RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew

3.10.2011 - (COM(2010)0767 – C7‑0003/2011 – 2010/0370(COD)) - ***I

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Georgios Papastamkos


Proċedura : 2010/0370(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0319/2011
Testi mressqa :
A7-0319/2011
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew

(COM(2010)0767 – C7‑0003/2011 – 2010/0370(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0767),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0003/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-15 ta’ Marzu 2011[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7‑0000/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal Regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Sabiex jinkisbu aħjar l-għanijiet tal-arranġamenti favur il-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, il-programm ta' għajnuna għandu jinkludi miżuri li jiggarantixxu l-provvista ta’ prodotti agrikoli u l-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjonijiet agrikoli lokali. Jeħtieġ li l-livell tal-programmazzjoni jkun armonizzat u li jkun hemm approċċ sistematiku ta' sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru.

(4) Sabiex jinkisbu aħjar l-għanijiet tal-arranġamenti favur il-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, il-programm ta' għajnuna għandu jinkludi miżuri li jiggarantixxu l-provvista ta’ prodotti agrikoli u l-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjonijiet agrikoli lokali. Jeħtieġ li l-livell tal-programmazzjoni jkun armonizzat u li jkun hemm approċċ sistematiku ta' sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi għat-tfassil ta' programmi ta' għajnuna permezz tal-iskambju ta' prattiki tajba u billi tistabbilixxi indikaturi ta’ qafas armonizzati biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-programmi.

Emenda  2

Proposta għal Regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà u fl-ispirtu ta’ flessibbiltà li huma l-bażi tal-approċċ tal-programmazzjoni adottat għall-arranġamenti favur il-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, l-awtoritajiet maħtura mill-Ġreċja jistgħu jipproponu emendi fil-programm sabiex jadattawh għar-realtà ta' dawn il-gżejjer. Fl-istess spirtu, il-proċedura tal-emendi tal-programm għandha tkun adattata għal-livell ta’ rilevanza ta’ kull tip ta’ emenda.

(5) Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà u fl-ispirtu ta’ flessibbiltà li huma l-bażi tal-approċċ tal-programmazzjoni adottat għall-arranġamenti favur il-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, l-awtoritajiet maħtura mill-Ġreċja jistgħu jipproponu emendi fil-programm sabiex jadattawh għar-realtà ta' dawn il-gżejjer. Għal dan il-għan, għandu jingħata inkoraġġiment għal involviment aktar sinifikanti min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti. Fl-istess spirtu, il-proċedura tal-emendi tal-programm għandha tkun adattata għal-livell ta’ rilevanza ta’ kull tip ta’ emenda.

Ġustifikazzjoni

Għandu jingħata inkoraġġiment għal involviment aktar sinifikanti min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Eġej biex jemendaw u jadattaw il-programm skont il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-ħaddiema tal-biedja li jgħixu fil-gżejjer.

Emenda  3

Proposta għal Regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-problemi tal-gżejjer minuri fil-baħar Eġew huma aċċentwati biċ-ċokon tagħhom. Sabiex tkun garantita l-effettività tal-miżuri previsti, dawn il-miżuri għandhom jindirizzaw biss dawn il-gżejjer ċkejknin.

(7) Il-problemi tal-gżejjer minuri fil-baħar Eġew huma aċċentwati biċ-ċokon tagħhom. Sabiex tkun garantita l-effettività tal-miżuri previsti, dawn il-miżuri għandhom japplikaw għall-gżejjer Eġej kollha minbarra Kreta u Evia.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat il-punt li dawn il-miżuri speċifiċi għandhom japplikaw għall-gżejjer Eġej kollha bl-eċċezzjoni ta’ Kreta u Evia, li huma eżentati minħabba d-daqs kbir tagħhom.

Emenda  4

Proposta għal Regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Sabiex jintlaħaq l-għan li jitbaxxew il-prezzijiet fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew u jitnaqqsu l-ispejjeż żejda minħabba l-insularità u d-distanza, filwaqt li tinżamm il-kompetittività tal-prodotti tal-Unjoni, għandha tingħata għajnuna għall-provvista ta’ prodotti tal-Unjoni fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew. Din l-għajnuna għandha tqis l-ispejjeż żejda tat-trasport lejn il-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, u fil-każ ta' taxxa fuq id-dħul agrikolu jew fil-prodotti intenzjonati għall-ipproċessar, għandhom jitqiesu l-ispejjeż minħabba l-insularità u ċ-ċokon.

(8) Sabiex jintlaħaq l-għan li jitbaxxew il-prezzijiet fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew u jitnaqqsu l-ispejjeż żejda minħabba l-insularità u d-distanza, filwaqt li tinżamm il-kompetittività tal-prodotti tal-Unjoni, għandha tingħata għajnuna għall-provvista ta’ prodotti tal-Unjoni fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew. Din l-għajnuna għandha tqis l-ispejjeż żejda tat-trasport lejn il-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, l-ispejjeż addizzjonali tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u, fil-każ tal-mezzi ta’ produzzjoni agrikoli u l-prodotti intenzjonati għall-ipproċessar, għandhom jitqiesu l-ispejjeż addizzjonali tal-insularità u ċ-ċokon.

Emenda  5

Proposta għal Regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Biex ikunu evitati l-ispekulazzjonijiet li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-utenti finali fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, jeħtieġ ikun speċifikat li l-prodotti ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli biss jistgħu jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi tal-provvista.

imħassar

Emenda  6

Proposta għal Regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fil-każ tal-prodotti pproċessati, għandu jkun awtorizzat l-iskambju bejn il-gżejjer minuri fil-baħar Eġew biex ikun possibbli l-kummerċ bejniethom. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-flussi kummerċjali fi ħdan il-kummerċ reġjonali u l-esportazzjonijiet u l-ħruġ tradizzjonali mal-bqija tal-Unjoni jew il-pajjiżi terzi, u b'riżultat ta' dan, l-esportazzjonijiet ta’ prodotti pproċessati li jikkorrispondu mal-flussi ta’ skambji tradizzjonali, għandha tkun awtorizzata.

(11) Fil-każ tal-prodotti pproċessati, għandu jkun awtorizzat il-kummerċ bejn il-gżejjer minuri fil-baħar Eġew u l-ispejjeż tat-trasport fir-rigward ta’ dawn il-prodotti għandu jitnaqqas, biex ikun possibbli l-kummerċ bejniethom. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-flussi kummerċjali fi ħdan il-kummerċ reġjonali u l-esportazzjonijiet u l-ħruġ tradizzjonali mal-bqija tal-Unjoni jew mal-pajjiżi terzi, u b'riżultat ta' dan, l-esportazzjonijiet ta’ prodotti pproċessati li jikkorrispondu mal-flussi ta’ kummerċ tradizzjonali, għandha tkun awtorizzata.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess tal-konsistenza mal-emenda mressqa għall-Premessa 4.

