RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni

4.10.2011s - (COM(2010)0498 – C7‑0284/2010 – 2010/0256(COD)) - ***I

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Gabriel Mato Adrover


Proċedura : 2010/0256(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0321/2011
Testi mressqa :
A7-0321/2011
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni

(COM(2010)0498 – C7‑0284/2010 – 2010/0256(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0498),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikoli 42, u l-Artikolu 43 (2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0284/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tas-17 ta' Frar 2011[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, kif ukoll il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0321/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1), u l-Artikolu 43 (2) tiegħu,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42, l-Artikolu 43 (2), u l-Artikolu 349 tiegħu,

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 349 tat-Trattat huwa l-uniku artikolu li jistabbilixxi trattament speċifiku għar-reġjuni l-aktar imbiegħda. Riferiment sempliċi għall-artikoli relatati mall-PAK ma jiggarantixxix it-trattament ta' eċċezzjoni mogħti lil dawn ir-reġjuni, li l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom hu mxekkel serjament mid-distanza, l-insularità, is-superfiċji żgħira, it-topografija, il-klima diffiċli u d-dipendenza ekonomika fuq numru żgħir ta' prodotti.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Sabiex jinkisbu aħjar l-għanijiet tal-arranġamenti favur ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, il-programmi POSEI għandhom jinkludu miżuri li jiggarantixxu l-provvista ta’ prodotti agrikoli u l-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjonijiet agrikoli lokali. Jeħtieġ li jiġi approssimat il-livell tal-programmazzjoni tar-reġjuni kkonċernati u li jkun hemm approċċ sistematiku tal-isħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(4) Sabiex jinkisbu aħjar l-għanijiet tal-arranġamenti favur ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, il-programmi POSEI għandhom jinkludu miżuri li jiggarantixxu l-provvista ta’ prodotti agrikoli u l-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjonijiet agrikoli lokali ta’ kwalità, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet marbuta mal-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima. Jeħtieġ li jiġi approssimat il-livell tal-programmazzjoni tar-reġjuni kkonċernati u li jkun hemm approċċ sistematiku tas-sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Sabiex ma jiġux affettwati ħażin l-objettivi appoġġati mill-programmi POSEI, il-Kummissjoni għandha twettaq studji tal-impatt jew evalwazzjonijiet bil-quddiem tal-konsegwenzi possibbli (skont il-kriterji definiti min-NU) kull darba li jiġu nnegozjati ftehimiet ta’ kummerċ internazzjonali u f’każ li s-setturi appoġġati mill-POSEI jistgħu jkunu mhedda. Ladarba jsiru, il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn l-istudji tal-impatt jew dawn l-evalwazzjonijiet bil-quddiem tal-konsegwenzi possibbli lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Biex tiġi ggarantita l-provvista ta’ prodotti agrikoli essenzjali lir-reġjuni l-aktar imbiegħda u bħala kumpens għall-ispejjeż addizzjonali kkawżati min-natura remota ta’ dawn ir-reġjuni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. Fil-fatt, is-sitwazzjoni ġeografika eċċezzjonali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, meta mqabbla mas-sorsi ta’ provvista ta’ prodotti essenzjali għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar jew bħala addizzjonijiet agrikoli, timponi spejjeż ta’ trasport addizzjonali f’dawn ir-reġjuni. Barra minn hekk, fatturi oġġettivi oħrajn marbuta mad-distanza remota tagħhom, b’mod partikolari l-insularità u n-nuqqas ta’ uċuħ agrikoli, jimponu aktar restrizzjonijiet għall-kumpaniji u l-produtturi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda li jolqtu l-attivitajiet tagħhom b’mod ferm negattiv. Dawn in-nuqqasijiet jistgħu jkunu rranġati billi jitbaxxa l-prezz ta’ dawn il-prodotti essenzjali.

(6) Biex tiġi ggarantita l-provvista ta’ prodotti agrikoli essenzjali lir-reġjuni l-aktar imbiegħda u bħala kumpens għall-ispejjeż addizzjonali kkawżati min-natura remota ta’ dawn ir-reġjuni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. Fil-fatt, is-sitwazzjoni ġeografika eċċezzjonali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, meta mqabbla mas-sorsi ta’ provvista ta’ prodotti essenzjali għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar jew bħala addizzjonijiet agrikoli, timponi spejjeż ta’ trasport addizzjonali f’dawn ir-reġjuni. Barra minn hekk, fatturi oġġettivi oħrajn marbuta mad-distanza remota tagħhom, b’mod partikolari l-insularità u n-nuqqas ta’ uċuħ agrikoli, jimponu aktar restrizzjonijiet għall-kumpaniji u l-produtturi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda li jolqtu l-attivitajiet tagħhom b’mod ferm negattiv. Dawn in-nuqqasijiet jistgħu jkunu rranġati billi jitbaxxa l-prezz ta’ dawn il-prodotti essenzjali. Madankollu, l-arranġament speċifiku ta’ provvista m'għandu fl-ebda każ ikun ta' ħsara għall-produzzjonijiet lokali u l-iżvilupp tagħhom.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Sabiex jintlaħaq l-għan li jitbaxxew il-prezzijiet fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u jitnaqqsu l-ispejjeż żejda tad-distanza, filwaqt li tinżamm il-kompetittività tal-prodotti tal-Unjoni, għandha tingħata għajnuna għall-provvista ta’ prodotti tal-Unjoni lir-reġjuni l-aktar imbiegħda. Tali għajnuna għandha tikkunsidra l-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, u fil-każ ta’ addizzjonijiet agrikoli u prodotti maħsuba għall-ipproċessar, l-ispejjeż addizzjonali minħabba l-insularità u n-nuqqas ta’ uċuħ.

(8) Sabiex jintlaħaq l-għan li jitbaxxew il-prezzijiet fir-reġjuni l-aktar imbiegħda bit-tnaqqis tal-ispejjeż żejda tad-distanza, għandha tingħata għajnuna għall-provvista ta’ prodotti tal-Unjoni lir-reġjuni l-aktar imbiegħda. Tali għajnuna għandha tikkunsidra l-ispiża addizzjonali marbuta mat-trasport lejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, u fil-każ ta’ addizzjonijiet agrikoli u prodotti maħsuba għall-ipproċessar, l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mit-tbegħid kbir tagħhom, minħabba b'mod partikolari l-insularità, in-nuqqas ta’ uċuħ, l-art raffa, il-klima mhux favorevoli u l-gżejjer mxerrda 'l hemm u 'l hawn.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) L-appoġġ għall-oqsma tradizzjonali huwa tant iktar meħtieġ inkwantu dan jippermetti li dawn jibqgħu kompetittivi fis-suq Ewropew meta ffaċjati mill-kompetizzjoni minn pajjiżi terzi, u meta ġew iffirmati ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi tal-Amerika Latina u fil-qafas tad-WTO li jqiegħdu wħud minn dawn l-oqsma f'pożizzjoni diffiċli. Meta jfasslu l-programmi tagħhom l-Istati Membri jridu madankollu joqgħodu attenti li jiżguraw, safejn ikun possibbli, id-diversifikazzjoni tal-attività agrikola fir-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Fil-każ tal-prodotti pproċessati, għandu jkun awtorizzat l-iskambju bejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda biex ikun possibbli l-kummerċ bejniethom. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-flussi kummerċjali fi ħdan il-kummerċ reġjonali u l-esportazzjonijiet u l-ispedizzjonijiet tradizzjonali mal-bqija tal-Unjoni jew il-pajjiżi terzi fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-esportazzjonijiet ta’ prodotti pproċessati li jikkorrispondu mal-flussi ta’ skambji tradizzjonali. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-perjodu ta’ referenza biex jiġu definiti dawk il-kwantitajiet esportati jew mibgħuta għandu jkun speċifikat.

(13) Fil-każ tal-prodotti pproċessati, għandu jkun awtorizzat l-iskambju bejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda biex ikun possibbli l-kummerċ bejniethom. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-flussi kummerċjali fi ħdan il-kummerċ reġjonali u l-esportazzjonijiet u l-ispedizzjonijiet tradizzjonali mal-bqija tal-Unjoni jew il-pajjiżi terzi fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-esportazzjonijiet ta’ prodotti pproċessati li jikkorrispondu mal-flussi ta’ skambji tradizzjonali. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-perjodu ta’ referenza biex jiġu definiti dawk il-kwantitajiet esportati jew mibgħuta għandu jkun speċifikat. Peress li l-perjodu ta' referenza, madankollu, m'għandux iwassal għal staġnar fl-esportazzjonijiet mir-reġjuni l-aktar imbiegħda, jaqbel li titqies ir-reviżjoni tiegħu fl-okkażżjoni tal-emenda ta' dan ir-Regolament.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Peress li r-ross huwa element bażiku tad-dieta fir-Réunion, li ma tipproduċix biżżejjed minnu sabiex tkopri l-ħtiġijiet lokali, jeħtieġ li r-Réunion tibqa’ tkun eżentata minn kwalunkwe dazju ta’ importazzjoni għal dan il-prodott.

(17) Peress li r-ross huwa element bażiku tad-dieta fir-Réunion, peress li l-industriji tal-ipproċessar u t-tibjid tar-ross ilhom snin twal stabbiliti fir-Réunion u peress li r-Réunion ma tipproduċix biżżejjed minnu sabiex tkopri l-ħtiġijiet lokali, jeħtieġ li r-Réunion tibqa’ tkun eżentata minn kwalunkwe dazju ta’ importazzjoni għal dan il-prodott.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Biex jingħata appoġġ lit-tqegħid fis-suq tal-prodotti tar-reġjuni mbiegħda, jeħtieġ li tiġi stabbilita għajnuna maħsuba għat-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti barra r-reġjun ta’ produzzjoni.

(19) Biex jingħata appoġġ lit-tqegħid fis-suq tal-prodotti tar-reġjuni mbiegħda, jeħtieġ li tiġi stabbilita għajnuna maħsuba għat-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti barra r-reġjun ta’ produzzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-ispejjeż addizzjonali għoljin li jirriżultaw mit-tbegħid kbir tas-swieq ta' konsum u l-ħtieġa ta' ħażna doppja, li jikkostitwixxu żvantaġġ maġġuri għall-kompetittività tagħhom fis-suq intern. Dawn l-elementi jiġġustifikaw il-ħtieġa għal żieda tal-pakkett finanzjarju tal-programmi POSEI.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-bdiewa fir-reġjuni l-aktar imbiegħda għandhom ikunu mħajra biex jipprovdu prodotti ta’ kwalità u għandha tingħata għajnuna għat-tqegħid ta’ dawn il-prodotti fis-suq. Għal dak il-għan, l-użu tas-simbolu grafiku introdott mill-Unjoni jista’ jkun ta’ għajnuna.

(22) Il-bdiewa fir-reġjuni l-aktar imbiegħda għandhom ikunu mħajra biex ikomplu jipprovdu prodotti ta’ kwalità u għandha tingħata għajnuna għat-tqegħid ta’ dawn il-prodotti fis-suq. Għal dak il-għan, l-użu tas-simbolu grafiku introdott mill-Unjoni jista’ jkun ta’ għajnuna. Għandu jkun ukoll promoss l-użu ta' ċertifikazzjonijiet oħra ta' kwalità, bħad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi biex jiżdied il-valur tal-produzzjonijiet agrikoli lokali u jingħata kontribut għall-iżvilupp tagħhom.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 22 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) L-arranġamenti ta' provvista u l-miżuri għall-produzzjonijiet lokali għandhom ikunu orjentati, jekk ikun possibbli, lejn produzzjoni agrikola ta' kwalità u prodotti innovattivi li għandhom valur miżjud li jistgħu jissodisfaw is-swieq eżiġenti u n-niċeċ ta' suq.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 23 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Jaqbel ukoll li jiġu kkunsidrati l-ispejjeż addizzjonali li jaffettwaw il-produzzjonijiet agrikoli tar-reġjuni l-aktar imbiegħda minħabba d-daqs żgħir tal-art agrikola u t-tixrid tagħhom, inkluż użu akbar tad-diżil agrikolu mhux biss mill-apparat intiż għall-ġbid, iżda wkoll minn apparat ieħor, użat għat-trasport ta' diversi materjali agrikoli bejn l-impriżi.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) L-Artikolu 39 (4), u l-Anness I tar-Regolament (KE) nru 1698/2005 jiddeterminaw l-ammonti massimi annwali eliġibbli għall-ħlasijiet agroambjentali. Biex tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni ambjentali speċifika ta’ ċerti mergħat sensittivi ħafna fl-Azores u l-preżervazzjoni tal-pajżaġġ u l-karatteristiċi tradizzjonali tal-art agrikola, b’mod partikolari ż-żoni ta’ kultivazzjoni mtarrġa fil-Madeira, għandu jsir possibbli, f’każ ta’ ċerti miżuri speċifiċi, li dawk l-ammonti jiżdiedu sakemm jirduppjaw.

(25) L-Artikolu 39 (4), u l-Anness I tar-Regolament (KE) nru 1698/2005 jiddeterminaw l-ammonti massimi annwali eliġibbli għall-ħlasijiet agroambjentali. Biex tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni ambjentali speċifika ta’ ċerti mergħat sensittivi ħafna fl-Azores u l-preżervazzjoni tal-pajżaġġ u l-karatteristiċi tradizzjonali tal-art agrikola, b’mod partikolari ż-żoni ta’ kultivazzjoni mtarrġa fil-Madeira u fil-Gżejjer Kanarji, għandu jsir possibbli, f’każ ta’ ċerti miżuri speċifiċi, li dawk l-ammonti jiżdiedu sakemm jirduppjaw.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Tista’ tingħata deroga mill-politika kostanti tal-Kummissjoni li ma tawtorizzax l-għajnuna operattiva mill-Istat fis-settur tal-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti agrikoli koperti mill-Anness I tat-Trattat sabiex jittaffew ir-restrizzjonijiet partikolari tal-biedja fir-reġjuni l-aktar imbiegħda marbuta mad-distanza, l-insularità u l-pożizzjoni remota tagħhom, iċ-ċokon, l-art muntanjuża u l-klima u d-dipendenza ekonomika fuq numru żgħir ta’ prodotti.

(26) Tista’ tingħata deroga mill-politika kostanti tal-Kummissjoni li ma tawtorizzax l-għajnuna operattiva mill-Istat fis-settur tal-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti agrikoli koperti mill-Anness I tat-Trattat sabiex jittaffew ir-restrizzjonijiet partikolari tal-biedja fir-reġjuni l-aktar imbiegħda marbuta mad-distanza, l-insularità u l-pożizzjoni remota tagħhom, iċ-ċokon, l-art muntanjuża u l-klima u d-dipendenza ekonomika fuq numru żgħir ta’ prodotti. Il-produzzjoni agrikola għandha funzjoni vitali fid-dinamiżmu taż-żoni rurali u l-istabbiliment tal-popolazzjonijiet, għaliex iż-żoni rurali l-aktar imbiegħda huma partikolarment milquta mit-tixjiħ tal-popolazzjoni, mid-densità dgħajfa tal-popolazzjoni u, f'ċerti żoni, mit-tnaqqis tal-popolazzjoni.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Is-sitwazzjoni fitosanitarja ta’ prodotti agrikoli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda hija soġġetta għal problemi partikolari assoċjati mal-klima u l-inadegwatezza tal-miżuri ta’ kontroll li s’issa ġew applikati f’dawn ir-reġjuni. Jeħtieġ għalhekk li jiġu implimentati programmi għall-ġlieda kontra l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara, inkluż permezz ta’ metodi bijoloġiċi u li tiġi definita l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għat-twettiq ta’ dawn il-programmi.

(27) Is-sitwazzjoni fitosanitarja ta’ prodotti agrikoli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda hija soġġetta għal problemi partikolari assoċjati maż-żieda fl-importazzjonijiet, mal-klima u l-inadegwatezza tal-miżuri ta’ kontroll li s’issa ġew applikati f’dawn ir-reġjuni. Jeħtieġ għalhekk li jiġu implimentati programmi għall-ġlieda u t-taħriġ kontra l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara, inkluż permezz ta’ metodi bijoloġiċi sostenibbli u li jirrispettaw l-ambjent, u li tiġi definita l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għat-twettiq ta’ dawn il-programmi.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Il-manutenzjoni tal-għelieqi tad-dwieli, li huma l-aktar kultivazzjoni mxerrda fir-reġjuni tal-Madeira u l-Gżejjer Kanarji u waħda importanti ħafna għall-Azores, hi imperattiv ekonomiku u ambjentali. Bħala għajnuna għall-produzzjoni, f’dawn ir-reġjuni m’għandhomx jiġu applikati la l-inċentivi għall-abbandun u lanqas mekkaniżmi tas-suq, previsti mir-Regolament (KE) nru 1234/2007, għajr għad-distillazzjoni f’każ ta’ kriżi fil-każ tal-Gżejjer Kanarji, li għandha tkun tista’ tiġi applikata f’każ ta’ tfixkil mhux tas-soltu fis-suq minħabba problemi ta’ kwalità. Bl-istess mod, diffikultajiet tekniċi u soċjoekonomiċi fixklu l-konverżjoni sħiħa, fil-limiti taż-żmien stipulati, tal-uċuħ tad-dwieli li kienu tħawlu fir-reġjuni tal-Madeira u tal-Azores b’varjetajiet ta’ dwieli ibridi pprojbiti mir-Regolament (KE) nru 1234/2007. L-inbid prodott minn dawn l-għelieqi tad-dwieli hu maħsub biss għall-konsum lokali tradizzjonali.

