu jekk l-Artikolu 3(2) ▌u (3) japplikax għal attivitajiet sesswali kunsenswali bejn il-pari, li jkunu qrib fl-età u fil-livell ta' żvilupp jew maturità psikoloġika u fiżika, dment li l-atti ma kinux jinvolvu abbuż.
2. Għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jiddeċiedu jekk l-Artikolu 4(9a) japplikax għal wirja li tkun saret f'relazzjonijiet kunsenswali fejn it-tfal ikunu laħqu l-età ta' kunsens jew bejn il-pari li jkunu qrib fl-età u fil-livell ta' żvilupp jew maturità psikoloġika u fiżika, dment li l-atti ma kinux jinvolvu abbuż jew sfruttament u dment li l-ebda flus jew forom oħra ta' rimunerazzjoni jew konsiderazzjoni ma jingħataw bħala ħlas għall-wirja pornografika.
3. Għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jiddeċiedu jekk l-Artikolu 5(2) u (6) japplikax għall-produzzjoni, l-akkwist jew il-pussess ta' materjal li jinvolvi tfal li jkunu laħqu l-età ta' kunsens sesswali fejn dan il-materjal ikun magħmul u ppossedut bil-kunsens tagħhom u jkun għall-użu privat tal-persuni involuti biss, dment li l-atti ma kinux jinvolvu abbuż.
Artikolu 9
Ċirkostanzi aggravanti
▌Dment li ċ-ċirkostanzi li ġejjin ma jiffurmawx diġà parti mill-elementi kostitwenti tar-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li ċ-ċirkostanzi li ġejjin, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi interna, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ċirkostanzi aggravanti, fir-rigward tar-reati rilevanti msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7:
▌
(b) ir-reat ikun twettaq kontra tfal f’qagħda partikolarment vulnerabbli, bħalma hija diżabbiltà mentali jew fiżika jew sitwazzjoni ta’ dipendenza jew stat ta’ inkapaċità fiżika jew mentali;
(c) ir-reat ikun sar minn membru tal-familja, persuna li tkun tgħix mat-tfal jew persuna li tkun abbużat il-pożizzjoni rikonoxxuta ta’ fiduċja jew awtorità tagħha;
(d) ir-reat ikun sar minn ħafna nies li kienu qed jaġixxu flimkien;
(e) ir-reat kien imwettaq fil-qafas ta' organizzazzjoni kriminali fit-tifsira tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata(11);
(f) it-trasgressur ikun diġà kkundannat b'reati tal-istess natura;
(g) it-trasgressur ikun deliberatament jew b'nuqqas ta' ħsieb ipperikola l-ħajja tat-tfal;
(h) ir-reat ikun involva vjolenza serja jew jikkaġuna ħsara serja fuq it-tfal.
▌
Artikolu 10
Skwalifika li tirriżulta minn kundanni
1. Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' repetizzjoni tar-reati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna fiżika li ġiet ikkundannata bi kwalunkwe mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7, tkun tista' tiġi temporanjament jew permanentement impedita milli twettaq mill-inqas attivitajiet professjonali li jinvolvu kuntatt dirett u regolari mat-tfal.
1a.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li min iħaddem, meta jkun qed jirrekluta persuna għal attivitajiet professjonali jew volontarji organizzati li jinvolvu kuntatti diretti u regolari mat-tfal, ikun intitolat li jitlob informazzjoni, f’konformità mal-liġi nazzjonali, permezz ta’ kwalunkwe mod xieraq, bħal pereżempju l-aċċess meta ssir talba għalih jew permezz tal-persuna kkonċernata, dwar l-eżistenza ta’ kundanni possibbli għal xi reat li hemm riferiment għalih fl-Artikoli 3 sa 7 mdaħħla fil-fedina penali, jew ta’ kwalunkwe skwalifika għall-eżerċizzju tal-attivitajiet li jinvolvu kuntatti diretti u regolari mat-tfal ikkawżati minn dawk il-kundanni kriminali.
▌
3. ▌L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji ħalli jiżguraw li, għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 1a, informazzjoni li tikkonċerna l-eżistenza ta’ kundanni kriminali għal xi wieħed mir-reati li hemm riferiment għalih fl-Artikoli 3 sa 7 ta' din id-Direttiva, jew ta' xi skwalifika għall-eżerċizzju ta' attivitajiet li jinvolvu kuntatti diretti u regolari mat-tfal derivanti minn dawk il-kundanni kriminali, tkun trażmessa f'konformità mal-proċeduri ddelineati fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju ta’ informazzjoni misluta mill-kondotti kriminali bejn l-Istati Membri(12) meta rikjest skont it-termini tal-Artikolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas bil-kunsens tal-persuna kkonċernata.
▌
Artikolu 10a
Il-Qbid u l-Konfiska
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu intitolati li jaqbdu u jikkonfiskaw l-istrumenti u r-rikavat mir-reati msemmija fl-Artikoli 3-5.
Artikolu 11
Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinstabu responsabbli għall kull wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 li jkunu saru għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi jew waħedha jew bħala parti minn organu ta' persuna ġuridika, li għandha pożizzjoni ta' tmexxija fil-persuna ġuridika, ibbażata fuq dan li ġej:
(a) setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika,
(b) awtorità li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika;
(c) awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.
2. Stati Membri għandhom ukoll jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinstabu responsabbli fejn in-nuqqas ta’ sorveljanza jew kontroll minn persuna msemmija f’paragrafu 1 tkun għamlet it-twettiq possibbli, minn persuna taħt l-awtorità tagħha, ta’ kwalunkwe mir-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika.
3. Ir-responsabbiltà tal-persuni ġuridici skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jkunu kkommettew jew inċitaw ▌ir-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7 jew li jkunu kompliċi għalihom.
Artikolu 12
Sanzjonijiet fuq persuni ġuridiċi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw illi persuna ġuridika miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 11(1) tkun tista' tiġi penalizzata b'sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra bħal:
(a) l-esklużjoni mid-dritt għal benefiċċji pubbliċi jew għajnuna pubblika;
(b) skwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta' attivitajiet kummerċjali;
(c) it-tqegħid taħt is-sorveljanza tal-qorti;
(d) l-istralċ ġudizzjarju;
(e) għeluq temporanju jew permanenti ta' stabbilimenti li setgħu ntużaw biex tkun kommess ir-reat.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħieġa sabiex jiżguraw illi persuna legali miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 11(2) tkun tista' tiġi penalizzata b'penali jew miżuri kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 13
Non-prosekuzzjoni jew non applikazzjoni ta' pieni għall-vittma
L-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipji bażiċi tas-sistemi legali tagħhom, għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu intitolati li ma jipproċedux jew jimponu sanzjonijiet kontra l-vittmi tfal tal-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali għall-involviment tagħhom f'attivitajiet kriminali li ġew sfurzati jwettqu bħala konsegwenza diretta tal-fatt li jkunu suġġetti għal xi wieħed mill-atti li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 4(2), (9), (9b) u (9c), kif ukoll fl-Artikolu 5(6).
Artikolu 14
L-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7 ma jkunux jiddependu minn rapport jew akkuża mill-vittma jew mir-rappreżentant tagħha, u li l-proċedimenti kriminali jistgħu jitkomplew anke jekk dik il-persuna tkun irtirat id-dikjarazzjonijiet tagħha.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-prosekuzzjoni ta’ kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikolu 3, l-Artikolu 4 (2), (9), (9b), (9c) u (9d), u ta’ kull reat gravi li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 5(6) meta jkun intuża materjal pornografiku kif definit fl-Artikolu Article 2(b)(i) sa (ii), għal żmien suffiċjenti wara li l-vittma tkun laħqet l-età maġġuri u li hu proporzjonat mal-gravità tar-reat ikkonċernat.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-għodod investigattivi, bħal dawk li jintużaw f'każijiet ta' kriminalità organizzata jew ta' kriminalità serja oħra, ikunu disponibbli għall-persuni, l-unitajiet jew is-servizzi responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7 ▌.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jippermettu unitajiet jew servizzi investigattivi jipprovaw jidentifikaw il-vittmi tar-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7, b’mod partikolari billi janalizzaw materjal ta’ pedopornografija, bħalma huma ritratti u reġistrazzjonijiet awdjoviżivi trasmessi jew magħmulin disponibbli permezz ta' teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
Artikolu 15
Ir-rappurtar ta' suspett dwar sfruttament sesswali jew abbuż sesswali
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-regoli ta’ kunfidenzjalità imposti mil-liġi nazzjonali fuq ċerti professjonisti li għandhom il-kompitu prinċipali li jaħdmu mat-tfal, ma jkunux ta' ostakolu għall-possibblità, għal dawk il-professjonisti, milli jirrapportaw lis-servizzi responsabbli għall-protezzjoni tat-tfal kwalunkwe sitwazzjoni fejn ikollhom raġunijiet suffiċjenti biex jemmnu li tfal ikunu vittmi ta’ reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jinkoraġġixxu lil kwalunkwe persuna li taf jew tissuspetta, b’rieda tajba, reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 biex tirrapporta dawn il-fatti lis-servizzi kompetenti.
Artikolu 16
Ġurisdizzjoni u koordinazzjoni tal-prosekuzzjoni
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 fejn:
(a) ir-reat ikun twettaq totalment jew parzjalment fit-territorju tiegħu; jew
(b) it-trasgressur ikun wieħed miċ-ċittadini tiegħu ▌.
▌
1a. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni fejn huma jiddeċiedu li jistabbilixxu ġurisdizzjoni ulterjuri fuq reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7 li jkun twettaq barra t-territorju tagħhom, eż. fejn:
(a) ir-reat jitwettaq kontra wieħed miċ-ċittadini tagħhom jew kontra persuna li għandha r-residenza abitwali tagħha fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; jew
(b) ir-reat jitwettaq għall-benefiċċju ta’ persuna legali stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; or
(c) it-trasgressur għandu r-residenza abitwali tiegħu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ġurisdizzjoni tiegħu tinkludi sitwazzjonijiet fejn reat taħt l-Artikoli 5 u 6, u safejn ikun relevanti, taħt l-Artikoli 3 u 7, ikun kommess permezz ta' sistema ta' teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni aċċessata mit-territorju tiegħu, kemm jekk din tinsab fuq it-territorju tiegħu, sew jew le.
▌
4. Biex issir il-prosekuzzjoni ta’ kwalunkwe mir-reati msemmijin fl-Artikolu 3(3), (4) u (5), l-Artikolu 4(2), (9), (9b), (9c) u (9d), u l-Artikolu 5(6) meta jkunu twettqu barra mit-territorju tal-Istat ikkonċernat, fir-rigward tal-paragrafu 1 (b) ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ġuriżdizzjoni tagħhom ma tkunx subordinata għall-kondizzjoni ▌li l-atti jkunu reat kriminali fil-post fejn ikunu saru▌.
5. Biex issir il-prosekuzzjoni ta’ kwalunkwe mir-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7 meta jkunu twettqu barra mit-territorju tal-Istat ikkonċernat, fir-rigward tal-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ġuriżdizzjoni tagħhom ma tkunx subordinata għall-kondizzjoni li l-prosekuzzjoni tista’ tinbeda biss wara rapport li jkun sar mill-vittma fil-post fejn ikun sar ir-reat, jew denunzja mill-Istat fejn ikun sar ir-reat.
Artikolu 17
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar assistenza, appoġġ u miżuri ta' protezzjoni għal vittmi tfal
1. Tfal vittmi ta' reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7 għandhom jingħataw assistenza, appoġġ u protezzjoni f'konformità mal-Artikoli 18 u 19, b'kont meħud tal-aħjar interessi tat-tfal.
1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-tfal jingħataw għajnuna u appoġġ hekk kif l-awtoritajiet kompetenti jkollhom indikazzjonijiet fuq kriterji raġonevoli biex jemmnu li t-tfal jistgħu jkunu ġew soġġetti għal xi reat li hemm dispost għalih fl-Artikoli 3 sa 7.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-età ta' persuna soġġetta għal kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7 ma tkunx ċerta u jkun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-persuna hija tifel jew tifla, għandu jkun preżunt li l-persuna hija tifel jew tifla sabiex huwa/hija jirċievi/tirċievi aċċess immedjat għall-assistenza, l-appoġġ u l-protezzjoni f’konformità mal-Artikoli 18 u 19 ▌.
Artikolu 18
Assistenza u sostenn lill-vittmi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-vittmi jingħataw assistenza u appoġġ, qabel, matul u għal żmien adatt wara l-proċedimenti kriminali sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif stipulati fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/220/ĠAI tal-15 ta’ Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċedimenti kriminali(13), u f'din id-Direttiva. B’mod aktar partikolari, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw il-protezzjoni tat-tfal li jirrappurtaw każijiet ta’ abbuż li qed iseħħu fl-ambjent familjari tagħhom.
1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-għajnuna u l-appoġġ lill-vittma ma jingħatawx bil-kundizzjoni li l-vittma minorenni turi rieda li tikkopera fl-investigazzjoni kriminali, fil-proċeduri jew fil-proċess.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jittieħdu azzjonijiet speċifiċi biex jassistu u jappoġġaw lill-vittmi tfalbiex igawdu d-drittijiet tagħhom skont din id-Direttiva, wara li tkun saret valutazzjoni individwali taċ-ċirkostanzi speċjali ta’ kull vittma partikolari, u jittieħed kont tal-fehmiet, il-ħtiġijiet u l-interessi tat-tfal.
3. Tfal vittmi ta' kwalunkwe reat msemmi fl-Artikoli 3 sa 7 għandhom jitqiesu bħala partikolarment vulnerabbli skont l-Artikolu 2 (2), l-Artikolu 8 (4) u l-Artikolu 14 (1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2001/220/ĠAI.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, fejn adatt u possibbli, biex jipprovdu assistenza u appoġġ ▌lill-familja tat-tfal vittmi fit-tgawdija tad-drittijiet skont din id-Direttiva meta l-familja tkun fit-territorju tal-Istat Membru. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom, fejn adatt u possibbli, japplikaw l-Artikolu 4 ▌tad-Deċiżjoni Kwadru 2001/220/ĠAI għall-familja.
Artikolu 19
Il-Protezzjoni ta’ vittmi tfal f’investigazzjonijiet kriminali u fi proċedimenti
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li fl-investigazzjonijiet u l-proċedimenti kriminali, skont ir-rwol tal-vittmi fis-sistema rilevanti tal-ġustizzja, l-awtoritajiet kompetenti jaħtru rappreżentant speċjali għall-vittmi tfal fejn, bil-liġi nazzjonali, id-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri jkunu preklużi milli jirrappreżentaw lit-tfal bħala riżultat ta’ konflitt ta’ interess bejnhom u l-vittmi tfal, jew fejn it-tfal ma jkunux akkumpanjati jew ikunu separati mill-familja.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi tfal ikollhom aċċess, mingħajr dewmien, għal ▌konsulenza legali, u f'konformità mar-rwol tal-vittmi fis-sistema rilevanti tal-ġustizzja, għal ▌rappreżentanza legali, inkluż għall-fini li jitolbu kumpens. Il-konsulenza legali u r-rappreżentanza legali għandhom ikunu mingħajr ħlas meta l-vittma ma jkollhiex riżorsi finanzjarji suffiċjenti.
3. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li fl-investigazzjonijiet kriminali ta’ kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7:
(a) l-intervisti mat-tfal vittmi jsiru mingħajr dewmien mhux ġustifikat wara li l-fatti jkunu ġew irrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti;
(b) l-intervisti mat-tfal vittmi jsiru, fejn meħtieġ, f’post imfassal u adattat għal dan il-għan;
(c) l-intervisti mat-tfal vittmi jitwettqu minn jew permezz ta' professjonisti mħarrġa għal dan il-għan;
(d) l-istess persuni, jekk possibbli u fejn xieraq, imexxu l-intervisti kollha mat-tfal vittmi;
(e) l-għadd ta’ intervisti jkun limitat kemm jista’ jkun u l-intervisti jsiru biss fejn strettament meħtieġ għall-fini ta’ investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali;
(f) it-tfal vittmi jistgħu jkunu akkumpanjati mir-rappreżentant legali tagħhom jew, fejn xieraq, adult tal-għażla tagħhom, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni bil-maqlub b’raġuni biżżejjed rigward dik il-persuna.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li f’investigazzjonijiet kriminali ta’ kwalunkwe mir-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7, l-intervisti kollha mal-vittmi tfal jew, fejn xieraq, ma’ xhieda tfal, ikunu jistgħu jiġu rreġistrati b'mod awdjoviżiv u li dawn ir-reġistrazzjonjiet awdjoviżivi tal-intervisti jkunu jistgħu jintużaw bħala evidenza fi proċedimenti tal-qorti kriminali, skont ir-regoli taħt il-liġi nazzjonali.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex fil-proċedimenti kriminali marbuta ma’ kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7, jiżguraw li jista' jiġi ordnat li:
(a) is-smigħ isir mingħajr il-preżenza tal-pubbliku;
(b) it-tfal vittmi jkunu jistgħu jagħtu xhieda mingħajr ma jkunu preżenti fl-awla tal-qorti, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ komunikazzjoni xierqa.
6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, fejn ikun fl-interess ta' vittmi tfal u b'kont meħud ta' interessi superjuri oħra, biex jipproteġu l-privatezza tagħhom, l-identità tagħhom u l-immaġni tagħhom u jimpedixxu t-tixrid pubbliku ta' kwalunkwe informazzjoni li tista' twassal għall-identifikazzjoni tagħhom.
Artikolu 19a
Reklamar ta' opportunità ta' abbuż u ta' turiżmu tas-sess tat-tfal
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa ta' prevenzjoni jew projbizzjoni:
(a) it-tixrid ta' materjal li jirreklama l-opportunità għat-twettiq ta’ kwalunkwe mir-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 6;
(b) l-organizzazzjoni ta’ arranġamenti oħra, kemm jekk ikunu għal finijiet kummerċjali jew le, ta' vjaġġar bil-fini li jitwettaq kwalunkwe mir-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 5.
Artikolu 19b
Programmi jew miżuri ta’ intervent preventiv
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li persuni li jkollhom il-biża’ li jistgħu jikkommettu r-reati stipulati skont l-Artikoli 3 sa 7 jista’ jkollhom aċċess, fejn xieraq, għal programmi jew miżuri ta’ interventi effettivi imfassla biex jevalwaw u jimpedixxu r-riskju li jitwettqu reati.
Artikolu 19c
Prevenzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, biex jiskoraġġixxu u jnaqqsu d-domanda li tħeġġeġ il-forom kollha ta' sfruttament sesswali marbut mal-isfruttament tat-tfal.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni xierqa, inkluż permezz tal-internet, bħalma huma kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni, programmi ta' riċerka u edukazzjoni, fejn xieraq f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħrajn, immirati biex iqajmu kuxjenza u jnaqqsu r-riskju ta' tfal li jsiru vittmi tat-isfruttament sesswali.