Emenda  7

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-politika tal-Unjoni favur il-produzzjoni lokali fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1405/2006 tikkonċerna diversi prodotti u miżuri favur il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-ipproċessar tagħhom. Dawn il-miżuri urew li huma effettivi u żguraw iż-żamma tal-attivitajiet agrikoli u l-iżvilupp tagħhom. L-Unjoni għandha tkompli tgħin lil din il-produzzjoni, li hija fattur ewlieni fil-bilanċ ambjentali, soċjali u ekonomiku tal-gżejjer minuri fil-baħar Eġew. L-esperjenza wriet li, bħal fil-każ tal-politika dwar l-iżvilupp rurali, l-isħubija aktar mill-qrib mal-awtoritajiet lokali tista' tgħin biex jiġu indirizzati aktar direttament il-problemi speċifiċi tal-gżejjer milquta. Għalhekk hemm lok fejn titkompla l-għajnuna favur il-produzzjonijiet lokali permezz tal-programm ta' għajnuna, stabbilit għall-ewwel darba permezz tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006.

(14) Il-politika tal-Unjoni favur il-produzzjoni lokali fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1405/2006 tikkonċerna diversi prodotti u miżuri favur il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-ipproċessar tagħhom. Dawn il-miżuri urew li huma effettivi u żguraw iż-żamma tal-attivitajiet agrikoli u l-iżvilupp tagħhom. L-Unjoni għandha tkompli tgħin lil din il-produzzjoni, li hija fattur ewlieni fil-bilanċ ambjentali, soċjali u ekonomiku tal-gżejjer minuri fil-baħar Eġew. L-esperjenza wriet li, bħal fil-każ tal-politika dwar l-iżvilupp rurali, l-isħubija aktar mill-qrib mal-awtoritajiet lokali tista' tgħin biex jiġu indirizzati aktar direttament il-problemi speċifiċi tal-gżejjer milquta. Għalhekk hemm lok fejn titkompla l-għajnuna favur il-produzzjonijiet lokali permezz tal-programm ta' għajnuna, stabbilit għall-ewwel darba permezz tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006, li jikkostitwixxi mudell effikaċi għall-introduzzjoni ta' arranġamenti speċifiċi ta' għajnuna li jiġbru fihom il-gżejjer minuri ’l barra minn Sqallija, fejn il-kundizzjonijiet ambjentali u soċjoekonomiċi huma simili għal dawk tal-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew.

Emenda  8

Proposta għal Regolament

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15) għandhom jiġu determinati wkoll l-elementi minimi li għandhom jiġu inklużi fil-programm ta’ għajnuna fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi għat-trasport, mill-gżejjer, ta' prodotti agrikoli kemm mhux ipproċessati u kemm ipproċessati.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata għajnuna għat-trasport mill-gżejjer minuri tal-Eġew ta' prodotti agrikoli kemm ipproċessati u kemm mhumiex, li jsofru mill-iżvantaġġ kompetittiv doppju minħabba l-prezz għoli kemm tal-materja prima u kemm tat-trasport sussegwenti. Ir-rakkomandazzjoni ssegwi r-raġunament li fuqu huma bbażati d-dispożizzjonijiet tar-regolament li għandu l-għan li jikkumpensa għall-iżvantaġġ kompetittiv tal-ispiża ogħla għall-forniment ta' materja prima lill-gżejjer.

Emenda  9

Proposta għal Regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tiegħu, il-programm ta' għajnuna jista’ jkun fih ukoll miżuri għall-finanzjament tal-istudji, ta' proġetti dimostrattivi, ta' taħriġ u tal-assistenza teknika.

(16) Bil-għan li jiġi żgurat li l-programm ta’ għajnuna jista’ jiġi implimentat, fil-futur jeħtieġ li s-sussidji jkunu jistgħu jintrabtu mal-produzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun żgurat li l-programm ta' għajnuna jintuża b'mod effikaċi kemm jista' jkun u meta jitqiesu l-ammonti limitati ta' fondi pubbliċi disponibbli, jeħtieġ li s-sussidji jintrabtu mal-produzzjoni. Programmi oħra huma disponibbli wkoll għall-kofinanzjament ta' studji, proġetti dimostrattivi, taħriġ u assistenza teknika.

Emenda  10

Proposta għal Regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-produtturi agrikoli tal-gżejjer minuri fil-baħar Eġew għandhom jiġu mħeġġa jfornu prodotti ta' kwalità u jiffavorixxu t-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti.

(17) Il-produtturi agrikoli tal-gżejjer minuri fil-baħar Eġew għandhom jiġu mħeġġa jfornu prodotti ta' kwalità, filwaqt li jagħmlu użu massimu tal-materjal ġenetiku u ta' propagazzjoni lokali, japplikaw l-istandards Komunitarji għall-biedja organika u jużaw metodi tal-biedja tradizzjonali, u t-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti għandu jiġi mgħejjun, partikolarment fuq livell lokali, filwaqt li jagħmlu użu mill-opportunitajiet offruti mill-iżvilupp ta' setturi oħra bħal m’hu t-turiżmu. Għandhom jiġu ddisinjati miżuri ta’ għajnuna biex tiġi żgurata l-produzzjoni ta’ prodotti lokali li, fil-biċċa l-kbira tagħhom, huma prodotti tradizzjonali b’denominazzjoni protetta ta’ oriġini u b’indikazzjoni ġeografika protetta.

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma mħeġġa japplikaw standards Komunitarji għall-biedja organika u jsegwu metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali (eż. raba’ mtarraġ, ħitan tas-sejjieħ u vaski tradizzjonali), u b’hekk ikunu jistgħu jiġu salvagwardjati bħala tradizzjonijiet kulturali tal-ġżejjer. Qed jiġi propost ukoll li l-pagamenti tal-għajnuna jiġu marbuta mal-produzzjoni. Il-miżuri ta’ għajnuna huma maħsuba biex jiżguraw il-produzzjoni lokali tal-prodotti li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma prodotti tradizzjonali koperti b’denominazzjoni protetta ta’ oriġini u b’indikazzjoni ġeografika protetta.

Emenda  11

Proposta għal Regolament

Premessa 17 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17) Għandha ssir enfasi fuq il-preservazzjoni tal-wirt kulturali fis-sura ta' karatteristiċi fiżiċi u tradizzjonali tal-metodi tal-produzzjoni agrikola.

Emenda  12

Proposta għal Regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Tista' tingħata deroga mill-politika konsistenti tal-Kummissjoni biex ma jiġux awtorizzati għajnuniet mill-Istat għall-funzjonament fis-settur tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tat-tqegħid fis-suq ta' prodotti agrikoli koperti mill-Anness I għat-Trattat sabiex jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi tal-produzzjoni agrikola tal-gżejjer minuri fil-baħar Eġew minħabba l-iżolament tagħhom, id-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, il-muntanji, il-klima u d-dipendenza ekonomika fuq għadd żgħir ta' prodotti.