(28) Il-manutenzjoni tal-għelieqi tad-dwieli, li huma l-aktar kultivazzjoni mxerrda fir-reġjuni tal-Madeira u l-Gżejjer Kanarji u waħda importanti ħafna għall-Azores, hi imperattiv ekonomiku, soċjali u ambjentali. Bħala għajnuna għall-produzzjoni, f’dawn ir-reġjuni m’għandhomx jiġu applikati la l-inċentivi għall-abbandun u lanqas mekkaniżmi tas-suq, previsti mir-Regolament (KE) nru 1234/2007, għajr għad-distillazzjoni f’każ ta’ kriżi fil-każ tal-Gżejjer Kanarji, li għandha tkun tista’ tiġi applikata f’każ ta’ tfixkil mhux tas-soltu fis-suq minħabba problemi ta’ kwalità. Bl-istess mod, diffikultajiet tekniċi u soċjoekonomiċi fixklu l-konverżjoni sħiħa, fil-limiti taż-żmien stipulati, tal-uċuħ tad-dwieli li kienu tħawlu fir-reġjuni tal-Madeira u tal-Azores b’varjetajiet ta’ dwieli ibridi pprojbiti mir-Regolament (KE) nru 1234/2007. L-inbid prodott minn dawn l-għelieqi tad-dwieli hu maħsub biss għall-konsum lokali tradizzjonali.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 29 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Minħabba n-natura unika tal-produzzjoni tal-ħalib tal-Azores, bħala mutur prinċipali tal-ekonomija, l-istabbiltà soċjali, il-kwalità tal-ambjent u l-okkupazzjoni territorjali, il-programmi POSEI, bħala programmi maħsuba biex jadottaw il-politika agrikola komuni għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, huma l-istrument privileġġjat għall-istabbiliment tal-miżuri li eventwalment jistgħu jkunu neċessarji sabiex jinżammu l-livelli attwali ta'produzzjoni li jirriżultaw mid-drittijiet ta' produzzjoni allokati. Deċiżjoni eventwali li jkunu aboliti l-kwoti tal-ħalib ikollha effett partikolarment negattiv fuq is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib. Għalhekk ikun iġġustifikat li l-pakkett finanzjarju tal-programmi POSEI jkun dotat b'riżorsi adattati għal miżuri li jirriżultaw neċessarji biex itaffu l-effetti negattivi tal-abolizzjoni tal-iskema.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-appoġġ għall-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar fil-Madeira u fir-Réunion ma kienx biżżejjed biex iżomm bilanċ bejn il-provvista domestika u dik esterna, primarjament minħabba diffikultajiet strutturali serji li jolqtu s-settur u l-kapaċità fqira tiegħu li jadatta għal ambjenti ekonomiċi ġodda. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni ta’ ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Unjoni għandha tkompli, bl-għan li tkun żgurata kopertura akbar tal-konsum lokali. Sabiex il-konsumatur ikun infurmat b’mod xieraq, għandu jkun obbligatorju li wieħed jindika l-mod kif inkiseb it-trab tal-ħalib UHT fuq it-tikketta tal-bejgħ.

(30) L-appoġġ għall-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar fil-Madeira u fir-Réunion ma kienx biżżejjed biex iżomm bilanċ bejn il-provvista domestika u dik esterna, primarjament minħabba diffikultajiet strutturali serji li jolqtu s-settur u d-diffikultajiet tiegħu biex jadatta għal ambjenti ekonomiċi ġodda. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni ta’ ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Unjoni għandha tkompli, bl-għan li tkun żgurata kopertura akbar tal-konsum lokali sakemm din il-miżura ma tfixkilx il-ħalib kollu prodott lokalment milli jinġabar u jinbiegħ, u lanqas ma tfixkel l-isforzi għall-promozzjoni tal-iżvilupp tal-produzzjoni lokali, bl-għan fuq perjodu ta' żmien medju, għar-Réunion, tat-temma tal-awtosuffiċjenza fil-produzzjoni tal-ħalib. Sabiex il-konsumatur ikun infurmat b’mod xieraq, għandu jkun obbligatorju li wieħed jindika l-mod kif inkiseb it-trab tal-ħalib UHT fuq it-tikketta tal-bejgħ. Din id-dispożizzjoni għandha tkun tista' tiġi applikata fil-Martinique, fil-Gujana Franċiża u fil-Gwadelup, jekk Franza titlob li jsir dan u tibbaża din it-talba fuq ir-rieda tal-atturi lokali li jibbenefikaw minnha u l-kapaċità tagħhom li jimplimentaw l-iżvilupp tas-settur tal-ħalib.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 31 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a) Jaqbel li tkun imħeġġa d-dinamika tal-kummerċ bejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda bl-għan li tkun issodisfata t-talba tal-konsum lokali. Ta' min ukoll jinkoraġġixxi l-esportazzjoni tal-produzzjonijiet żejda ta' kull reġjun l-aktar imbiegħed, bħall-ħalib, il-laħam taċ-ċanga u l-bhejjem tal-ifrat irġiel għadhom żgħar tal-Azores, lejn ir-reġjuni l-iktar imbiegħda li jkollhom nuqqas, sabiex tissaħħaħ id-dinamika tal-kummerċ, waqt li fl-istess ħin ikun evitat li ssir il-ħsara lill-iżvilupp tal-produzzjonijiet lokali. Jaqbel ukoll li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet meħtieġa għal kummerċ ġust u ekwitattiv, speċjalment fir-rigward tal-effett tat-taxxa fuq il-kummerċ.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-kultivazzjoni tat-tabakk hija ta’ importanza storika għall-arċipelagu tal-Kanarji. F’termini ekonomiċi, din hija industrija ta’ proċessar li tkompli tirrappreżenta waħda mill-attivitajiet industrijali ewlenin fir-reġjun. F’termini soċjali, il-kultivazzjoni tat-tabakk tinvolvi ħafna ħaddiema u ssir minn agrikolturi żgħar. Madankollu, peress li din l-attività ma tħallix biżżejjed qligħ, hija tinsab fil-periklu li tispiċċa. Fil-fatt, bħalissa t-tabakk hu kkultivat biss f’żona żgħira fuq il-gżira ta’ La Palma, għall-manifattura tas-sigarri fuq skala żgħira. Għaldaqstant Spanja għandha tkun awtorizzata tkompli tagħti l-għajnuna flimkien mal-għajnuna tal-Unjoni sabiex din il-ħaxixa tradizzjonali tista’ tibqa’ tinżamm bil-għan li tiġi appoġġata l-attività artiġjanali marbuta magħha. Barra minn hekk, biex tinżamm il-manifattura ta’ prodotti tat-tabakk, importazzjonijiet fil-Gżejjer Kanarji ta’ tabakk mhux maħdum u tabakk semimanifatturat għandhom jibqgħu jkunu eżenti mid-dazji, sa limitu massimu annwali ta’ 20,000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ tabakk mhux maħdum imqaxxar.

(34) Il-kultivazzjoni tat-tabakk hija ta’ importanza storika għall-arċipelagi tal-Kanarji u tal-Azores. F’termini ekonomiċi, din hija industrija ta’ proċessar li tkompli tirrappreżenta waħda mill-attivitajiet industrijali ewlenin fir-reġjun. F’termini soċjali, il-kultivazzjoni tat-tabakk tinvolvi ħafna ħaddiema u ssir minn agrikolturi żgħar, li fil-każ tal-Azores jippermettu r-rotazzjoni tal-artijiet, u b'hekk jevitaw il-monokultura u l-użu eċċessiv tad-demel. Madankollu, peress li din l-attività ma tħallix biżżejjed qligħ, hija tinsab fil-periklu li tispiċċa. Fil-fatt, bħalissa t-tabakk hu kkultivat biss f’żona żgħira fuq il-gżira ta’ La Palma, fil-Kanarji, għall-manifattura tas-sigarri fuq skala żgħira u fuq il-gżira ta' São Miguel, fl-Azores, għall-manifattura tas-sigarri u s-sigarri żgħar. Għaldaqstant Spanja u l-Portugall għandhom ikunu awtorizzati jkomplu jagħtu l-għajnuna flimkien mal-għajnuna tal-Unjoni sabiex din il-ħaxixa tradizzjonali tista’ tibqa’ tinżamm bil-għan li tiġi appoġġata l-attività artiġjanali marbuta magħha. Barra minn hekk, biex tinżamm il-manifattura ta’ prodotti tat-tabakk, importazzjonijiet fl-arċipelagi tal-Kanarji u tal-Azores ta’ tabakk mhux maħdum u tabakk semimanifatturat għandhom jibqgħu jkunu eżenti mid-dazji, sa limitu massimu annwali ta’ 20,000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ tabakk mhux maħdum imqaxxar.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 34 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-impatt li kwalunkwe konċessjoni tariffarja ġdida rigward l-importazzjonijiet ta' banana fl-Unjoni Ewropea ser tħalli fuq id-dħul tal-produtturi. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposta leġiżlattiva li taġġusta l-ammonti stipulati f'dan ir-Regolament, bil-għan li jkun ikkumpensat it-telf ta' dħul li jsofru l-produtturi Ewropej.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex tipperikola l-livell ta’ appoġġ speċifiku li s’issa bbenefikaw minnu r-reġjuni l-aktar imbiegħda. Għal din ir-raġuni, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-miżuri adegwati, l-Istati Membri għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ammonti ekwivalenti għall-appoġġ diġà mogħti mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) nru 247/2006.

(35) Bil-għan li jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, u, b’mod partikolari, is-salvagwardja u l-iżvilupp meħtieġ tal-attività agrikola tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, għandhom ikunu riveduti l-ammonti ekwivalenti għall-appoġġ diġà mogħti mill-Unjoni lil dawn ir-reġjuni skont ir-Regolament (KE) Nru 247/2006.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ ma jqisux ċerti fatturi, l-aktar ta' natura esterna, li jiddeterminaw l-iżvilupp tal-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 35 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-livell ta' profittabilità tal-produzzjoni tal-banana fir-reġjuni l-aktar imbiegħda kull tant żmien ikun imxekkel mit-tnaqqis suċċessiv fid-dazju ffissat għall-importazzjoni tal-banana. Għaldaqstant hemm il-ħtieġa li jkun evalwat f'kull mument l-impatt tal-konċessjonijiet tad-dazju li jingħataw mill-Unjoni bit-tir li tkun studjata l-pertinenza tar-rieżami tal-għajnuna mogħtija lill-produtturi tal-Unjoni.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 35 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a) Sabiex l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ikunu rrealizzati bis-sħiħ, huwa importanti li l-programmi POSEI jkunu jistgħu jtaffu effetti negattivi eventwali tar-riformi agrikoli u l-bidliet maqbula fil-kuntest tal-PAK ikunu applikati b'mod selettiv u gradwalment fir-reġjuni l-iktar imbiegħda, b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi speċifiċi tagħhom.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Mill-2006, il-ħtiġijiet fi prodotti essenzjali żdiedu f’ċerti reġjuni l-aktar imbiegħda, b’mod partikolari fl-Azores u fid-DOM, minħabba l-iżvilupp tal-bhejjem u tal-pressjoni demografika. Jeħtieġ għalhekk li tiżdied il-parti tal-baġit li l-Istati Membri jistgħu jużaw għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista tar-reġjuni kkonċernati.

(36) Mill-2006, il-ħtiġijiet fi prodotti essenzjali żdiedu f’ċerti reġjuni l-aktar imbiegħda, b’mod partikolari fl-Azores u fid-DOM, minħabba l-iżvilupp tal-bhejjem u tal-pressjoni demografika. Jeħtieġ għalhekk li jkun hemm żieda effettiva fil-pakkett finanzjarju għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, sabiex ma tkunx kompromessa l-għajnuna attwali li hi indispensabbli għall-produzzjonijiet lokali, l-objettiv prinċipali tal-programmi POSEI.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 36 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36 a) Sabiex ma tiġix ippreġudikata l-għajnuna speċifika rrikonoxxuta minn dan ir-Regolament favur ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki komuni tal-Unjoni u l-politiki settorjali l-oħra. Din il-koordinazzjoni tal-politiki tista' tieħu, pereżempju, il-forma ta' studju tal-impatt.

Ġustifikazzjoni

Il-politiki settorjali (politiki reġjonali, ta' żvilupp, ta' riċerka) għandhom jitmexxew b’mod konsistenti mal-miżuri tal-POSEI, il-politika kummerċjali, il-politika agrikola jew dik tas-sajd. Din hija r-raġuni l-għala meta ftehimiet kummerċjali jista' jkollhom impatti negattivi fuq ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, huma għandhom ikunu s-suġġett ta' studji speċifiċi tal-impatt.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 36 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36b) Malli t-territorju ta' Mayotte jakkwista l-istatus ta' reġjun l-aktar imbiegħed, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta ġdida bil-għan li żżid b'mod proporzjonali l-baġit allokat għad-dipartimenti extra-Ewropej, li tqis ukoll l-istatus il-ġdid ta' Mayotte, u li tinkorpora dispożizzjonijiet speċifiċi rigward Mayotte.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 36 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36c) Peress li l-aħħar regolament dwar il-programmi POSEI, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 247/2006, ġie adottat fid-dawl tad-drittijiet ta' aċċess għas-suq Ewropew ta' EUR 176 għal kull tunnellata approvati mid-WTO, id-drittijiet li jidhru fil-ftehimiet tad-WTO dwar il-kummerċ tal-banana u t-tnaqqis l-ieħor miftiehem fil-kuntest tal-ftehimiet kummerċjali mal-pajjiżi Andini u mal-Istati tal-Amerika Ċentrali ma tqisux fil-portafoll baġitarju tal-programmi POSEI. Jaqbel għalhekk li jitwettaq fi stadju bikri studju ġdid tal-impatt, aġġornat, globali u estern, u jekk dan juri xi effetti negattivi għall-produtturi tal-banana tal-Unjoni, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli skont il-programmi POSEI għandhom jiġu modifikati sabiex jiġu stabbiliti kumpens u miżuri adegwati biex tiżdied il-kompetittività tal-produtturi tal-banana fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat, sabiex tikkompleta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament. Jeħtieġ li jiġu llimitati l-oqsma li fihom tista’ tiġi eżerċitata din is-setgħa kif ukoll il-kundizzjonijiet li għandha tkun soġġetta għalihom id-delegazzjoni.

(37) Sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema stabbilita permezz ta' dan ir-Regolament, għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex tkun tista' tikkompleta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal l-atti ddelegati, għadha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lil-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Biex tkun żgurata implimentazzjoni uniformi tal-arranġamenti POSEI fl-Istati Membri u biex tkun evitata d-distorsjoni fil-kompetizzjoni jew diskriminazzjoni bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291(2) tat-Trattat. Jeħtieġ, għalhekk, li l-Kummissjoni tingħata setgħat eżekuttivi taħt din id-dispożizzjoni li jirrigwardaw b’mod partikolari l-kundizzjonijiet uniformi li l-prodotti soġġetti għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista jidħlu, joħorġu u jiċċirkolaw fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-kundizzjonijiet uniformi tal-implimentazzjoni tal-programmi, kif ukoll il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli li l-Istati Membri għandhom japplikaw.

(38) Biex tkun żgurata implimentazzjoni uniformi tal-arranġamenti POSEI fl-Istati Membri u biex tkun evitata d-distorsjoni fil-kompetizzjoni jew diskriminazzjoni bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat eżekuttivi li jirrigwardaw b’mod partikolari l-kundizzjonijiet uniformi li l-prodotti soġġetti għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista jidħlu, joħorġu u jiċċirkolaw fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-kundizzjonijiet uniformi tal-implimentazzjoni tal-programmi, kif ukoll il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli li l-Istati Membri għandhom japplikaw. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni1.

 

_______________

 

1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) [Inċiż rigward il-kontroll tal-miżuri ta' implimentazzjoni. Dawn għandhom jiġu kkompletati wara l-adozzjoni tar-regolament dwar il-modalitajiet ta' kontroll, kif imsemmi fl-Artikolu 291(2) tat-TFUE, li attwalment qed jiġu diskussi mill-PE u mill-Kunsill],

imħassar

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) il-garanzija tal-provvista ta' prodotti essenzjali lir-reġjuni l-aktar imbiegħda għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar bħala addizzjonijiet agrikoli filwaqt li jittaffew l-ispejjeż żejda tad-distanza;

a) il-garanzija tal-provvista ta' prodotti essenzjali lir-reġjuni l-aktar imbiegħda għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar bħala addizzjonijiet agrikoli filwaqt li jittaffew l-ispejjeż żejda tad-distanza mingħajr ma ssir ħsara lill-produzzjoni lokali u l-iżvilupp tagħhom;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) il-preżervazzjoni u l-iżvilupp tal-attività agrikola fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, inklużi l-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti lokali.

b) l-iżgurar u l-iżvilupp b'perspettiva sostenibbli tal-hekk imsejħa oqsma tad-diversifikazzjoni tal-bhejjem u l-uċuh tar-raba' fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, inklużi l-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti lokali, filwaqt li jitjieb b’mod sinifikanti l-awtoforniment tal-popolazzjoni lokali, billi jkun hemm żieda fil-produzzjonijiet endoġeniċi u tnaqqis fl-importazzjonijiet, b'mod partikulari minħabba l-ispejjeż ikbar marbuta mat-trasport;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ba) il-preservazzjoni tal-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kompetittività tal-oqsma tar-reġjuni l-aktar imbiegħda msejħa tradizzjonali, inklużi l-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-produzzjonijiet u tal-prodotti lokali, filwaqt li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta, bejn il-produtturi, min jipproċessa u d-distributuri, tad-dħul iġġenerat minn prodotti u prodotti sekondarji tal-oqsma ta' produzzjoni;

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

bb) il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni b’mod partikolari biex ikun possibbli l-ħolqien tal-produzzjonijiet agrikoli sostenibbli b’valur miżjud għoli.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-objettivi ddikjarati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu implimentati f’perspettiva globali ta’ żvilupp sostenibbli, li jkollha l-għanijiet kemm li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u kemm li tiggarantixxi dħul adegwat lill-produtturi u l-bdiewa. Dawn l-objettivi għandhom ukoll jiġu implimentati bil-ħsieb li jiġi żgurat it-taħriġ permanenti tal-bdiewa u ta' min jipproċessa biex jiġi promoss l-iżvilupp tal-oqsma ta' kwalità, produttivi u sostenibbli.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) miżuri speċifiċi favur il-produzzjonijiet agrikoli lokali, kif previsti fil-Kapitolu IV.

b) miżuri speċifiċi favur il-produzzjonijiet agrikoli lokali, kif imsemmija fil-Kapitolu IV, u bi qbil mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-miżuri meħuda taħt il-programmi POSEI għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni, u jkunu konsistenti ma’ politika oħra tal-Unjoni u mal-miżuri meħuda skont din il-politika.