3. L-Istati Membri għandhom jippromwovu taħriġ regolari għall-uffiċjali li x'aktarx ikunu f'kuntatt mal-vittmi tfal, inklużi pulizija li jaħdmu f'dan il-qasam, bil-għan li jkunu jistgħu jidentifikaw il-vittmi u l-vittmi potenzjali tal-isfruttament sesswali, u jkunu jafu kif iġibu ruħhom magħhom.
Artikolu 20
Programmi jew miżuri ta' intervent fuq bażi volontarja matul jew wara proċedimenti kriminali
1. Mingħajr preġudizzju għall-programmi jew miżuri ta’ intervent imposti mill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti taħt il-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jkunu disponibbli programmi jew miżuri effettivi ta' intervent bil-ħsieb li jiġu impediti u minimizzati r-riskji ta' reati ripetuti ta’ natura sesswali kontra t-tfal. Dawn il-programmi jew miżuri għandhom ikunu aċċessibbli fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti kriminali, kemm ġewwa u kif ukoll barra mill-ħabs, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali.
2. Il-programmi jew il-miżuri ta’ intervent għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-iżvilupp tat-tfal li jwettqu reat sesswali.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni li ġejjin ikun jista' jkollhom aċċess għall-programmi jew il-miżuri ta' intervent imsemmijin fil-paragrafu 1:
(a) persuni soġġetti għal proċedimenti kriminali għal kwalunkwe mir-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7 taħt kondizzjonijiet li ma jkunux la għad-detriment u lanqas imorru kontra d-drittijiet tad-difiża u r-rekwiżiti ta’ smigħ ġust u imparzjali, u b'mod partikolari bir-rispett dovut għar-regoli li jirregolaw il-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza; u u
(b) persuni kkundannati għal kwalunkwe mir-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7.
▌
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni ▌msemmijin fil-paragrafu 3(a) u 3(b) ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-perikolu ppreżentat mill-persuna u ta' riskji possibbli ta’ repetizzjoni ta’ kwalunkwe mir-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 3, bil-għan li jiġu identifikati programmi jew miżuri adatti ta' intervent.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni ▌msemmijin fil-paragrafu 3(a) u 3(b) li għalihom ġew proposti l-programmi jew il-miżuri ta' intervent f'konformità mal-paragrafu 4:
(a) ikunu kompletament informati bir-raġunijiet għall-proposta;
(b) jagħtu l-kunsens biex jipparteċipaw fil-programmi jew il-miżuri bl-għarfien sħiħ tal-fatti;
(c) jistgħu jirrifjutaw u, fil-każ ta' persuni kkundannati, ikunu mgħarrfa bil-konsegwenzi possibbli li jista’ jkollu rifjut.
Artikolu 21
Miżuri kontra siti elettroniċi li fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw it-tneħħija ta' paġni web li jkun fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija, ospitati fit-territorju tagħhom u jimpenjaw ruħhom biex ineħħu tali paġni ospitati barra t-territorju tagħhom.
2. ▌L-Istati Membri jistgħu jieħdu ▌miżuri biex jimblukkaw l-aċċess għal paġni web li jkun fihom jew ixerrdu pedopornografija lejn utenti tal-Internet fit-territorju tagħhom. Dawn il-miżuri għandhom isiru minn proċeduri trasparenti u jagħtu salvagwardji adegwati, b’mod partikolari li jiżguraw li r-restrizzjoni tkun limitata għal dak li hu neċessarju u proporzjonat, u li l-utenti jkunu infurmati bir-raġuni għar-restrizzjoni. Dawn is-salvagwardji għandhom jinkludu wkoll il-possibilità ta’ rimedju ġudizzjarju.
Artikolu 22
Sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI
Id-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI qiegħda tiġi sostitwita f'dak li għandu x'jaqsam mal-Istati Membri; il-parteċipazzjoni fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Deċiżjoni Qafas fil-liġi nazzjonali.
Fir-rigward tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, ir-referenzi għad-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.
Artikolu 23
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn ...(14)*Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-direttiva.
2. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni t-test ▌tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġijiet nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom skont din id-Direttiva.
3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 24
Rapportar
1. Il-Kummisjoni għandha, sa …(15)****, ▌tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-punt safejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, jekk meħtieġ,flimkien ma' proposta leġiżlattiva.
2. ▌Sa ... (16)***il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-miżuri li hemm dispost għalihom bis-saħħa tal-Artikolu 21.
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 26
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS GĦALL-ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Stqarrija konġunta dwar is-solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill,
Wara li kkunsidraw il-fatt li s-solleċitazzjoni fil-ħajja reali tat-tfal (“grooming off-line”) għal skopijiet sesswali tfisser il-manipolazzjoni intenzjonata ta' tifel/tifla taħt l-età tal-kunsens sesswali permezz ta' diskors, kitba, materjal awdjoviżiv jew preżentazzjonijiet similari, għal laqgħa miegħu jew magħha għall-iskop tal-kommissjoni ta' xi wieħed mir-reati li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 3(3) u 5(6) tal-preżenti Direttiva,
Wara li kkunsidra l-fatt li s-solleċitazzjoni fil-ħajja reali tat-tfal għal skopijiet sesswali ġa hi koperta bid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri f’forom differenti, kemm bħala tentattiv, reat preparatorju jew forma speċjali tal-abbuż speċjali,
JISTIEDEN lill-Istati Membri jivverifika b’attenzjoni d-definizzjoni tad-Dritt kriminali tagħhom f’dak li għandu l-kriminalizzazzjoni tas-solleċitazzjoni fil-ħajja reali tat-tfal għal skopijiet sesswali, u jtejbu u jikkoreġu d-Dritt kriminali tagħhom, jekk ikun meħtieġ, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kull lakuna ġuridika li għad jista' hemm f'dan is-sens.
Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament Sesswali u l-Abbuż Sesswali, miftuħa għall-firem f'Lanzarote, 25.10.2007, Trattat tal-Ewropa Serje Nru. 201.
*** ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data erba’snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (18.11.2010)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI
1. B'din il-proposta ta’ Direttiva, il-Kummissjoni biħsiebha tippromwovi l-ġlieda kontra tal-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali kif ukoll kontra r-rappreżentazzjoni ta' atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena.
2. Il-proposta hija bbażata fuq tliet punti: li l-atti kriminali f'dan il-qasam qed jiżdiedu, l-iżvilupp tal-komunikazzjoni moderna jkompli jaggrava l-problema u d-dispożizzjonijiet legali tal-Istati Membri tal-UE mhumiex stretti biżżejjed u lanqas ma huma konsistenti biżżejjed.
3. Il-proposta fiha dispożizzjonijiet li jiddefinixxu r-reati u l-penali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jilħqu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
4. Huwa dubjuż jekk dawn l-għanijiet humiex se jintlaħqu permezz ta’ din il-proposta:
a) Il-kontenut tal-midja elettronika li jirrappreżenta atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena għandu jitneħħa kemm jista' jkun malajr. L-imblukkar ta' websajts ipprattikat f'xi Stati Membri juri li dawn il-miżuri jistgħu faċilment jixxejnu mill-utenti. L-imblukkar tal-websajts mhuwiex mod effettiv fil-ġlieda kontra dawn ir-rappreżentazzjonijiet. Dan huwa metodu ineffiċjenti, mhuwiex preċiż u jista’ jiġi newtralizzat faċilment. Huwa ma jinvolvix it-tneħħija tal-kontenut, iżda biss nuqqas ta' aċċessibbiltà relattiva, li ma jneħħix l-illegalità tal-aċċess.
b) L-Istati Membri tal-UE u l-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni li joperaw fit-territorju tagħhom għandhom networks transnazzjonali operattivi li normalment jiggarantixxu li jitħassar malajr il-kontenut. Pubblikazzjonijiet reċenti dwar il-lista ta’ websajts imblukkati fil-pajjiżi Skandinavi juru li ħafna mis-servers jinsabu fl-Istati Uniti, l-Awstralja, l-Olanda u l-Ġermanja. Sa issa m'hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-fornituri tal-kontenut jemigraw lejn pajjiżi fejn it-tħassir ma jkunx possibbli jew li jeħtieġ ħafna ħin.
c) Il-ħolqien ta' ostakoli tekniċi jista’ jikkontrolla l-fluss tal-komunikazzjoni fuq skala kbira u jwassal għax-xewqa għal kontenut projbit ieħor jew sempliċiment kontenut mhux mixtieq. Ladarba jiġi stabbilit l-istrument ta’ mblukkar tal-websajts, din l-għodda se tintuża mhux biss għall-ġlieda kontra r-rappreżentazzjoni tal-atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-tmintax-il sena fl-internet. Il-listi ta’ websajts imblukkati jistgħu jwasslu għall-ksur tal-prinċipju fundamentali tan-newtralità tal-internet.
d) Strateġija multidimensjonali hija meħtieġ biex issaħħaħ u ttejjeb il-kooperazzjoni bejn il-forzi tal-pulizija, in-negozji li joperaw fuq l-internet, l-entitajiet eżistenti għall-ilmenti fuq l-internet u n-netwerk fornitur INHOPE.
e) Il-mekkaniżmi għall-imblukkar tal-aċċess idgħajfu l-fiduċja fil-libertà tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fuq l-internet. Għaldaqstant mhuwiex possibbli li jiġi aċċettat il-prinċipju ta’ "aħjar tħassar milli timblokka", billi li dan ukoll se jeħtieġ it-twaqqif ta' infrastruttura ta' mblukkar. Wieħed jistenna li l-imblukkar se jwaqqaf biss lill-persuni li jwettqu reati mhux ta’ spiss, u għalhekk dan ma jistax jiġġustifika dan l-indħil estensiv fil-libertà tal-informazzjoni.
f) Il-miżuri biex jikkumbattu r-rappreżentazzjoni ta' atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena ma jistgħux jiġu limitati għall-web servers. Jeħtieġ li jkun hemm metodu li jinkludi wkoll l-iskambju ta' kontenut bħal dan permezz ta' FTP, e-mail, peer-to peer netwerks u t-telefonija bil-mowbajl.
g) Il-ħtieġa li t-tfal u ż-żgħażagħ jitħarsu matul il-proċess tal-maturazzjoni sesswali tagħhom għandha tiġi evalwata b’mod differenzjati speċifikament fil-liġi kriminali dwar ir-reati sesswali. Mingħajr differenzjazzjoni bħal din, il-qasam ta' reati kriminali li jirrigwardaw l-isfruttament sesswali jiġi estiż ferm f'diversi Stati Membri tal-UE.
h) Hemm bżonn ta’ strateġija globali ġenerali biex tittratta l-isfruttament sesswali taż-żgħażagħ. Għal dan il-għan, tajjeb li l-Kummissjoni, safejn din tista', tieħu l-inizjattiva li twassal għal ftehimiet internazzjonali vinkolanti.
5. Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, hemm dubji serji dwar jekk l-għanijiet stipulati fil-proposta għal direttiva jistgħux jintlaħqu permezz tal-miżuri proposti.
Għalhekk il-punti ewlenin tal-proposta tar-rapporteur huma:
·Iċ-ċaħda ta' dispożizzjonijiet speċifiċi għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi għall-imblukkar tal-internet u l-inkoraġġiment fl-Ewropa kollha għat-tħassir tal-kontenut li d-Direttiva trid tikkumbatti.
·Abbandun ta' definizzjoni li tgħodd għall-Ewropa kollha tat-termini "tfal” u “pedopornografija".
·In-nuqqas tal-introduzzjoni ta' responsabbiltà kriminali għal persuni legali.
·In-nuqqas tal-introduzzjoni ta' obbligu li jiġu rrapportati l-isfruttament sesswali jew l-abbuż sesswal suspettati.
·In-nuqqas ta' penali konkreti għar-reati definiti.
·Protezzjoni msaħħa għall-vittmi u miżuri ta' prevenzjoni msaħħa kemm fuq il-livell tal-UE u kemm fuq il-livell tal-Istati Membri.
·It-tisħiħ u l-organizzazzjoni aġġornata ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni internazzjonali għat-tħassir tal-kontenut, il-prosekuzzjoni tar-reati, il-protezzjoni tal-vittmi u l-prevenzjoni.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Titolu
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tal-persuni taħt it-18‑il sena u r-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvuhom, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1) L-abbuż sesswwali u l-isfruttament sesswali tat-tfal, inkluża l-pedopornografija, jikkostitwixxu vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-drittijiet tat-tfal għall-protezzjoni u l-kura kif meħtieġ għall-ġid tagħhom kif stipulat mill-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(1) L-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal, inkluża r-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena, jikkostitwixxu vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-drittijiet tat-tfal għall-protezzjoni u l-kura kif meħtieġ għall-ġid tagħhom kif stipulat mill-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 1 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1a)F'dan ir-rigward għandha titqies it-tifsira tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta' Novembru 1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b’mod partikolari l-Artikoli 19 u 34 tagħha, kif ukoll il-Protokoll Fakoltattiv tal-25 ta' Mejju 2000 għall-Konvenzjoni dwar il-Bejgħ tat-Tfal, il-Prostituzzjoni tat-Tfal u l-Pornografija tat-Tfal.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 1 b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1b)F'dan ir-rigward għandha titfakkar l-importanza tal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jikkonsagra d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 1 c (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1c)F'dan ir-rigward għandha titfakkar l-importanza tal-Artikolu 7, 8, 11 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsagraw id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, kif ukoll id-drittijiet tat-tfal.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 1 d (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1d)F'dan ir-rigward għandha titfakkar l-importanza tal-Artikoli 8 u 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, li jikkonsagraw id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għal-libertà tal-espressjoni.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 2
Proposta tal-Kummissjoni
Emenda
(2)Il-pedopornografija, li tikkonsisti f’immaġini ta’ abbuż sesswali tat-tfal, u forom oħra ta’ abbuż sesswali u sfruttament sesswali tat-tfal partikolarment serji qed jiżdiedu u jinfirxu permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda u tal-internet.
(2)Ir-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena u forom oħra ta’ abbuż sesswali u sfruttament sesswali ta’ persuni taħt it-18-il sena qed jiżdiedu u jinfirxu permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda u tal-internet.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3)Id-Deċiżjoni-Qafas tal-Kunsill 2004/68/ĠAI dwar il-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal ul-pornografija tat-tfal tqarreb il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri sabiex tikkriminalizza l-iktar forom ta’ abbuż sesswali u sfruttament sesswali tat-tfal, testendil-ġuriżdizzjoni domestika, u tipprovdi għal livell minimu ta’ assistenza lill-vittmi. Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI dwar id-drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali tistabbilixxi sett ta' drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali, inkluż id-dritt għall-protezzjoni u għall-kumpens. Barra minn hekk, il-koordinazzjoni tal-prosekuzzjoni ta' każi ta' abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija se tiġi ffaċilitata bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitt ta' ġurisidizzjoni fi proċedimenti kriminali.
(3)Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/68/ĠAI dwar il-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal ul-pedopornografija tqarreb il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri sabiex tikkriminalizza l-iktar forom serji ta’ abbuż sesswali u sfruttament sesswali tal-persuni taħt it-18-il sena, biex testendil-ġurisdizzjoni domestika, u tipprovdi għal livell minimu ta’ assistenza lill-vittmi. Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI dwar id-drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali tistabbilixxi sett ta' drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali, inkluż id-dritt għall-protezzjoni u għall-kumpens. Barra minn hekk, il-koordinazzjoni tal-prosekuzzjoni ta' każi ta' abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tal-persuni taħt it-18-il sena u r-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu tali persuni se tiġi ffaċilitata bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitt ta' ġurisidizzjoni fi proċedimenti kriminali.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5) Reati kriminali serji bħalma huma l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija jeħtieġu approċċ komprensiv li jkopri l-prosekuzzjoni tat-trasgressuri, il-protezzjoni tal-vittmi tfal, u l-prevenzjoni tal-fenomenu. L-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu l-ewwel kunsiderazzjoni meta jkunu qed jitwettqu kwalunkwe miżuri biex jikkumbattu dawn ir-reati skont il-Karta dwar id-Drttijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Sabiex jintlaħaq dan il-għan id-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI teħtieġ tiġi sostitwita bi strument ġdid li jipprovdi tali kwadru legali komprensiv.
(5) Reati kriminali serji bħalma huma l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali ta’ persuni taħt it-18-il sena u r-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena jeħtieġu approċċ komprensiv li jkopri l-prosekuzzjoni tat-trasgressuri, il-protezzjoni tal-vittmi taħt it-18-il sena, u l-prevenzjoni tal-fenomenu. L-aħjar interessi tal-vittmi taħt it-18-il sena jridu jkunu kunsiderazzjoni prijoritarja meta jkunu qed jitwettqu kwalunkwe miżuri biex jikkumbattu dawn ir-reati skont il-Karta dwar id-Drttijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Sabiex jintlaħaq dan il-għan id-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI teħtieġ tiġi sostitwita bi strument ġdid li jipprovdi tali kwadru legali komprensiv.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6) Forom serji ta’ abbuż sesswali tat-tfal u l-isfruttament għandhom ikunu suġġetti għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi.Dan jinkludi, b’mod partikolari, diversi forom ta’ abbuż sesswali u sfruttament sesswali ffaċilitat mill-użu ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.Id-definizzjoni ta’ pedopornografija għandha tkun iċċarata u tinġieb iktar qrib għal dik li tinsab fi strumenti internazzjonali.