(18) Tista' tingħata deroga mill-politika konsistenti tal-Kummissjoni biex ma jiġux awtorizzati għajnuniet mill-Istat għall-funzjonament fis-settur tal-produzzjoni, tal-ipproċessar, tat-tqegħid fis-suq u tat-trasport ta' prodotti agrikoli koperti mill-Anness I għat-Trattat sabiex jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi tal-produzzjoni agrikola tal-gżejjer minuri fil-baħar Eġew minħabba l-iżolament tagħhom, id-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-terren muntanjuż u l-klima tagħhom, id-dipendenza ekonomika tagħhom minn għadd żgħir ta' prodotti u d-distanza tagħhom mis-swieq.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata għajnuna għat-trasport mill-gżejjer minuri tal-Eġew ta' prodotti agrikoli kemm ipproċessati u kemm mhumiex, li jsofru minn żvantaġġ kompetittiv doppju minħabba l-prezz għoli kemm tal-materja prima u kemm tat-trasport sussegwenti. Ir-rakkomandazzjoni ssegwi r-raġunament li fuqu huma bbażati d-dispożizzjonijiet tar-regolament li għandu l-għan li jikkumpensa għall-iżvantaġġ kompetittiv tal-ispiża ogħla għall-forniment ta' materja prima lill-gżejjer.

Emenda  13

Proposta għal Regolament

Premessa 19 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-programm ta’ għajnuna għandu jinkludi miżuri li jimmiraw speċifikament għall-prodotti agrikoli tradizzjonali, li għandhom it-tendenza li jgħibu minħabba spejjeż tal-produzzjoni mhux ekonomiċi. Minħabba li hemm għadd kbir ta’ prodotti agrikoli tradizzjonali li għadhom ma ġewx inklużi fl-iskema tal-għajnuna u minħabba li r-rata tal-użu għall-prodotti li huma diġà koperti minn dik l-iskema hija partikolarment għolja, tinħtieġ żieda fil-baġit ġenerali għall-iskema.

Ġustifikazzjoni

Għadd kbir ta’ prodotti tradizzjonali għadhom ma ġewx inklużi fl-iskema ta’ għajnuna. Il-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti qed ikollha t-tendenza li tgħib minħabba l-ispejjeż estremament għolja involuti. minħabba li r-rata tal-użu għall-fondi pprovduti għall-ħames snin preċedenti kienet partikolarment għolja, il-baġit totali għall-iskema jeħtieġ li jiżdied sabiex tingħata spinta kemm jista’ jkun lill-produzzjoni ta’ numru ikbar ta’ prodotti agrikoli.

Emenda  14

Proposta għal Regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Mill-2007, ir-rekwiżiti tal-prodotti essenzjali kibru fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, minħabba t-tkabbir tal-merħla u tal-pressjoni demografika. Jeħtieġ għalhekk li tiżdied il-parti tal-baġit li l-Greċja tista' tuża għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew.

(20) Mill-2007, ir-rekwiżiti tal-prodotti essenzjali kibru fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni tal-bhejjem, l-abbandun tas-settur primarju minħabba spejjeż eżorbitanti tal-produzzjoni u l-pressjoni turistika u demografika. Jeħtieġ għalhekk li tiżdied il-parti tal-baġit li l-Greċja tista' tuża għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew. Madankollu, iż-żieda m’għandhiex tkun a skapitu tal-baġit għat-tisħiħ tal-produzzjoni agrikola lokali, u għandha għalhekk tkun akkumpanjata minn żieda fl-ammonti maħsuba biex jingħata appoġġ lil din il-produzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni biex jiżdied il-baġit għal arranġamenti speċifiċi ta’ provvista m’għandhiex tkun a skapitu tal-baġit għat-tisħiħ tal-produzzjoni lokali. Għaldaqstant, għandu jkun hemm żieda simili fl-ammont disponibbli biex tingħata għajnuna lill-produzzjoni agrikola lokali.

Emenda  15

Proposta għal Regolament

Premessa 21 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Il-Kummissjoni għandha tiġi rekwiżita tressaq rapport ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016, dwar l-impatt tal-miżuri meħuda biex dan ir-regolament jiġi implimentat, u fejn hu xieraq, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet xierqa. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-possibilità li tinkludi, f’dawn ir-rakkomandazzjonijet, programm integrat ta' żvilupp sostenibbli li jkun iqis il-wirt kulturali u l-importanza ambjentali tal-gżejjer minuri tal-Eġew u l-kwestjonijiet u l-problemi li jirriżultaw speċifikament mill-pożizzjoni ġeografika u l-ambjent partikolari tagħhom, kif ukoll iż-żieda fl-immigrazzjoni illegali.

Emenda  16

Proposta għal Regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat, sabiex tikkompleta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament. Jeħtieġ li jiġu limitati l-oqsma li fihom tista’ tiġi eżerċitata din is-setgħa kif ukoll il-kundizzjonijiet li għandha tkun soġġetta għalihom id-delega.

(22) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tar-reġim introdott minn dan ir-Regolament, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar jew l-immodifikar ta’ ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, fil-ħin u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“dispożizzjonijiet standard” li sar ftehim dwaru mill-istituzzjonijiet għall-atti delegati.

Emenda  17

Proposta għal Regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Biex tkun żgurata implimentazzjoni uniformi tal-arranġamenti favur il-gżejjer minuri fil-baħar Eġew ma' arranġamenti oħrajn simili u biex tkun evitata d-distorsjoni fil-kompetizzjoni jew diskriminazzjonijiet bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291(2) tat-Trattat. Jeħtieġ, għalhekk, li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni taħt dik id-dispożizzjoni li jirrigwardaw b’mod partikolari l-kundizzjonijiet uniformi li l-prodotti soġġetti għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista jidħlu, joħorġu u jiċċirkolaw fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, il-kundizzjonijiet uniformi tal-implimentazzjoni tal-programm, kif ukoll il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli li l-Greċja għandha tapplika.

(23) Biex tkun żgurata implimentazzjoni uniformi tal-arranġamenti favur il-gżejjer minuri fil-baħar Eġew ma' arranġamenti oħrajn simili u biex tkun evitata d-distorsjoni fil-kompetizzjoni jew id- diskriminazzjonijiet bejn l-operaturi, għandhom jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni s-setgħat ta' implimentazzjoni, speċifikament fir-rigward tar-regoli standard li taħthom il-prodotti soġġetti għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista jidħlu, joħorġu u jiċċirkolaw fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, ir-regoli standard għall-implimentazzjoni tal-programm, kif ukoll il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli li l-Greċja għandha tapplika Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*.

 

______________

 

*ĠU L 55, 28.02.2011, p. 13.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“dispożizzjonijiet standard” li sar ftehim dwaru mill-istituzzjonijiet għall-atti ta’ implimentazzjoni. It-terminu “kundizzjonijiet” huwa sostitwit ukoll, peress li dan huwa terminu li jintuża għall-atti delegati u mhux għall-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  18

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistipula miżuri agrikoli speċifiċi biex jiġu rimedjati d-diffikultajiet li jirriżultaw mill-iżolament, id-distanza, l-insularità u ċ-ċokon tal-gżejjer minuri fil-bażar Eġew, minn issa 'l quddiem "il-gżejjer minuri"

1. Dan ir-Regolament jistipula miżuri agrikoli speċifiċi biex jiġu mitigati d-diffikultajiet li jirriżultaw mill-iżolament, id-distanza, l-insularità, id-distanza mis-swieq u ċ-ċokon tal-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, minn issa 'l quddiem "il-gżejjer minuri".