1. Il-miżuri meħuda taħt il-programmi POSEI għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni, u jkunu konsistenti ma’ politika oħra tal-Unjoni u mal-miżuri meħuda skont din il-politika. Madankollu jrid jitqies l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea inkwantu dan jirrikonoxxi lir-reġjuni l-aktar imbiegħda l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex b’hekk huma jkunu jistgħu jiżviluppaw u jintegraw ruħhom b’mod ġust fi ħdan l-Unjoni permezz tal-implimentazzjoni tal-programmi u tal-istrumenti speċifiċi u adegwati għas-sitwazzjoni partikulari tagħhom.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandha tkun żgurata l-konsistenza tal-miżuri meħuda skont il-programmi POSEI mal-miżuri implimentati skont strumenti oħra tal-politika agrikola komuni, u b’mod partikolari fl-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq, l-iżvilupp rurali, il-kwalità tal-prodott, il-ħarsien tal-annimali u l-ħarsien tal-ambjent.

2. Għandha tkun żgurata l-konsistenza tal-miżuri meħuda skont il-programmi POSEI mal-miżuri implimentati skont strumenti oħra tal-politika agrikola komuni, u b’mod partikolari fl-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq, l-iżvilupp rurali, il-kwalità tal-prodott, il-ħarsien tal-annimali u l-ħarsien tal-ambjent u tal-politika kummerċjali.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

da) it-twaqqif ta' tal-kumitati ta' monitoraġġ reġjonali biex jivvalutaw l-effiċjenza u l-livell ta' eżekuzzjoni ta' kull miżura, permezz ta' konsultazzjoni uffiċjali u ppjanata tal-partijiet interessati.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni abbozz tal-programm POSEI fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 29 (2) u (3).

1. Il-programmi POSEI kienu stabbiliti skont ir-Regolament KE Nru 247/2006, u qiegħdin fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 29(2) u (3).

Ġustifikazzjoni

Meta wieħed iqis li m'hemmx bżonn li jkunu ppreżentati programmi POSEI ġodda, it-test propost mill-Kummissjoni jista' jwassal għall-konfużjoni. L-emenda għandha l-għan li tiċċara li l-programmi li kienu introdotti fl-ambitu tal-adozzjoni tar-Regolament KE Nru 247/2006 se jibqgħu għaddejjin.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-abbozz ta’ programm jinkludi abbozz ta’ previżjoni tal-bilanċ tal-provvista li jindika l-prodotti, il-kwantitajiet tagħhom u l-ammont ta’ għajnuna għall-provvista mill-Unjoni, flimkien ma’ abbozz tal-programm ta’ appoġġ għall-produzzjoni lokali.

Kull programm jinkludi bilanċ previst tal-provvista li jindika l-prodotti, il-kwantitajiet tagħhom u l-ammont ta’ għajnuna għall-provvista mill-Unjoni, flimkien ma’ programm ta’ għajnuna għall-produzzjonijiet lokali.

Ġustifikazzjoni

Meta wieħed iqis li m'hemmx bżonn li jkunu ppreżentati programmi POSEI ġodda, it-test propost mill-Kummissjoni jista' jwassal għall-konfużjoni. L-emenda għandha l-għan li tiċċara li l-programmi se jibqgħu għaddejjin.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-programm POSEI propost u tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tiegħu permezz ta’ att eżekuttiv.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija koerenti mal-bqija tal-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 6.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skont l-evalwazzjoni annwali tal-eżekuzzjoni tal-miżuri inklużi fil-programmi POSEI, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni proposti għall-emenda tagħhom fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 29(2) u (3), sabiex jadattawhom aħjar għall-ħtiġijiet tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u għall-istrateġija proposta. Il-Kummissjoni tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-proċeduri uniformi għall-preżentazzjoni tal-proposti ta’ emenda tal-programm.

2. Skont l-evalwazzjoni annwali tal-eżekuzzjoni tal-miżuri inklużi fil-programmi POSEI, l-Istati Membri, wara li jikkonsultaw l-atturi soċjoekonomiċi involuti, jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni proposti għall-emenda tagħhom fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 29(2) u (3), sabiex jadattawhom aħjar għall-ħtiġijiet tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u għall-istrateġija proposta. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-emendi u tiddeċiedi jekk tapprovahomx. Il-Kummissjoni tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-proċeduri uniformi għall-preżentazzjoni tal-proposti ta’ emenda tal-programm. Dawn l-atti eżekuttivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija koerenti mal-emendi l-oħra għall-istess artikolu.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex jiġu kkunsidrati t-tipi differenti ta’ emendi proposti kif ukoll l-iskadenza li fiha għandhom jiġu applikati, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att iddelegat il-proċedura ta’ approvazzjoni tal-emendi.

3. Sabiex jiġu kkunsidrati t-tipi differenti ta’ emendi proposti kif ukoll l-iskadenza li fiha għandhom jiġu applikati, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att iddelegat il-proċedura ta’ approvazzjoni tal-emendi. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-atti ddelegati skont l-Artikolu 33.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-atti ta’ implimentazzjoni previsti f'dan l-artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qed jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I tat-Trattat, li huma essenzjali, fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, għall-konsum tal-bniedem, għall-manifattura ta’ prodotti oħra jew bħala addizzjonijiet agrikoli.

1. Qed jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I tat-Trattat, li huma essenzjali, fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, għall-konsum tal-bniedem, għall-manifattura ta’ prodotti oħra jew bħala addizzjonijiet agrikoli, filwaqt li titqies dejjem is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-amministrazzjonijiet u l-iktar għall-benefiċjarji finali, mingħajr ma jiddgħajfu l-effiċjenza u l-mezzi finanzjarji rispettivi mogħtija lill-programmi POSEI.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għall-prodotti pproċessati fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej li jużaw materja prima li bbenefikat mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, fil-każ fejn l-ispedizzjoni sseħħ bejn id-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-ispiża tat-trasport bejn id-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, għandu jkun possibbli li tingħata għajnuna addizzjonali għall-ftehimiet speċifiċi ta' provvista għall-ispedizzjoni tal-għalf prodott fid-Dipartimenti Franċiżi tal-Antilli lejn il-Gujana.

Sakemm titwaqqaf sistema ta' proċċessar effikaċi, din l-għajnuna tippermetti lill-Gujana tibbenefika minn prodotti bi prezzijiet simili għal dawk tal-Gwadelup jew tal-Martinique.

Għajnuna simili tista' tiġi kkunsidrata fil-ġejjieni għall-prodotti mmanifatturati fir-Réunion u mibgħuta lejn Mayotte.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-prodotti agrikoli ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli biss għandhom jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi tal-provvista.

4. Il-prodotti agrikoli ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli biss għandhom jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi tal-provvista. Il-prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi għandhom jirrispettaw in-normi fitosanitarji u veterinarji tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun żgurat li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċjali tal-provvista jissodisfaw l-istess normi fitosanitarji u veterinarji imposti fuq il-prodotti Ewropej biex tkun evitata kompetizzjoni inġusta mal-prodotti lokali.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) jekk ikun il-każ, il-ħtieġa li ma jkunx hemm tfixkil tal-possibbiltajiet ta’ żvilupp tal-prodotti lokali.

d) il-ħtieġa li ma jkunx hemm destabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-produzzjonijiet lokali u li ma jkunx hemm tfixkil tal-possibbiltajiet ta’ żvilupp tagħhom.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Biex ikun garantit l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet tal-operaturi li jieħdu sehem fl-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att iddelegat il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-operaturi fir-reġistru u, jekk ikun meħtieġ, timponi l-għoti ta’ garanzija għall-ħruġ taċ-ċertifikati.

2. Biex ikun garantit l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet tal-operaturi li jieħdu sehem fl-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att iddelegat il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-operaturi fir-reġistru u, jekk ikun meħtieġ, timponi l-għoti ta’ garanzija għall-ħruġ taċ-ċertifikati. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-atti ddelegati skont l-Artikolu 33.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tassigura l-applikazzjoni uniformi mill-Istati Membri ta’ dan l-Artikolu rigward b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-iskema taċ-ċertifikati, għajr għall-għoti ta’ garanzija għaċ-ċertifikati, u l-impenji tal-operaturi meta jirreġistraw.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tassigura l-applikazzjoni uniformi mill-Istati Membri ta’ dan l-Artikolu rigward b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-iskema taċ-ċertifikati, għajr għall-għoti ta’ garanzija għaċ-ċertifikati, u l-impenji tal-operaturi meta jirreġistraw. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-benefiċċju tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista li jirriżulta mill-eżenzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni jew mill-għajnuna għandu jkun soġġett għal riperkussjoni effettiva tal-vantaġġ ekonomiku sal-utent finali li, skont il-każ, jista’ jkun il-konsumatur fil-każ tal-prodotti maħsuba għall-konsum dirett, min jipproċessa jew jippakkja l-aħħar fil-każ tal-prodotti maħsuba għall-industrija tal-ipproċessar jew tal-ippakkjar, jew il-bidwi fil-każ tal-prodotti użati għall-għalf tal-annimali jew bħala addizzjonijiet agrikoli.

1. Il-benefiċċju tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista li jirriżulta mill-eżenzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni jew mill-għajnuna għandu jkun soġġett għal riperkussjoni effettiva tal-vantaġġ ekonomiku sal-utent finali li, skont il-każ, jista’ jkun il-konsumatur fil-każ tal-prodotti maħsuba għall-konsum dirett, min jipproċessa jew jippakkja l-aħħar fil-każ tal-prodotti maħsuba għall-industrija tal-ipproċessar jew tal-ippakkjar, jew il-bidwi fil-każ tal-prodotti użati għall-għalf tal-annimali jew bħala addizzjonijiet agrikoli. L-impatt effettiv tal-benefiċċju ekonomiku jrid jintwera' f'kull fażi kummerċjali tal-prodott.

Ġustifikazzjoni

F'kull stadju tal-kummerċjalizzazzjoni, il-vantaġġ tal-arranġamenti speċifiċi tal-provvista jrid iħalli impatt fuq l-operaturi varji, inkluża d-distribuzzjoni kummerċjali, fil-każ li l-utent finali jkun il-konsumatur.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkontribwixxu sabiex fil-fatt jaslu għand l-utent finali l-benefiċċju ekonomiku u l-vantaġġi mogħtija fil-qafas tal-arranġamenti speċifiċi ta' provvista, inkluża l-applikazzjoni ta' politika fiskali aktar favorevoli, kemm jekk tkun għall-prodotti importati kemm jekk għall-prodotti pproċessati li jinkludu prodotti importati skont dawn l-arranġamenti.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi ta’ (1), il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att eżekuttiv id-dettalji prattiċi għall-applikazzjoni tiegħu u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet għall-kontroll mill-Istati Membri tar-riperkussjoni effettiva tal-vantaġġ sal-utent aħħari.

2. Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi ta’ (1), il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att eżekuttiv id-dettalji prattiċi għall-applikazzjoni tiegħu u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet għall-kontroll mill-Istati Membri tar-riperkussjoni effettiva tal-vantaġġ sal-utent aħħari. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista jistgħu jkunu esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Unjoni biss f’kundizzjonijiet uniformi, stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv, li jinkludu l-ħlasijiet tad-dazji fuq l-importazzjoni, jew ir-refużjoni tal-għajnuna mogħtija, imsemmija fl-Artikolu 9.

1. Il-prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista jistgħu jkunu esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Unjoni biss jekk ikunu konformi mal-modalitajiet tekniċi, stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv, li jinkludu l-ħlasijiet tad-dazji fuq l-importazzjoni, jew ir-refużjoni tal-għajnuna mogħtija, imsemmija fl-Artikolu 9. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 34(2).

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni biex ikun hemm kundizzjonijiet uniformi. Il-formulazzjoni tat-test hi ambigwa u għall-fini taċ-ċarezza, jaqbel li jingħad bi preċiżjoni fuq xhiex għandha s-setgħa l-Kummissjoni sabiex ikun indikat b'mod ċar li mhux qed jinħolqu drittijiet u/jew obbligi addizzjonali.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Unjoni fil-limiti tal-kwantitajiet li jikkorrispondu għall-esportazzjonijiet tradizzjonali u għall-ispedizzjoni tradizzjonali. Dawn il-kwantitajiet għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv abbażi tal-medja tal-ispedizzjonijiet jew tal-esportazzjonijiet matul is-snin 1989, 1990 u 1991;

a) esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Unjoni fil-limiti tal-kwantitajiet stabbiliti li jikkorrispondu għall-esportazzjonijiet tradizzjonali u għall-ispedizzjoni tradizzjonali. Dawn il-kwantitajiet għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv abbażi tal-medja tal-ispedizzjonijiet jew tal-esportazzjonijiet billi tittieħed bħala referenza l-medja verifikata tal-aħjar tliet snin mill-1989;

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) esportati lejn pajjiżi terzi bħala parti mill-flussi reġjonali ta’ kummerċ b’konformità mad-destinazzjonijiet u l-kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv;

b) esportati lejn pajjiżi terzi bħala parti mill-flussi reġjonali ta’ kummerċ;

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) mibgħuta mill-Azores lejn il-Madeira jew viċe-versa;

imħassar

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ca) mibgħuta bejn ir-reġjuni tal-Azores, ta’ Madeira u tal-Gżejjer Kanarji.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolo 13 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) mibgħuta mill-Madeira lill-Gżejjer Kanarji jew viċe-versa;

imħassar

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni marbuta mal-paragrafu a) għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, b’“kummerċ reġjonali” wieħed għandu jifhem, il-kummerċ li jsir, għal kull DOM, għall-Azores u l-Madeira u għall-Gżejjer Kanarji, lejn pajjiżi terzi determinati mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv.

3. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, b’“kummerċ reġjonali” wieħed għandu jifhem, il-kummerċ li jsir, għal kull DOM, għall-Azores u l-Madeira u għall-Gżejjer Kanarji, lejn pajjiżi terzi li jagħmlu parti miż-żoni ġeografiċi u oċeaniċi li fihom jinsabu r-reġjuni l-iktar imbiegħda, kif ukoll lejn pajjiżi terżi li magħhom hemm relazzjoni storika ta' kummerċ. Il-lista ta' dawn il-pajjiżi għandha tkun determinata mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv, b'kunsiderazzjoni għat-talbiet oġġettivi tal-Istati Membri wara konsultazzjoni mas-setturi kkonċernati. Din il-lista tista' tiġi riveduta kull sentejn, fuq talba tal-Istati Membri. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Ġustifikazzjoni

Il-lista tal-pajjiżi inklużi fil-kummerċ reġjonali mar-reġjuni l-iktar imbiegħda trid tiġi riveduta skont l-evoluzzjoni tal-esportazzjonijiet minn dawn iż-żoni.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Sabiex tintlaħaq il-mira tal-benefiċċju li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista fil-kummerċ reġjonali u tradizzjonali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att iddelegat il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jistgħu jwasslu għal esportazzjoni tradizzjonali jew ta’ kummerċ reġjonali.

6. Sabiex tintlaħaq il-mira tal-benefiċċju li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista fil-kummerċ reġjonali u tradizzjonali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att iddelegat il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jistgħu jwasslu għal esportazzjoni tradizzjonali jew ta’ kummerċ reġjonali. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-atti ddelegati skont l-Artikolu 33.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli li l-Istati Membri għandhom japplikaw.

Biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli li l-Istati Membri għandhom japplikaw. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-operaturi li jkollhom sehem fl-arranġamenti mal-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att iddelegat, il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu u t-trattament tat-talbiet ġodda għal ċertifikati mill-operatur.

Sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-operaturi li jkollhom sehem fl-arranġamenti mal-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att iddelegat, il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu u t-trattament tat-talbiet ġodda għal ċertifikati mill-operatur. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-atti ddelegati skont l-Artikolu 33.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-programmi POSEI għandhom jinkludu miżuri speċifiċi favur il-prodotti agrikoli lokali skont it-termini tat-Titolu III tat-Tielet Parti tat-Trattat, meħtieġa għall-assigurazzjoni tal-kontinwità u l-iżvilupp tal-prodotti agrikoli lokali f’kull reġjun imbiegħed.