(6) Forom serji ta’ abbuż u l-isfruttament sesswali ta’ persuni taħt it-18-il sena kif ukoll ir-rappreżentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ dan it-tip, inkluż permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, għandhom ikunu suġġetti għal sanzjonijiet effettivi u proporzjonali.L-approċċ meħud mill-Istati Membri għad-diversi forom ta’ abbuż sesswali u sfruttament sesswali jrid jirreaġixxi għall-avvanzi fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u r-rwol li dawn is-swieq jista’ jkollhom fil-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ materjal ta’ dan it-tip.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 6 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6a)Biex jiġu miġġielda b’mod effikaċi l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali ta’ persuni taħt it-18-il sena u r-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu tali persuni, hemm bżonn ta' approċċ olistiku li jgħaqqad il-kastig għall-awtur tar-reat ma’ protezzjoni komprensiva tal-vittmi u miżuri preventivi effikaċi fl-Istati Membri.L-approċċ preventi għandu fuq kollox ikollu impatt ċar u dejjiemi fuq il-mod kif in-nies jiġu mgħallma jużaw il-mezzi ġodda ta’ komunikazzjoni, eż. l-internet.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7) Din id-Direttiva ma tirregolax il-politiki tal-Istati Membri rigward attivitajiet sesswali konsenswali li fihom jistgħu jkunu involuti t-tfal u li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala l-iskoperta normali tas-sesswalità fil-kors tal-iżvilupp uman, filwaqt li jittieħed kont tat-tradizzjonijiet kulturali u legali differenti u ta' forom ġodda fejn jiġu stabbiliti u mantnuti relazzjonijiet fost it-tfal u l-adolexxenti, inkluż permezz ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
(7) Din id-Direttiva ma tirregolax il-politiki tal-Istati Membri rigward attivitajiet sesswali konsenswali u li fihom jipparteċipaw persuni li huma qrib xulxin fl-età, li mill-inqas persuna waħda minnhom tkun taħt it-tmintax il-sena, u li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala l-iskoperta normali tas-sesswalità fil-kors tal-iżvilupp uman, filwaqt li jittieħed kont tat-tradizzjonijiet kulturali u legali differenti u ta' forom ġodda fejn jiġu stabbiliti u mantnuti relazzjonijiet fost iż-żgħażagħ, inkluż permezz ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 7 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7a)Fl-istess ħin, wieħed irid jirrimarka li d-differenzi fit-tradizzjonijiet kulturali u legali ma jistgħux jiġġustifikaw il-fastidju sesswali ta' persuni taħt it-18-il sena u r-rappreżentazzjoni ta' atti sesswali li jinvolvuhom.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 8
Proposta tal-Kummissjoni
Emenda
(8) L-investigazzjoni tar-reati u l-akkużi fi proċedimenti kriminali għandhom jiġu ffaċilitati, u jittieħed kont tad-diffikultà tal-vittmi tfal biex jirrappurtaw l-abbuż u l-anonimità tat-trasgressuri fuq l-internet. Sabiex ikun żgurat is-suċċess tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tar-reati imsemmijin f'din id-Direttiva, għandhom ikunu disponibbli għodod effettivi tal-investigazzjoni lil dawk responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' tali reati. Dawn l-għodod jistgħu jinkludu operazzjonijiet sigrieti, l-interċezzjoni ta' komunikazzjonijiet, sorveljanza sigrieta inkluża sorveljanza elettronika, il-monitoraġġ ta' kontijiet tal-bank u investigazzjonijiet finanzjarji oħra.
(8) L-investigazzjoni tar-reati u l-akkużi fi proċedimenti kriminali għandhom jiġu ffaċilitati, u jittieħed kont tad-diffikultà tal-vittmi tfal biex jirrappurtaw l-abbuż u l-anonimità tat-trasgressuri fuq l-internet. Sabiex ikun żgurat is-suċċess tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tar-reati imsemmijin f'din id-Direttiva, għandhom ikunu disponibbli għodod effettivi tal-investigazzjoni, inkluża l-attivazzjoni ta' sistemi ta' twissija bikrija, lil dawk responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' tali reati. Dawn l-investigazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja rilevanti fl-Istat Membru kkonċernat u għandhom jitwettqu taħt is-superviżjoni ta’ dik l-awtorità.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 9
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9) Għandhom jiġu emendati r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni sabiex ikun żgurat li dawk fl-Unjoni Ewropea li jabbużaw minn jew jisfruttaw it-tfal jiffaċċjaw il-prosekuzzjoni anke jekk ir-reati tagħhom isiru barra mill-Unjoni Ewropea, permezz tal-hekk imsejjaħ turiżmu tas-sess.
(9) Għandhom jiġu emendati r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni sabiex ikun żgurat li dawk fl-Unjoni Ewropea li jabbużaw minn jew jisfruttaw il-persuni taħt it-18-il sena jiffaċċjaw il-prosekuzzjoni anke jekk ir-reati tagħhom isiru barra mill-Unjoni Ewropea, permezz tal-hekk imsejjaħ turiżmu tas-sess.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 10
Proposta tal-Kummissjoni
Emenda
(10) Miżuri biex jipproteġu vittmi tfal għandhom jiġu adottati fl-aħjar interess tagħhom, filwaqt li jiettieħed kont tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom.Vittmi tfal għandu jkollhom aċċess faċili għal rimedji legali, inkluż parir u rappreżentazzjoni legali b'xejn u miżuri biex jindirizzaw il-kunflitti ta' interess fejn l-abbuż isir fil-familja. Barra minn dan, vittmi tfal għandhom ikunu protetti minn sanzjonijiet, pereżempjutaħt leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-immigrazzjoni jew il-protituzzjoni, jekk iġibu l-każ tagħhom għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Barra dan, il-parteċipazzjoni ta' vittmi tfal fi proċedimenti kriminali m'għandhiex tikkawża iktar trawma bħala riżultat ta' intervisti jew kuntatt viżwali mat-trasgressuri.
(10) Miżuri biex jipproteġu vittmi taħt it-18-il sena għandhom jiġu adottati fl-aħjar interess tagħhom, filwaqt li jiettieħed kont tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom.Dawk il-vittmi għandu jkollhom aċċess faċili għal rimedji legali, inkluż parir u rappreżentazzjoni legali b'xejn u miżuri biex jindirizzaw il-kunflitti ta' interess fejn l-abbuż isir fil-familja. Barra minn dan, vittmi taħt it-18-il sena għandhom ikunu protetti minn sanzjonijiet, pereżempjuskont leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-immigrazzjoni jew il-protituzzjoni, jekk iġibu l-każ tagħhom għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Barra dan, il-parteċipazzjoni ta' vittmi taħt it-18-il sena fi proċedimenti kriminali m'għandhiex tikkawża iktar trawma bħala riżultat ta' intervisti jew kuntatt viżwali mat-trasgressuri.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(11) Sabiex jitwaqqaf u jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-reċidiviżmu, it-trasgressuri għandha ssirilhom evalwazzjoni tal-livell tal-periklu li huma jikkaġunaw kif ukoll tar-riskji possibbli li jirrepetu reati sesswali fuq it-tfal, u għandu jkollhom aċċess għal programmi jew miżuri ta’ intervent effettivi fuq bażi volontarja.
(11) Sabiex jitwaqqaf u jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-reċidiviżmu, it-trasgressuri għandha ssirilhom evalwazzjoni tal-livell tal-periklu li huma jikkaġunaw kif ukoll tar-riskji possibbli li jirrepetu reati sesswali fuq il-persuna taħt it-18-il sena, Sentenza relevanti madankollu għandha tinqata' fil-proċediment kontra t-trasgressuri;din għandha tinvolvi d-drittijiet tat-trasgressur skont l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.barra minn it-trasgressuri għandu jkollhom aċċess għal programmi ta' appoġġ jew trattament fuq bażi volontarja.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12) Meta l-periklu kkawżat mit-trasgressuri u r-riskji possibbli ta’ ripetizzjoni jagħmluha xierqa, trasgressuri misjuba ħatja għandhom temporanjament jew permanentement ma jitħallewx iwettqu attivitajiet li jinvolvu kuntatt mat-tfal, fejn ikun xieraq. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-projbizzjonijiet madwar l-UE għandha ssir aktar faċli.
(12) Meta l-periklu kkawżat mit-trasgressuri u r-riskji possibbli ta’ ripetizzjoni jagħmluha xierqa, trasgressuri misjuba ħatja għandhom temporanjament jew permanentement ma jitħallewx iwettqu attivitajiet li jinvolvu kuntatt ma’ persuni taħt it-18-il sena, fejn ikun xieraq. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-projbizzjonijiet madwar l-UE għandha ssir aktar faċli, b'konformità mar-regoli eżistenti dwdar il-protezzjoni tad-data.Sabiex isir dan għandu jitwettaq proċediment legali bl-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ tal-Istati Membri.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 13
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(13)Il-pedopornografija, li tikkostitwixxi immaġini ta' abbuż sesswali, hija tip ta' kontenut speċifiku li ma jistax jiġi interpretat bħala l-espressjoni ta' opinjoni.Biex tiġi kkumbattuta, huwa meħtieġ li tonqos iċ-ċirkolazzjoni ta' materjal ta' abbuż mit-tfal billi jsir iktar diffiċli li trasgressuri jtellgħu tali kontenut fuq l-Internet pubblikament aċċessibbli. Għaldaqstant hija meħtieġa azzjoni biex jitneħħa l-kontenut f'ras il-għajn u jinqabdu dawk ħatja tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-iskarikar ta' immaġini ta' abbuż mit-tfal.. L-UE, b'mod partikolari permezz ta' żieda fil-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, għandha tfittex li tiffaċilita t-tneħħija effettiva minn pajjiżi terzi ta' siti elettroniċi li jkun fihom il-pedopornografija, li jinsabu f'pajjiżhom.Madanakollu minħabba li, minkejja dawn l-isforzi, t-tneħħija ta' kontenut pedopornografiku minn ras il-għajn hija diffiċli fejn il-materjali oriġinali ma jinsabux fl-UE, għandhom jitpoġġew fil-post mekkaniżmi li jimblukkaw l-aċċess mit-territorju tal-Unjoni għal paġni tal-internet li jkunu identifikati bħala li fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija.Għal dak il-għan, jistgħu jintużaw mekkaniżmi differenti kif xieraq, inklużi li l-awtoritajiet ġudizzjarji jew tal-ordni kompetenti jkollhom il-faċilità jordnaw dan l-imblukkar, jew jappoġġjaw u jistimulaw lil dawk li jipprovdu s-Servizz tal-Internet (Internet Service Providers) biex fuq bażi volontarja jiżviluppaw kodiċi ta' kondotta u linji gwida biex jiġi mblukkat l-aċċess għal tali paġni tal-Internet.Kemm bil-għan li jitneħħa kif ukoll biex jiġi mblukkat il-kontenut tal-abbuż mit-tfal, għandha tiġi stabbilita u msaħħa l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, partikolarment f-interess li jiġi żgurat li listi nazzjonali ta' siti web li fihom materjal ta' pedopornografija jkunu kemm jista' jkun kompleti u li jiġi evitat ix-xogħol doppju. Kwalunkwe tali żviluppi jeħtieġ jieħdu kont tad-drittijiet tal-utenti finali, iżommu mal-proċeduri legali u ġudizzjarji eżistenti u jikkonformaw mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani u mal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-Programm Internet Iktar Sikur waqqaf netwerk ta' hotlines li għandhom l-għan jiġbru informazzjoni u jiżguraw kopertura u skambju ta' rapporti dwar it-tipi ewlenin ta' kontenut illegali onlajn.
(13)Ir-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena tikkostitwixxi tip ta’ kontenut li t-tiswir, id-disseminazzjoni, ir-riproduzzjoni u x-xiri tiegħu mhumiex protetti bħala drittijiet fundamentali.L-użu tat-terminu “rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali” hu intenzjonat biex iwessa' l-kunċett ta’ abbuż biex ikopri kull att sesswali li jinvolvi persuni taħt it-18-il sena, anke f’każi fejn dawn tal-aħħar jiġu mġiegħla jwettqu dawk l-atti fuqhom infushom. Għaldaqstant hija meħtieġa azzjoni biex jitneħħa malajr kemm jista' jkun il-kontenut f'ras il-għajn u jinqabdu u jiġu soġġetti għall-proċediment legali dovut dawk jitqiesu ħatja tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-iskarikar ta' dan it-tip ta' kontenut ta’ dan it-tip. L-UE, b'mod partikolari permezz ta' żieda fil-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u fuq il-bażi ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali, għandha tfittex li tiffaċilita t-tneħħija effettiva minn pajjiżi terzi ta' siti elettroniċi li jkun fihom rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena, li jinsabu f'pajjiżhom.Għandha tiġi intensifikata l-kooperazzjoni mal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Internet Hotlines (INHOPE).Sabiex jiġi evitat ix-xogħol doppju, għandha tiġi stabbilita u msaħħa l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi relevanti. Kwalunkwe tali żviluppi jeħtieġ jieħdu kont tad-drittijiet tal-utenti finali, iżommu mal-proċeduri legali u ġudizzjarji eżistenti u jikkonformaw mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani u mal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-Programm Internet Iktar Sikur waqqaf netwerk ta' hotlines li għandhom l-għan jiġbru informazzjoni u jiżguraw kopertura u skambju ta' rapporti dwar it-tipi ewlenin ta' kontenut illegali onlajn.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 14
Proposta tal-Kummissjoni
Emenda
(14) Billi l-għan ta' din id-Deċiżjoni Qafas, preċiżament il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, ma jistax jintlaħaq b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri waħedhom u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jiġi milħuq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif imsemmijin fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu tal-aħħar, din id-Deċiżjoni Qafas ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.
(14) Billi l-għan ta' din id-Deċiżjoni Qafas, preċiżament il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tal-persuni taħt it-18-il sena u r-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena, ma jistax jintlaħaq b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri waħedhom u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jiġi milħuq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif imsemmijin fl-Artikolu 3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(15) Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji li tirrikonoxxi b’mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-aktar id-dinjità umana, il-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament jew il-kastig inuman jew degradanti, id-drittijiet tat-tfal, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, il-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u l-prinċipji ta’ legalità u proporzjonalità ta’ reati kriminali u l-pieni. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għal dawk id-drittijiet u trid tiġi impliemntata kif xieraq.
(15) Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji li tirrikonoxxi b’mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-aktar id-dinjità umana, il-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament jew il-kastig inuman jew degradanti, id-drittijiet tat-tfal, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, il-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u l-prinċipji ta’ legalità u proporzjonalità ta’ reati kriminali u l-pieni. B'mod partikolari, din id-Direttiva tiżgura rispett sħiħ għal dawk id-drittijiet u trid tiġi implimentata kif xieraq.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 13 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(13a) Il-prevenzjoni tal-isfruttar sesswali, l-abbuż sesswali jew l-aggressjoni sesswali tal-persuni taħt it-18-il sena fuq l-internet hija prijorità etika u edukattiva, bis-sostenn tad-drittijiet tal-persuni taħt it-18-il sena li jifforma l-bażi għal kwalunkwe azzjoni preventiva.
Emendi 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Din id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi regoli minimi rigward id-definizzjoni ta' reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam tal-isfruttament sesswali tat-tfal. Għandha l-għan ukoll li tintroduċi dispożizzjonijiet komuni biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-protezzjoni tal-vittmi tagħha.
Din id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi regoli minimi rigward id-definizzjoni ta' reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam tal-abbuż utal-isfruttament sesswali tal-persuni taħt it-18-il sena, u tar-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu tali persuni. Għandha l-għan ukoll li tintroduċi dispożizzjonijiet komuni biex issaħħaħ il-prevenzjoni tar-reat u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu.
Ġustifikazzjoni
Id-Direttiva għandha tirreferi b’mod konsistenti għall-“abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali u r-rappreżentazzjoni tal-atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena” M’għandhomx jiġu stabbiliti limiti minimi għas-sentenzi peress li l-arranġamenti stipulati jpoġġu fid-dubju s-sistemi ta’ sanzjonijiet fl-Istati Membri.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – ittra a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a)"tfal" għandha tfisser persuni taħt l-eta ta' 18-il sena;
imħassar
Ġustifikazzjoni
Il-proposta għal direttiva hija marbuta mill-qrib mal-organizzazzjoni tas-setturi individwali tal-liġi kriminali fl-Istati Membri. B'mod partikolari ma għandhiex tneħħi l-klassifikazzjoni fuq tliet saffi, użata f'ħafna Stati Membri, li jiddefinixxu "tfal" (taħt l-14-il sena), "persuni żgħażagħ " (14 sa 18-il sena) u "addolexxenti" (18 sa 21 sena). Għalhekk għandha tiġi evitata definizzjoni ta’ “tfal” li tgħodd għall-Ewropa kollha.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – ittra b – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b)‘pedopornografija’ għandha tfisser
(b)“ir-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena” tfisser
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – ittra b – punt i
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(i) Kwalunkwe materjal li viżwalment juri tfal li qed jieħdu sehem f’aġir sesswalment espliċitu reali jew simulat; jew
(i) kwalunkwe materjal li viżwalment juri persuni taħt it-18-il sena li qed jieħdu sehem f’aġir sesswalment espliċitu reali jew simulat; jew
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – ittra b – punt ii
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ii) kull rappreżentazzjoni tal-organi sesswali ta’ tfal għal raġinijiet prinċipalment sesswali;jew
(ii) kull rappreżentazzjoni tal-organi sesswali ta’ persuni taħt it-18-il sena għal raġunijiet prinċipalment sesswali;
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – ittra b – punt iii
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(iii) kull materjal li viżwalment juri kwalunkwe persuni li jidhru li huma tfal li qed jieħdu sehem f’imġieba vera jew simulata li hi sesswalment espliċita;jew kwlaunkwe rappreżentazzjoni tal-organi sesswali ta' kwalunkwe persuni li jidhru li huma tfal, għal raġunijiet prinċipalment sesswali;jew
imħassar
Ġustifikazzjoni
Il-konnessjoni tal-kriminalità ma’ elementi kostitwenti bħal "li jidhru li huma tfal" u "immaġni realistiċi" tfisser li dan isir estiż ħafna. L-elementi kostitwenti jidhru wisq vagi, billi kulħadd għandu l-idea individwali tiegħu ta' "persuni li jidhru li huma tfal" u "immaġni realistiċi" jew "ġenwini". Huma l-atti kommessi kontra persuni u kontra l-awtodeterminazzjoni sesswali tagħhom, u mhux kontra rappreżentazzjoni ta’ dan, li għandhom jiġu kkastigati.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – ittra b – punt iv
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(iv)immaġini realistiċi ta' tfal li qed jieħdu sehem f’aġir sesswalment espliċitu jew immaġini realistiċi tal-organi sesswali ta' tfal, irrispettivament jekk tali tfal jeżistux jew le, għal raġunijiet prinċipalment sesswali;
imħassar
Ġustifikazzjoni
Il-konnessjoni tal-kriminalità ma’ elementi kostitwenti bħal "li jidhru li huma tfal" u "immaġni realistiċi" tfisser li dan isir estiż ħafna. L-elementi kostitwenti jidhru wisq vagi, billi kulħadd għandu l-idea individwali tiegħu ta' "persuni li jidhru li huma tfal" u "immaġni realistiċi" jew "ġenwini". Huma l-atti kommessi kontra persuni u kontra l-awtodeterminazzjoni sesswali tagħhom, u mhux kontra rappreżentazzjoni ta’ dan, li għandhom jiġu kkastigati.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – ittra d – punt i
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(i) ta’ tfal li qed jieħdu sehem f’aġir sesswalment espliċitu reali jew simulat; jew
(i) ta' persuni taħt it-18-il sena li qed jieħdu sehem f’aġir sesswalment espliċitu reali jew simulat; jew
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – ittra d – punt ii
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ii) tal-organi sesswali ta’ tfal għal finijiet prinċipalment sesswali;
(ii) tal-organi sesswali ta’ persuni taħt it-18-il sena għal raġunijiet prinċipalment sesswali;
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – ittra e
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(e)"persuna legali" għandha tfisser kull entita li għandha status tali taħt il-liġi applikabbli, barra minn Stati jew korpi pubbliċi oħra fl-eżerċizzju ta' awtorita Statali u għal organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.
imħassar
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – Paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-imġiba intenzjonali msemmija f'paragrafi 2 sa 5 tkun punibbli.