Emenda  19

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) il-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-attivitajiet agrikola fil-gżejjer minuri, inklużi l-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti lokali.

b) il-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-attivitajiet agrikoli fil-gżejjer minuri, inklużi l-produzzjoni, l-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq u t-trasport tal-prodotti lokali pproċessati u mhumiex.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata għajnuna għat-trasport mill-gżejjer minuri tal-Eġew ta' prodotti agrikoli kemm ipproċessati u kemm mhumiex, li jsofru minn żvantaġġ kompetittiv doppju minħabba l-prezz għoli kemm tal-materja prima u kemm tat-trasport sussegwenti. Ir-rakkomandazzjoni ssegwi r-raġunament li fuqu huma bbażati d-dispożizzjonijiet tar-regolament li għandu l-għan li jikkumpensa għall-iżvantaġġ kompetittiv tal-ispiża ogħla għall-forniment ta' materja prima lill-gżejjer.

Emenda  20

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-programm ta' għajnuna għandu jiġi stabbilit fil-livell ġeografiku li huwa meqjus l-aktar xieraq mill-Greċja. Dan għandu jitfassal mill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istat Membru li, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet kompetenti fil-livell territorjali xieraq, għandu jressqu quddiem il-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 6.

2. Il-programm ta' għajnuna għandu jiġi stabbilit fil-livell ġeografiku li huwa meqjus l-aktar xieraq mill-Greċja. Dan għandu jitfassal mill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istat Membru li, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet lokali u reġjonali kompetenti fil-livell territorjali xieraq, għandu jressqu quddiem il-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 6.

Ġustifikazzjoni

Għandu jingħata inkoraġġiment għal involviment sinifikanti ikbar min-naħa tal-awtoritajiet Eġej lokali u reġjonali kompetenti biex jemendaw u jadattaw il-programm skont il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-ħaddiema tal-biedja li jgħixu fil-gżejjer..

Emenda  21

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-programm ta' għajnuna propost u tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tiegħu permezz ta’ att ta' implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni filwaqt li tiddeċiedi jekk għandhiex tapprova programm ta’ għajnuna propost, wara li tkun wettqet evalwazzjoni tiegħu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“dispożizzjonijiet standard” li sar ftehim dwaru mill-istituzzjonijiet għall-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  22

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skont l-evalwazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-programm ta' għajnuna, il-Greċja tista' tissottometti lill-Kummissjoni proposti għall-emendi fihom, fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 18(2) u (3), sabiex jadattawhom aħjar għall-ħtiġijiet tal-gżejjer minuri u għall-istrateġija proposta. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att ta' implimentazzjoni l-miżuri uniformi għas-sottomissjoni tal-proposti ta’ emendi fil-programm.

2. Skont l-evalwazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-programm ta' għajnuna, il-Greċja tista' tissottometti lill-Kummissjoni proposti għall-emendi fihom, fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 18(2) u (3), sabiex jadattawhom aħjar għall-ħtiġijiet tal-gżejjer minuri u għall-istrateġija proposta. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward il-miżuri uniformi għas-sottomissjoni ta’ proposti għal emendi fil-programm. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“dispożizzjonijiet standard” li sar ftehim dwaru mill-istituzzjonijiet għall-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  23

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex jiġu kkunsidrati t-tipi differenti ta’ emendi proposti kif ukoll l-iskadenza li fiha għandhom jiġu implimentati, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att delegat il-proċedura ta’ approvazzjoni tal-emendi.

3. Sabiex jiġu kkunsidrati t-tipi differenti ta’ emendi proposti kif ukoll l-iskadenza li fiha għandhom jiġu implimentati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont it-termini tal-Artikolu 22 li jiddetermina l-proċedura għall-approvazzjoni tal-emendi.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigward l-atti delegati.

Emenda  24

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – l-ewwel subparagrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Greċja għandha twettaq il-kontrolli permezz ta' kontrolli amministrattivi u dawk ta' fuq il-post. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att ta' implimentazzjoni l-karatteristiċi minimi tal-kontroll li għandha tapplika l-Greċja.

Il-Greċja għandha twettaq il-kontrolli permezz ta' kontrolli amministrattivi u dawk ta' fuq il-post. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-karatteristiċi minimi tal-kontroll li għandha tapplika l-Greċja. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigward l-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  25

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Biex ikun garantit l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet tal-operaturi biex jieħdu sehem fl-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att delegat il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-operaturi fir-reġistru u, jekk ikun meħtieġ, timponi l-għoti ta’ garanzija għall-ħruġ taċ-ċertifikati.

2. Biex ikun garantit l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet tal-operaturi biex jieħdu sehem fl-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont it-termini tal-Artikolu 22, filwaqt li tiddetermina l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-operaturi fir-reġistru u, jekk ikun meħtieġ, timponi l-għoti ta’ garanzija għall-ħruġ taċ-ċertifikati.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigward l-atti delegati.

Emenda  26

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att ta' implimentazzjoni l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi mill-Greċja ta’ dan l-Artikolu li speċifikament jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-iskema taċ-ċertifikati, għajr għall-għoti ta’ garanzija għaċ-ċertifikati, u l-impenn tal-operaturi meta jirreġistraw.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi mill-Greċja ta’ dan l-Artikolu li speċifikament jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-iskema taċ-ċertifikati, għajr għall-għoti ta’ garanzija għaċ-ċertifikati, u l-impenn tal-operaturi meta jirreġistraw. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigward l-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  27

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att ta' implimentazzjoni r-regoli prattiċi għall-applikazzjoni tiegħu u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet għall-kontroll mill-Istat Membru tar-riperkussjoni effettiva tal-vantaġġ sal-utent aħħari.

2. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni r-regoli prattiċi għall-applikazzjoni tiegħu u b’mod partikolari r-regoli għall-kontroll mill-Istat Membru tar-riperkussjoni effettiva tal-vantaġġ sal-utent aħħari. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigward l-atti ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, it-terminu “kundizzjonijiet” huwa sostitwit minħabba li huwa terminu li jintuża għall-atti delegati u mhux għall-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  28

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 ­– paragrafu 1 – l-ewwel subparagrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista jistgħu jkunu esportati lejn pajjiżi terzi jew spediti lejn il-bqija tal-Unjoni biss taħt kundizzjonijiet uniformi, stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta' implimentazzjoni.

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli uniformi għall-esportazzjoni ta’ prodotti koperti minn arranġamenti speċifiċi ta’ provvista lejn pajjiżi terzi u għall-ispedizzjoni tagħhom lejn il-bqija tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

 

Il-prodotti li ma jkunux konformi ma' tali regoli uniformi ma għandhomx jiġu esportati.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigward l-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda 29

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – it-tieni subparagrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu b'mod partikolari r-rimbors tal-għajnuna mogħtija taħt arranġament speċifiku tal-provvista.