1. Il-programmi POSEI għandhom jinkludu miżuri speċifiċi favur il-prodotti agrikoli lokali skont it-termini tat-Titolu III tat-Tielet Parti tat-Trattat, meħtieġa għall-assigurazzjoni tal-kontinwità u l-iżvilupp tal-prodotti agrikoli lokali f’kull reġjun imbiegħed, waqt li titqies dejjem is-simplifkazzjoni tal-proċeduri għall-amministrazzjonijiet u, fuq kollox, għall-benefiċjarji finali, mingħajr ma qatt jiddgħajfu l-effiċjenza u l-mezzi finanzjarji rispettivi mogħtija lil programm POSEI.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-parti tal-programm iddedikata għall-miżuri favur il-prodotti agrikoli lokali għandha tinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

2. Il-partijiet tal-programm iddedikati għall-miżuri favur il-prodotti agrikoli lokali u li jikkorrispondu għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) deskrizzjoni tal-istrateġija proposta, il-prijoritajiet magħżula u l-għanijiet ġenerali u operattivi kwantifikati, u valutazzjoni li turi l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni, inklużi l-effetti fuq l-impjiegi;

b) deskrizzjoni tal-istrateġija proposta, il-prijoritajiet magħżula u l-għanijiet ġenerali u operattivi kwantifikati, u valutazzjoni li turi l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni, inklużi l-effetti fuq l-impjiegi u l-kwalità tal-prodotti lokali;

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) il-kundizzjonijiet tal-għoti tal-għajnuna, il-prodotti u l-volumi kkonċernati;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija żejda, għaliex tirreferi għal kwestjonijiet li diġà kienu trattati fil-paragrafu 4 tal-istess artikolu.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f) l-ammont ta’ għajnuna stabbilit għal kull miżura jew azzjoni bl-għan li jintlaħaq għan wieħed jew aktar tal-programm.

f) l-ammont ta’ għajnuna stabbilit għal kull miżura u t-total proviżorju għal kull azzjoni bl-għan li jintlaħaq għan wieħed jew aktar tal-programm.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li nkomplu niffavorixxu livell għoli ta' flessibilità fil-ġestjoni tal-programmi POSEI, kif ilu jsir mill-adozzjoni tar-Regolament 247/2006.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att ta' implimentazzjoni il-kundizzjonijiet uniformi tal-pagamenti tal-għajnuniet imsemmija fil-paragrafu 2.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att ta' implimentazzjoni il-modalitajiet tekniċi tal-pagamenti tal-għajnuniet imsemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 34(2).

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) l-għajnuna individwali;

c) l-ammont unitarju tal-għajnuna.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) il-limitu massimu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-istabbiliment ta' limitu massimu għal kull azzjoni jirrestrinġi l-ġestjoni tal-programmi.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex jingħata appoġġ lill-bejgħ tal-prodotti barra mir-reġjun ta’ produzzjoni tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att iddelegat il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-ammont tal-għajnuna mogħtija skont it-tqegħid fis-suq u, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet massimi li jistgħu jaqgħu taħt din l-għajnuna.

Biex jingħata appoġġ lill-bejgħ tal-prodotti barra mir-reġjun ta’ produzzjoni tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att iddelegat il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-ammont tal-għajnuna mogħtija skont it-tqegħid fis-suq u, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet massimi li jistgħu jaqgħu taħt din l-għajnuna. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-atti ddelegati skont l-Artikolu 33.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem għall-azzjonijiet ta' appoġġ kollha tal-programm POSEI favur il-produzzjonijiet lokali.

Ġustifikazzjoni

Din il-miżura għandha l-għan li ttejjeb l-effikaċja tal-miżuri favur il-produtturi lokali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri jistgħu joħorġu għall-benefiċjarji, ladarba l-proġetti tagħhom ikunu approvati, akkreditazzjoni xierqa biex ikun aktar faċli għalihom li jiksbu finanzjament bil-quddiem minn bank.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex jikber l-għarfien dwar il-prodotti agrikoli ta’ kwalità tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u jikber il-konsum tagħhom, kemm tal-prodotti naturali kif ukoll ipproċessati, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att iddelegat il-kundizzjonijiet sabiex jiġi eżerċitat id-dritt tal-użu tas-simbolu grafiku kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-ikkuppjar u l-użu tiegħu.

3. Sabiex jikber l-għarfien dwar il-prodotti agrikoli ta’ kwalità tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u jikber il-konsum tagħhom, kemm tal-prodotti naturali kif ukoll ipproċessati, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att iddelegat il-kundizzjonijiet sabiex jiġi eżerċitat id-dritt tal-użu tas-simbolu grafiku kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-ikkuppjar u l-użu tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta dawn l-atti ddelegati skont l-Artikolu 33.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ att eżekuttiv, id-dettalji prattiċi ta’ implimentazzjoni tas-simbolu grafiku kif ukoll il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli u ta’ monitoraġġ, li għandhom japplikaw l-Istati Membri.

4. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ att eżekuttiv, id-dettalji prattiċi ta’ implimentazzjoni tas-simbolu grafiku kif ukoll il-karatteristiċi minimi tal-kontrolli u ta’ monitoraġġ, li għandhom japplikaw l-Istati Membri. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Minkejja l-Artikolu 39(4), tar-Regolament (KE) nru 1698/2005, l-ammonti annwali massimi eliġibbli fl-ambitu tal-għajnuna tal-Unjoni previsti fl-Anness I tal-imsemmi Regolament jistgħu jiżdiedu sad-doppju f’dak li jirrigwarda l-miżura ta’ protezzjoni tal-lagi fl-Azores u l-miżura għall-preżervazzjoni tal-pajżaġġ u tal-karatteristiċi tradizzjonali tal-artijiet agrikoli u l-konservazzjoni tal-ħitan tal-ġebel li jirfdu l-għelieqi mtarrġa fil-Madeira.

1. Minkejja l-Artikolu 39(4), tar-Regolament (KE) nru 1698/2005, l-ammonti annwali massimi eliġibbli fl-ambitu tal-għajnuna tal-Unjoni previsti fl-Anness I tal-imsemmi Regolament jistgħu jiżdiedu sad-doppju f’dak li jirrigwarda l-miżura ta’ protezzjoni tal-lagi fl-Azores u l-miżura għall-preżervazzjoni tal-pajżaġġ, tal-bijodiversità u tal-karatteristiċi tradizzjonali tal-artijiet agrikoli u l-konservazzjoni tal-ħitan tal-ġebel tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Sabiex tiżdied il-kompetittività tal-prodotti agrikoli tar-reġjuni l-aktar imbiegħda fis-suq u jingħata kontribut għas-sostenibilità tal-kultivazzjoni tal-art biex jegħlbu l-konsegwenzi tad-diżastri naturali u r-riskji naturali, se jingħataw inċentivi biex kull subsettur kollu kemm hu jirrikorri għall-assigurazjonijiet kontra r-riskji ta' diżastri naturali, u għalhekk il-kooperattivi, il-gruppi tal-bdiewa u kwalunkwe entità agrikola oħra se jkunu eżentati mill-projbizzjoni li jirċievu għajnuna mill-istat maħsuba biex tippromwovi l-aċċess għal kuntratti ta' assigurazzjoni agrikola.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Franza u l-Portugall għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni programmi għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u fl-Azores u fil-Madeira rispettivament. Il-programmi għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri li għandhom jitwettqu, it-tul ta’ żmien u n-nefqa tagħhom. Il-programmi mressqa skont dan l-Artikolu m’għandhomx jikkonċernaw il-ħarsien tal-banana.

1. L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni programmi għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda. Il-programmi għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri li għandhom jitwettqu, it-tul ta’ żmien u n-nefqa tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkunu estiżi għar-reġjuni l-aktar imbiegħda kollha l-programmi għall-ġlieda kontra organiżmi li jagħmlu ħsara lill-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ minħabba l-proliferazzjoni dejjem akbar tal-pesti, bħala konsegwenza, fil-parti l-kbira, taż-żieda fil-kummerċ u tal-kundizzjonijiet klimatiċi. L-iskarsezza ta' sustanzi fitosanitarji biex tkun iffaċjata din il-proliferazzjoni żżid il-ħtieġa li tingħata spinta lil dawn l-azzjonijiet iktar minn qatt qabel. L-ebda produzzjoni ta' uċuħ tar-raba’ m'għandha tkun eskluża.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex timplimenta dawn il-programmi, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta’ att iddelegat, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-miżuri eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni, kif ukoll l-ammont tal-għajnuna.

3. Sabiex timplimenta dawn il-programmi, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta’ atti ddelegati, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-miżuri eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni, kif ukoll l-ammont tal-għajnuna. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-atti ddelegati skont l-Artikolu 33.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali kontribuzzjoni tista' tkopri sa 60 % tan-nefqa eliġibbli fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u sa 75 % tan-nefqa eliġibbli fl-Azores u fil-Madeira. Il-ħlas għandu jsir abbażi ta’ dokumentazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi u Portugiżi. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu organizzati kontrolli minn esperti tal-Kummissjoni li jsiru f’isimha, kif imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE.

Din il-parteċipazzjoni tista’ tkopri sa 75 % tan-nefqa eliġibbli. Il-ħlas għandu jsir abbażi ta’ dokumentazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu organizzati kontrolli minn esperti tal-Kummissjoni li jsiru f’isimha, kif imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE.

Ġustifikazzjoni

F'dawn l-aħħar snin numru ikbar ta' organiżmi li jagħmlu ħsara kienu introdotti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda. Ħafna minnhom huma diffiċli li jinqerdu u ta' impatt ekonomiku qawwi fuq il-profittabilità tal-produtturi. Il-kundizzjonijiet klimatiċi ta' ħafna reġjuni jiffavorixxu l-propagazzjoni tal-pesti, li żdiedu ħafna b'konsegwenza taċ-ċaqliq ikbar tal-merkanzija.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 103 (v), 103 (w) u 103 (y) tar-Regolament (KE) nru 1234/2007 ma għandhomx japplikaw għall-Gżejjer Kanarji.

3. Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 85(g), 85(h), 85(i), 85(j), 85(k), 85(m), 103 (v), 103 (w) u 103 (y) tar-Regolament (KE) nru 1234/2007 ma għandhomx japplikaw għall-Gżejjer Kanarji.

Ġustifikazzjoni

Il-vitikultura hija attività agrikola li tikkontribwixxi għall-preservazzjoni taż-żona rurali tal-gżejjer. Ir-rapporteur jixtieq li fil-futur il-Gżejjer Kanarji jkunu eżentati minn kull dispożizzjoni li tillimita l-iżvilupp ta' din il-produzzjoni, meta wieħed iqis kemm din marret lura f'dawn l-aħħar snin. L-impatt se jkun kważi ineżistenti għas-settur tal-peniżola għaliex 14.7% biss tal-inbejjed ikkonsmati fil-Gżejjer Kanarji huma prodotti lokalment.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. B’deroga mill-Artikolu 114(2) tar-Regolament (KE) nru 1234/2007, il-produzzjoni ta’ ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Unjoni għandha tkun awtorizzata fil-Madeira u fid-dipartiment Franċiż extra-Ewropew ta’ Réunion, fil-limiti tal-ħtiġijiet ta’ konsum lokali, sakemm din il-miżura tiżgura li l-ħalib prodott lokalment jinġabar u jsib postijiet tal-bejgħ. Dan il-prodott għandu jintuża biss għall-konsum lokali.

4. B’deroga mill-Artikolu 114(2) tar-Regolament (KE) nru 1234/2007, il-produzzjoni ta’ ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Unjoni għandha tkun awtorizzata fil-Madeira u fid-dipartiment Franċiż extra-Ewropew ta’ Réunion, fil-limiti tal-ħtiġijiet ta’ konsum lokali, sakemm din il-miżura tiżgura li l-ħalib prodott lokalment jinġabar u jsib postijiet tal-bejgħ. Jekk l-Istat Membru kkonċernat juri l-opportunità ta’ tali miżura għad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej ta’ Martinique u tal-Gwadalup, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, jekk ikun meħtieġ, li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 33, bil-għan li testendi l-miżura msemmija għad-dipartimenti msemmija. Dan il-prodott għandu jintuża biss għall-konsum lokali.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sakemm il-kwantità lokali ta’ annimali tal-ifrat irġiel żgħar tilħaq livell suffiċjenti biex tiżgura l-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali tal-laħam taċ-ċanga fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u fil-Madeira, għandha tkun miftuħa l-possibbiltà ta’ importazzjoni ta’ annimali tal-ifrat minn pajjiżi terzi, għas-simna u l-konsum fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u fil-Madeira, mingħajr l-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni tat-tariffa doganali komuni. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan is-subparagrafu u b’mod partikolari id-dettalji prattiċi ta’ eżenzjoni mid-dazji għall-importazzjoni ta’ annimali tal-ifrat irġiel żgħar fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u fil-Madeira.

1. Sakemm il-kwantità lokali ta’ annimali tal-ifrat irġiel żgħar tilħaq livell suffiċjenti biex tiżgura l-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali tal-laħam taċ-ċanga fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u fil-Madeira, għandha tkun miftuħa l-possibbiltà ta’ importazzjoni ta’ annimali tal-ifrat minn pajjiżi terzi, għas-simna u l-konsum fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u fil-Madeira, mingħajr l-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni tat-tariffa doganali komuni. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan is-subparagrafu u b’mod partikolari id-dettalji prattiċi ta’ eżenzjoni mid-dazji għall-importazzjoni ta’ annimali tal-ifrat irġiel żgħar fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u fil-Madeira. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 34(2).

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi lokali tas-settur tal-ifrat u s-settur sussidjarju tiegħu, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att iddelegat, il-kundizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni.

Sabiex tikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi lokali tas-settur tal-ifrat u s-settur sussidjarju tiegħu, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att iddelegat, il-kundizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-atti ddelegati skont l-Artikolu 33.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn japplikaw l-Artikolu 52 u l-Artikolu 53(1), tar-Regolament (KE) nru 73/2009, il-Portugall jista’ jnaqqas il-limitu nazzjonali għall-ħlas tad-drittijiet ta’ laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż u tas-sussidju ta’ baqar li jreddgħu. F’tali każ, permezz ta’ att eżekuttiv mill-Kummissjoni, l-ammont korrispondenti għandu jkun trasferit mil-limiti stabbiliti taħt l-Artikolu 52 u l-Artikolu 53 (1) tar-Regolament (KE) nru 73/2009 għar-riżorsi finanzjarji msemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 29 (2) ta’ dan ir-Regolament.

 

3. Fejn japplikaw l-Artikolu 52 u l-Artikolu 53(1), tar-Regolament (KE) nru 73/2009, il-Portugall jista’ jnaqqas il-limitu nazzjonali għall-ħlas tad-drittijiet ta’ laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż u tas-sussidju ta’ baqar li jreddgħu. F’tali każ, permezz ta’ att eżekuttiv mill-Kummissjoni, l-ammont korrispondenti għandu jkun trasferit mil-limiti stabbiliti taħt l-Artikolu 52 u l-Artikolu 53 (1) tar-Regolament (KE) nru 73/2009 għar-riżorsi finanzjarji msemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 29 (2) ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Spanja hija awtorizzata tagħti għajnuna għall-produzzjoni tat-tabakk fil-Gżejjer Kanarji. L-għoti ta’ din l-għajnuna m’għandux iwassal għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi fil-gżejjer.

Spanja hija awtorizzata tagħti għajnuna għall-produzzjoni tat-tabakk fil-Gżejjer Kanarji, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta' din il-produzzjoni u n-nuqqas ta' possibbiltà ta' diversifikazzjoni tal-produzzjoni agrikola lokali. L-għoti ta’ din l-għajnuna m’għandux iwassal għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi fil-gżejjer.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 u b’mod partikolari d-dettalji prattiċi ta’ eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni għall-Gżejjer Kanarji.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 u b’mod partikolari d-dettalji prattiċi ta’ eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni għall-Gżejjer Kanarji. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, ħlief għall-Artikolu 21, huma intervent maħsub biex jirregola s-swieq agrikoli fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005.

1. Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, ħlief għall-Artikolu 21, huma intervent maħsub biex jirregola s-swieq agrikoli u maħsuba għall-garanzija tal-pagamenti diretti, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u (c), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/200513.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għal kull eżerċizzju finanzjarju l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa massimu annwali ugwali għal dan li ġej:

2. Għal kull eżerċizzju finanzjarju l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa minimu annwali ugwali għal dan li ġej:

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 278,41 miljun,

– Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 308.21 miljun,

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– Azores u Madeira: EUR 106,21 miljun,

– Azores u Madeira: EUR 117.61 miljun,

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– Gżejjer Kanarji: EUR 268,42 miljun.

– Gżejjer Kanarji: EUR 297.12 miljun.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 24,8 miljun,

– Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 26.9 miljun,

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda fil-limitu massimu fl-arranġamenti speċifiċi tal-provvista għal Franza hi maħsuba biex tqis il-previżjonijiet tat-tkabbir fil-qasam tal-bhejjem. Iż-żieda proposta mill-Kummissjoni tidher li mhix biżżejjed, skont l-istimi għal dan il-pajjiż.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att eżekuttiv il-kundizzjonijiet uniformi li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu jibdlu l-allokazzjoni tar-riżorsi allokati kull sena għad-diversi prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att eżekuttiv il-kundizzjonijiet uniformi li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu jibdlu l-allokazzjoni tar-riżorsi allokati kull sena għad-diversi prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-distribuzzjoni tal-għajnuna bejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-istess Stat Membru ma ssirx b’mod eċċessiv li jkun ta’ żvantaġġ għal wieħed, jew aktar, minn dawn ir-reġjuni.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sabiex tkun żgurata allokazzjoni raġonevoli u proporzjonata għall-miżuri ta’ finanzjament tal-istudji, proġetti dimostrattivi, tat-taħriġ u tal-miżuri ta’ għajnuna teknika, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att iddelegat ammont massimu annwali li jista’ jiġi allokat għal dawn il-miżuri.