1.Peress li s-sistemi ġuridiċi kriminali huma aspett integrali ta’ kull Stat Membru individwali, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-imġiba deskritta hawn taħt intenzjonali sussegwenti hija stabbilita fil-liġi bħala reat kriminali u, b’konformità mas-sistema tagħhom ta' penali, tingħata piena li tirrifletti l-gravità tal-att.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Li ġġiegħel, għal raġunijiet sesswali, tfal li ma jkunux laħqu l-età ta' kunsens sesswali skont il-liġi nazzjonali liljaraw abbuż sesswali jew attivitajiet sesswali, anki jekk ma jipparteċipawx;għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn.
2. Li ġġiegħel, għal raġunijiet sesswali, persuna li ma tkunx laħqet l-età ta' kunsens sesswali skont il-liġi nazzjonali litara abbuż sesswali jew attivitajiet sesswali, anki jekk ma tipparteċipax, jikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Il-parteċipazzjoni f'attivitajiet sesswali ma' tfal li ma laħqux l-età legali tal-kunsens taħt il-liġi nazzjonali għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin.
3. Il-parteċipazzjoni f'attivitajiet sesswali ma' persuna li ma laħqitx l-età legali tal-kunsens taħt il-liġi nazzjonali tikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. Il-parteċipazzjoni f’attivitajiet sesswali ma' tfal, fejn:
4. Il-parteċipazzjoni f’attivitajiet sesswali ma' persuni taħt it-18-il sena, fejn:
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu i
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(i) isir abbuż minn pożizzjoni rikonoxxuta ta' fiduċja, awtorità jew influwenza fuq it-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin; jew
(i) isir abbuż minn pożizzjoni rikonoxxuta ta' fiduċja, awtorità jew influwenza fuq dawn, jew
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt ii
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ii) isir abbuż minn sitwazzjoni partikolament vulnerabbli tat-tfal, ta' min isemmi minħabba diżabbiltà mentali jew fiżika jew sitwazzjoni ta’ dipendenza għandu jkun punlibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin; jew
(ii) isir abbuż minn sitwazzjoni partikolament vulnerabbli ta’ dawn, ta' min isemmi minħabba diżabbiltà mentali jew fiżika jew sitwazzjoni ta’ dipendenza jew
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt iii
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(iii) isir użu minn tiġgħil, forza jew theddid għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas għaxar snin.
(iii) isir użu minn tiġgħil, forza jew theddid,
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
jikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. It-tiġgħil ta' tfal f'attivitajiet sesswali ma' parti terza għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' ħabs għa mill-inqas għaxar snin.
5. It-tiġgħil ta' persuna taħt il-18-il sena f'attivitajiet sesswali ma' parti terza jikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-imġiba intenzjonali msemmija f'paragrafi 2 sa 11 tkun punibbli.
1.Peress li s-sistemi ġuridiċi kriminali huma aspett integrali ta’ kull Stat Membru individwali, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-imġiba deskritta hawn taħt intenzjonali sussegwenti hija stabbilita fil-liġi bħala reat kriminali u, b’konformità mas-sistema tagħhom ta' penali, tingħata piena li tirrifletti l-gravità tal-att.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Li ġġiegħel tfal jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' ħabs għal mill-inqas sentejn.
2. Li ġġiegħel persuna taħt it-18-il sena tipparteċipa f'wirjiet pornografiċi jikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Li jsir qligħ jew inkella jiġu sfruttati tfal li jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' ħabs għal mill-inqas sentejn.
3. Li jsir qligħ jew inkella tiġi sfruttatapersuna taħt it-18-il sena li tipparteċipa f'wirjiet pornografiċi jikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. L-iffrekwentar konxju ta’ wirjiet pornografiċi li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn..
4. L-iffrekwentar konxju ta’ wirjiet pornografiċi li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' persuni taħt it-18-il sena jikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. Ir-reklutaġġ ta' tfal biex jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin.
5. Ir-reklutaġġ ta’ persuna taħt it-18-il sena tipparteċipa biex tipparteċipa f'wirjiet pornografiċi jikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6.Sfurzar ta' tfal għall-prostituzzjoni għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin..
6.Kull individwu li jkun il-kawża li persuni taħt it-18-il sena jiġu involuti f’attivitajiet sesswali jew li jisfrutta dak l-involviment fejn flus jew forom oħra ta’ rimunerazzjoni jew kunsiderazzjoni jingħataw jew jitwegħdu bi skambju, kemm jekk il-ħlas, il-wegħda jew il-kunsiderazzjoni jsirux lill-persuni taħt it-18-il sena jew lil terza persuna, għandu jkun ħati ta’ mġieba intenzjonali fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 1.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
7. Qligħ minn jew sfruttar b'mod ieħor ta' tfal li jipparteċipaw fil-prostituzzjoni tat-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin.
imħassar
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
8.Parteċipazzjoni f'attivitajiet sesswali ma' tfal, fejn wieħed jirrikorri għall-prostituzzjoni tat-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin..
8.Kull individwu li jipparteċipa f'attivitajiet sesswali ma' persuni taħt it-18-il sena u li bi skambju joffri jew iwiegħed flus jew forom oħra ta’ rimunerazzjoni jew kunsiderazzjoni, kemm jekk il-ħlas, il-wegħda jew il-kunsiderazzjoni jsirux lill-persuni taħt it-18-il sena jew lil terza persuna, għandu jkun ħati ta’ mġieba intenzjonali fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 1.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 9
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
9. It-tiġgħil ta' tfal biex jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin.
9. It-tiġgħil ta’ persuna taħt it-18-il sena tipparteċipa biex tipparteċipa f'wirjiet pornografiċi jikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – Paragrafu 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
10.Ir-reklutaġġ ta' tfal biex jipparteċipaw fil-prostituzzjoni tat-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin..
10.Kull individwu li jirrekluta jew iġiegħel lil persuni taħt it-18-il sena jiġu involuti f’attivitajiet sesswali fejn flus jew forom oħra ta’ rimunerazzjoni jew kunsiderazzjoni jingħataw jew jitwegħdu bi skambju, kemm jekk il-ħlas, il-wegħda jew il-kunsiderazzjoni jsirux lill-persuni taħt it-18-il sena jew lil terza persuna, għandu jkun ħati ta’ mġieba intenzjonali fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 1.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
11. It-tiġgħil ta' tfal għall-prostituzzjoni tat-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas għaxar snin..
imħassar
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Reati li jikkoncernaw il-pedopornografija
Reati li jikkonċernaw ir-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinolvu persuni taħt it-18-il sena
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-imġiba intenzjonali msemmija f'paragrafi 2 sa 6 tkun punibbli.
1.Peress li s-sistemi ġuridiċi kriminali huma aspett integrali ta’ kull Stat Membru individwali, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-imġiba deskritta hawn taħt intenzjonali sussegwenti hija stabbilita fil-liġi bħala reat kriminali u, b’konformità mas-sistema tagħhom ta' penali, tingħata piena li tirrifletti l-gravità tal-att.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-akkwist jew il-pussess ta' pedopornografija għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sena..
2. L-akkwist jew il-pussess ta' materjal li jinkludi r-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena jikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. L-akkwist konxju ta’ aċċess, permezz ta’ teknoloġiji ta' informazzjoni u l-komunikazzjoni, għall-pedopornografija għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sena.
3. L-akkwist konxju ta’ aċċess, permezz ta’ teknoloġiji ta' informazzjoni u l-komunikazzjoni, għal rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena jikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. Id-distribuzzjoni, t-tixrid jew it-trasmissjoni ta' pedopornografija għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn.
4. Id-distribuzzjoni, t-tixrid jew it-trasmissjoni tar-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena jikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. L-offerta, l-forniment jew li ssir disponibbli pedopornografija għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn.
5. L-offerta, il-forniment jew li ssir disponibbli ir-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena jikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Il-produzzjoni ta' pedopornografija għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin.
6. Il-produzzjoni tar-rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena jikkostitwixxi attività kif deskritt fil-paragrafu 1.
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw lil-imġieba intenzjonata li ġejja tkun punibbli:
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw lil-imġiba mwettqa b’mod intenzjonat li ġejja tkun punibbli u li r-reat, b’konformità mas-sistema tagħhom ta' penali, jingħata piena li tirrifletti l-gravità tal-att:
Il-proposta, permezz ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, minn adult biex jiltaqa’ ma’ tfal li jkunu għadhom ma laħqux l-età legali għal attività sesswali skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi tal-pajjiż, bl-iskop li jitwettaq kwalunkwe mir-reati imsemmija fl-Artikoli 3 (3) u 5 (6) fejn din il-proposta tkun twettqet b'atti materjali li jwasslu għal din il-laqgħa, għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn.
Proposta, permezz ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, minn adult biex jiltaqa’ ma’ persuna li tkun għadha ma laħqitx l-età legali għal attività sesswali skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi tal-pajjiż, bl-iskop li jitwettaq kwalunkwe mir-reati imsemmija fl-Artikoli 3 (3) u 5 (6) fejn din il-proposta tkun twettqet b'atti materjali li jwasslu għal din il-laqgħa.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-instigazzjoni, l-għajnuna u l-kompliċità biex jitwettaq kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 6 jkunu punibbli.
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-tixwix, jew l-għajnuna jew l-influwenza għat-twettiq ta' reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 6 ikunu stipulati bħala reati kriminali bil-liġi u, bi qbil mas-sistemi ta’ pieni kriminali tagħhom, jiġu kkastigati billi jiġu imposti sentenzi li jirriflettu s-serjetà tagħhom.
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li tentattivi biex jiġi kommess kwalunkwe mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 (3) sa(5), u(2) rigward li wieħed jara abbuż sesswali; Artikolu 4 (2) sa(3), u(5) sa(11); u Artikolu 5(2) u(4) sa(6) huwa punibbli.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li tentattivi biex jiġi kommess kwalunkwe mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 (3) sa(5), u(2) rigward li wieħed jara abbuż sesswali; Artikolu 4 (2) sa(3), u(5) sa(11); u Artikolu 5(2) u(4) sa(6) ikunu stipulati bħala reati kriminali bil-liġi u, bi qbil mas-sistemi ta’ pieni kriminali tagħhom, jiġu kkastigati billi jiġu imposti sentenzi li jirriflettu s-serjetà tagħhom.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-imġieba intenzjonata li ġejja tkun punibbli:
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jevitaw jew jipprojbixxu li l-forom ta’ mġiba intenzjonata li ġejjin ikunu stipulati bħala reati kriminali bil-liġi u, bi qbil mas-sistemi ta’ pieni kriminali tagħhom, jiġu kkastigati billi jiġu imposti sentenzi li jirriflettu s-serjetà tagħhom.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 (2), rigward xhieda ta’ attivitajiet sesswali, u (3); Artikolu 4 (2) u (4) u Artikolu 5 ma jirregolawx l-attivitajiet sesswali konsenswali tfal jew jinvolvu persuni li huma qrib fl-età u l-livell ta' żvilupp jew maturità psikoloġika jew fiżika, sakemm dawn l-atti ma jinvolvux abbuż.
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 (2), rigward xhieda ta’ attivitajiet sesswali, u (3); l-Artikolu 4 (2) u (4) u l-Artikolu 5 ma jirregolawx l-attivitajiet sesswali konsenswali bejn persuni li tal-anqas waħda minnhom tkun taħt it-18-il sena jew jinvolvu persuni li huma simili fl-età u l-livell ta' żvilupp jew maturità psikoloġika jew fiżika, sakemm dawn l-atti ma jinvolvux abbuż.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1.Safejn iċ-ċirkustanzi li ġejjin ma jiffurmawx diġà parti mill-elementi kostitwenti tar-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7, għandhom jiġu kkunsidrati bħala ċirkustanzi aggravanti għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi jew miżuri oħrajn meħtieġa biex jiġi żgurat li ċ-ċirkustanzi li ġejjin, jekk ma jiffurmawx diġà parti mill-elementi kostitwenti tar-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ċirkustanzi aggravanti:
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – ittra a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) it-tfal ma jkunux għadhom laħqu l-età ta' kunsens sesswali taħt il-liġi tal-pajjiż;
(a) il-vittmi ma jkunux għadhom laħqu l-età ta' kunsens sesswali taħt il-liġi tal-pajjiż;
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – ittra b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) ir-reat ikun twettaq kontra tfal f’qagħda partikolarment vulnerabbli, partikolarment minħabba diżabbiltà mentali jew fiżika jew sitwazzjoni ta’ dipendenza;
(b) ir-reat ikun twettaq kontra vittma f’qagħda partikolarment vulnerabbli, partikolarment minħabba diżabbiltà mentali jew fiżika jew sitwazzjoni ta’ dipendenza;
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – ittra c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) ir-reat ikun sar minn membru tal-familja, persuna li tikkoabita mat-tfal jew persuna li abbużat mill-awtorità tagħha;
(c) ir-reat ikun sar minn membru tal-familja, persuna li tikkoabita mal-vittma jew persuna li abbużat mill-awtorità tagħha;
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – ittra g
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(g) ir-reat ikun ipperikola l-ħajja tat-tfal;
(g) ir-reat ikun ipperikola l-ħajja tal-vittma;
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – ittra h
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(h) ir-reat ikun involva vjolenza serja jew jikkaġuna ħsara serja fuq it-tfal.
(h) ir-reat ikun involva vjolenza serja jew jikkaġuna ħsara serja fuq il-vittma.
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Fejn ikun preżenti mill-inqas wieħed miċ-ċirkustanzi aggravanti imsemmija f'paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 jkunu punibbli permezz ta' penali effettivi, propozjonati u dissważivi li jkunu penali iktar ħorox minn dawk previsti fl-Artikoli 3 sa 6 għar-reat bażiku.
2. Fejn tkun preżenti mill-inqas waħda miċ-ċirkustanzi aggravanti imsemmija f'paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 jkunu punibbli permezz ta' penali effettivi, propozjonati u dissważivi li jkunu penali iktar ħorox minn dawk previsti fl-Artikoli 3 sa 6 għar-reat bażiku, li huma legalment disponibbli għall-isim skont is-sistemi tagħhom ta' pieni kriminali u ta' sentenzjar u li jirriflettu s-serjetà tar-reati involuti.
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Sabiex jiġi evitat ir-riskju tar-repetizzjoni tar-reati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li persuna fiżika li ġiet ikkundannata għal kwalunkwe mir-reati imsemija fl-artikoli 3 sa 7 tista' tiġi żmien jew għal dejjem ipprojbita milli twettaq attivitajiet li jinvolvu kuntatt regolari mat-tfal.
1. Sabiex jiġi evitat ir-riskju tar-repetizzjoni tar-reati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li persuna fiżika li ġiet ikkundannata għal kwalunkwe mir-reati imsemija fl-Artikoli 3 sa 7 tista' tiġi żmien jew għal dejjem ipprojbita milli twettaq attivitajiet li jinvolvu kuntatt regolari ma’ persuni taħt it-18-il sena.
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Bħala deroga minn Artikoli 7 (2) u 9 (2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn Stati Membri ta’ informazzjoni estratta mill-fedini penali, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun żgurat li, bil-għan li tkun implimentata b’mod effettiv il-miżura li tipprojbixxi b’mod permanenti lil persuna milli twettaq attivitajiet li jinvolvu kuntatt regolari ma’ tfal, partikolarment safejn l-Istat Membru li qed jitlob l-informazzjoni iqiegħed l-aċċess għal ċerti attivitajiet suġġett għal kundizzjonijiet bil-għan li jiġi żgurat li kandidati ma kellhomx kundanna għal kwalunkwe mir-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 ta’ din id-Direttiva, informazzjoni dwar l-iskwalifika li tirriżulta minn kundanna għal kwalunkwe mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 ta’ din id-Direttiva tkun trażmessa meta mitluba taħt l-Artikolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas mill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru minn fejn ġejja l-persuna, u li d-dejta personali rigward l-iskwalifika pprovduta taħt l-Artikolu 7 (2) u (4) ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas tista’ f’kull każ tintuża għal tali għan.
3. Bħala deroga minn Artikoli 7 (2) u 9 (2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn Stati Membri ta’ informazzjoni estratta mill-fedini penali, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun żgurat li, bil-għan li tkun implimentata b’mod effettiv il-miżura li għal żmien jew għal dejjem tipprojbixxi persuna milli twettaq attivitajiet li jinvolvu kuntatt regolari ma’ persuni taħt it-18-il sena, partikolarment safejn l-Istat Membru li qed jitlob l-informazzjoni iqiegħed l-aċċess għal ċerti attivitajiet suġġett għal kundizzjonijiet bil-għan li jiġi żgurat li kandidati ma kellhomx kundanna għal kwalunkwe mir-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 ta’ din id-Direttiva, informazzjoni dwar l-iskwalifika li tirriżulta minn kundanna għal kwalunkwe mir-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 ta’ din id-Direttiva tkun trażmessa meta mitluba taħt l-Artikolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas mill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru minn fejn ġejja l-persuna, u li d-dejta personali rigward l-iskwalifika pprovduta taħt l-Artikolu 7 (2) u (4) ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas tista’ f’kull każ tintuża għal tali għan.
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinstabu responsabbli għall kull wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 li jkunu saru għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi jew waħedha jew bħala parti minn organu ta' persuna ġuridika, li għandha pożizzjoni ta' tmexxija fil-persuna ġuridika, ibbażata fuq dan li ġej:
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinstabu responsabbli għall kull wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 li jkunu saru għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna naturali, li taġixxi jew waħedha jew bħala parti minn organu ta' persuna ġuridika, li għandha pożizzjoni ta' tmexxija fil-persuna ġuridika, ibbażata fuq dan li ġej:
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 12
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Artikolu 12
imħassar
Sanzjonijiet fuq persuni ġuridiċi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw illi persuna ġuridika miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 11(1) tkun tista' tiġi penalizzata b'sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra bħal:
(a)l-esklużjoni mid-dritt għal benefiċċji pubbliċi jew għajnuna pubblika;
(b)skwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta' attivitajiet kummerċjali;
(c)it-tqegħid taħt is-sorveljanza tal-qorti;
(d)l-istralċ ġudizzjarju;
(e)għeluq temporanju jew permanenti ta' stabbilimenti li setgħu ntużaw biex tkun kommess ir-reat.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħieġa sabiex jiżguraw illi persuna legali miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 11(2) tkun tista' tiġi penalizzata b'penali jew miżuri kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 13
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li ma jkunx hemm prosekuzzjoni jew l-impożizzjoni ta’ pieni fuq vittmi tfal għar-reati msemmija fl-Artikoli 4 u 5 (4) sa(6) għall-involviment tagħhom f’attivitajiet illegali bħala konsegwenza diretta talli kienu suġġetti għal dawk ir-reati.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li ma jkunx hemm prosekuzzjoni jew l-impożizzjoni ta’ pieni fuq vittmi għar-reati msemmija fl-Artikoli 4 u 5 (4) sa(6) għall-involviment tagħhom f’attivitajiet illegali bħala konsegwenza diretta talli kienu suġġetti għal dawk ir-reati.