Dawn ir-regoli għandhom jinkludu b’mod partikolari r-rimbors tal-għajnuna mogħtija taħt arranġament speċifiku tal-provvista.

Ġustifikazzjoni

It-terminu “kundizzjonijiet” huwa sostitwit minħabba li huwa terminu li jintuża għall-atti delegati u mhux għall-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  30

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) esportati lejn pajjiżi terzi jew spediti lejn il-bqija tal-Unjoni fil-limiti tal-ispedizzjonijiet u l-esportazzjonijiet tradizzjonali. Dawn il-kwantitajiet huma stabbiliti mill-Kummissjoni permezz tal-att tal-implimentazzjoni;

 

a) esportati lejn pajjiżi terzi jew spediti lejn il-bqija tal-Unjoni fil-limiti tal-ispedizzjonijiet u l-esportazzjonijiet tradizzjonali;

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigward l-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  31

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) esportati lejn pajjiżi terzi bħala parti mill-flussi reġjonali ta’ kummerċ f’konformità mad-destinazzjonijiet u l-kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta' implimentazzjoni;

b) esportati lejn pajjiżi terzi bħala parti mill-flussi reġjonali ta’ kummerċ f’konformità mad-destinazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet iddettaljati li għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigward l-atti ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, it-terminu “kundizzjonijiet” huwa sostitwit minħabba li huwa terminu li jintuża għall-atti delegati u mhux għall-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  32

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-limiti tal-kwantitajiet tal-prodotti msemmija fil-punt (a) u d-dispożizzjonijiet iddettaljati msemmija fil-punt (b). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigward l-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  33

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex tintlaħaq il-mira tal-benefiċċju li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista fil-kummerċ tradizzjonali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att delegat, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-operazzjonijiet tal-ipproċessar li jistgħu jwasslu għal esportazzjoni jew espedizzjoni reġjonali.

3. Sabiex tintlaħaq il-mira tal-benefiċċju li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista fil-kummerċ tradizzjonali, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont it-termini tal-Artikolu 22 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-operazzjonijiet tal-ipproċessar li jistgħu jwasslu għal esportazzjoni jew espedizzjoni tradizzjonali.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigwar l-atti delegati.

Emenda  34

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – it-tieni subparagrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att ta' implimentazzjoni il-karatteristiċi minimi ta’ kontroll li għandha tapplika l-Greċja.

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-karatteristiċi minimi ta’ kontroll li għandha tapplika l-Greċja.. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(2);

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigward l-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  35

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – it-tieni subparagrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-operaturi parteċipanti fl-arranġamenti mal-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att delegat, il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu u t-trattament tat-talbiet ġodda għal ċertifikati mill-operatur.

Sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-operaturi parteċipanti fl-arranġamenti mal-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont it-termini tal-Artikolu 22, li jitabbilixxi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu t’hawn fuq u t-trattament tat-talbiet ġodda għal ċertifikati mill-operatur.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet għall-atti delegati.

Emenda  36

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att ta' implimentazzjoni il-kundizzjonijiet uniformi tal-pagamenti tal-għajnuniet imsemmija fil-paragrafu 2.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet iddettaljati uniformi għall-għajnuniet deskritti fil-paragrafu 2. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġu adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2)

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigward l-atti ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, it-terminu “kundizzjonijiet” huwa sostitwit minħabba li huwa terminu li jintuża għall-atti delegati u mhux għall-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  37

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-programm jista’ jinkludi miżuri ta’ għajnuna għall-produzzjoni, l-ipproċessar jew it-tqegħid fis-suq tal-prodotti agrikoli tal-gżejjer minuri.

4. Il-programm jista’ jinkludi miżuri ta’ għajnuna għall-produzzjoni, l-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq u t-trasport tal-prodotti agrikoli pproċessati u mhumiex tal-gżejjer minuri.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata għajnuna għat-trasport mill-gżejjer minuri tal-Eġew ta' prodotti agrikoli kemm ipproċessati u kemm mhumiex, li jsofru minn żvantaġġ kompetittiv doppju minħabba l-prezz għoli kemm tal-materja prima u kemm tat-trasport sussegwenti. Ir-rakkomandazzjoni ssegwi r-raġunament li fuqu huma bbażati d-dispożizzjonijiet tar-regolament li għandu l-għan li jikkumpensa għall-iżvantaġġ kompetittiv tal-ispiża ogħla għall-forniment ta' materja prima lill-gżejjer.

Emenda  38

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex tingħata għajnuna għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti barra mir-reġjun tal-produzzjoni tagħhom, il-Kummissjoni tista' tadotta permezz ta’ att delegat il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-ammont tal-għajnuna mogħtija skont it-tqegħid fis-suq u, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet massimi li jistgħu jaqgħu taħt din l-għajnuna.

Biex tingħata għajnuna għat-tqegħid fis-suq u t-trasport tal-prodotti pproċessati u mhumiex barra mir-reġjun tal-produzzjoni tagħhom, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont it-termini tal-Artikolu 22 rigward il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-ammont tal-għajnuna mogħtija fir-rigward ta' tali tqegħid fis-suq u trasport u, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet massimi li jaqgħu taħt din l-għajnuna.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata għajnuna għat-trasport mill-gżejjer minuri tal-Eġew ta' prodotti agrikoli kemm ipproċessati u kemm mhumiex, li jsofru minn żvantaġġ kompetittiv doppju minħabba l-prezz għoli kemm tal-materja prima u kemm tat-trasport sussegwenti. Ir-rakkomandazzjoni ssegwi r-raġunament li fuqu huma bbażati d-dispożizzjonijiet tar-regolament li għandu l-għan li jikkumpensa għall-iżvantaġġ kompetittiv tal-ispiża ogħla għall-forniment ta' materja prima lill-gżejjer.

Emenda  39

Proposta għal Regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-prodotti agrikoli koperti mill-Anness I għat-Trattat, li għalihom japplikaw l-Artikoli 107, 108 u 109 tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza, f’konformità mal-Artikolu 108 tat-Trattat, fis-setturi tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti, għajnuniet operattivi bil-għan li jittaffew ir-restrizzjonijiet tal-produzzjoni agrikola speċifiċi għall-gżejjer minuri minħabba l-iżolament, id-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, il-muntanji, il-klima u d-dipendenza ekonomika minħabba l-ammont żgħir ta' prodotti.