4. Sabiex tkun żgurata allokazzjoni raġonevoli u proporzjonata għall-miżuri ta’ finanzjament tal-istudji, proġetti dimostrattivi, tat-taħriġ u tal-miżuri ta’ għajnuna teknika, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att iddelegat ammont massimu annwali li jista’ jiġi allokat għal dawn il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-atti ddelegati skont l-Artikolu 33.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a. Fid-dawl tal-konsegwenzi negattivi għall-produtturi Ewropej tal-banana tat-tnaqqis gradwali tad-dazji doganali b'konsegwenza tal-ftehimiet multilaterali ta' Ġinevra u tal-kummerċ ħieles mal-pajjiż Andini, tal-Amerika Ċentrali u ta' reġjuni oħra, għandu jitħallas kumpens adegwat lill-produtturi tal-banana tar-reġjuni tal-Unjoni l-aktar imbiegħda. Dan il-kumpens għandu jkun ta' madwar EUR 30 000 000 kull sena għall-pajjiżi produtturi tal-banana tal-Unjoni kollha f'daqqa.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4b. Fil-futur, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament u l-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni tal-impatt li jista' jkollha fuq id-dħul tal-produtturi kwalunkwe konċessjoni tariffarja ġdida għall-importazzjoni tal-banana fl-Unjoni. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun hemm bżonn, minn proposta leġiżlattiva li temenda l-ammonti previsti fil-paragrafu 2, bl-għan li jkun ikkumpensat it-telf ta' dħul li jsofru l-produtturi Ewropej.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri ma jistgħux jissuġġettaw l-għajnuniet għall-provvista għal kwalunkwe taxxa jew impatt fiskali, diretti jew indiretti: l-għajnuniet għandhom jgħaddu b'mod integrali għand l-utent finali, fir-rispett tal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 12.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Komunikazzjonijiet u rapporti

Komunikazzjonijiet, rapporti u studji ta’ impatt

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju kull sena, rapport dwar l-implimentazzjoni fis-sena preċedenti tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru kull sena, rapport dwar l-implimentazzjoni fis-sena preċedenti tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Fil-prattika jidher ċar li hemm bżonn li jkun stabbilit perjodu itwal għall-preżentazzjoni ta' dan ir-rapport.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015, u wara kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li juri l-impatt tal-azzjonijiet meħuda taħt dan ir-Regolament, inkluż fis-settur tal-banana, flimkien ma’ proposti xierqa, fejn applikabblibli.

3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015, u wara kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li juri l-impatt tal-azzjonijiet meħuda taħt dan ir-Regolament, inkluż fis-setturi tal-banana u tal-ħalib, flimkien ma’ proposti xierqa, fejn applikabbli.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha twettaq studji ta' impatt speċifiċi minn qabel u b'intervalli regolari biex tevalwa l-impatt, fuq l-agrikolatura tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, tan-negozjati kummerċjali bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi jew ma' swieq kummerjċali terzi, kif ukoll ta' bidliet sinifikanti miftiehma fil-qasam tal-politika agrikola komuni. Il-Kummissjoni għandha tapplika, għal dawn l-istudji ta' impatt, il-kriterji ddefiniti min-Nazzjonijiet Uniti. Jekk ikun meħtieġ, dawn l-istudji jew l-evalwazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti għar-reviżjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja u l-miżuri ta' appoġġ għall-produzzjoni lokali fid-dawl tal-bidliet li jirriżultaw minn negozjati kummerċjali jew minn modifiki sinifikanti fil-politika agrikola komuni.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni tal-impatt fuq il-produzzjoni lokali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda li jintlaqtu minn ftehim eventwali UE-Mercosur. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tipprevedi l-kumpens dovut, f'kull mument, għat-telf ta' dħul imġarrab mill-produtturi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c. B'kunsiderazzjoni għall-impatt sinifikanti previst għas-settur tal-ħalib fir-reġjuni l-aktar imbiegħda li jista' jkollu ż-żarmar tal-iskema tal-kwoti tal-ħalib, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport li jevalwa l-impatt ta' dan iż-żarmar. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tipprevedi l-kumpens dovut, f'kull mument, għat-telf ta' dħul imġarrab mill-produtturi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3 d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3d. Il-Kummissjoni għandha tinkludi kapitolu speċifiku fl-analiżi, l-istudji u l-evalwazzjonijiet li twettaq fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali u tal-politika agrikola komuni, fejn ikun involut qasam li jkun ta' interess partikolari għar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 31 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31(a)

 

Estensjoni tal-lista tar-reġjuni l-aktar imbiegħda

 

Kull estensjoni tal-lista tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea għandha tkun akkumpanjata minn żieda fl-allokazzjonijiet baġitarji għall-programmi POSEI.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Atti ddelegati

Eżerċizzju tad-delega

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija f’dan ir-Regolament għal perjodu mhux determinat.

1. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija kkonferita lill-Kummissjoni u hija suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att iddelegat, din għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fl-istess waqt.

 

2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija f'(1) tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(3), fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 13(6), fl-Artikolu 17(2), fl-Artikolu 18(4), fl-Artikolu 20(3), fl-Artikolu 23(3), fl-Artikolu 26(2) u fl-Artikolu 29(4), għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin sa mill-bidu ta' ...*. Il-Kummissoni għandha tfassal rapport għal dak li jirrigwarda d-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded b'mod taċitu għal perjodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

L-istituzzjoni li tkun bdiet proċess intern sabiex tiddeċiedi jekk għandhiex tirrevoka d-delegazzjoni tas-setgħa għandha tinforma lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn xahar qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jiġu revokati kif ukoll kwalunkwe raġuni għal danha.

 

Id-deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’din id-Deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri speċifikata. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

3. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, din l-iskadenza għandha tittawwal b’xahar.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(3), fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 13(6), fl-Artikolu 17(2), fl-Artikolu 18(4), fl-Artikolu 20(3), fl-Artikolu 23(3), fl-Artikolu 26(2) u fl-Artikolu 29(4), tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Ir-revoka għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fl-imsemmija deċiżjoni. Din ma taffettwax il-validità tal-atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.

Jekk, wara li tintemm din l-iskadenza la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu ressqu oġġezzjoni fir-rigward ta’ dan l-att iddelegat, jew jekk, qabel din id-data, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux sejrin iqajmu oġġezzjonijiet, l-att delegat jidħol fis-seħħ fid-data prevista fid-dispożizzjonijiet tiegħu.

 

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqajmu oġġezzjonijiet fir-rigward tal-att iddelegat, dan ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li tqajjem l-oġġezzjonijiet kontra l-att iddelegat għandha tispjega r-raġunijiet.

 

 

 

 

3a. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

 

3b. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 6(3), 11(2), 13(6), 17(2), 18(4), 20 (3), 23 (3), 26(2), 29(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u l-anqas il-Kunsill ma jkunu esprimew l-ebda oġġezzjoni fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel it-tmiem ta' dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

_______________

 

* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Atti ta’ implimentazzjoni - Kumitat

Kumitat

[Dawn għandhom jkunu kkompletati wara l-adozzjoni tar-regolament dwar il-modalitajiet ta' kontroll hekk kif imniżżla fl-Artikolu 291(2) tat-TFUE, li qed jiġu diskussi mill-PE u mill-Kunsill]

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, imwaqqaf permezz tal-Artikolu 144 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003*. Dak il-kumitat huwa kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011**.

 

2. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika.

 

_______________

 

* ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

 

** ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk dan ir-regolament jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2012, l-Istati Membri m'għandhomx jippreżentaw programm ġdid għall-1 ta' Awwissu 2012, applikabbli għall-2013, għaliex dan jikkomplika l-proċess tan-negozjati mas-servizzi tal-Kummissjoni. L-istabilità tal-programmi hija vantaġġ għall-atturi kollha billi tiggarantixxi s-sigurtà ġuridika u l-ippjanar tajjeb tal-investimenti futuri.

  • [1]  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 33.

NOTA SPJEGATTIVA

L-isfond

Il-Programm ta’ soluzzjonijiet speċifiċi biex jilqgħu għall-Bogħod u l-Insularità (POSEI) tnieda fl-1991 b'appoġġ għat-territorji extra-Ewropej Franċiżi, u sena wara kien estiż għaż-żoni l-aktar imbiegħda tal-Portugal u Spanja. Bħalissa disa' reġjuni jibbenefikaw minn dan il-programm: il-Gwadelup, il-Gujana Franċiża, Martinika, Reunión, San Bartolomew u San Martin, ta' Franza; l-Azores u l-Madeira tal-Portugall u l-Gżejjer Kanarji ta' Spanja. Issa qed ikun previst li jingħaqad l-għaxar territorju, id-Dipartment Franċiż ta' Mayotte.

Dawn il-programmi kollha għandhom rwol integrali għaż-żamma u l-iżvilupp tal-produzzjoni agrikola u l-industrija tal-ipproċessar f'dawn iż-żoni. Illum il-vijabilità tas-setturi kkonċernati tkun mhedda mingħajr l-eżistenza tal-programmi POSEI, minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi li jridu jiffaċċjaw dawn ir-reġjuni b'riżultat tal-lokazzjoni ġeografika tagħhom u tal-marġni limitat ta' diversifikazzjoni li għandhom għall-attività tagħhom.

Il-POSEI huwa maqsum f'żewġ kategoriji b'distinzjoni ċara bejniethom. Min-naħa hemm l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista, destinati għall-proviżjon ta' dawn iż-żoni bi prodotti tal-ikel għall-bhejjem, għall-industrija tal-ipproċessar u l-konsum dirett. L-għajnuna mogħtija f'dan il-qafas għandha limitu massimu ddefinit għal kull pajjiż, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' kompetizzjoni mhux ġusta mal-produzzjonijiet tal-gżejjer. Min-naħa l-oħra, it-tieni kapitolu tal-POSEI, li huwa iktar importanti għaliex jassorbi madwar 80 % tal-ammont totali tal-għajnuna, jittratta l-miżuri ta’ appoġġ għall-produzzjonijiet agrikoli lokali, u għandu rwol fundamentali fil-garanzija tal-manteniment u l-vijabilità tal-attività.

Il-leġiżlazzjoni rigward il-POSEI kienet emendata darbtejn. L-ewwel darba fl-2001 u l-ikbar modifika introdotta f'din l-okkażjoni kienet l-introduzzjoni ta' metodu ta' kalkolu ġdid tal-għajnuna mill-arranġamenti speċifiċi ta' provvista, fejn ma baqax ikun ikkunsidrat il-livell ta' rifużjonijiet (għajnuniet għall-esportazzjoni) tal-UE bħala referenza għall-ispejjeż addizzjonali tad-distanza, l-iżolazzjoni u s-superfiċji dgħajfa tar-reġjuni l-aktar imbiegħda. Din ir-riforma introduċiet ukoll il-bilanċi previsti tal-provvista.

It-tieni riforma tal-POSEI, li s'issa kienet l-iktar waħda komprensiva, saret fl-2006 u rrappreżentat bidla fid-direzzjoni ta' 180 grad fl-iżvilupp tal-programmi, li l-elaborazzjoni tagħhom saret għal kollox responsabilità tal-awtoritajiet reġjonali. Sussegwentement, ir-Regolament (KE) Nru 247/2006 kien emendat f'diversi okkażjonijiet biex jinkorpora prinċipalment it-tibdiliet relatati mal-aħħar riforma tal-iskema ta' għajnuna għall-qasam tal-banana, li kienet integrata fil-POSEI, kif ukoll ir-riforma tas-settur taz-zokkor. Barra minn hekk, wara l-"kontroll tas-saħħa" imminenti tal-PAK il-baġit relattiv għall-għajnuna diretta kien ittrasferit lill-POSEI, li bħalissa huwa ekwivalenti għall-PAK għar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Sommarju tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea temenda r-Regolament (KE) Nru 247/2006 b'appoġġ tal-iktar reġjuni mbiegħda bl-iskop ewlieni tar-riformulazzjoni tar-reviżjonijiet leġiżlattivi differenti li saru f'dawn l-aħħar snin. Il-proposta tadatta r-regolament għad-dispożizzjonijiet ġodda dwar l-atti ddelegati u l-atti ta' implimentazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona.

L-abbozz għandu wkoll l-għan li jissimplifika u jtejjeb iċ-ċarezza tal-interpretazzjoni tar-regolament, li jkopri l-miżuri agrikoli speċifiċi kollha favur id-disa' reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni qed tapprofitta wkoll minn din is-simplifikazzjoni biex tintroduċi ċerti bidliet leġiżlattivi fid-dawl tal-problemi identifikati fl-aħħar snin fl-implimentazzjoni tal-iskema.

Il-bidliet ewlenin proposti huma:

–  żieda ta' 20 % tal-limiti massimi stabbiliti għall-arranġamenti speċifiċi ta' provvista fi Franza u l-Portugall;

–  il-kundizzjoni li l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista jkunu suġġetti għar-rekwiżit li m'għandhomx jirrestrinġu l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali;

– li tkun preċiżata l-proċedura tal-preżentazzjoni tal-programmi u tal-modifiki tagħhom għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni, sabiex tkun promossa l-flessibilità u biex dawn il-programmi jkunu adattati aħjar għall-bżonnijiet reali;

– li d-dipartiment extra-Ewropej Franċiżi jkunu awtorizzati wkoll jibgħatu lura prodotti pproċessati minn materji primi frott tal-arranġamenti speċifiċi ta' provvista mingħajr ma jkollhom jirrimborżaw   il-benefiċċju;

–  l-inklużjoni f'dawn il-programmi tal-lista ta' għajnuna diretta sabiex tkun żgurata amministrazzjoni baġitarja soda;

– Il-Kummissjoni tqis utli wkoll li jkun indikat kif hu ddefinit l-ammont ta' għajnuna għall-miżuri favur il-prodotti agrikoli lokali, li qabel ma kienx indikat fl-att bażiku.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Kif jirrikonoxxu l-awturi tar-rapport ta' evalwazzjoni li sar fuq talba tal-Kummissjoni dwar l-iskema POSEI, minnha tiddependi l-profittabilità tal-produzzjonijiet agrikoli u tal-industrija fir-reġjuni l-aktar imbiegħda. Fi żminijiet ta' kriżi bħall-preżent, li tulhom dawn ir-reġjuni jsofru rati ta' qgħad ta' spiss ogħla mill-medji nazzjonali, tajjeb li mhux biss tinżamm l-iskema, imma li wkoll tissaħħaħ safejn ikun possibbli.

Ir-rapporteur jiddispjaċih li tneħħiet mill-proposta tal-Kummissjoni r-referenza għall-bażi legali speċifika tat-Trattat għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, u għaldaqstant jipproponi li din terġa' tiddaħħal. L-Artikolu 349 tat-Trattat huwa l-uniku artikolu ddedikat għal dawn ir-reġjuni u dak li jiżgura li jibqa' jingħatalhom trattament partikolari, trattament li fil-futur jista' jkun ikkontestat mingħajr din ir-referenza legali.

Kemm il-Kummissjoni u kemm il-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħhom tal-2010 dwar l-operat tal-POSEI, jenfasizzaw l-utilità ta' din l-iskema biex jittaffew id-diffikultajiet li jiffaċċjaw dawn ir-reġjuni.

Madankollu, l-iffinanzjar ta' programmi bħal dawn (total ta' EUR 653 miljun għad-disa' reġjuni) qed juri li mhuwiex biżżejjed, kif jidher mill-fatt li l-agrikoltura sejra lura u mit-teħid ta' xi deċiżjonijiet nazzjonali biex jingħata iktar appoġġ għall-POSEI bl-għajnuna mill-istat. Il-problemi strutturali kif ukoll il-pressjoni dejjem ikbar minħabba l-kompetizzjoni li toħloq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi huma fattur fl-evoluzzjoni negattiva ta' ħafna oqsma.

Il-banana, li hija importanti ħafna fil-produzzjoni agrikola finali fl-iktar reġjuni mbiegħda, speċjalment fil-Gżejjer Kanarji (fejn din laħqet il-25 % tal-produzzjoni totali ta' dan ir-reġjun), trid tiffaċċja l-konċessjonijiet fit-tariffi li l-Unjoni Ewropea tat għall-esportazzjoni tal-banana mill-pajjiżi Latinamerikani. L-importanza ta' dan il-qasam, li flimkien mat-tadam u z-zokkor, huwa wieħed mill-ftit prodotti għall-esportazzjoni tal-gżejjer, faċilment tiġġustifika r-reviżjoni tal-pakketti finanzjarji tal-POSEI għall-kumpens tat-telf li jistgħu jsofru l-produtturi bbażati fil-gżejjer bħala riżultat ta' dawn il-konċessjonijiet. Iżda minbarra l-banana, produzzjonijiet oħra tal-gżejjer - bħat-tadam, iz-zokkor u r-rum - ukoll jiffaċċjaw pressjoni esterna kbira, li l-impatt tagħha jrid ikun analizzat kif suppost mill-Kummissjoni. Iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull wieħed minn dawn ir-reġjuni jżidu l-vulnerabilità tal-produzzjonijiet tagħhom quddiem iż-żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, peress li mal-ispejjeż li jirriżultaw mid-distanza u l-iżolazzjoni jridu jiżdiedu dawk li jirriżultaw mill-istandards għoljin li jridu jkunu osservati fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel u tar-rispett tal-ambjent.

L-iskarsezza tal-alternattivi għall-uċuh tar-raba' u l-prodotti tal-gżejjer hija wkoll argument solidu favur l-adozzjoni tal-miżuri l-iktar xierqa biex ikun evitat id-deterjorament tal-profittabilità tal-bdiewa u ta' min irabbi l-bhejjem, waqt li għandhom jitqiesu wkoll l-isforzi li saru fis-snin reċenti biex ikunu pprovduti prodotti ta' kwalità għolja.

Ir-rapporteur huwa favur li l-awtoritajiet kompetenti jkomplu jgawdu minn marġni wiesa' ta' flessibilità fit-tmexxija tal-programmi għaliex huwa fil-livell reġjonali li l-miżuri jistgħu jiġu adattati bl-iktar mod effiċjenti għall-bżonnijiet reali. Għandha tkun żgurata din il-flessibilità, kif ukoll imsaħħa l-konsultazzjoni mas-setturi kkonċernati.