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li għodod effettivi tal-investigazzjoni jkunu disponibbli għal persuni, unitajiet jew servizzi responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati imsemmija fl-Artrikoli 3 sa 7, biex jippermetti l-possibbiltà ta’ operazzjonijiet sigrieti għall-inqas f’dawk il-każi fejn ikun hemm involut l-użu ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li għodod effettivi tal-investigazzjoni jkunu disponibbli għal persuni, unitajiet jew servizzi responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati imsemmija fl-Artrikoli 3 sa 7, biex jippermetti l-possibbiltà ta’ operazzjonijiet sigrieti għall-inqas f’dawk il-każi fejn ikun hemm involut l-użu ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Dawn l-investigazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja rilevanti fl-Istat Membru kkonċernat u għandhom jitwettqu taħt is-superviżjoni ta’ dik l-awtorità.
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jippermettu unitajiet jew servizzi investigattivi jipprovaw jidentifikaw il-vittmi tar-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7, b’mod partikolari billi janalizzaw materjal ta’ pedopornografija, bħalma huma ritratti u reġistrazzjonijiet awdjoviżivi trasmessi jew magħmulin disponibbli permezz ta' teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jippermettu unitajiet jew servizzi investigattivi jipprovaw jidentifikaw il-vittmi tar-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7, b’mod partikolari billi janalizzaw materjal, bħalma huma ritratti u reġistrazzjonijiet awdjoviżivi trasmessi jew magħmulin disponibbli permezz ta' teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-regoli ta’ kunfidenzjalità imposti mil-liġi tal-pajjiz fuq ċerti professjonisti li jissejħu biex jaħdmu f’kuntatt mat-tfal ma jxekklux il-possibblità, għal dawk il-professjonisti, milli jirrappurtaw lis-servizzi responsabbli għall-protezzjoni tat-tfal kull sitwazzjoni fejn ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li tfalikunu vittmi ta’ reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7.
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-regoli ta’ kunfidenzjalità imposti mil-liġi tal-pajjiz fuq ċerti professjonisti li l-kompitu ewlieni tagħhom huwa li jaħdmu f’kuntatt ma’ persuni taħt it-18-il sena ma jxekklux il-possibblità, għal dawk il-professjonisti, milli jirrappurtaw lis-servizzi responsabbli għall-protezzjoni tat-tfal kull sitwazzjoni fejn ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li persuni taħt it-18-il sena jkunu vittmi ta’ reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7.
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jinkoraġġixxu lil kwalunkwe persuna li taf dwar jew tissuspetta, in bona fide, reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 biex tirrapporta dawn il-fatti lis-servizzi kompetenti.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jinkoraġġixxu lil kwalunkwe persuna li taf dwar reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 li twettqu kontra persuni taħt it-18-il sena biex tirrapporta dawn il-fatti lis-servizzi kompetenti.
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 – ittra a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex joħolqu servizzi ta’ informazzjoni, bħal linji telefoniċi speċjali għall-għajnuna u siti tal-internet, biex jipprovdu pariri u assistenza lil persuni taħt it-18-il sena..
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 – ittra b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2b.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li jitniedu kampanji ta’ prevenzjoni fl-iskejjel bl-intenzjoni li l-persuni taħt it-18-il sena jkunu jistgħu jsaħħu l-fehim tagħhom tad-drittijiet ta’ kull individwu, tar-rispett għalihom infushom u għall-oħrajn, u li jiġu megħjuna jirrikonoxxu sitwazzjonijiet skomdi, intrużivi jew abbużivi.
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1.Vittmi tar-reati imsemmija fl-Artikolu 3 sa 7 għandu jkollhom assistenza, appoġġ u protezzjoni, li jieħdu kont tal-aħjar interessi tat-tfal.
1.Persuni taħt it-18-il sena li huma vittmi tar-reati imsemmija fl-Artikolu 3 sa 7 għandu jkollhom assistenza, appoġġ u protezzjoni, li jieħdu kont tal-aħjar interessi ta’ dawn il-persuni.
Emenda 84
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-età ta' persuni suġġetti għal kwalunkwe mir-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 ma tkunx ċerta u jkun hemm raġunijiet għalxiex wieħed għandu jemmen li l-persuni jkunu tfal, għandu jkun preżunt li huma jkunu tfal u jirċievu aċċess immedjat għall-protezzjoni u l-assistenza b’konformità mal-Artikoli 18 u 19, sakemm tiġi vverifikata l-età.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-età ta' persuni suġġetti għal kwalunkwe mir-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 ma tkunx ċerta u jkun hemm raġunijiet għalxiex wieħed għandu jemmen li l-persuni jkunu taħt it-18-il sena, għandu jkun preżunt li huma tali u jirċievu aċċess immedjat għall-protezzjoni u l-assistenza b’konformità mal-Artikoli 18 u 19, sakemm tiġi vverifikata l-età.
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jiġu adottati miżuri biex jiżguraw li jittieħdu l-azzjonijiet speċifiċi biex jassistu u jsostnu l-vittmi, fit-terminu qasir u għat-tul, fil-fejqan fiżiku u psikosoċjali tagħhom wara li tkun saret evalwazzjoni speċifika taċ-ċirkustanzi speċjali ta’ kull vittma partikolari u jittieħed kont tal-fehmiet, il-ħtiġiet u l-interessi tat-tfal.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jiġu adottati miżuri biex jiżguraw li jittieħdu l-azzjonijiet speċifiċi biex jassistu u jsostnu l-vittmi, fit-terminu qasir u għat-tul, fil-fejqan fiżiku u psikosoċjali tagħhom wara li tkun saret evalwazzjoni speċifika taċ-ċirkustanzi speċjali ta’ kull vittma partikolari u jittieħed kont tal-fehmiet, il-ħtiġiet u l-interessi tal-vittmi.
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3.Il-vittmi ta' reat msemmi fl-Artikoli 3 u 7 għandhom ikunu meqjusa bħala partikolarment vulnerabbli skont l-Artikolu 2 (2), l-Artikolu 8 (4) u l-Artikolu 14 (1) tad-Deċiżjoni Qafas 2001/220/ĠAI.
3.Persuni taħt it-18-il sena li huma vittmi ta' reat msemmi fl-Artikoli 3 u 7 għandhom ikunu meqjusa bħala partikolarment vulnerabbli skont l-Artikolu 2 (2), l-Artikolu 8 (4) u l-Artikolu 14 (1) tad-Deċiżjoni Qafas 2001/220/ĠAI.
Emenda 87
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 4 – ittra a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4a.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex iniedu kampanji ta’ informazzjoni u kampanji oħra mmirati lejn il-prevenzjoni tar-riskji ta’ rappreżentazzjoni ta’ atti sesswali li jinvolvu persuni taħt it-18-il sena, billi jiffukaw b’mod partikolari fuq metodi kif jiġu skoperti u evitati reati.
Emenda 88
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 4 – ittra b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4b.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jgħinu u jħeġġu lill-għalliema, lill-ħaddiema soċjali, lill-mexxejja taż-żgħażagħ u lil dawk kollha li jaħdmu ma' persuni taħt it-18-il sena biex fis-sillabi jew l-attivitajiet tagħhom, jiżviluppaw edukazzjoni tal-midja u l-internet sabiex jgħallmu lill-persuni taħt it-18-il sena jirreaġixxu b’mod li jistgħu jsalvawhom mill-ħsara.Huwa kruċjali li persuni taħt it-18-il sena jiġu mgħallma kif jużaw l-internet b’mod sikur.
Emenda 89
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 4 ittra c (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4c.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li miżuri edukattivi jiġu inklużi fl-għanijiet u l-valuri li fuqhom ikunu msejsa l-livelli kollha tal-edukazzjoni.Hu essenzjali li jiġu żviluppati attitudnijiet li huma msawra mir-rispett u l-ġustizzja, li jippermettu li lill-persuni taħt it-18-il sena jiżviluppaw rispett għalihom infushom u għall-oħrajn, kif ukoll rispett għall-istituzzjonijiet u għall-ambjent tagħhom.Huwa biss fil-każ li xi ħadd ikun lest jismagħhom li l-persuni taħt it-18-il sena jkunu jistgħu jsiru konxji ta’ kwalunkwe abbuż li jkunu ġew soġġetti għalih jew jirrikonoxxu sitwazzjoni skomda jew intrużiva li jkunu għaddew minnha.
Emenda 90
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Il-Protezzjoni ta’ vittmi tfal f’investigazzjonijiet kriminali u fi proċedimenti
Il-Protezzjoni ta’ vittmi f’investigazzjonijiet kriminali u fi proċedimenti
Emenda 91
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li f'investigazzjonijiet kriminali u proċedimenti, l-awtoritajiet ġudizzjarji jappuntaw rappreżentant speċjali għat-tfal vittmi fejn, bil-liġi tal-pajjiż, dawk li għandhom ir-responsabbiltà ta' ġenitur huma preklużi milli jirrappreżentaw lit-tfal bħala riżultat ta' kunflitt ta' interess bejniethom u t-tfal vittmi, jew fejn it-tfal mhumiex akkumpanjati jew huma separati mill-familja.
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li f'investigazzjonijiet kriminali u proċedimenti, l-awtoritajiet ġudizzjarji jappuntaw rappreżentant speċjali għat-tfal vittmi fejn, bil-liġi tal-pajjiż, dawk li għandhom ir-responsabbiltà ta' ġenitur huma preklużi milli jirrappreżentaw lill-persuna taħt it-18-il sena bħala riżultat ta' kunflitt ta' interess bejniethom u l-persuni taħt it-18-il sena li jkunu vittmi, jew fejn dawn mhumiex akkumpanjati jew huma separati mill-familja.Il-vittma għandha tiġi kkonsultata qabel ma tittieħed id-deċiżjoni.
Emenda 92
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tfal vittmi jkollhom aċċess immedjat għal parir legali b'xejn u għal reppreżentanza legali b'xejn, inkluż għall-għan ta' talba għall-kumpens.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li vittmi taħt it-18-il sena jkollhom aċċess immedjat għal parir legali b'xejn u għal reppreżentanza legali b'xejn, inkluż għall-għan ta' talba għall-kumpens.
Emenda 93
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3 – ittra a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) l-intervisti mat-tfal vittmi jsiru mingħajr dewmien mhux ġustifikat wara li l-fatti jkunu ġew irrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti;
(a)Bħala prinċipju, l-intervisti mal-vittmi taħt it-18-il sena jsiru mingħajr dewmien mhux ġustifikat wara li l-fatti jkunu ġew irrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti;
Emenda 94
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3 – ittra b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) l-intervisti mat-tfal vittmi jsiru, fejn meħtieġ, f’post imfassal u adattat għal dan il-għan;
(b) l-intervisti mal-vittmi taħt it-18-il sena jsiru, bħala prinċipju, f’post imfassal u adattat għal dan il-għan;
Emenda 95
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3 – ittra c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) l-intervisti mat-tfal vittmi jitwettqu minn jew permezz ta' professjonisti mħarrġa għal dan il-għan;
(c) l-intervisti mal-vittmi taħt it-18-il sena jitwettqu, bħala prinċipju, minn jew permezz ta' professjonisti mħarrġa għal dan il-għan;
Emenda 96
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3 – ittra d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) l-istess persuni, jekk possibbli u fejn xieraq, imexxu l-intervisti kollha mat-tfal vittmi;
(d)Bħala prinċipju, l-istess persuni għandhom imexxu l-intervisti kollha mal-vittmi taħt it-18-il sena;
Emenda 97
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3 – ittra f
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(f) it-tfal vittmi jistgħu jkunu akkumpanjati mir-rappreżentant legali tagħhom jew, fejn xieraq, adult tal-għażla tagħhom, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni bil-maqlub b’raġuni biżżejjed rigward dik il-persuna.
(f) vittmi taħt it-18-il sena jistgħu jkunu akkumpanjati mir-rappreżentant legali tagħhom jew, fejn xieraq, adult tal-għażla tagħhom, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni bil-maqlub b’raġuni biżżejjed rigward dik il-persuna.
Emenda 98
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li f’investigazzjonijiet kriminali ta’ kwalunkwe mir-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 l-intervisti kollha mat-tfal vittmi jew, fejn xieraq, ma’ tfal xhieda, issir reġistrazzjoni awdjoviżiva tagħhom u dawn ir-reġistrazzjonjiet awdjoviżivi jistgħu jkunu użati bħala evidenza fil-proċedimenti tal-qorti, b’konformità mar-regoli taħt il-liġi ta’ pajjiżu.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li f’investigazzjonijiet kriminali ta’ kwalunkwe mir-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 l-intervisti kollha mal-vittmi taħt it-18-il sena jew, fejn xieraq, ma’ xhieda taħt it-18-il sena, issir reġistrazzjoni awdjoviżiva tagħhom u dawn ir-reġistrazzjonjiet awdjoviżivi jistgħu jkunu użati bħala evidenza fil-proċedimenti tal-qorti, b’konformità mar-regoli taħt il-liġi ta’ pajjiżu.
Emenda 99
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 5 – ittra b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) it-tfal vittmi jkunu jistgħu jagħtu xhieda mingħajr ma jkunu preżenti fl-awla tal-qorti, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ komunikazzjoni xierqa.
(b) vittmi taħt it-18-il sena jkunu jistgħu jagħtu xhieda mingħajr ma jkunu preżenti direttament fl-awla tal-qorti, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ komunikazzjoni xierqa.
Emenda 100
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li programmi jew miżuri ta’ intervent effettivi jkunu disponibbli bil-għan li jimpedixxu u jnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta' reati ripetuti ta’ natura sesswali kontra t-tfal. Dawn il-programmi jew passi bħal dawn għandhom ikunu aċċessibbli fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti kriminali, kemm ġewwa u kif ukoll barra mill-ħabs, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-liġi tal-pajjiż.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li programmi jew miżuri ta’ intervent effettivi jkunu disponibbli bil-għan li jimpedixxu u jnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta' reati ripetuti ta’ natura sesswali kontra persuni taħt it-18-il sena. Dawn il-programmi jew passi bħal dawn għandhom ikunu aċċessibbli fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti kriminali, kemm ġewwa u kif ukoll barra mill-ħabs, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-liġi tal-pajjiż.
Emenda 101
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Tali programmi jew miżuri ta’ intervent għandhom jiġu adattati biex jissodisfaw il-ħtiġiet speċifiċi għall-iżvilupp tat-tfal li jwettqu offiża sesswali, inklużi dawk li huma taħt l-età ta’ responsabbiltà kriminali.
Tali programmi jew miżuri ta’ intervent għandhom jiġu adattati biex jissodisfaw il-ħtiġiet speċifiċi għall-iżvilupp tal-persuni li jwettqu offiża sesswali, inklużi dawk li huma taħt l-età ta’ responsabbiltà kriminali.
Emenda 102
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – ittra a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Artikolu 20a
Miżuri preventivi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex isaħħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni taħt it-18-il sena kontra terzi persuni li jaħdmu ma' persuni taħt it-18-il sena fis-setturi tal-edukazzjoni, is-saħħa, il-protezzjoni soċjali, il-ġustizzja, il-pulizija kif ukoll fl-oqsma relatati mal-isport, il-kultura u d-divertiment.Miżuri bħal dawn jinkludu tagħlim dwar kif wieħed juża l-mezzi tax-xandir u tal-komunikazzjoni, b’bidu minn età żgħira ħafna, li tagħmilha possibbli li l-persuni taħt it-18-il sena jkunu kapaċi jużaw bla periklu t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u tinformahom dwar perikli fil-konfront tagħhom.Il-ġenituri, l-istituzzjonijiet akkademiċi u dawk tal-edukazzjoni ekstrakurrikulari għandhom jipparteċipaw f'din il-ħidma edukattiva bl-istess mod.
2. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-mezzi tax-xandir jipparteċipaw fil-missjoni edukattiva u informattiva tagħhom dwar it-tagħlim tal-litteriżmu medjatiku.
3. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lis-settur privat, b’mod partikulari l-oqsma tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-komunikazzjonijiet, it-turiżmu, is-settur bankarju u tal-finanza u s-soċjetà ċivili, biex jieħdu sehem fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż u l-isfruttament sesswali tal-persuni taħt it-18-il sena, permezz ta’ regoli dwar l-awtoregolamentazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti.
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-finanzi meħtieġa permezz tat-twaqqif ta’ fondi speċjali għall-implimentazzjoni ta’ proġetti u programmi għall-prevenzjoni tal-isfruttament u l-abbuż sesswali u għall-protezzjoni tal-persuna taħt it-18-il sena mill-abbuż u l-isfruttament sesswali.
5. Fil-kuntest tad-djalogu strutturat, il-Kummissjoni għandha tappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom u għandha tiżgura li b’mod regolari jiskambjaw informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu ħadu.B’dan il-mod, għandha tikkontribwixxi għad-disseminazzjoni tal-mudelli tal-aħjar prattiki.
Emenda 103
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 5 – ittra a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5a.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, waqt l-edukazzjoni primarja u sekondarja, it-tfal u l-għalliema tagħhom jingħataw informazzjoni dwar ir-riskji relatati mal-isfruttar u l-abbuż sesswali ta’ persuni taħt it-18-il sena, u dwar l-istrumenti ta’ protezzjoni eżistenti.Din l-informazzjoni għandha tifforma parti mill-informazzjoni ġenerali dwar is-sesswalità, b’referenza partikolari għar-riskji relatati mal-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.
Emenda 104
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Artikolu 21
Artikolu 21
L-imblukkar ta’ siti elettroniċi li fihom il-pedopornografija
Miżuri f'rabta man-netwerks ta' informazzjoni u ta' kommunikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jottjenu l-imblukkar ta' aċċess mill-utenti tal-Internet fit-territorju tagħhom għal paġni tal-internet li jkun fihom jew li jqassmu l-pedopornografija. L-imblukkar tal-aċċess għandu jkun suġġett għal salvagwardji adegwati, b'mod partikolari biex jiżguraw li l-imblukkar ikun limitat għal dak li huwa neċessarju, li l-utenti jkunu infurmati bir-raġuni għall-imblukkar u li dawk li jipprovdu l-kontenut, safejn hu possibbli, ikunu infurmati bil-possibbiltà li jikkontestawh.