1. Għall-prodotti agrikoli koperti mill-Anness I għat-Trattat, li għalihom japplikaw l-Artikoli 107, 108 u 109 tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza, skont it-termini tal-Artikolu 108 tat-Trattat, fis-setturi tal-produzzjoni, tal-ipproċessar, tat-trasportar u t-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti, għajnuniet operattivi bil-għan li jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi li hemm fuq il-produzzjoni agrikola għall-gżejjer minuri minħabba l-iżolament, id-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-terren muntanjuż u l-klima, id-dipendenza ekonomika tagħhom minn għadd żgħir ta' prodotti u d-distanza tagħhom mis-swieq.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata għajnuna għat-trasport mill-gżejjer minuri tal-Eġew ta' prodotti agrikoli kemm ipproċessati u kemm mhumiex, li jsofru minn żvantaġġ kompetittiv doppju minħabba l-prezz għoli kemm tal-materja prima u kemm tat-trasport sussegwenti. Ir-rakkomandazzjoni ssegwi r-raġunament li fuqu huma bbażati d-dispożizzjonijiet tar-regolament li għandu l-għan li jikkumpensa għall-iżvantaġġ kompetittiv tal-ispiża ogħla għall-forniment ta' materja prima lill-gżejjer.

Emenda  40

Proposta għal Regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV għat-total ta' ammont annwali massimu ta' EUR 23,93 miljun.

2. L-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa ammont annwali massimu ta' EUR 31,11 miljun.

Ġustifikazzjoni

L-ammont annwali totali jiżdied b’EUR 7,18 miljuni biex jingħata appoġġ għall-kultivazzjoni ta’ iktar prodotti u biex jissaħħu l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista (SSA - Specific Supply Arrangements). L-ammont finali taż-żieda jinkiseb billi tiġi kkalkulata żieda ta’ 30% fl-ammont ipprovdut mill-arranġamenti eżistenti bħala limitu massimu għall-SSA u ta’ 30% fl-ammont riservat biex jingħata appoġġ lill- produzzjoni lokali, ikkalkulata billi l-ammont ipprovdut bħala limitu massimu għall-SSA jitnaqqas mill-baġit ġenerali.

Emenda          41

Proposta għal Regolament

Artikolu 18 ­– paragrafu 3 – l-ewwel subparagrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ammont allokat annwalment għall-finanzjament tal-arranġamenti speċifiċi tal-provvista msemmi fil-Kapitolu III ma jistax jkun aktar minn EUR 6,56 miljun.

1. L-ammont allokat annwalment għall-finanzjament tal-arranġamenti speċifiċi tal-provvista msemmi fil-Kapitolu III ma jistax jkun ta’ aktar minn EUR 7,11 miljun.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-ammont allokat annwalment biex jiġu ffinanzjati l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista jiżdied bi 30% minħabba d-domanda kbira għal din il-miżura speċifika. Din iż-żieda m’għandhiex tkun a skapitu tal-baġit biex jingħata appoġġ lill-produzzjoni agrikola lokali.

Emenda  42

Proposta għal Regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – it-tieni subparagrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att ta' implimentazzjoni il-kundizzjonijiet uniformi li permezz tagħhom il-Greċja tista' temenda l-allokazzjoni tar-riżorsi allokati kull sena għall-prodotti differenti li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li skont id-dispożizzjonijiet dettaljati uniformi uniformi tagħhom il-Greċja tista' temenda l-allokazzjoni tar-riżorsi allokati kull sena għall-prodotti differenti li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigward l-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  43

Proposta għal Regolament

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Setgħat tal-Kummissjoni

imħassar

Meta jingħataw setgħat lill-Kummissjoni, din għandha taġixxi b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22, fil-każ ta’ atti delegati, u b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25, fil-każ ta’ atti ta' implimentazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-Artikoli 22 u 25 diġà hija inkluża fid-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” użati f’artikoli preċedenti għall-atti delegati u għall-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda  44

Proposta għal Regolament

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament għal perjodu mhux determinat.

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att delegat, din għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fl-istess waqt.

2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(3), 11(2), 13(3), 14(2), 15(4) u 18(4) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn …*. Il-Kummissoni għandha tfassal rapport għal dak li jirrigwarda d-delega ta' setgħat mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġġedded b'mod taċitu għal perijodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3. Is-setgħa biex tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 23 u 24.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 6(3), 11(2), 13(3), 14(2), 15(4) u 18(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ.

 

4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika b’dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att iddelegat adottat skont it-termini tal-Artikoli 6(3), 11(2), 13(3), 14(2), 15(4) u 18(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

______________

 

*Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament

Ġustifikazzjoni

L-emenda tuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigwar l-atti delegati.

Emenda  45

Proposta għal Regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Revoka tad-delega

imħassar

1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 22, paragrafu 1, tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċess intern sabiex tiddeċiedi jekk għandhiex tirrevoka d-delega tas-setgħa għandha tinforma lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn xahar qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat delegati li jistgħu jiġu revokati kif ukoll ir-raġunijiet għal dan.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’din id-Deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri speċifikata. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Ġustifikazzjoni

Kopert mill-Artikolu 22.

Emenda  46

Proposta għal Regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Oġġeżżjonijiet għal atti delegati

imħassar

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-att delegat fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

 

2. Jekk, wara li jintemm dan il-perjodu la l-Parlament Ewropew u anqas il-Kunsill ma jkunu ressqu oġġezzjoni fir-rigward ta’ dan l-att delegat, jew jekk, qabel din id-data, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux sejrin iqajmu oġġezzjonijiet, l-att delegat jidħol fis-seħħ fid-data prevista fid-dispożizzjonijiet tiegħu.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqajmu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-att delegat, dan ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li tqajjem l-oġġezzjonijiet kontra l-att delegat għandha tispjega r-raġunijiet.

 

Ġustifikazzjoni

Kopert mill-Artikolu 22.

Emenda  47

Proposta għal Regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Atti ta' implimentazzjoni – Kumitat

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Pagamenti Diretti mwaqqaf permezz tal-Artikolu 141 tar-Regolament (KE) Nru. 73/2009.

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Pagamenti Diretti mwaqqaf permezz tal-Artikolu 141 tar-Regolament (KE) Nru. 73/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Meta l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont ir-Regolament preżenti, l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] (li għandu jitlesta wara l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-mekkaniżmi ta' kontroll, kif jissemma fl-Artikolu 291(3) tat-TFUE, li fil-preżent qed jiġi diskuss fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill) japplika. (proċedura ta' eżaminazzjoni).

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu jkun applikabbli l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

Għandu jintuża l-kliem tad-“Dispożizzjonijiet Standardizzati” li dwaru ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet rigward l-atti ta’ implimentazzjoni.

  • [1]  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 82..

NOTA SPJEGATTIVA

1. Qafas regolatorju u sfond storiku fil-qosor

Skont l-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni hija ta’ importanza kbira għall-promozzjoni tal-iżvilupp armonjuż u bilanċjat tagħha. Dan l-Artikolu jistabbilixxi li l-Unjoni għandha jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi fil-livell ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, b’mod partikolari r-reġjuni insulari, ir-reġjuni transkonfinali u r-reġjuni muntanjużi.

Fl-1989 u l-1991, il-Kunsill adotta l-“Programmi ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi biex jilqgħu għall-Bogħod u l-Insularità” magħrufa bħala POSEI.