Inkwantu ż-żewġ kapitoli l-kbar tal-programmi POSEI (l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista u l-miżuri ta’ appoġġ għall-produzzjoni lokali), ir-rapporteur jidhirlu li m'għandhomx isirulhom modifiki sustanzjali. Iħeġġeġ, minkejja dan, lill-Istati Membri jtejbu kemm jista' jkun l-ippjanar tal-miżuri ta' appoġġ għall-produzzjonijiet lokali biex itejbu l-effettività tal-għajnuna mogħtija lis-setturi differenti. L-Istati Membri għandhom ukoll jagħtu attenzjoni speċjali għall-impatti negattivi potenzjali fuq il-produzzjonijiet lokali li jistgħu jirriżultaw minn applikazzjoni mhux xierqa tal-arranġamenti speċifiċi ta' provvista.

Fis-snin riċenti l-uċuh tar-raba' fl-iktar reġjuni mbiegħda kienu affettwati mill-introduzzjoni ta' volum kbir ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara bħala riżultat taż-żieda fil-iskambji kummerċjali. Il-produtturi jridu jiffaċċjaw żieda konsiderevoli fil-pesti, li tiġġustifika t-tisħiħ tal-programmi fitosanitarji, kif ukoll l-estensjoni tagħhom għall-Gżejjer Kanarji u għall-kultivazzjoni tal-banana, filwaqt li titqies il-ħtieġa tal-promozzjoni ta' prattiki sostenibbli.

Fl-opinjoni tar-rapporteur ikun tajjeb ukoll li l-Unjoni Ewropea ssaħħaħ il-kontrolli tal-fruntieri fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, li l-prodotti tagħhom għandhom jissodisfaw l-istess rekwiżiti tar-regoli veterinarji u fitosanitarji applikati għall-bdiewa tar-reġjuni l-aktar imbiegħda biex tkun evitata kompetizzjoni inġusta mal-produzzjonijiet lokali.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI PROPOSTA

Is-Sur Paolo De Castro,

President

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi ġuridika tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni [COM(2010)0498]

Sinjur President,

Bl-ittra tat-8 ta' Ġunju 2011, inti kkonsultajt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 37 tar-Regoli ta' Proċedura, sabiex jikkunsidra ż-żieda ta' bażi ġuridika tal-proposta msemmija hawn fuq għal regolament.

Il-bażijiet ġuridiċi proposti mill-Kummissjoni huma l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tat-TFUE, li t-tnejn kemm huma jaqgħu taħt it-Titolu III bit-titolu "Agrikoltura u Sajd" tat-Tielet Parti bit-titolu "Politika u Azzjonijiet Interni tal-Unjoni".

Il-bażi ġuridika li qed tiġi proposta li tiżdied hija l-Artikolu 349 tat-TFUE taħt is-Seba' Parti tat-TFUE bit-titolu "Dispożizzjonijiet Ġenerali u Finali", liema artikolu jistabbilixxi l-proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi intiżi, b'mod partikolari, għall-istabbiliment tal-kundizzjonijiet ta' applikazjoni tat-Trattati għar-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni.

I - L-isfond

Permezz ta' din il-proposta l-Kummissjoni bdiet il-proċedura għat-tfassil mill-ġdid tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta' Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod tal-Unjoni[1] għal raġuniiet ta' ċarezza u sabiex jinġieb f'konformità mat-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikolari fir-rigward tal-atti delegati u l-atti tal-implimentazzjoni skont l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE.

Il-bażijiet ġuridiċi għar-Regolament (KE) Nru 247/2006 kienu l-Artikoli 36, 37 u 299(2) tat-TKE, li jikkorrispondu għall-Artikoli 42, 43 u 349 tat-TFUE, rispettivament.

Ir-Regolament (KE) Nru 247/2006 huwa akkompanjat minn Regolament tal-Kummissjoni[2], adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 25 tal-att bażiku, li fih regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tiegħu, li ġie emendat tliet darbiet, l-aħħar darba fl-2009.

Fl-opinjonijiet rispettivi tagħhom dwar il-proposta, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew it-tnejn irrakkomandaw iż-żieda tal-Artikolu 349 tat-TFUE għall-bażi ġuridika.

II - L-artikoli rilevanti tat-TFUE

L-Artikoli li ġejjin huma sottomessi bħala l-bażijiet ġuridiċi tal-proposta tal-Kummissjoni (l-enfasi miżjud jindika d-dispożizzjonijiet operattivi):

Artikolu 39

1. L-għan tal-politika agrikola komuni għandu jkun:                         

(a) li tkabbar il-produzzjoni agrikola billi tippromwovi progress tekniku u billi tassigura l-iżvilupp razzjonali ta' produzzjoni agrikola u l-aħjar utilizzazzjoni possibbli tal-fatturi ta' produzzjoni, speċjalment tan-nies tax-xogħol,

(b) li tassigura b’dan il-mod livell ġust ta' għajxien għall-popolazzjoni agrikola, partikolarment billi jkabbar il-qligħ individwali tal-ħaddiema fl-agrikoltura,

(c) li tagħmel is-swieq stabbli,

(d) li tiggarantixxi d-disponibilità tal-provvisti,

(e) li tassigura prezzijiet raġonevoli fil-konsenja tal-prodotti lill-konsumatur.

2. Fit-tfassil tal-politika agrikola komuni u l-metodi speċjali li tista’ tinvolvi, kunsiderazzjoni xierqa għandha tingħata lil dan li ġej:

(a) il-karattru partikolari tal-attivita agrikola, li joħroġ mill-istruttura soċjali agrikola u mid-disparità strutturali u naturali ta' bejn id-diversi reġjuni agrikoli,

(b) il-bżonn li jsiru gradwalment il-bidliet xierqa,

(c) il-fatt li fl-Istati Membri l-agrikoltura tikkostitwixxi settur marbut mill-qrib mal-bqija tal-ekonomija.

Artikolu 40

1. Sabiex jinkisbu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 39, għandha tiġi stabbilita organizazzjoni komuni għal swieq agrikoli.

Din l-organizazzjoni għandha tieħu waħda minn dawn il-forom skont il-prodotti konċernati:

(a) regoli komuni dwar il-kompetizzjoni;

(b) il-koordinament obbligatorju tad-diversi organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq;

(c) Organizzazzjoni tas-suq Ewropea.

2. L-Organizzazjoni komuni f’waħda mill-forom imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tikkomprendi l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 39, b’mod partikolari, kontrolli tal-prezzijiet, sussidji lill-produzzjoni u l-marketing ta' diversi prodotti, arranġamenti dwar twarrib ta' prodotti u dwar riporti, u mekkaniżmu sabiex jistabbliżżaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni.

L-organizzazzjoni komuni għandha tillimita ruħha sabiex issegwi l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 u għandha teskludi kull diskrimnazzjoni bejn il-produtturi jew konsumaturi tal-Unjoni.

Kull politika komuni tal-prezzijiet għandha tkun ibbażata fuq kriterji komuni u metodi uniformi ta' kalkolu.

Artikolu 42

Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu li jirriferi għar-regoli tal-kompetizzjoni għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli biss safejn jista’ jiġi deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tad-dispożizzjonijiet u skont il-proċedura li hemm fl-Artikolu 43(2), u meħud kont xieraq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 39.

Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jawtorizza l-għoti ta' għajnuna:

(a) biex jipproteġi impriżi żvantaġġati minħabba kondizzjonijiet strutturali jew naturali,

(b) fil-qafas ta' programmi ta' żvilupp ekonomiku.

Artikolu 43

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti sabiex telabora u timplimenta l-politika agrikola komuni, inkluża s-sostituzzjoni tal-organizzazzjonijiet nazzjonali b’waħda mill-forom tal-organizzazzjoni komuni previsti fl-Artikolu 40(1), u l-implimentazzjoni tal-miżuri speċifikati f'dan it-Titolu tat-Trattati.

Dawn il-proposti għandhom jieħdu konsiderazzjoni xierqa tal-interdipendenza tal-kwistjonijiet agrikoli mqajma f' dan it-Titolu tat-Trattat.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli prevista fl-Artikolu 40(1) kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd.

3. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, l-imposti, l-għajnuna u l-limitazzjonijiet kwantitattivi, kif ukoll dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.

4. L-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq jistgħu jiġu ssostitwiti bl-organizzazzjoni komuni prevista fl-Artikolu 40(1) taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2:

(a) jekk l-organizzazzjoni komuni toffri lill-Istati Membri li jopponu din il-misura u li jippossjedu huma stess organizzazzjoni nazzjonali għall-prodotti inkwistjoni, garanziji ekwivalenti dwar l-impjieg u l-livell ta' għijxien tal-produtturi interessati, waqt li jittieħed kont xieraq tar-ritmu tal-adattamenti li jkunu possibbli u ta' gradi ta' speċjalizzazzjoni meħtieġa; u

(b) jekk dik l-organizzazzjoni tkun tista’ tassigura għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni kondizzjonijiet simili għal dawk li jipprevalu fi swieq nazzjonali.

5. Jekk organizzazzjoni komuni tiġi stabbilita għal ċerta materja prima, waqt li tkun għadha ma teżistix għal prodotti korrispondenti proċessati, il-materja prima inkwistjoni użata għall-prodotti proċessati intizi għall-esportazzjoni f’pajjiżi mhux membri tista' tiġi importata minn barra l-Unjoni.

L-Artikolu li ġej qed jiġi propost li jiżdied mal-bażi ġuridika:

Artikolu 349

Billi jittieħed kont tas-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika tal-Gwadelup, tal-Gujana Franċiża, tal-Martinique, ta' Réunion, ta' Saint Barthélemy, ta' Saint Martin, l-Azores, il-Madejra u l-Gżejjer Kanarji, li hija aktar ikkumplikata bid-distanza u l-insularità tagħhom, bid-daqs żgħir, bit-topografija u l-klima diffiċli, bid-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, li l-permanenza u l-kumbinazzjoni tagħhom jirrestrinġu bi kbir l-iżvilupp tagħhom, il-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jadotta miżuri speċifiċi bl-għan li, partikolarment, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati presenti għal dawk ir-Reġjuni, inklużi l-politiki komuni. Meta jiġu adottati l-miżuri speċifiċi inkwistjoni mill-Kunsill skont il-proċedura leġislattiva speċjali, dan għandu jiddeċiedi wkoll fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu jikkonċernaw b'mod partikolari oqsma bħalma huma l-politika doganali u tal-kummerċ, il-politika fiskali, iż-żoni liberi, il-politika dwar l-agrikoltura u s-sajd, il-kondizzjonijiet għall-fornitura ta' materja prima u oġġetti essenzjali għall-konsumatur, l-għajnuniet tal-Istat u l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-fondi strutturali u għal programmi orizzontali tal-Unjoni.

Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu billi jieħu kont tal-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet tar-reġjuni l-aktar 'il bogħod mingħajr ma jnaqqas l-integrità u l-koerenza tal-ordni legali tal-Unjoni, inklużi s-suq intern u l-politika komuni.

III - Il-bażijiet ġuridiċi proposti

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42 tat-TFUE jipprovdi li l-Parlament u l-Kunsill għandhom jiddeterminaw, fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 43(2) tat-TFUE, il-punt sa fejn ir-regoli dwar il-kompetizzjoni huma applikabbli għall-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti agrikoli. Meta jkunu qed jagħmlu hekk, huma obbligati li jqisu l-objettivi tal-politika agrikola komuni stabbilita fl-Artikolu 39.

L-Artikolu 43(2) tat-TFUE jipprovdi l-bażi ġuridika ġenerali għall-politika agrikola komuni, li skontha l-Parlament u l-Kunsill għandhom jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, kif previst fl-Artikolu 40 tat-TFUE, permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

L-Artikolu 349 tat-TFUE jipprovdi għal bażi ġuridika li tirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tat-Trattati għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, inklużi l-politiki komuni, li skonthom il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, jadotta miżuri speċifiċi għal dawn ir-reġjuni. Skont dan l-artikolu, il-Kunsill jadotta l-miżuri waħdu, u l-Parlament jiġi sempliċement ikkonsultat. Madankollu huwa importanti li wieħed jinnota li bis-saħħa tal-Artikolu 16(3) tat-TUE l-Kunsill jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata ladarba l-Artikolu 349 tat-TFUE ma jistipulax xort'oħra.

IV - Il-ġurisprudenza dwar il-bażi ġuridika

Hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li "l-għażla tal-bażi ġuridika ta’ att Komunitarju għandha tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi, suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom jinsabu, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att[3]". Għalhekk, l-għażla ta’ bażi ġuridika żbaljata tista’ tiġġustifika l-annullament ta’ dan l-att.

Fir-rigward ta’ miżura li ssegwi fl-istess ħin diversi għanijiet jew li għandha diversi komponenti li huma marbutin b’mod li ma jistgħux jinfirdu minn xulxin, mingħajr ma wieħed ikun aċċessorju għall-ieħor, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta dispożizzjonijiet differenti tat-Trattat ikunu għalhekk applikabbli, tali miżura għandha tkun fondata fuq il-bażijiet ġuridiċi korrispondenti differenti[4].

V. L-għan u l-kontenut tal-leġiżlazzjoni proposta

Il-Kummissjoni fil-memorandum spjegattiv tal-proposta tispeċifika li l-għan prinċipali tagħha huwa l-allinjament tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 mat-TFUE.

Għal dak li jirrigwarda l-atti delegati, il-proposta tagħti s-setgħa lil-Leġiżlatur li jadotta deċiżjonijiet dwar l-elementi essenzjali ta’ arranġamenti speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda biex jingħelbu d-diffikultajiet maħluqa mid-distanza estrema tagħhom (il-Programmi ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi biex jilqgħu għall-Bogħod u l-Insularità, POSEI). Il-linji gwida ġenerali ta’ dawn l-arranġamenti u l-prinċipji ġenerali li fuqhom huma bbażati huma ddeterminati mil-Leġiżlatur. Skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, il-Leġiżlatur jinkariga lill-Kummissjoni bil-kompitu li tikkompleta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali. Att delegat tal-Kummissjoni għalhekk jista’ jistabbilixxi l-elementi addizzjonali meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tal-aranġamenti definiti mil-Leġiżlatur. Skont il-proposta, il-Kummissjoni tista' għalhekk tadotta, permezz ta’ att delegat, il-kundizzjonijiet u l-miżuri taħt il-programmi POSEI.

L-Istati Membri, skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti definiti mil-Leġiżlatur. Skont il-Kummissjoni, jidher mandankollu meħtieġ li l-programmi POSEI jiġu applikati b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha sabiex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta jew id-diskriminazzjoni bejn l-operaturi. Skont il-proposta l-Leġiżlatur għalhekk jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li, bi qbil mal-Artikolu 291(2), tat-Trattat, timplimenta ċerti aspetti tal-programmi.

L-ewwel ħames premessi tal-proposta jistipulaw li ġej (enfasi miżjud):

(1) Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura biex jingħelbu d-diffikultajiet ikkawżati mis-sitwazzjoni eċċezzjonali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat ġew stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni[5]. Dawn il-miżuri huma kkumplimentati permezz ta’ programmi ta’ appoġġ għal kull reġjun, li jirrappreżentaw għodda essenzjali għall-provvista ta’ dawn ir-reġjuni fi prodotti agrikoli. Minħabba emendi ġodda li huma verament meħtieġa u wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 247/2006 jitħassar u jiġi sostitwit b'test ġdid.

(2) Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-għanijiet fundamentali li l-kisba tagħhom tista' sseħħ bil-kontribuzzjoni tal-arranġamenti għar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni.

(3) Jeħtieġ li jiġi speċifikat il-kontenut tal-Programmi ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi biex jilqgħu għall-Bogħod u l-Insularità (minn hawn ’il quddiem “il-programmi POSEI”) li, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati fil-livell ġeografiku l-aktar xieraq u ppreżentati lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

(4) Sabiex jinkisbu aħjar l-għanijiet tal-arranġamenti favur ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, il-programmi POSEI għandhom jinkludu miżuri li jiggarantixxu l-provvista ta’ prodotti agrikoli kif ukoll il-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjonijiet agrikoli lokali. Jeħtieġ li jiġi approssimat il-livell tal-programmazzjoni tar-reġjuni kkonċernati u li jkun hemm approċċ sistematiku tal-isħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(5) Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà u fi spirtu ta’ flessibbiltà li huma l-bażi tal-approċċ tal-programmazzjoni adottata għall-arranġamenti favur ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, l-awtoritajiet magħżula mill-Istat Membru jistgħu jipproponu emendi fil-programm sabiex jadattawh għar-realtà tar-reġjuni imbiegħda. Fl-istess spirtu, il-proċedura ta’ emenda tal-programmi għandha tkun adattata għal-livell ta’ rilevanza ta’ kull tip ta’ emenda.

L-Artikolu 2 tal-proposta, bit-titolu "Għanijiet", jipprovdi li l-att jipprova jikseb iż-żewġ għanijiet li ġejjin:

a) il-garanzija tal-provvista ta' prodotti essenzjali lir-reġjuni l-aktar imbiegħda għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar bħala addizzjonijiet agrikoli filwaqt li jittaffew l-ispejjeż żejda tad-distanza;

b) il-preżervazzjoni u l-iżvilupp tal-attività agrikola fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, inklużi l-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti lokali.

Barra mill-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar atti delegati u atti ta' implimentazzjoni, il-proposta tinkludi wkoll ċerti emendi minuri ta' aġġornar sabiex jitqiesu l-bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-implimentazzjoni prattika għar-Regolament 2006.

L-abbozz ta' rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali fih 74 emenda għat-test propost mill-Kummissjoni, li l-ewwel waħda minnhom tipprova tintroduċi l-Artikolu 349 tat-TFUE bħala bażi ġuridika addizzjonali. Barra minn hekk l-emenda 19 tispeċifika li dan l-artikolu għandu jitqies sabiex "dan jirrikonoxxi l-applikazzjoni ta' qafas differenzjat għar-reġjuni l-aktar imbiegħda biex jippermetti l-iżvilupp u l-integrazzjoni tagħhom b'kundizzjonijiet indaqs mal-bqija tal-Unjoni permezz ta' programmi speċifiċi adattati għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom." Il-bqija tal-emendi fl-abbozz ta' rapport tirrigwarda prinċipalment id-dispożizzjonijiet tekniċi dwar atti delegati u atti tal-implimentazzjoni.