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jitħassar immedjatament materjal li jkun fih rappreżentazzjonijiet ta' atti sesswali li jinvolvi persuni taħt it-18-il sena fin-netwerks elettroniċi ta' infomazzjoni u ta' komunikazzjoni.It-tneħħija ta’ dan it-tip ta’ kontenut għandha titwettaq skont il-proċeduri nazzjonali u bis-salvagwardji xierqa biex jiġi żgurat li titrażżan għal dak li hu strettament meħtieġ.Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea għandha twettaq negozjati ma’ pajjiżi terzi bil-għan li tiżgura t-tneħħija bi prontezza ta’ dan il-kontenut mis-servers fit-territorju tagħhom.Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-organi tal-Unjoni kif ukoll il-Europol isaħħu l-koperazzjoni ma' unitajiet ta' intelliġenza internazzjonali bħal INHOPE bil-għan li jitħassar malajr kontenut bħal dan.
Emenda 105
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Mingħajr preġudizzju għal dak li hawn fuq, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jitneħħew paġni tal-internet li jkun fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija.
2.Miżuri oħra għall-iskop tan-nuqqas ta' disponibilità ta' kontenut bħal dan, bħal pereżemju l-imblukkar tal-web, huma imposti fuq l-Istati Membri.Huwa essenzjali li jkunu intużaw bis-sħiħ il-miżuri kollha għat-tħassir u fuq din il-bażi għandu jkun hemm provi biżżejjed li mhux possibbli li jsir it-tħassir;barra minn hekk il-miżuri għandhom jillimitaw ruħhom għal dak li hu assolutament meħtieġ u dawk milquta mill-miżuri rispettivi għandhom ikunu infurmati bir-raġunijiet.Il-proċedimenti legali huma miftuħa għall-persuni kkonċernati.
Emenda 106
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – itra a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Artikolu 21 a
Rappurtar
Ta' kull sena l-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew dwar il-miżuri applikati fil-livell Ewropew u f'dak internazzjonali biex jitwaqqaf l-abbuż u l-isfruttar sesswali tal-persuni taħt it-18-il sena, biex jitneħħa l-materjal dwar ir-rappreżentazzjoni ta' dawn l-atti sesswali, biex jiġu identifikati t-trasgressuri kif ukoll biex jiġu proċessati legalment u jingħataw sentenza kemm il-produtturi kif ukoll l-utenti.Dan ir-rapport għandu jinkludi wkoll ir-rappreżentazzjoni tal-miżuri meħuda fil-livelli politiċi differenti fil-qasam tal-prevenzjoni, il-protezzjoni tal-vittmi, l-appoġġ u l-għajuna lill-vittmi.
Magdi Cristiano Allam, Maria Badia i Cutchet, Zoltán Bagó, Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Santiago Fisas Ayxela, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Marek Henryk Migalski, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Joanna Senyszyn, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, Sabine Verheyen, Milan Zver
Substitute(s) Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali skont l-Artikolu 187(2)
Ivo Belet, Luigi Berlinguer, Knut Fleckenstein, Nadja Hirsch, Oriol Junqueras Vies, Seán Kelly, Timothy Kirkhope, Iosif Matula, Mitro Repo, Monika Smolková, Rui Tavares, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein
OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (25.1.2011)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI
Il-vulnerabilità tat-tfal toħloq riskju ikbar li jiġu maltrattati jew abbużati sesswalment. Skont l-UNICEF, l-industrija tal-pedopornografija tiġġenera EUR 20 biljun u fiha jintużaw miljun tifel u tifla għal dan l-iskop orribbli.(1) L-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal jikkostitwixxu forma partikolarment gravi ta' kriminalità u jistgħu joħolqu dannu fiżiku, psikoloġiku u soċjali fit-tul lill-vittmi, lill-familji tgaħhom u lill-familji tal-kriminali.
Definizzjonijiet
Meta jitqies li dan ir-rapport se jkun parti mill-Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja, huwa importanti li tiddaħħal fih id-definizzjoni ta' ''tifel/tifla''. L-organizzazzjonijiet ta' karità b'rabta mat-tfal jirrakkomandaw li ''tfal'' huma kull persuna taħt l-età tal-kunsens fl-Istat Membru, filwaqt li ''adolexxenti'' għandha tfisser kull persuna li laħqet l-età tal-kunsens fl-Istat Membru, u taħt l-età ta' 18-il sena(2). Din hija distinzjoni importanti mill-perspettiva legali, peress li ''tfal'' li huma taħt l-età tal-kunsens, u ''adolexxenti'' li laħqu l-età tal-kunsens iżda li għad m'għandhomx 18-il sena, għad għandhom id-dritt li jkunu protetti mill-isfruttament sesswali.
Ir-rapporteur għal opinjoni tħoss li t-terminu ''pedopornografija'' għandu jintuża minflok ''immaġini ta' abbuż fuq it-tfal''. ''Immaġini ta' abbuż fuq it-tfal'' huwa terminu użat biex jiġu deskritti immaġini minn firxa wiesgħa ta' atti kriminali, li mhux neċessarjament huma ta' natura sesswali. It-terminu ''pedopornografija'' għandu skop legali iktar mifrux fil-protokolli u l-konvenzjonijiet attwali u huwa meqjus b'mod ġenerali bħala validu fl-interpretazzjonijiet kollha.
Il-perspettiva tal-ġeneru
Minħabba d-delikatezza ta' din il-kwestjoni, il-kisba ta' data preċiża fir-rigward tal-għadd ta' subien u bniet vittmi hija problema. Madankollu, huwa magħruf li hemm għadd ogħla ta' bniet li jirrappurtaw abbużi sesswali milli subien. Skont din l-Opinjoni, l-abbuż u l-isfruttament sesswali jistgħu jseħħu fiż-żewġ sessi, u mhumiex kwestjoni relatata unikament mal-bniet. Din l-Opinjoni tirrikonoxxi wkoll li n-nisa, bħala l-persuni li l-iktar li jipprovdu l-kura fil-familja, huma prezzjużi biex tingħata kura b'suċċess lil vittma jew lil kriminali.
Il-Vittmi
Tfal li sfaw vittmi ta' abbuż sesswali jistgħu jibqgħu jbatu minn din l-esperjenza tul ħajjithom, inkluż fl-età adulta. Tfal li kienu soġġetti għal dan l-abbuż jistgħu jsiru vittmi iktar minn darba, peress li l-immaġini fuq l-Internet jibqgħu jduru għal ħafna żmien wara li jkun sar l-att.
Il-kriminali
Huwa importanti li l-kriminali jitwaqqfu milli jwettqu iktar atti ta' dan it-tip. Il-provi juru li dan għandu jseħħ fil-livell nazzjonali permezz ta' firxa ta' miżuri olistiċi. Miżura ta' dan it-tip hija l-implimentazzjoni rakkomandata ta' linja 'hotline' tat-telefown għal individwu li jkun qed iqis li jwettaq abbuż sesswali fuq it-tfal. Ir-riċerka wriet bosta drabi li jekk l-individwi jkunu jistgħu jiddiskutu ħsibijiethom ma' kunsillier imħarreġ, jista' jkun li dawn ma jsirux reċidivi. Din l-Opinjoni tirrakkomanda wkoll li l-Istati Membri joffru lil persuna li tkun instabet ħatja mit-twettiq ta' abbuż sesswali programmi ta' trattament li jistgħu jgħinu r-rijabilitazzjoni.
Kwestjoni li spiss tintesa tikkonċerna l-bżonn li jiġu pprovduti appoġġ u pariri lill-familja tal-kriminali.(3) Il-membri immedjati tal-familja tal-kriminali spiss jisfaw il-vittmi moħbija li jiffaċċjaw inkwiet intern ta' kuljum fi ħdan l-unità familjari, kif ukoll inkwiet estern fil-komunità in ġenerali.
Tħassir u mblukkar tal-kontenut
Jeżisti dibattitu intensiv fost il-partijiet interessati dwar il-kwestjoni tat-tħassir u l-imblukkar tal-kontenut. Fil-kunsiderazzjoni ta' dan l-approċċ għandu jkun hemm bilanċ preċiż bejn ir-regolamentazzjoni demokratika tal-Internet, permezz tal-libertà tal-espressjoni, u l-protezzjoni u l-benesseri tat-tfal tagħna. L-Istati Membri għandhom id-dmir li jaħdmu id f'id mal-Fornituri tas-Servizz tal-Internet sabiex jiżguraw li t-tfal ikunu qed jiġu protetti mill-attività illegali tal-abbuż sesswali fuq it-tfal. L-obbligu li jiġu stabbiliti kontrolli u verifiki ta' sigurtà għall-protezzjoni tat-tfal għandu wkoll ikun kunsiderazzjoni importanti.
F'xi Stati Membri, l-imblukkar tas-siti tal-Internet fil-livell lokali kien suċċess(4). Għal din ir-raġuni, huwa tal-ikbar importanza għall-Istati Membri li dawn jiksbu t-tħassir tal-paġni tal-Internet li jkun fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija fl-ewwel istanza, u l-imblukkar tal-aċċess mill-utenti tal-Internet fit-territorju tagħhom għal paġni tal-Internet li jkun fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija, bħala kawża għal azzjoni, jekk it-tħassir ma jkunx possibbli. Lilhinn mill-ġurisdizzjoni tal-UE, u meta dawn il-kontrolli ma jkollhomx suċċess, l-imblukkar jista' jkun l-unika għażla vijabbli.
Din l-Opinjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jaħdmu id f'id mal-industrija tal-IT u mal-Fornituri tas-Servizz tal-Internet biex jaqsmu l-aħjar prattiki u l-informazzjoni b'mod kollaborattiv.
Sommarju
Din l-Opinjoni ħadet aproċċ ibbilanċjat u raġunat fir-rigward ta' din il-kwestjoni u mmirat li tibqa' fi ħdan il-kompetenzi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, kif ukoll tal-Unjoni Ewropea skont it-Trattat ta' Lisbona.
Jidher ċar li għandu jittieħed approċċ li jfittex li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-problema bl-għan li jinqered dan l-att kriminali. Soċjetà li tagħti valur lill-persuni vulnerabbli, bħat-tfal, għandha tieħu passi qawwija biex tinħoloq kultura li fiha l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal isiru inaċċettabbli.
In-natura ta' dan l-att kriminali qed tinbidel malajr, partikolarment bil-progress li qed isir bħalissa fit-teknoloġija u fl-applikazzjoni tagħha. Għalkemm il-pedopornografija kienet teżisti qabel, fil-passat din kienet limitata biss għall-applikazzjonijiet fiżiċi bħall-posta jew ir-ritratti. Illum il-ġurnata, l-immaġini jistgħu jintbagħtu madwar id-dinja malajr u mingħajr spejjeż. In-natura kriminali ta' din l-azzjoni, l-abbuż tal-iktar persuni vulnerabbli u l-obbligu tagħna li nipproteġu lit-tfal ifissru li ma nistgħux neżitaw biex nieħdu azzjoni qawwija u b'saħħitha.
EMENDI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1a)Il-partijiet kollha ikkonċernati għandu jkollhom approċċ ta’ tolleranza żero fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament tat-tfal u l-pedopornografija.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3a)Huwa possibbli kemm għall-bniet kif ukoll għas-subien, tfal u adolexxenti, li jisfaw vittmi tal-abbuż sesswali.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 3b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3b)Għandu jiġi investigat il-periklu li jirrappreżentaw in-nisa, kif ukoll l-irġiel, li jwettqu abbuż sesswali fuq it-tfal.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4a)Jiġri ta’ spiss li l-vittmi tat-traffikar tal-bniedem kienu sfaw vittmi tal-abbuż fuq it-tfal u tal-isfruttament sesswali.
Ġustifikazzjoni
Huwa iktar probabbli li t-tfal ibatu mill-konsegwenzi fit-tul tal-abbuż sesswali, kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikament. Dan jista' joħloq tbegħid fil-familji u fil-komunitajiet tagħhom, li jista' jagħmilhom iktar vulnerabbli għal forom oħra ta' sfruttament, bħat-traffikar tal-bniedem.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6) Forom serji ta’ abbuż sesswali tat-tfal u l-isfruttament għandhom ikunu suġġetti għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi. Dan jinkludi, b’mod partikolari, diversi forom ta’ abbuż sesswali u sfruttament sesswali ffaċilitat mill-użu ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Id-definizzjoni ta’ pedopornografija għandha tkun iċċarata u tinġieb iktar qrib għal dik li tinsab fi strumenti internazzjonali.
(6) Forom serji ta’ abbuż sesswali tat-tfal u l-isfruttament għandhom ikunu suġġetti għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi. Dan jinkludi, b’mod partikolari, diversi forom ta’ abbuż sesswali u sfruttament sesswali ffaċilitat mill-użu ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni bħall-"grooming" (is-solleċitazzjoni bl-Internet ta’ tfal għal skopijiet sesswali) permezz ta’ netwerks soċjali u ta’ “chat rooms”. Id-definizzjoni ta’ pedopornografija għandha tkun iċċarata u tinġieb iktar qrib għal dik li tinsab fi strumenti internazzjonali.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7a)Fl-istess ħin, għandu jiġi żgurat li d-differenzi fit-tradizzjoni kulturali u legali ma jintużawx biex jinħbew l-abbuż sesswali fuq it-tfal u l-pedopornografija.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8) L-investigazzjoni tar-reati u l-akkużi fi proċedimenti kriminali għandhom jiġu ffaċilitati, u jittieħed kont tad-diffikultà tal-vittmi tfal biex jirrappurtaw l-abbuż ul-anonimità tat-trasgressuri fuq l-internet. Sabiex ikun żgurat is-suċċess tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tar-reati imsemmijin f'din id-Direttiva, għandhom ikunu disponibbli għodod effettivi tal-investigazzjoni lil dawk responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' tali reati. Dawn l-għodod jistgħu jinkludu operazzjonijiet sigrieti, l-interċezzjoni ta' komunikazzjonijiet, sorveljanza sigrieta inkluża sorveljanza elettronika, il-monitoraġġ ta' kontijiet tal-bank u investigazzjonijiet finanzjarji oħra.
(8) L-investigazzjoni tar-reati, l-akkużi fi proċedimenti kriminali u l-identifikazzjoni tat-trasgressuri għandhom jiġu ffaċilitati, u jittieħed kont tad-diffikultà tal-vittmi tfal biex jirrappurtaw l-abbuż u l-anonimità tat-trasgressuri fuq l-internet.L-anonimità tat-trasgressuri fuq l-internet m’għandhiex titħalla tostakola investigazzjonijiet u tippermetti d-dewmien tas-sejba tat-trasgressur.L-Istati Membri għalhekk għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li l-utenti tal-internet jibqgħu anonimi għall-pubbliku iżda jkunu jistgħu jiġu identifikati f’każ ta’ reat li jkun imwettaq b’mod partikolari fi spazji tal-internet, fejn hemm riskju ogħla ta’ "grooming", bħas-siti ta’ netwerking soċjali, il-fora, il-pjattaformi soċjali u l-blogs. Sabiex ikun żgurat is-suċċess tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tar-reati imsemmijin f'din id-Direttiva, għandhom ikunu disponibbli għodod effettivi tal-investigazzjoni lil dawk responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' tali reati. Dawn l-għodod jistgħu jinkludu operazzjonijiet sigrieti, l-interċezzjoni ta' komunikazzjonijiet, sorveljanza sigrieta inkluża sorveljanza elettronika, il-monitoraġġ ta' kontijiet tal-bank u investigazzjonijiet finanzjarji oħra. Dawn l-investigazzjonijiet għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità ġudizzjarja rilevanti fl-Istat Membru kkonċernat u għandhom jitwettqu taħt is-superviżjoni ta’ dik l-awtorità.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8a)Sistema ta’ twissija bikrija permezz ta’ rappurtaġġ regolari lill-pulizija jew hotlines lokali ta’ materjal li joħloq sospetti dwar abbuż sesswali fuq it-tfal fuq l-internet tista’ tgħin b’mod konsiderevoli biex jixxekklu malajr l-attivitajiet tat-trasgressuri sesswali u biex l-awtoritajiet u l-provdituri tas-servizzi tal-internet jiġu notifikati minnufih dwar l-eżistenza ta’ materjal illegali bħal dan fin-netwerk tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni malajr u adegwata biex jitneħħa l-materjal illegali mill-aċċess pubbliku u jinżamm bħala prova għall-investigazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 9
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9) Għandhom jiġu emendati r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni sabiex ikun żgurat li dawk fl-Unjoni Ewropea li jabbużaw minn jew jisfruttaw it-tfal jiffaċċjaw il-prosekuzzjoni anke jekk ir-reati tagħhom isiru barra mill-Unjoni Ewropea, permezz tal-hekk imsejjaħ turiżmu tas-sess.
(9) Huwa kruċjali li tissaħħaħ l-effikaċja tal-liġi, inkluża l-liġi kriminali extraterritorjali, sabiex ikun żgurat li dawk fl-Unjoni Ewropea li jabbużaw minn jew jisfruttaw it-tfal jiffaċċjaw il-prosekuzzjoni anke jekk ir-reati tagħhom isiru barra mill-Unjoni Ewropea, permezz tal-hekk imsejjaħ turiżmu tas-sess, li huwa fenomenu b’implikazzjonijiet serji li qed jinfirex f’termini ġeografiċi.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9a)L-Istati Membri għandhom irawmu djalogu u komunikazzjoni miftuħa ma’ pajjiżi terzi biex ikunu jistgħu jġibu quddiem il-liġi, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, lit-trasgressuri li jivvjaġġaw lejn dawk il-pajjiżi għal skopijiet ta' turiżmu sesswali.
Ġustifikazzjoni
It-turiżmu sesswali jista' biss jiġi ffaċċjat b'mod effikaċi permezz ta' kooperazzjoni transkonfinali fost il-pajjiżi kollha.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10) Miżuri biex jipproteġu vittmi tfal għandhom jiġu adottati fl-aħjar interess tagħhom, filwaqt li jiettieħed kont tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom. Vittmi tfal għandu jkollhom aċċess faċili għal rimedji legali, inkluż parir u rappreżentazzjoni legali b'xejn u miżuri biex jindirizzaw il-kunflitti ta' interess fejn l-abbuż isir fil-familja. Barra minn dan, vittmi tfal għandhom ikunu protetti minn sanzjonijiet, pereżempju taħt leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-immigrazzjoni jew il-protituzzjoni, jekk iġibu l-każ tagħhom għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Barra dan, il-parteċipazzjoni ta' vittmi tfal fi proċedimenti kriminali m'għandhiex tikkawża iktar trawma bħala riżultat ta' intervisti jew kuntatt viżwali mat-trasgressuri.