Fl-1993, ġie adottat programm simili li jkopri l-gżejjer minuri fil-baħar Eġew. Abbażi tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 1988 li sar f’Rodi, il-Kummissjoni ħejjiet programm ta’ azzjoni fid-dawl tal-kundizzjonijiet speċifiċi maħluqa mit-tixrid territorjali u min-natura remota u iżolata tal-ġżejjer fil-baħar Eġew. L-għajnuna Komunitarja għall-“gżejjer minuri fil-baħar Eġew” bażikament tinvolvi miżuri speċifiċi biex jippromwovu l-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti agrikoli u biex jipprovdu l-materja prima lill-gżejjer.

Billi l-gżejjer fil-baħar Eġew ma ġewx rikonoxxuti skont it-Trattati bħala reġjuni l-iktar imbiegħda, ġew adottati arranġamenti speċjali skont miżura regolatorja separata, filwaqt li l-approprjazzjonijiet jittieħdu mill-istess fond bħal fil-każ tal-POSEI, jiġifieri l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija/Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, filwaqt li l-miżuri jiġu ppjanati u implimentati fuq l-istess bażi u fi ħdan l-istess qafas.

Il-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-gżejjer ċkejknin fil-baħar Eġew hija l-Artikolu 42 li jistabbilixxi li “l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jawtorizza l-għoti ta’ għajnuna: (a) biex jipproteġi impriżi żvantaġġati minħabba kondizzjonijiet strutturali jew naturali ...”

Il-proposta għal regolament li qed tiġi eżaminata hija aġġustament ulterjuri tal-arranġamenti li ġew introdotti fl-1993 u li sussegwentment ġew immodifikati diversi drabi, bl-aktar modifika reċenti fl-2006 (ir-Regolament 1405/2006). F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Kummissjoni adottat il-proposta bl-għan li tħeġġeġ il-parteċipazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-arranġamenti. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Griegi huma responsabbli mit-tfassil tal-programm ta’ għajnuna u għat-trażmissjoni tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Huma jistgħu wkoll jipproponu bidliet fir-rigward ta’ dan il-programm f’konformità mar-rekwiżiti attwali tal-gżejjer.

2. Ċirkostanzi partikolari fil-gżejjer fil-baħar Eġew

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-pletora ta’ gżejjer ċkejknin fil-baħar Eġew hija sfida kbira għall-politika tal-koeżjoni territorjali kif maħsuba orġinarjament skont il-liġi tal-UE u inkluża fil-politika ta’ koeżjoni ekonomika u soċjali. Ir-referenza sistematika u konsistenti għall-karatteristiki territorjali speċjali tad-diversi subunitajiet tal-UE u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-iżvilupp soċjoekonomiku u ekoloġiku tagħhom għandha tiġi riflessa f’qafas ċar għall-istabbiliment tal-objettivi meħtieġa u l-formulazzjoni ta’ politiki adegwati. F’termini ta’ ppjanar, dan ifisser interoperabilità operazzjonali bejn l-unitajiet territorjali individwali u miżuri biex titnaqqas id-differenza bejniethom u biex isiru iktar aċċessibbli. Għall-finijiet tal-konservazzjoni tad-diversità territorjali u ta’ koeżjoni ikbar, it-teħid ta’ azzjoni biex jiżdiedu l-vantaġġi relattivi ta’ kull reġjun u, fejn xieraq, biex ikun hemm speċjalizzazzjoni ikbar f’termini ekonomiċi, soċjali u ambjentali, kif ukoll biex jingħelbu l-iżvantaġġi, huwa prekondizzjoni. Barra minn hekk, id-differenzi funzjonali bejn l-unitajiet territorjali tal-UE jfissru li dawn huma interattivi, interdipendenti u kumplimentari. Dawn mhux dejjem isegwu perkors prevedibbli, ladarba kull waħda minnhom għandha s-sistema tagħha ta’ kondiviżjoni u speċjalizzazzjoni tax-xogħol kif ukoll il-konnessjonijiet tagħha ma’ unitajiet territorjali oħra.

Il-mod kif il-gżejjer huma mxerrda fl-arċipelagu u kif inhuma ppożizzjonati fir-rigward ta’ xulxin jirrappreżenta ostakolu għall-provvista u l-kummerċ, u dan jirriżulta f’żieda kbira ħafna tal-ispejjeż tat-trasport. In-netwerks tat-trasport eżistenti mhumiex adegwati u huma mdgħajfa min-nuqqasijiet strutturali (flotot antiki, tariffi għoljin) li jirriżultaw f’“insularità doppja”, ladarba l-gżejjer minuri jiġu fornuti minn gżejjer oħra li huma iktar ċentrali . Id-daqs limitat, in-nuqqas ta’ aċċessibilità kemm fil-gżejjer u lil hinn minnhom, it-tnaqqis u t-tixjiħ tal-popolazzjonijiet, in-nuqqas ta’ komoditajiet u servizzi pubbliċi bażiċi (ilma, elettriku, tisħin) u l-kundizzjonijiet ġeofiżiċi u klimatiċi (ħamrija mimlija blat, irziezet imxerrdin, nixfa u rjiħat qawwijin ħafna) huma l-fatturi li iżolaw il-gżejjer fil-baħar Eġew.

Huma jinsabu wkoll fil-fruntieri esterni tal-UE. Il-kundizzjonijiet partikolarment diffiċli tal-biedja fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew qed jiġu aggravati minn pressjonijiet esterni b’riżultat tal-immigrazzjoni (illegali).

3. Il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament

L-emendi suċċessivi tar-Regolament eżistenti, l-iżvilupp fid-dritt tal-UE, l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tiegħu fil-prattika u l-qafas regolatorju l-ġdid stabbilit wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma kollha elementi li jirrikjedu r-riformulazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet u r-ristrutturar tal-proposta.

Il-proposta tal-Kummissjoni hija waħda mill-miżuri li qed jiġu introdotti biex tiġi aġġornata l-leġiżlazzjoni KE/UE wara l-bidliet introdotti bit-Trattat ta’ Lisbona. B’mod speċifiku, numru ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 nġiebu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli l-ġodda 290 (atti delegati) u 291 (atti ta’ implimentazzjoni) tat-TFUE.

Il-proposta tal-Kummissjoni m’għandhiex l-għan li tintroduċi bidliet kbar. Il-Kummissjoni hija mistennija tipproduċi rapport fl-2011 dwar l-impatt tal-miżuri speċjali sa issa u tirrakkomanda l-emendar ta’ aspetti essenzjali tagħhom.

Ir-riformulazzjoni proposta tiċċara l-objettivi tar-regolament, u għandha l-għan li tirristruttura t-test tal-leġiżlazzjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni.

Għandha tissemma b’mod speċjali l-proposta tal-Kummissjoni biex l-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-Greċja jiżdiedu b’20% skont l-arranġamenti speċjali tal-provvista. F’konformità mas-sejbiet tar-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-miżuri speċifiċi favur l-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni u tal-gżejjer minuri tal-Eġew (Rapport Speċjali 10/2010), il-Kummissjoni tirrikonoxxi li mill-2007 ’l hawn żdiedet il-ħtieġa tal-komoditajiet minħabba l-iżviluppi fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem u l-pressjonijiet demografiċi. Iż-żieda proposta mill-Kummissjoni ma tinvolvix żieda fil-baġit totali, li jibqa’ l-istess bħal fis-snin preċedenti. Minkejja l-vantaġġi ta’ din il-proposta, hija jista’ jkollha żvantaġġi sostanzjali, li jinvolvu tnaqqqis mill-fondi preċedentement allokati għall-miżuri speċjali ta’ għajnuna agrikola.

Fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja l-proposta, dawn il-fondi huma mdaħħla taħt żewġ intestaturi baġitarji fl-ewwel pilastru (għajnuna diretta) tal-politika agrikola komuni (Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija).

4. Il-proposti tar-rapporteur

Ir-rapporteur jieħu partikolarment bis-serjetà l-osservazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rigward tal-implimentazzjoni fil-prattika u l-effettività ġenerali tal-miżura. Il-programm ta’ azzjoni għall-Greċja għandu jirrifletti l-analiżi ekonomika tal-ħtiġijiet tal-biedja fil-gżejjer fil-baħar Eġew, filwaqt li jipprovdi strateġija ġenerali li tistabbilixxi b’mod ċar ir-relazzjoni bejn id-diversi miżuri proposti u l-objettivi ġenerali u l-effett intiż.

L-agrikoltura kif inhi perċepita llum hija neċesserjament marbuta mal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ekoloġiku sostenibbli. L-agrikoltura fil-gżejjer fil-baħar Eġew għandha titwettaq b’tali mod li jiġi żgurat li l-ekonomija lokali ma ssirx dipendenti wisq fuq is-sors ewlieni ta’ dħul, jiġifieri t-turiżmu, u minflok għandha tikkonċentra fuq il-preservazzjoni tar-riżorsi naturali u kulturali prezzjużi.

Madankollu, il-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew tipprova tirriformula r-Regolament eżistenti iktar milli temendah. Kwalunkwe proposta mill-Parlament Ewropew għandha tikkunsidra l-ambitu regolatorju tal-arranġamenti, li għalihom il-finanzjament huwa mdaħħal taħt l-ewwel pilastru tal-PAK.

Approċċ sistematiku, analiżi dettaljata tal-ħtiġijiet eżistenti u strateġija ċara huma meħtieġa biex jiġu ffaċċjati n-nuqqasijiet strutturali tal-agrikoltura li attwalment jeżistu fil-gżejjer fil-baħar Eġew. Fil-forma attwali tagħhom, l-arranġamenti tal-għajnuna għall-gżejjer minuri fil-baħar Eġew ma jistgħux, u m’għandhomx, jintużaw waħedhom biex jiġu affrontati l-isfidi msemmija hawn fuq. Ir-rapporteur jitlob reviżjoni fundamentali tagħhom, billi jiġu inkorporati miżuri biex jiġi protett l-ambjent, tiżdied id-dimensjoni agrikola tat-turiżmu u jissaħħu l-infrastrutturi agrikoli.

Koperazzjoni iktar mill-qrib u mifruxa mal-istrutturi amministrattivi lokali l-ġodda fil-Greċja għandha tagħmilha possibbli li l-miżuri jiġu implimentati b’mod iktar effettiv u f’konformità mar-rekwiżiti attwali tal-biedja fil-gżejjer fil-baħar Eġew.

Ir-rapporteur iqis ukoll li huwa ammissibbli li l-għajnuna tintrabat mal-produzzjoni, bl-għan li jitħeġġu l-prodotti DPO u IĠP lokali, prinċipalment dawk tradizzjonali.

Fir-rigward tal-adegwatezza tal-finanzjament għall-produzzjoni agrikola u l-arranġamenti speċjali tal-provvista, il-Qorti tal-Awdituri għamlitha ċara li l-approprjazzjonijiet tal-baġit disponibbli mhux qed jirnexxilhom jagħtu kontribut sostanzjali biex jintlaħqu l-objettivi fil-mira. Fil-prinċipju, ir-rapporteur japprova l-proposta tal-Kummissjoni biex jiżdiedu l-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-arranġamenti speċjali tal-provvista u huwa tal-fehma li dan m’għandux ikun għad-detriment tal-approprjazzjonijiet allokati għall-produzzjoni lokali. Minħabba l-kritika tal-Qorti tal-Awdituri, jeħtieġ ukoll li l-finanzjament annwali għall-arranġamenti speċjali tal-provvista jiżdied bi 30% jew b’EUR 1.64 miljun, b’kuntrast mal-20% jew EUR 1.09 miljun proposti mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-finanzjament għall-produzzjoni lokali għandu jiżdied skont dan (bi 30% jew EUR 5.54 miljun), biex b’hekk il-baġit totali għal din il-miżura jkun jammonta għal EUR 31.11 miljun (żieda ta’ EUR 7.17 miljun).

Ir-rapporteur iqis li, naturalment, għandhom jiġu inklużi miżuri biex jitjieb it-trasport tal-prodotti agrikoli prodotti jew ipproċessati fil-gżejjer fil-baħar Eġew f’konformità mal-liġi tal-UE. Ma jista’ jkun hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-finanzjament tal-provvista tal-komoditajiet bażiċi lill-gżejjer mingħajr ma jiġu pprovduti fondi għat-trasport sussegwenti tal-prodotti tagħhom lejn l-UE u swieq remoti oħra. Ovvjament, it-trasport tal-prodotti mill-gżejjer minuri fil-baħar Eġew jinvolvi l-istess spejjeż addizzjonali bħat-trasport tal-komoditajiet bażiċi lejn dawn il-gżejjer. Għaldaqstant, ir-rapporteur tiegħek jirrakkomanda li d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-arranġamenti speċjali tal-provvista jiġu implimentati bl-istess mod.

Fl-aħħar nett, hemm numru ta’ emendi tekniċi li jikkonċernaw it-test tad-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Kummissjoni tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE jew l-atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE. Billi diġà ntlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet dwar id-“dispożizzjonijiet standard” bl-għan li jiġi żgurat test uniformi, dawn l-emendi jissostitwixxu b’mod adegwat it-test tal-proposta tal-Kummissjoni. Bl-istess mod, l-espressjoni “kundizzjonijiet uniformi”, li tidher spiss fil-proposta tal-Kummissjoni b’rabta mal-atti ta’ implimentazzjoni, fil-fatt tirrigwarda l-atti delegati biss u għaldaqstant għandha tiġi sostitwita abbażi ta’ dan.

PROĊEDURA

Titolu

Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew

Referenzi

COM(2010)0767 – C7-0003/2011 – 2010/0370(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.12.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

18.1.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

18.1.2011

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

3.10.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Georgios Papastamkos

26.1.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.6.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.9.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Richard Ashworth, Liam Aylward, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Robert Dušek, Lorenzo Fontana, Iratxe García Pérez, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Spyros Danellis, Vincenzo Iovine, Giovanni La Via, Maria do Céu Patrão Neves, Jacek Włosowicz

Data tat-tressiq

3.10.2011