(10) Miżuri biex jipproteġu vittmi tfal għandhom jiġu adottati fl-aħjar interess tagħhom, filwaqt li jiettieħed kont tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom. Vittmi tfal għandu jkollhom aċċess faċili għal rimedji legali, inkluż parir u rappreżentazzjoni legali b'xejn u miżuri biex jindirizzaw il-kunflitti ta' interess fejn l-abbuż isir fil-familja. Barra minn dan, vittmi tfal għandhom ikunu protetti minn sanzjonijiet, pereżempju taħt leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-immigrazzjoni jew il-protituzzjoni, jekk iġibu l-każ tagħhom għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Barra dan, il-parteċipazzjoni ta' vittmi tfal fi proċedimenti kriminali m'għandhiex tikkawża iktar trawma bħala riżultat ta' intervisti jew kuntatt viżwali mat-trasgressuri.Il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe informazzjoni relatata mal-identifikazzjoni ta’ vittmi tfal hija kruċjali għall-protezzjoni ta’ dawk il-vittmi tfal.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10a) Għal protezzjoni sħiħa tal-vittmi, il-vittmi tfal għandhom ikunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom u dwar is-servizzi għad-dispożizzjoni tagħhom, il-progress ġenerali tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti, ir-rwol tagħhom fl-investigazzjoni jew il-proċedimenti u r-riżultat ta’ dawn.
Barra minn hekk, għandhom jiġu adottati miżuri li jiżguraw li t-tfal jiġu edukati dwar id-drittijiet tagħhom għall-protezzjoni mill-abbuż, dwar kif jistgħu jipproteġu ruħhom u dwar x’għandhom jagħmlu jekk jinsabu jew kienu vittmi ta’ abbuż.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12) Meta l-periklu kkawżat mit-trasgressuri u r-riskji possibbli ta’ ripetizzjoni jagħmluha xierqa, trasgressuri misjuba ħatja għandhom temporanjament jew permanentement ma jitħallewx iwettqu attivitajiet li jinvolvu kuntatt mat-tfal, fejn ikun xieraq. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-projbizzjonijiet madwar l-UE għandha ssir aktar faċli.
(12) Meta l-periklu kkawżat mit-trasgressuri u r-riskji possibbli ta’ ripetizzjoni jagħmluha xierqa, trasgressuri misjuba ħatja għandhom temporanjament jew permanentement ma jitħallewx iwettqu attivitajiet li jinvolvu kuntatt mat-tfal, fejn ikun xieraq. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-projbizzjonijiet madwar l-UE għandha ssir aktar faċli.Għandhom isiru verifiki ta’ skrijnjar ta’ qabel l-impjieg mill-Istati Membri meta l-impjieg ikun soġġett għal attivitajiet regolari mat-tfal.Għandhom jiġu implimentati proċeduri b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istati Membri.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12a) L-internet huwa parti mis-soċjetà bħal kull ħaġa oħra, u m’għandux jitqies bħala spazju “newtrali”.Bħal fis-soċjetà normali, jeħtieġ li jiġu applikati standards u regoli li jiggvernaw l-użu tiegħu.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 13
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(13) Il-pedopornografija,li tikkostitwixxi immaġini ta' abbuż sesswali, hija tip ta' kontenut speċifiku li ma jistax jiġi interpretat bħala l-espressjoni ta' opinjoni. Biex tiġi kkumbattuta, huwa meħtieġ li tonqos iċ-ċirkolazzjoni ta' materjal ta' abbuż mit-tfal billi jsir iktar diffiċli li trasgressuri jtellgħu tali kontenut fuq l-Internet pubblikament aċċessibbli. Għaldaqstant hija meħtieġa azzjoni biex jitneħħa l-kontenut f'ras il-għajn u jinqabdu dawk ħatja tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-iskarikar ta' immaġini ta' abbuż mit-tfal.. L-UE, b'mod partikolari permezz ta' żieda fil-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, għandha tfittex li tiffaċilita t-tneħħija effettiva minn pajjiżi terzi ta' siti elettroniċi li jkun fihom il-pedopornografija, li jinsabu f'pajjiżhom. Madanakollu minħabba li,minkejja dawn l-isforzi, t-tneħħija ta' kontenut pedopornografiku minn ras il-għajn hija diffiċli fejn il-materjali oriġinali ma jinsabux fl-UE, għandhom jitpoġġew fil-post mekkaniżmi addizzjonali li jimblukkaw l-aċċess mit-territorju tal-Unjoni għal paġni tal-internet li jkunu identifikati bħala li fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija. Għal dak il-għan, jistgħu jintużaw mekkaniżmi differenti kif xieraq, inklużi li l-awtoritajietġudizzjarji jew tal-ordni kompetenti jkollhom il-faċilità jordnaw dan l-imblukkar, jew jappoġġjaw u jistimulaw lil dawk li jipprovdu s-Servizz tal-Internet (Internet Service Providers) biex fuq bażi volontarja jiżviluppaw kodiċi ta' kondotta u linji gwida biex jiġi mblukkat l-aċċess għal tali paġni tal-Internet.Kemm bil-għan li jitneħħa kif ukoll biex jiġi mblukkat il-kontenut tal-abbuż mit-tfal, għandha tiġi stabbilita u msaħħa l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, partikolarment f-interess li jiġi żgurat li listi nazzjonali ta' siti web li fihom materjal ta' pedopornografija jkunu kemm jista' jkun kompleti u li jiġi evitat ix-xogħol doppju. Kwalunkwe tali żviluppi jeħtieġ jieħdu kont tad-drittijiet tal-utenti finali, iżommu mal-proċeduri legali u ġudizzjarji eżistenti u jikkonformaw mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani u mal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-Programm Internet Iktar Sikur waqqaf netwerk ta' hotlines li għandhom l-għan jiġbru informazzjoni u jiżguraw kopertura u skambju ta' rapporti dwar it-tipi ewlenin ta' kontenut illegali onlajn.
(13) Il-pedopornografija tikkostitwixxi immaġini ta' abbuż sesswali. Biex tiġi kkumbattuta, huwa meħtieġ li tonqos iċ-ċirkolazzjoni ta' materjal ta' abbuż mit-tfal billi jsir iktar diffiċli li trasgressuri jtellgħu tali kontenut fuq l-Internet pubblikament aċċessibbli. Għaldaqstant hija meħtieġa azzjoni biex jitneħħa l-kontenut f'ras il-għajn u jinqabdu dawk ħatja tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-iskarikar ta' immaġini ta' abbuż mit-tfal.. L-UE, b'mod partikolari permezz ta' żieda fil-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, għandha tfittex li tiffaċilita t-tneħħija effettiva minn pajjiżi terzi ta' siti elettroniċi li jkun fihom il-pedopornografija, li jinsabu f'pajjiżhom. Minkejja dawn l-isforzi, t-tneħħija ta' kontenut pedopornografiku minn ras il-għajn hija diffiċli fejn il-materjali oriġinali ma jinsabux fl-UE, billi l-maġġoranza l-kbira tas-siti elettroniċi li ġew ibblukkati jiġu faċilitati permezz ta’ servers li jinsabu f’pajjiżi (prinċipalment l-Istati Uniti u l-UE) li ffirmaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal jew il-Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar il-bejgħ tat-tfal,il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pedopornografija. Għandhom jitwaqqfu mekkaniżmi biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-awtoritajiet tal-istati, ġudizzjarji utal-pulizija, u punti ta’ rappurtaġġ għall-pedopornografija biex tiġi żgurata t-tneħħija sigura u mgħaġġla ta’ siti elttroniċi li jkun fihom il-pedopornografija. Kwalunkwe tali żviluppi jeħtieġ jieħdu kont tad-drittijiet tal-utenti finali, iżommu mal-proċeduri legali u ġudizzjarji eżistenti u jikkonformaw mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani u mal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-Programm Internet Iktar Sikur waqqaf netwerk ta' hotlines li għandhom l-għan jiġbru informazzjoni u jiżguraw kopertura u skambju ta' rapporti dwar it-tipi ewlenin ta' kontenut illegali onlajn.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(13a).Hemm bosta punti ta’ aċċess biex wieħed jara immaġini pedopornografiċi fuq l-internet, u t-trasgressuri jadattaw mal-progress kontinwu tat-teknoloġija u l-applikazzjonijiet tagħha.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 13b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(13b).Il-Koalizzjoni Finanzjarja Ewropea għandha tespandi l-mandat tagħha biex ikopri l-immaġini pedopornografiċi kollha fuq l-internet, u mhux biss fuq siti pedopornografiċi kummerċjali.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – punt b – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) ‘pedopornografija’ għandha tfisser
(b) ‘pedopornografija’ hija forma ta’ abbuż fuq it-tfal u għandha tfisser
Ġustifikazzjoni
L-użu tat-terminu ''pedopornografija'' jqiegħed l-aċċent fuq l-iskop sesswali tal-att, filwaqt li ''immaġini ta' abbuż fuq it-tfal'' huwa terminu wiesa' użat biex jiddeskrivi immaġini minn fost firxa wiesgħa ta' atti kriminali, li mhux neċessarjament ta' natura sesswali: l-iskop ta' dan l-istrument jikkonċerna l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija. Meta jitqies l-iskop tal-istrument kif ukoll il-leġiżlazzjoni attwali u t-terminoloġija legali użata fil-''Protokoll mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Bejgħ tat-Tfal, il-Prostituzzjoni tat-Tfal u l-Pedopornografija'' u l-''Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament Sesswali u l-Abbuż Sesswali'', ir-rapporteur għal opinjoni jirrakkomanda li tintuża l-kelma ''pedopornografija''.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Li ġġiegħel, għal raġunijiet sesswali, tfal li ma jkunux laħqu l-età ta' kunsens sesswali skont il-liġi nazzjonali lil jaraw abbuż sesswali jew attivitajiet sesswali, anki jekk ma jipparteċipawx, għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn.
2. Li ġġiegħel, għal raġunijiet sesswali, tfal li ma jkunux laħqu l-età ta' kunsens sesswali skont il-liġi nazzjonali lil jaraw abbuż sesswali jew attivitajiet sesswali, anki jekk ma jipparteċipawx, għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Il-parteċipazzjoni f'attivitajiet sesswali ma' tfal li ma laħqux l-età legali tal-kunsens taħt il-liġi nazzjonali għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin.
3. Il-parteċipazzjoni f'attivitajiet sesswali ma' tfal li ma laħqux l-età legali tal-kunsens taħt il-liġi nazzjonali għandha tkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt i
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(i) isir abbuż minn pożizzjoni rikonoxxuta ta' fiduċja, awtorità jew influwenza fuq it-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin; jew
(i) isir abbuż minn pożizzjoni rikonoxxuta ta' fiduċja, awtorità jew influwenza fuq it-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.F’każ ta’ ġenituri li jkunu abbużaw minn uliedhom, is-sentenza għandha tkun adegwata biex tipproteġi lit-tfal kontra kull ripetizzjoni tar-reat;
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt ii
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ii) isir abbuż minn sitwazzjoni partikolament vulnerabbli tat-tfal, ta' min isemmi minħabba diżabbiltà mentali jew fiżika jew sitwazzjoni ta’ dipendenza għandu jkun punlibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin; jew
(ii) isir abbuż minn sitwazzjoni partikolament vulnerabbli tat-tfal, ta' min isemmi minħabba diżabbiltà mentali jew fiżika, faqar u esklużjoni soċjali jew sitwazzjoni ta’ dipendenza għandu jkun punlibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal;
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt iii
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(iii) isir użu minn tiġgħil, forza jew theddid għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas għaxar snin.
(iii) isir użu minn tiġgħil, forza jew theddid għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas għaxar snin u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. It-tiġgħil ta' tfal f'attivitajiet sesswali ma' parti terza għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' ħabs għa mill-inqas għaxar snin.
5. It-tiġgħil ta' tfal f'attivitajiet sesswali ma' parti terza għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' ħabs għa mill-inqas għaxar snin u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Li ġġiegħel tfal jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' ħabs għal mill-inqas sentejn.
2. Li ġġiegħel tfal jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' ħabs għal mill-inqas sentejn u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Li jsir qligħ jew inkella jiġu sfruttati tfal li jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' ħabs għal mill-inqas sentejn.
3. Li jsir qligħ jew inkella jiġu sfruttati tfal li jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' ħabs għal mill-inqas sentejn u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. L-iffrekwentar konxju ta’ wirjiet pornografiċi li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn.
4. L-iffrekwentar konxju ta’ wirjiet pornografiċi li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas sentejn u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. Ir-reklutaġġ ta' tfal biex jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin.
5. Ir-reklutaġġ ta' tfal biex jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Sfurzar ta' tfal għall-prostituzzjoni għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin.
6. Sfurzar ta' tfal għall-prostituzzjoni għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
F’ċirkostanzi partikolari piena massima ta’ mill-inqas tmien snin.Speċjalment jekk it-tfal jitqiegħdu f’periklu, f’sitwazzjoni ta’ vjolenza estrema li tagħmel ħsara gravi lit-tfal, jew jkun hemm esibizzjonijiet ta’ natura iktar sistematika jew organizzata.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
7. Qligħ minn jew sfruttar b'mod ieħor ta' tfal li jipparteċipaw fil-prostituzzjoni tat-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin.
7. Qligħ minn jew sfruttar b'mod ieħor ta' tfal li jipparteċipaw fil-prostituzzjoni tat-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
8. Parteċipazzjoni f'attivitajiet sesswali ma' tfal, fejn wieħed jirrikorri għall-prostituzzjoni tat-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas ħames snin.
8. Parteċipazzjoni f'attivitajiet sesswali ma' tfal, fejn wieħed jirrikorri għall-prostituzzjoni tat-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 9
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
9. It-tiġgħil ta' tfal biex jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin.
9. It-tiġgħil ta' tfal biex jipparteċipaw f'wirjiet pornografiċi għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
10. Ir-reklutaġġ ta' tfal biex jipparteċipaw fil-prostituzzjoni tat-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin.
10. Ir-reklutaġġ ta' tfal biex jipparteċipaw fil-prostituzzjoni tat-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas tmien snin u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
11. It-tiġgħil ta' tfal għall-prostituzzjoni tat-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas għaxar snin.
11. It-tiġgħil ta' tfal għall-prostituzzjoni tat-tfal għandu jkun punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas għaxar snin u projbizzjoni milli wieħed jokkupa impjiegi li jinvolvu kwalunkwe tip ta’ kuntatt mat-tfal.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – Titolu
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Reati li jikkoncernawil-pedopornografija
Reati li jikkonċernawmaterjal ta’ abbuż fuq it-tfal
Ġustifikazzjoni
Il-kelma “pedopornografija” toħloq ħafna problemi. Id-definizzjoni normali tal-kelma “pornografija” tirreferi għal atti konsensjenti bejn adulti. Il-kliem “materjal ta’ abbuż fuq it-tfal” jagħti messaġġ iktar ċar: il-materjal qed jitqies bħala provi għal reat.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) l-organizzazzjoni ta’ arranġamenti għall-ivvjaġġar bil-għan li jitwettaq kwalunkwe mir-reati imsemmijin fl-Artikoli 3 sa 6.
(b) l-organizzazzjoni ta’ arranġamenti għall-ivvjaġġar u/jew ta’ natura oħra bil-għan li jitwettaq kwalunkwe mir-reati imsemmijin fl-Artikoli 3 sa 6.
Ġustifikazzjoni
Fir-rigward tal-organizzazzjoni tat-turiżmu sesswali li jinvolvi t-tfal, il-protagonisti li jiffaċilitaw l-abbuż sesswali u l-isfruttament tat-tfal ma jinkludux biss dawk li jorganizzaw il-vjaġġi, bħat-tour operators u l-aġenziji tal-ivvjaġġar, iżda wkoll għadd ta’ intermedjarji li jipprovdu servizzi oħra, bħal-lukandi, il-hostels, il-gwidi, is-servizzi ta’ traduzzjoni, eċċ.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) ir-reat ikun twettaq kontra tfal f’qagħda partikolarment vulnerabbli, partikolarment minħabba diżabbiltà mentali jew fiżika jew sitwazzjoni ta’ dipendenza;
(b) ir-reat ikun twettaq kontra tfal f’qagħda partikolarment vulnerabbli, partikolarment minħabba diżabbiltà mentali jew fiżika jew faqar u esklużjoni soċjali jew sitwazzjoni ta’ dipendenza;
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-miżura messmmija f'paragrafu 1 tidħol fil-fedina penali tal-Istat Membru li ħareġ il-kundanna.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-miżura messmmija f'paragrafu 1 tidħol fil-fedina penali tal-Istat Membru li ħareġ il-kundanna.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa, leġiżlattivi u mhux, biex jiżguraw li jiġu verifikati r-rekords kriminali kull darba li persuna tapplika għal impjieg ġdid li jinvolvi kuntatt regolari mat-tfal.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 3 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3a.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet statali u governattivi li jeżerċitaw attivitajiet li jinolvu kuntatt regolari mat-tfal jivverifikaw b’mod sistematiku r-rekords kriminali ta’ impjegati ġodda, u li l-organizzazzjonijiet, inklużi l-iskejjel, li jipprovdu servizzi għat-tfal, ikollhom politiki b’saħħithom u attivi għall-protezzjoni tat-tfal.
Ġustifikazzjoni
Ir-reġistrazzjoni u l-qsim ta’ informazzjoni għandhom ikunu kumplimentati b’azzjoni min-naħa ta’ organizzazzjonijiet li jinvolvu kuntatt regolari mat-tfal biex jiżguraw li r-rekord kriminali tal-kandidati għal post tax-xogħol jew attivitajiet li jinvolvu t-tfal jiġi verifikat qabel ma ssir l-offerta ta’ impjieg, permezz ta’ verifiki ta’ qabel l-impjieg.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 13
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-Istati Membri għandhomjipprovdu għall-possibbiltà li ma jkunx hemm prosekuzzjoni jew l-impożizzjonita’ pieni fuq vittmi tfal għar-reati msemmija fl-Artikoli 4 u 5 (4) sa (6) għall-involviment tagħhom f’attivitajiet illegali bħala konsegwenza diretta talli kienu suġġetti għal dawk ir-reati.
L-Istati Membri m’għandhomx iġibu quddiem il-ġustizzja vittmi tfal jew jimponu pieni fuq vittmi tfal għar-reati msemmija fl-Artikoli 4 u 5 (4) sa (6) għall-involviment tagħhom f’attivitajiet illegali bħala konsegwenza diretta talli kienu suġġetti għal dawk ir-reati.
Ġustifikazzjoni
Vittmi tfal m’għandhomx jitqiesu bħala kapaċi li jagħtu l-kunsens għall-prostituzzjoni jew il-parteċipazzjoni f’immaġini ta’ abbuż fuq it-tfal. Ir-responsabilità kriminali taqa’ biss fuq it-trasgressur, indipendentement minn kwalunkwe “kunsens” min-naħa tal-vittma.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjoni tar-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 ma jkunux jiddependu milli jsir rapport jew akkuża mill-vittma, u li l-proċedimenti jistgħu jitkomplew anke hekk il-vittma tkun irtirat id-dikjarazzjonijiet tagħha.
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjoni tar-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 ma jkunux jiddependu milli jsir rapport jew akkuża mill-vittma, u li l-proċedimenti jistgħu jitkomplew anke hekk il-vittma tkun irtirat id-dikjarazzjonijiet tagħha.Għandhom jiġu implimentati proċeduri b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istati Membri.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li għodod effettivi tal-investigazzjoni jkunu disponibbli għal persuni, unitajiet jew servizzi responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati imsemmija fl-Artrikoli 3 sa 7, biex jippermettu l-possibbiltà ta’ operazzjonijiet sigrieti għall-inqas f’dawk il-każi fejn ikun hemm involut l-użu ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li għodod effettivi tal-investigazzjoni jkunu disponibbli għal persuni, unitajiet jew servizzi responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati imsemmija fl-Artrikoli 3 sa 7, biex jippermettu l-possibbiltà ta’ operazzjonijiet sigrieti għall-inqas f’dawk il-każi fejn ikun hemm involut l-użu ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.Dawn il-miżuri għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja rilevanti fl-Istat Membru kkonċernat u għandhom jitwettqu taħt is-superviżjoni ta’ dik l-awtorità.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jippermettu unitajiet jew servizzi investigattivi jipprovaw jidentifikaw il-vittmi tar-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7, b’mod partikolari billi janalizzaw materjal ta’ pedopornografija, bħalma huma ritratti u reġistrazzjonijiet awdjoviżivi trasmessi jew magħmulin disponibbli permezz ta' teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jippermettu u jappoġġaw unitajiet jew servizzi investigattivi jipprovaw jidentifikaw mingħajr dewmien il-vittmi tar-reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7, b’mod partikolari billi janalizzaw materjal ta’ pedopornografija, bħalma huma ritratti u reġistrazzjonijiet awdjoviżivi trasmessi jew magħmulin disponibbli permezz ta' teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-finanzi u r-riżorsi umani meħtieġa biex jiżguraw li l-unitajiet investigattivi jsiru operattivi u effettivi bis-sħiħ.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Bi qbil mal-azzjoni biex jingħeleb it-terroriżmu, għandhom jittieħdu miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ prevenzjoni fir-rigward ta' min iwettaq ir-reati, skont it-tifsira tal-Artikoli 3 sa 7 ta' din id-Direttiva.Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tistudja l-fattibilità tat-twaqqif ta’ Sistema Ewropea ta’ Twissija Bikrija (EWS) biex jiġu kkoordinati l-attivitajiet kontra l-kriminalità ċibernetika min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u biex jiġu pprevenuti reati minn pedofili u minn min iwettaq abbużi sesswali, kif talab il-Parlament Ewropew fir-rakkomandazzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2010 dwar it-twaqqif ta’ Sistema Ewropea ta’ Twissija Bikrija (EWS) għall-pedofili u min iwettaq abbużi sesswali1, li ġiet adottata b’maġġoranza assoluta.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 4 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4a.L-Istati Membri għandhom jaħdmu bi sħab mal-aġenziji għall-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet ġudizzjarji, l-industrija tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, il-Fornituri tas-Servizz tal-Internet, is-settur bankarju u l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi.
L-Istati Membri għandhom jaħdmu b'mod kollaborattiv u jaqsmu eżempji ta' prattika tajba fir-rigward tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali fuq it-tfal ma' dawk l-Istati Membri fejn hemm unitajiet speċjalizzati effikaċi.
Ġustifikazzjoni
Huwa essenzjali li jkun hemm approċċ olistiku li jinkludi l-qsim tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati biex tiġi miġġielda n-natura transkonfinali ta' dan l-att kriminali.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1a.L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet li jinvolvu kuntatt regolari mat-tfal biex jagħmlu taħriġ regolari tal-persunal, sabiex l-individwi jkunu jistgħu jidentifikaw każ ta' abbuż fuq it-tfal u jkunu jafu lil min għandhom jirrappurtaw din l-informazzjoni.
Ġustifikazzjoni
Meta membri tal-persunal ikunu mħarrġa biex jidentifikaw l-abbuż, hemm ċans li inċidenti ta’ abbuż jiġu rrappurtati iktar malajr.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1b.L-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li l-vittmi jkollhom aċċess għal mekkaniżmi ta’ rappurtaġġ u ta’ riferiment kunfidenzjali u li jistgħu jintużaw mit-tfal, bħal helplines tat-telefown jew tal-internet, u li dawn ikunu mmexxija minn professjonisti mħarrġa biex jittrattaw l-abbuż.
Ġustifikazzjoni
It-twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ rappurtaġġ u ta’ servizzi ta’ informazzjoni li jistgħu jintużaw mit-tfal jagħti lill-vittmi tfal grad ogħla ta’ awtonomija, u jħeġġiġhom jagħmlu kuraġġ u jirrappurtaw l-abbuż.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jinkoraġġixxu lil kwalunkwe persuna li taf jew tissuspetta, b’rieda tajba, reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 biex tirrapporta dawn il-fatti lis-servizzi kompetenti.
2. L-Istati Membri għandhom jadottaw l-passi meħtieġa biex jinkoraġġixxu lil kwalunkwe persuna li taf reati imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 jew tissuspetta, b'rieda tajba li setgħu twettqu biex tirrapporta dawn il-fatti lis-servizzi kompetenti. Kull persuna li tirrapporta dawn ir-reati se tkun koperta mill-protezzjoni tad-data u mill-anonimità.
Ġustifikazzjoni
Biex in-nies jitħeġġu jirrappurtaw każijiet ta' abbuż sesswali fuq it-tfal, huwa ta' importanza fundamentali li tinbnielhom fiduċja dwar il-fatt li l-anonimità tagħhom se tkun protetta f'kull waqt.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iwaqqfu servizz ta’ rappurtaġġ anonimu għall-utenti tal-internet li bi żball isibu materjal ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal fuq l-internet.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2b.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex joħolqu servizzi ta’ informazzjoni, bħal linji telefoniċi speċjali għall-għajnuna u siti tal-internet, biex jiġu pprovduti pariri u assistenza lit-tfal.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax jew li japplika biss f'ċirkostranżi speċifiċi, ir-regoli tal-ġurisdizzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1(c) u (d) safejn ir-reat jitwettaq barra mit-territorju tiegħu.
imħassar
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 1 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1a.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu l-privatezza tal-vittmi tfal, l-identità tagħhom u l-immaġini, permezz ta’ prevenzjoni tat-tixrid pubbliku tal-informazzjoni.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2a)L-Istati Membri għandhom jimplimentaw sistemi ta' protezzjoni preventiva għat-tfal.Dawn għandhom jinkludu:
(a)għandhom jiġu pprovduti informazzjoni u appoġġ lill-pubbliku biex jgħinuhom jipproteġu t-tfal, inklużi kampanji edukattivi u ta’ sensibilizzazzjoni, sabiex l-individwi jkunu jistgħu jidentifikaw aħjar każijiet ta’ abbuż sesswali potenzjali tat-tfal u jkunu jafu lil min għandhom jirrappurtaw dan, kemm fuq l-internet kif ukoll lil hinn minnu;
(b)programmi edukattivi ta' sensibilizzazzjoni fl-iskejjel u fil-gruppi ta' attività tat-tfal biex dawn jiġu edukati li jirrikonoxxu u jevitaw sitwazzjonijiet b'riskju għoli;
(c)miżuri biex jiġi żgurat li s-siti ta' 'social networking' fuq l-Internet ikunu jinkludu applikazzjoni b' 'buttuna tal-paniku' sabiex it-tfal ikunu jistgħu javżaw lill-awtoritajiet rilevanti dwar kwalunkwe mġieba sesswali inadegwata, peress li kull ma jmur qed jiżdied it-tiftix ta' tfal fuq l-Internet, permezz ta' 'chat rooms' u siti ta' 'social networking'.Jeħtieġ li jitwaqqfu proċeduri ta' segwitu ċari u koerenti li juru fejn se jmur ir-rapport, kif se jiġi pproċessat u x'appoġġ u għajnuna se jingħataw lit-tifel jew tifla in kwistjoni;
(iv)tiftix kriminali iebes għal kull tip ta' mpjieg li jinvolvi l-ħidma mat-tfal u mal-adolexxenti ta' taħt it-18-il sena, kemm jekk huwa xogħol volontarju kif ukoll impjieg imħallas;
(v)miżuri li jeżaminaw il-possibilità ta' implimentazzjoni ta' sistema ta' ''twissija ħamra'' fejn tiġi kkomunikata informazzjoni/data dwar l-iktar kriminali perikolużi involuti f'abbużi sesswali fuq it-tfal bejn l-Istati Membri hekk kif il-kriminali jkunu qed jivvjaġġaw madwar l-UE u li din id-data/informazzjoni tkun soġġetta għal-liġijiet attwali kollha tal-UE u nazzjonali għall-protezzjoni tad-data.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a.L-Istati Membri huma mħeġġa jużaw assi konfiskati mingħand kriminali biex jiffinanzjaw servizzi addizzjonali terapewtiċi u ta’ integrazzjoni għall-vittmi tal-pedopornografija.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 4 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4a.L-Istati Membri għandhom jużaw strutturi eżistenti biex jipprevjenu u jiġġieldu l-attivitajiet tan-netwerks kriminali involuti fil-produzzjoni, il-bejgħ jew id-distribuzzjoni tal-pedopornografija, pereżempju l-qafas ta' ħidma analitiku tal-Europol, u jimplimentaw il-leġiżlazzjoni neċessarja jew miżuri oħra biex iħeġġu u jappoġġaw it-twaqqif ta' servizzi ta' informazzjoni, bħal-linji tat-telefown u tal-Internet għall-għajnuna biex jipprovdu pariri lil min iċempel b'mod kunfidenzjali u fir-rispett tal-anonimità tagħhom.
Ġustifikazzjoni
Servizzi ta' informazzjoni bħal-linji tat-telefown għal għajnuna jistgħu ikunu għodda ta' importanza vitali fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal. L-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Abbuż Sesswali jirrikonoxxi dan.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 4 b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4b.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-familja tat-trasgressur ma tiġix iżolata jew stigmatizzata.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li fl-investigazzjonijiet kriminali ta’ kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7:
3. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li fil-proċedimenti kriminali ta’ kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7:
Ġustifikazzjoni
Dawn it-termini huma konformi mal-Artikolu 14(3) tal-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) l-intervisti mat-tfal vittmi jsiru, fejn meħtieġ, f’post imfassal u adattat għal dan il-għan;
(b) l-intervisti mat-tfal vittmi jsiru f’post imfassal u adattat għal dan il-għan, u fejn it-tifel jew tifla jħossuhom siguri;
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(f) it-tfal vittmi jistgħu jkunu akkumpanjati mir-rappreżentant legali tagħhom jew, fejn xieraq, adult tal-għażla tagħhom, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni bil-maqlub b’raġuni biżżejjed rigward dik il-persuna.
(f) it-tfal vittmi għandhom ikunu akkumpanjati mill-gwardjan maħtur tagħhom,mir-rappreżentant legali jew, fejn xieraq, adult tal-għażla tagħhom, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni bil-maqlub b’raġuni biżżejjed rigward dik il-persuna.
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li ssaħħaħ il-livell ta’ protezzjoni tat-tfal vittmi.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 5 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex fil-proċedimenti kriminali marbuta ma’ kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7, jiżguraw li jista' jiġi ordnat li:
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex fil-proċedimenti kriminali marbuta ma’ kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7, jiżguraw li għandu jiġi ordnat li:
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li programmi jew miżuri ta’ intervent effettivi jkunu disponibbli bil-għan li jimpedixxu u jnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta' reati ripetuti ta’ natura sesswali kontra t-tfal. Dawn il-programmi jew passi bħal dawn għandhom ikunu aċċessibbli fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti kriminali, kemm ġewwa u kif ukoll barra mill-ħabs, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-liġi tal-pajjiż.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li programmi ta’ intervent effettivi jkunu disponibbli għal min iwettaq atti ta' abbuż sesswali jew jitwaqqfu miżuri bil-għan li jimpedixxu u jnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta' reati ripetuti ta’ natura sesswali kontra t-tfal. Dawn il-programmi ta' intervent effettivi għal min iwettaq atti ta' abbuż sesswali jew passi bħal dawn għandhom ikunu aċċessibbli fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti kriminali, kemm ġewwa u kif ukoll barra mill-ħabs, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-liġi tal-pajjiż.L-Istati Membri għandhom joffru programmi ta' konsulenza u ta' għoti ta' pariri bħala appoġġ għall-familji tal-kriminali, kemm jekk ikunu nisa kif ukoll irġiel.
Ġustifikazzjoni
In-nisa wkoll iwettqu jew jgħinu fit-twettiq ta’ reati li jinvolvu l-pedopornografija u t-tixrid ta’ dan il-materjal fuq l-internet.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Tali programmi jew miżuri ta’ intervent għandhom jiġu adattati biex jissodisfaw il-ħtiġiet speċifiċi għall-iżvilupp tat-tfal li jwettqu offiża sesswali, inklużi dawk li huma taħt l-età ta’ responsabbiltà kriminali.
Tali programmi jew miżuri ta’ intervent għandhom jiġu adattati biex jissodisfaw il-ħtiġiet speċifiċi għall-iżvilupp tat-tfal li jwettqu offiża sesswali fuq tfal oħra, inklużi dawk li huma taħt l-età ta’ responsabbiltà kriminali.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn it-tfal jingħataw tweġiba xierqa, li tinkludi evalwazzjoni tal-bżonnijiet individwali tagħhom u trattament adegwat li jindirizza l-imġiba offensiva tagħhom.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 5 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5a.Peress li l-aqwa mod kif wieħed jista' jipprevjeni huwa li jitwaqqfu l-kriminali, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-possibilità ta' implimentazzjoni ta' numru tat-telefown għall-UE kollha disponibbli għal kull min ikun qed jaħseb li jwettaq att ta' abbuż sesswali fuq tfal.L-anonimità tal-individwu għandha tiġi żgurata.
Ġustifikazzjoni
Bħala miżura preventiva, il-kriminali attwali u potenzjali għandu jkollhom aċċess għal linja tat-telefown ta' għajnuna li tkun tista' toffri appoġġ u konsulenza. Xi ħadd li jkun imħasseb dwar ħsibijietu jew imġiebtu lejn it-tfal għandu jkun jista' jċempel fuq linja tat-telefown kunfidenzjali filwaqt li jippreserva l-anonimità tiegħu. Din il-linja tat-telefown ġiet implimentata b'suċċess fir-Renju Unit.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 21
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-imblukkar ta’ siti elettroniċi li fihom il-pedopornografija
Miżuri kontra siti elettroniċi li fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jottjenu l-imblukkar ta' aċċess mill-utenti tal-Internet fit-territorju tagħhom għal paġni tal-internet li jkun fihom jew li jqassmu l-pedopornografija. L-imblukkar tal-aċċess għandu jkun suġġett għal salvagwardji adegwati, b'mod partikolari biex jiżguraw li l-imblukkar ikun limitat għal dak li huwa neċessarju, li l-utenti jkunu infurmati bir-raġuni għall-imblukkar u li dawk li jipprovdu l-kontenut, safejn hu possibbli, ikunu infurmati bil-possibbiltà li jikkontestawh.
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw it-tneħħija ta’ paġni tal-internet li jkun fihom jew li jqassmu l-pedopornografija li jkunu nfetħu fit-territorju tagħhom u jagħmlu ħilithom biex jiksbu t-tneħħija ta’ paġni bħal dawn li jkunu nfetħu ‘l barra mit-territorju tagħhom.
1a.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adegwati ta’ infurzar tal-liġi biex jinnotifikaw lil Stati Membri oħrajn malajr dwar l-eżistenza ta’ materjal ta’ abbuż fuq it-tfal, u biex dan jitneħħa.
2. Mingħajr preġudizzju għal dak li hawn fuq, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jitneħħew paġni tal-internet li jkun fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija.
2. Meta t-tneħħija ta' paġni tal-internet li jkun fihom jew li jxerrdu l-pedopornografija ma tkunx possibbli, għandu jinkisebl-imblukkar b’salvagwardji adegwati, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li l-imblukkar ikun limitat għal dak li huwa neċessarju, li l-utenti jkunu infurmati bir-raġuni għall-imblukkar u li dawk li jipprovdu l-kontenut, safejn hu possibbli, ikunu infurmati bil-possibbiltà li jikkontestawh.
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex iżidu r-responsabilità ta’ min jipprovdi s-servizzi tal-internet u tal-proprjetarji tad-'domains', sabiex dawn jipprojbixxu l-aċċess għal paġni tal-web pedopornografiċi li jkunu jafu dwarhom.
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2 b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2b.L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz effettiv biex jindirizzaw il-kwestjoni ta' softwer peer-to-peer u l-ħruġ mill-ġdid ta' Usenet Newsgroups.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2 c (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2c.Id-determinazzjoni ta’ siti ta’ ħsara skont din id-Direttiva, kif ukoll il-proċeduri adegwati għat-tħassir jew l-imblukkar ta' siti għandhom iqisu bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali tal-utenti tal-internet, u għandhom ikunu bbażati fuq proċeduri trasparenti u kontroll u monitoraġġ ġudizzjarju.
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2 d (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2d.Il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar l-attivitajiet li saru mill-Istati Membri biex jitneħħa materjal dwar abbuż sesswali fuq it-tfal minn servizzi tal-internet.
Regina Bastos, Edit Bauer, Andrea Češková, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Ilda Figueiredo, Iratxe García Pérez, Zita Gurmai, Mary Honeyball, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Philippe Juvin, Nicole Kiil-Nielsen, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Barbara Matera, Elisabeth Morin-Chartier, Siiri Oviir, Antonyia Parvanova, Raül Romeva i Rueda, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Marc Tarabella, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Anne Delvaux, Cornelia Ernst, Sylvie Guillaume, Kartika Tamara Liotard, Mariya Nedelcheva, Norica Nicolai, Antigoni Papadopoulou, Rovana Plumb
Sostitut(i) preżenti (skont l-Artikolu 187(2)) għall-votazzjoni finali
Jan Philipp Albrecht, Sonia Alfano, Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Vilija Blinkevičiūtė, Mario Borghezio, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Rosario Crocetta, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Véronique Mathieu, Nuno Melo, Jan Mulder, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Daniël van der Stoep, Renate Weber, Tatjana Ždanoka
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Edit Bauer, Anna Maria Corazza Bildt, Ioan Enciu, Monika Hohlmeier, Jean Lambert, Antonio Masip Hidalgo, Mariya Nedelcheva, Hubert Pirker, Michèle Striffler, Kyriacos Triantaphyllides, Cecilia Wikström