VI - Id-determinazzjoni tal-bażi ġuridika xierqa

Fid-dawl tal-fatt li r-Regolament (KE) Nru 247/2006, li għandu jitfassal mill-ġdid mill-proposta, kien ibbażat parzjalment fuq il-predeċessur tat-TKE għall-Artikolu 349 tat-TFUE, u li l-għan u l-kontenut tal-proposta jikkonċernaw direttament l-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut ta' miżuri speċifiċi għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, kif ukoll l-implimentazzjoni tagħhom, l-Artikolu 349 tat-TFUE għandu jkun ċarament inkluż fil-bażi ġuridika.

Minkejja li l-Artikoli 349 tat-TFUE, b'differenza għall-Artikolu 43(2) tat-TFUE, ma jistipulax l-applikazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, dan jistipula li l-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata. Konsegwentement, dawn l-artikoli mhumiex proċeduralment inkompatibbli.

VII - Il-konklużjoni u r-rakkomandazzjoni

Fid-dawl tal-analiżi hawn fuq, l-Artikolu 349 tat-TFUE għandu jiżdied mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tat-TFUE sabiex jifforma l-bażi ġuridika għar-regolament propost.

Fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda għalhekk, b’21 vot favur u l-ebda astensjoni[6], li jirrakkomanda dan li ġej: il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni [COM(2010)0498] għandha tkun ibbażata fuq l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42 tat-TFUE, l-Artikolu 43(2) tat-TFUE u l-Artikolu 349 tat-TFUE.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner LEHNE

  • [1]  ĠU L 270M , 29.9.2006, p. 182
  • [2]  Regolament (KE) Nru 793/2006 tal-Kummissjoni tal-12 ta' April 2006 li jistabillixi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod tal-Unjoni (ĠU L 348M , 24.12.2008, p. 516).
  • [3]  Kawża C-45/86, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati), Ġabra 1439, punt 5; Kawża C-440/05, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill Ġabra I-9097; Kawża C-411, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill (8 ta' Settembru 2009) (ĠU C 267, 7.11.2009, p.8).
  • [4]  Kawża 155/07 Il-Parlament vs Il-Kunsill Ġabra I-8103, punt 36
  • [5]               ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.
  • [6]  Il-persuni li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Klaus-Heiner Lehne (President), Luigi Berlinguer (Viċi President), Raffaele Baldassarre (Viċi President), Evelyn Regner (Viċi President), Sebastian Valentin Bodu (Vice-Chair), Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Rainer Wieland, Tadeusz Zwiefka, Antonio Masip Hidalgo, Bernhard Rapkay, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Christian Engström, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Kurt Lechner, Paulo Rangel, Dagmar Roth-Behrendt, Toine Manders, Eva Lichtenberger.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (29.6.2011)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni
(COM(2010)0498 – C7–0284/2010 – 2010/0256(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marielle De Sarnez

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni tal-24 ta' Settembru 2010 hija intiża sabiex jitfasslu mill-ġdid l-arranġamenti POSEI (Programmi ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi biex jilqgħu għall-Bogħod u l-Insularità) irregolati mir-Regolament (KE) Nru 247/2006 sabiex jitqies id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Ir-regolament jippermetti l-kummerċ ħieles ta' prodotti pproċessati li bbenefikaw minn arranġamenti speċifiċi ta’ provvista (SSA) bejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda u jgħolli l-livelli massimi annwali tal-SSA għall-Franza u l-Portugall.

· Sfond

Mill-1990 'l hawn, ittieħdu miżuri speċifiċi, b'mod partikolari fil-qasam tal-politika agrikola, favur id-disa' reġjuni l-aktar imbiegħda (il-Gwadelup, il-Gujana Franċiża, Martinique, ir-Réunion, Saint-Barthélemy, Saint-Martin, l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji), sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom: id-distanza, l-insularità, id-daqs żgħir, it-terran, il-klima u d-dipendenza fuq numru żgħir ta’ prodotti. Din is-sistema ġiet modifikata fl-2001 u fl-2006 sabiex titqies ir-riforma tal-politika agrikola komuni (PAK) tal-2003 u l-istrateġija għar-reġjuni l-aktar imbiegħda mfassla mill-Kummissjoni Ewropea fl-2004.

· Ir-riżultati tal-POSEI

Il-POSEI ppermettew li jiġu diversifikati l-produzzjonijiet tal-ħxejjex, li jiġi stabbilit mill-ġdid is-settur tal-banana wara ċ-Ċiklun Dean u li tittejjeb is-sitwazzjoni tas-setturi differenti.

L-"arranġamenti SSA" ippermettew li jinżammu l-istrutturi ta' produzzjonijiet lokali u li jinħolqu impjiegi addizzjonali.

Il-miżuri ta' appoġġ għall-produzzjoni ppermettew li jiġi limitat it-tnaqqis fl-attivitajiet agrikoli, b'mod partikolari dik tal-produzzjoni tal-banana u taz-zokkor.

· Il-POSEI huma biżżejjed sabiex jiġu protetti r-reġjuni l-aktar imbiegħda?

Il-ftehim ta' Ġinevra u l-ftehimiet konklużi mal-pajjiżi Andini u l-Amerika Ċentrali huma ta' riskju għall-ekwilibriju tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Dawn il-ftehimiet ġew innegozjati ma' pajjiżi li l-ispejjeż ta' produzzjoni tagħhom huma ħafna aktar baxxi minn dawk tar-reġjuni l-aktar imbiegħda b’mod partikolari peress li l-istandards fitosanitarji mhumiex l-istess bħal dawk meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Ewropea. Hemm ir-riskju li jkun hemm fluss kbir ħafna tal-prodotti agrikoli minn dawn il-pajjiżi fis-suq Ewropew, li s'issa kien l-iżbokk prinċipali għall-prodotti agrikoli mit-territorji esteri tagħha, u li b'hekk dan jipperikola s-setturi tal-banana, taz-zokkor u tar-rum.

· Proposti tar-rapporteur

L-ewwel proposta: Iż-żieda tal-Artikolu 349 tat-TFUE: it-test il-ġdid huwa bbażat biss fuq l-Artikoli 42 u 43 tal-TFUE li jirrigwardaw il-PAK. Madankollu l-Artikolu 349 tat-TFUE jippermetti l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi għar-reġjuni l-aktar imbiegħda fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom b'mod partikolari fil-qasam tal-agrikoltura.

It-tieni proposta: Aktar involviment mill-awtoritajiet lokali sabiex il-programm ikun aktar adattat għall-eżiġenzi reali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda - l-Artikolu 6(2): l-Artikolu 31 u l-Artikolu 10. Il-programm għandu jqis aktar l-aspettattivi reali espressi mill-atturi lokali, u għal dan il-għan għandu jingħata perjodu ta' żmien addizzjonali sabiex dawn tal-aħħar ikunu aktar involuti mill-qrib u sabiex ikun hemm skambji aktar numerużi u aktar dettaljati fuq l-effikaċja tal-programm.

It-tielet proposta: L-inkoraġġament tal-iskambji reġjonali billi jkun possibbli li tingħata għajnuna għat-trasport, flimkien mal-SSA - l-Artikolu 9

L-ispedizzjoni bejn id-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej (DOM) ta' prodotti pproċessati minn materja prima li bbenefikat mill-SSA hija possibbli. Iżda, sabiex jiġi inkuraġġit il-kummerċ reġjonali u jiġi permess l-iżvilupp ta' setturi ġodda fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, għandu jiġi previst kumpens tal-ispejjeż marbuta mat-trasport tal-imsemmija prodotti. Dan joffri possibbiltà ta’ żvilupp reġjonali sinifikanti..

Ir-raba' proposta: Il-kjarifikazzjoni tal-ifformular tal-Artikolu 18 li jipproponi dispożizzjonijiet ġodda fuq il-kontenut obbligatorju tal-programmi POSEI li huma maqsuma f'miżuri (li kull waħda minnhom tista' terġa' tinqasam f'azzjonijiet). L-allokazzjonijiet finanzjarji huma speċifikati f'mudell finanzjarju.

Il-ħames proposta: L-inklużjoni tas-settur tal-banana fil-programmi għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti - L-Artikolu 23(1).

Is-sitt proposta: Iż-żieda tal-limitu propost għall-SSA tal-POSEI Franza, intiż għall-importazzjoni ta' materja prima għall-manifattura tal-għalf - l-Artikolu 29. Din iż-żieda se tippermetti li jitqiesu l-previżjonijiet ta' tkabbir tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem tad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u l-iżvilupp li għaddej bħalissa tas-setturi tal-annimali billi jiġi segwit l-iżvilupp tal-ispejjeż addizzjonali u tas-sorsi tal-provvista.

Is-seba' proposta: It-talba ta' evalwazzjoni sistematika mill-Kummissjoni Ewropea, tal-effetti fuq ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-ftehimiet kummerċjali (l-Artikoli 29 u 31) permezz ta' studji preliminari tal-impatt u l-possibbiltà kumpensi adegwati għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, b'mod partikolari fis-settur tal-banana.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1), u l-Artikolu 43 (2) tiegħu,

– wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42, l-Artikolu 43 (2) u l-Artikolu 349 tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Attwalment, il-POSEI għandu bażi ġuridika doppja: iż-żewġ artikoli tat-TFUE dwar il-PAK (li qabel kienu l-Artikoli 36 u 37) u l-artikolu li jirrigwarda speċifikament ir-reġjuni l-aktar imbiegħda (li qabel kien l-Artikolu 299(2)). Madankollu, fil-proposta ta’ riformulazzjoni tar-Regolament, il-bażi ġuridika hija limitata għall-artikoli l-ġodda tal-PAK (l-Artikoli 42(1) u 43(2)) u ma tirreferix għall-Artikolu 349 il-ġdid li jirrigwarda speċifikament ir-reġjuni l-aktar imbiegħda. L-uniku riferiment għall-artikoli tal-PAK mhuwiex biżżejjed sabiex jiġu adottati miżuri speċifiċi għar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Sabiex ma jiġux affettwati ħażin l-objettivi appoġġati mill-POSEI, il-Kummissjoni għandha tipproċedi għal studji preliminari tal-impatt tal-konsegwenzi possibbli skont il-kriterji definiti min-NU kull darba li jiġu nnegozjati ftehimiet ta’ kummerċ internazzjonali u s-setturi appoġġati mill-POSEI jistgħu jiġu affettwati. Ladarba jitwettqu, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn l-istudji preliminari tal-impatt lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet lokali jew reġjonali magħżula mir-reġjuni l-iktar imbiegħda qabel il-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali inkwistjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) L-appoġġ għas-setturi tradizzjonali huwa saħansitra iktar meħtieġ peress li jippermettilhom li jżommu l-kwalità tal-prodotti tagħhom u jibqgħu kompetittivi fis-suq tal-Unjoni meta titqies il-kompetizzjoni mill-pajjiżi terzi, u peress li ftehimiet kummerċjali ġodda li jheddu lil dawn is-setturi għadhom kif ġew iffirmati ma’ pajjiżi tal-Amerika Latina u fi ħdan id-WTO. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom madankollu jiżguraw li l-appoġġ mogħti lis-setturi msejħa tradizzjonali ma jkunx ta’ xkiel għall-iżvilupp tas-setturi l-oħra kollha tat-trobbija tal-bhejjem u tal-kultivazzjoni tal-uċuħ magħrufa bħala s-setturi ta’ diversifikazzjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 36 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36 a) Sabiex ma tiġix ippreġudikata l-għajnuna speċifika rrikonoxxuta minn dan ir-Regolament favur ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki komuni tal-Unjoni u l-politiki settorjali l-oħra Din il-koordinazzjoni tal-politiki tista' tieħu, pereżempju, il-forma ta' analiżi ta' impatt.

Ġustifikazzjoni

Il-politiki settorjali (poltiki reġjonali, ta' żvilupp, ta' riċerka) għandhom jitmexxew b’mod konsistenti mal-miżuri tal-POSEI, il-politika kummerċjali, il-politika agrikola jew tas-sajd. Hija din ir-raġuni l-għala meta ftehimiet kummerċjali jista' jkollhom impatti negattivi fuq ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, huma għandhom ikunu s-suġġett ta' studji speċifiċi ta' impatt.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 36 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36 b) Peress li l-aħħar regolament dwar il-programm ta' għajnuna POSEI, f'dan il-każ ir-Regolament (KE) Nru 247/2006, ġie adottat fid-dawl tad-drittijiet ta' aċċess għas-suq Ewropew ta' EUR 176 għal kull tunnellata approvati mid-WTO, id-drittijiet li jidhru fil-ftehimiet tad-WTO dwar il-kummerċ tal-banana u t-tnaqqis l-ieħor mogħti fil-kuntest tal-ftehimiet kummerċjali mal-pajjiżi Andini u mal-Istati tal-Amerka Ċentrali ma tqisux fil-portafoll baġitarju tal-POSEI. Jaqbel għalhekk li jitwettaq fi stadju bikri studju ġdid tal-impatt, aġġornat, globali u estern, u jekk dan juri xi effetti negattivi għall-produtturi tal-banana tal-Unjoni, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli skont il-programm POSEI għandhom jiġu modifikati sabiex jiġu stabbiliti kumpens u miżuri adegwati biex tiżdied il-kompetittività tal-produtturi tal-banana fir-reġjuni l-iktar imbiegħda tal-Unjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandha tkun żgurata l-konsistenza tal-miżuri meħuda skont il-programmi POSEI mal-miżuri implimentati skont strumenti oħra tal-politika agrikola komuni, u b’mod partikolari fl-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq, l-iżvilupp rurali, il-kwalità tal-prodott, il-ħarsien tal-annimali u l-ħarsien tal-ambjent.

2. Għandha tkun żgurata l-konsistenza tal-miżuri meħuda skont il-programmi POSEI mal-miżuri implimentati skont strumenti oħra tal-politika agrikola komuni, u b’mod partikolari fl-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq, l-iżvilupp rurali, il-kwalità tal-prodott, il-ħarsien tal-annimali u l-ħarsien tal-ambjent u l-politika kummerċjali.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skont l-evalwazzjoni annwali tal-eżekuzzjoni tal-miżuri inklużi fil-programmi POSEI, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni proposti għall-emenda tagħhom fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 29(2) u (3), sabiex jadattawhom aħjar għall-ħtiġijiet tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u għall-istrateġija proposta. Il-Kummissjoni tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-proċeduri uniformi għall-preżentazzjoni tal-proposti ta’ emenda tal-programm.

2. Skont l-evalwazzjoni annwali tal-eżekuzzjoni tal-miżuri inklużi fil-programmi POSEI, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru ta' kull sena, għas-sena ta' wara, proposti għall-emenda tagħhom fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 29(2) u (3), sabiex jadattawhom aħjar għall-ħtiġijiet tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u għall-istrateġija proposta. Il-Kummissjoni tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-proċeduri uniformi għall-preżentazzjoni tal-proposti ta’ emenda tal-programm.

Ġustifikazzjoni

L-iskop huwa li d-data tal-iskadenza għall-preżentazzjoni tat-talbiet għall-emendi tiġi posposta mit-30 ta' Ġunju għat-30 ta' Settembru: l-implimentazzjoni tal-programmi annwali tispiċċa fit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara (n+1). Dan jippermetti li jiġu involuti l-atturi lokali bħall-kmamar tal-agrikoltura, kunsilli reġjonali, kunsilli ġenerali u li jitqiesu t-tagħlimiet misluta mis-sena preċedenti.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3 a. Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għall-prodotti pproċessati fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej li jużaw materja prima li bbenefikat mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, fil-każ fejn l-ispedizzjoni sseħħ bejn id-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-ispiża tat-trasport bejn id-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, għandu jkun possibbli li tingħata għajnuna addizzjonali flimkien mal-SSA għall-ispedizzjoni tal-għalf immanifatturat fid-Dipartimenti Franċiżi tal-Antilli lejn il-Gujana.

Sakemm jasal il-waqt meta tkun ġiet strutturata sistema ta' proċċessar effikaċi, din l-għajnuna tippermetti lill-Gujana tibbenefika minn prodotti bi spejjeż simili għal dawk tal-Gwadelup jew ta' Martinique.

Għajnuna simili tista' tiġi kkunsidrata fil-ġejjieni għall-prodotti mmanifatturati fir-Réunion u mibgħuta lejn Mayotte.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) jekk ikun il-każ, il-ħtieġa li ma jkunx hemm tfixkil tal-possibbiltajiet ta’ żvilupp tal-prodotti lokali.

d) il-ħtieġa li jiġi inkuraġġit l-iżvilupp tal-prodotti lokali.

Ġustifikazzjoni

Jekk l-intenzjoni hija li titnaqqas id-dipendenza tal-ikel tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-prodotti lokali għandhom jiġu inkuraġġuti. Il-Miżuuri li jappoġġaw il-produzzjoni lokali u l-SSA huma konnessi anki jekk iħaddnu objettivi differenti. L-inkoraġġiment tal-iżvilupp tal-produzzjonijiet lokali ma jippreġudikax il-koerenza interna tal-POSEI bejn dawn iż-żewġ pilastri.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Unjoni fil-limiti tal-kwantitajiet li jikkorrispondu għall-esportazzjonijiet tradizzjonali u għall-ispedizzjoni tradizzjonali. Dawn il-kwantitajiet għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv abbażi tal-medja tal-ispedizzjonijiet jew tal-esportazzjonijiet matul is-snin 1989, 1990 u 1991;

a) esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Unjoni fil-limiti tal-kwantitajiet stabbiliti li jikkorrispondu għall-esportazzjonijiet tradizzjonali u għall-ispedizzjoni tradizzjonali. Dawn il-kwantitajiet għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv abbażi tal-medja tal-ispedizzjonijiet jew tal-esportazzjonijiet billi tittieħed bħala referenza l-medja verifikata tal-aħjar tliet snin mill-1989;

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, b’“kummerċ reġjonali” wieħed għandu jifhem, il-kummerċ li jsir, għal kull DOM, għall-Azores u l-Madeira u għall-Gżejjer Kanarji, lejn pajjiżi terzi determinati mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv.

3. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, b’“kummerċ reġjonali” wieħed għandu jifhem, il-kummerċ li jsir, għal kull Dipartiment Franċiż extra-Ewropej, għall-Azores u l-Madeira u għall-Gżejjer Kanarji, lejn pajjiżi terzi li jagħmlu parti miż-żoni ġeografiċi u oċeaniċi li fihom jinsabu dawn ir-reġjuni, kif ukoll lejn pajjiżi terżi marbutin storikament magħhom.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) il-kundizzjonijiet tal-għoti tal-għajnuna, il-prodotti u l-volumi kkonċernati;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li l-ifformular ta’ dan l-artikolu jiġi ċċarat.

Il-programmi POSEI huma maqsuma f'miżuri li għalihom l-allokazzjonijiet finanzjarji huma speċifikati f'mudell finanzjarju. Kull waħda minn dawn il-miżuri tista' terġa tinqasam f'diversi azzjonijiet

Il-paragrafu 2 jirreferi għall-miżuri. Qed jiġi għalhekk propost li l-punt (e), li jirreferi għad-dettall ta' kull azzjoni, jitħassar. Barra minn hekk, dan il-punt huwa suferfluwu peress li jtenni l-paragrafu 4 li jirrigwarda l-azzjonijiet.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f) l-ammont ta’ għajnuna stabbilit għal kull miżura jew azzjoni bl-għan li jintlaħaq għan wieħed jew aktar tal-programm.

f) l-ammont ta’ għajnuna stabbilit għal kull miżura bl-għan li jintlaħaq għan wieħed jew aktar tal-programm.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 2 jirreferi għall-miżuri, u qed jiġi għalhekk propost li r-riferiment għall-azzjonijiet f'dan il-punt jitħassar.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) l-għajnuna individwali;

c) l-ammont unitarju tal-għajnuna;

Ġustifikazzjoni

Għal aktar ċarezza, qed jiġi propost li t-termini "għajnuna individwali" tal-punt (c) jiġu sostitwiti bil-frażi "ammont unitarju tal-għajnuna".

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolo 18 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) il-limitu massimu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Attwalment, il-limiti finanzjarji huma ddeterminati skont il-miżura u mhux skont l-azzjoni. Għalhekk, qed jiġi propost li jitħassar il-punt (d) li jrendi vinkolanti l-iffissar ta' "limitu massimu" għal kull azzjoni. Fil-fatt, dan mhuwiex neċessarju, peress li l-ammont unitarju tal-għajnuna u l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà huma diġà ddeterminati.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Minkejja l-Artikolu 39(4), tar-Regolament (KE) nru 1698/2005, l-ammonti annwali massimi eliġibbli fl-ambitu tal-għajnuna tal-Unjoni previsti fl-Anness I tal-imsemmi Regolament jistgħu jiżdiedu sad-doppju f’dak li jirrigwarda l-miżura ta’ protezzjoni tal-lagi fl-Azores u l-miżura għall-preżervazzjoni tal-pajżaġġ u tal-karatteristiċi tradizzjonali tal-artijiet agrikoli u l-konservazzjoni tal-ħitan tal-ġebel li jirfdu l-għelieqi mtarrġa fil-Madeira.

1. Minkejja l-Artikolu 39(4), tar-Regolament (KE) nru 1698/2005, l-ammonti annwali massimi eliġibbli fl-ambitu tal-għajnuna tal-Unjoni previsti fl-Anness I tal-imsemmi Regolament jistgħu jiżdiedu sad-doppju f’dak li jirrigwarda l-miżura ta’ protezzjoni tal-lagi fl-Azores u l-miżura għall-preservazzjoni tal-pajsaġġ, tal-bijodiversità u tal-karatteristiċi tradizzjonali tal-artijiet agrikoli u l-konservazzjoni tal-ħitan tal-ġebel li jirfdu l-għelieqi mtarrġa fil-Madeira.

Ġustifikazzjoni

Peress li d-Dipartimenti extra-Ewropej jirrappreżentaw 80% tal-bijodiversità tal-UE, huwa neċessarju li jiġu inklużi l-azzjonijiet favur il-bijodiversità fil-miżura għall-preservazzjoni tal-pajsaġġi.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Biex tiżdied il-kompetittività tal-prodotti agrikoli tar-reġjuni l-iktar imbiegħda fis-suq u biex isir kontribut għas-sostenibilità tal-irziezet meta jitqiesu l-konsegwenzi tad-diżastri naturali u r-riskji naturali, jaqbel li jinstab mezz biex kull wieħed mis-sottosetturi jkun protett b'assigurazzjonijiet li jkopru r-riskji ta' diżastru. Għal dan l-iskop, il-kooperattivi, il-gruppi ta' bdiewa u kull entità agrikola oħra huma eżentati mill-projbizzjoni li jirċievu għajnuna Statali maħsuba biex tiffavorixxi l-aċċess għall-assigurazzjonijiet agrikoli.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Franza u l-Portugall għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni programmi għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u fl-Azores u fil-Madeira rispettivament. Il-programmi għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri li għandhom jitwettqu, it-tul ta’ żmien u n-nefqa tagħhom. Il-programmi mressqa skont dan l-Artikolu m’għandhomx jikkonċernaw il-ħarsien tal-banana.

1. Franza u l-Portugall għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni programmi għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u fl-Azores u fil-Madeira rispettivament. Il-programmi għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri li għandhom jitwettqu, it-tul ta’ żmien u n-nefqa tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-banana ssir eliġibbli għal dawn il-programmi peress li l-koltivaturi tal-banana ta’ Gwadelup u Martinique fost oħrajn, iridu jiffaċċjaw il-marda tal-black leaf streak, li hija marda gravi tal-pjanta tal-banana, u għad hemm bżonn tal-anqas ħames snin oħra ta' riċerka qabel ma jistgħu jiġu żviluppati varjetajiet ta' banana li huma reżistenti għall-mard u li huma ta' togħma ta’ kwalità tajba.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Spanja hija awtorizzata tagħti għajnuna għall-produzzjoni tat-tabakk fil-Gżejjer Kanarji. L-għoti ta’ din l-għajnuna m’għandux iwassal għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi fil-gżejjer.

Spanja hija awtorizzata tagħti għajnuna għall-produzzjoni tat-tabakk fil-Gżejjer Kanarji, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta' din il-produzzjoni u n-nuqqas ta' possibbiltà ta' diversifikazzjoni tal-prodotti agrikoli lokali. L-għoti ta’ din l-għajnuna m’għandux iwassal għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi fil-gżejjer.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3 – l-ewwel inċiż

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 24.8 miljun,

– Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 26.9 miljun,

Ġustifikazzjoni

Iż-żamma ta' limitu baxx wisq fuq l-SSA ma jippermettix li jiġi segwit l-iżvilupp tal-ispejjeż addizzjonali u tas-sorsi tal-provvista. Huwa neċessarju li jiżdied il-limitu propost sabiex jitqiesu l-previżjonijiet ta' tkabbir tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem tad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u b’hekk ikun jista’ jitkompla l-iżvilupp li għaddej bħalissa fis-setturi tal-annimali.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a. Fid-dawl tal-konsegwenzi negattivi għall-produtturi Ewropej tal-banana tat-tnaqqis gradwali tad-dazji doganali insegwitu tal-ftehimiet multilaterali ta' Ġinevra u tal-kummerċ ħieles mal-pajjiż Andini, tal-Amerika Ċentrali u ta' reġjuni oħra, għandu jitħallas kumpens adegwat lill-produtturi tal-banana tar-reġjuni Ewropej l-aktar imbiegħda. Dan il-kumpens għandu jkun ta' EUR 30 miljun kull sena għall-pajjiżi Ewropej kollha li huma produtturi tal-banana.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju kull sena, rapport dwar l-implimentazzjoni fis-sena preċedenti tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru kull sena, rapport dwar l-implimentazzjoni fis-sena preċedenti tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Dan jippermetti li tiddaħħal fir-rapport l-informazzjoni riċevuta mill-atturi lokali bħall-kmamar tal-agrikoltura, kunsilli reġjonali, kunsilli ġenerali u li jitqiesu t-tagħlimiet misluta mis-sena preċedenti.

Emenda          23

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a. Malli hemm ħsieb ta' modifiki sinifikanti tal-politika agrikola komuni jew malli l-Unjoni tibda negozjati kummerċjali ma' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet reġjonali terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, li jistgħu jikkonċernaw setturi agrikoli appoġġati mill-POSEI, il-Kummissjoni għandha twettaq studji speċifiċi u preliminari tal-impatt b'mod regolari tal-konsegwenzi possibbli fuq l-agrikoltura tar-reġjuni l-iktar imbiegħda. Dawn l-istudji għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, flimkien, jekk ikun il-każ, ma' proposti ta' kumpensi adegwati.

 

Ġustifikazzjoni

Il-politiki settorjali (poltiki reġjonali, ta' żvilupp, ta' riċerka) għandhom jitmexxew b’mod konsistenti mal-miżuri tal-POSEI, il-politika kummerċjali, il-politika agrikola jew tas-sajd. Hija din ir-raġuni l-għala meta ftehimiet kummerċjali jista' jkollhom impatti negattivi fuq ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, huma għandhom ikunu s-suġġett ta' studji speċifiċi ta' impatt.

PROĊEDURA

Titolu

Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni

Referenzi

COM(2010)0498 – C7-0284/2010 – 2010/0256(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

7.10.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

7.10.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

 Data tal-ħatra

Marielle De Sarnez

26.10.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.5.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Marielle De Sarnez, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Bernd Lange, David Martin, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Keith Taylor, Iuliu Winkler, Pablo Zalba Bidegain, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Maria Eleni Koppa, Elisabeth Köstinger, Jörg Leichtfried

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (12.9.2011)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni
(COM(2010)0498 – C7‑0284/2010 – 2010/0256(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Giovanni La Via

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni (POSEI) huma maħsuba biex joffru rimedju għad-diffikultajiet kaġun tad-distanza, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima partikolari tagħhom, li jwasslu għal diffikultajiet soċjoekonomiċi, partikolarment dawk marbuta mal-kompetittività tal-agrikoltura u tas-settur tal-ipproċessar industrijali tagħhom.

Din l-opinjoni tfittex li tappoġġja u ssaħħaħ l-objettivi tal-programm POSEI. B'mod partikolari, tissuġġerixxi li tinħtieġ żieda minima fil-finanzjament tal-miżuri, sabiex jiġu indirizzati b'mod adegwat id-diffikultajiet minħabba s-sitwazzjoni partikolari tagħhom, li aggravat minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, u minħabba l-pressjoni dejjem akbar li għaddejjin minnha s-setturi li qed jiġu indirizzati Din iż-żieda, għandha tiżgura b'mod partikolari li dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jkomplu jimplimentaw miżuri adegwati għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, il-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-agrikoltura u tar-riżorsi tagħha. Jinħtieġ jitqies li r-rati ta' qgħad f'dawn ir-reġjuni huma d-doppju ta' dawk tal-UE, u ukoll tal-Istat Membru li għalihom jappertjenu. B'żieda ma' dan, minħabba l-ispeċifiċitajiet u l-vulnerabilità tagħhom, l-irkupru ekonomiku tagħhom jinħtieġ attenzjoni aktar b'saħħitha u fit-tul.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Qorti tal-Awdituri fir-rapport tagħha tal-2010 dwar il-funzjonament tal-POSEI, jenfasizzaw l-utilità ta' din l-iskema biex jingħelbu d-diffikultajiet imposti fuq dawn ir-reġjuni. Madankollu, ir-riżorsi allokati għal dawn il-programmi (EUR 653 miljun għal disa' reġjuni) mhumiex biżżejjed, kif ċertifikat mill-fatt li l-agrikoltura tinsab f'fażi fejn sejra lura għandhom jittieħdu ċerti deċiżjonijiet fuq skala nazzjonali biex il-programmi tal-POSEI jiġu appoġġjati b'għajnuna mill-Istat. Il-problemi strutturali u l-pressjoni dejjem akbar mill-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi huma marbutin mal-iżvilupp ħażin ta' bosta setturi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 34 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Il-finanzjament għas-settur tal-banana għandu jiżdied fil-kuntest tal-miżuri speċifiċi ta' assistenza għal reġjuni imbiegħda u insulari (POSEI) sabiex jittaffew l-effetti negattivi fuq id-dħul tal-produtturi tal-Unjoni mid-dħul tat-tnaqqis li jmiss f'dazji doganali dwar l-importazzjonijiet tal-banana fl-Unjoni. Hemm għaldaqstant bżonn li jkun evalwat f'kull mument l-impatt ta' konċessjonijiet tariffarji mogħtija mill-Unjoni sabiex jiġi stabbilit jekk ir-rieżami tal-għajnuna mogħtija lill-produtturi tal-Unjoni huwiex meħtieġ.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 34 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

34b. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament u lill-Kunsill li jevalwa l-impatt li kwalunkwe konċessjoni tariffarja rigward l-importazzjonijiet ta' banana fl-Unjoni Ewropea ser tħalli fuq id-dħul tal-produtturi. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposta leġiżlattiva li taġġusta l-ammonti stipulati f'dan ir-Regolament, bil-għan li jkun ikkumpensat it-telf ta' dħul li jsofru l-produtturi Ewropej.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Mill-2006, il-ħtiġijiet fi prodotti essenzjali żdiedu f’ċerti reġjuni l-aktar imbiegħda, b’mod partikolari fl-Azores u fid-DOM, minħabba l-iżvilupp tal-bhejjem u tal-pressjoni demografika. Jeħtieġ għalhekk li tiżdied il-parti tal-baġit li l-Istati Membri jistgħu jużaw għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista tar-reġjuni kkonċernati.

(36) Mill-2006, il-ħtiġijiet fi prodotti essenzjali żdiedu f’ċerti reġjuni l-aktar imbiegħda, b’mod partikolari fl-Azores u fid-DOM, minħabba l-iżvilupp tal-bhejjem u tal-pressjoni demografika. Jeħtieġ għalhekk li tiżdied l-allokazzjoni baġitarja annwali tal-programmi POSEI u l-parti tal-baġit li l-Istati Membri jistgħu jużaw għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista tar-reġjuni kkonċernati.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 36 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

36a. Darba li t-territorju ta' Mayotte jkun akkwista l-istatus ta' reġjun imbiegħed, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta ġdida li tfittex li żżid il-proporzjonalità tal-baġit allokat għad-dipartimenti extra-Ewropej, li jqisu wkoll l-istatus il-ġdid ta' Mayotte, u dan jinkorpora dispożizzjonijiet speċifiċi rigward Mayotte.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Minkejja l-Artikolu 39(4), tar-Regolament (KE) nru 1698/2005, l-ammonti annwali massimi eliġibbli fl-ambitu tal-għajnuna tal-Unjoni previsti fl-Anness I tal-imsemmi Regolament jistgħu jiżdiedu sad-doppju f’dak li jirrigwarda l-miżura ta’ protezzjoni tal-lagi fl-Azores u l-miżura għall-preżervazzjoni tal-pajżaġġ u tal-karatteristiċi tradizzjonali tal-artijiet agrikoli u l-konservazzjoni tal-ħitan tal-ġebel li jirfdu l-għelieqi mtarrġa fil-Madeira.

1. Minkejja l-Artikolu 39(4), tar-Regolament (KE) nru 1698/2005, l-ammonti annwali massimi eliġibbli fl-ambitu tal-għajnuna tal-Unjoni previsti fl-Anness I tal-imsemmi Regolament jistgħu jiżdiedu sad-doppju f’dak li jirrigwarda l-miżura ta’ protezzjoni tal-lagi fl-Azores u l-miżura għall-preżervazzjoni tal-pajżaġġ u tal-karatteristiċi tradizzjonali tal-artijiet agrikoli u l-konservazzjoni tal-ħitan tal-ġebel fir-reġjuni extra-Ewropej.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – punt 2 – kolonna tal-lemin 2 – linja 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

EUR 278.41 miljun,

EUR 308.21 miljun,

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – punt 2 – kolonna tal-lemin 2 – linja 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

EUR 106.21 miljun,

EUR 117.61 miljun,

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – punt 2 – kolonna tal-lemin 2 – linja 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

EUR 268.42 miljun,

EUR 297.12 miljun,

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – punt 3 – kolonna tal-lemin 2 – linja 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

EUR 24.8 miljun,

EUR 26.9 miljun,

PROĊEDURA

Titolu

Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni

Referenzi

COM(2010)0498 – C7-0284/2010 – 2010/0256(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

7.10.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

7.10.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

 Data tal-ħatra

Giovanni La Via

4.10.2010

 

 

 

Data tal-adozzjoni

8.9.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Alexander Alvaro, Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Andrea Cozzolino, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Estelle Grelier, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Claudio Morganti, Nadezhda Neynsky, Helga Trüpel, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Da Graça Carvalho, Jan Mulder, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (1.7.2011)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni
(COM(2010)0498 – C7‑0284/2010 – 2010/0256(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Elie Hoarau

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

30 sena kienu bżonjużi biex jinħoloq u jiġi kkonfermat il-kunċett tar-reġjuni l-aktar imbiegħda fi ħdan il-Komunità Ewropea; is-sentenza HANSEN fl-1978 tal-Qorti Ewropea, ir-rapport LIGIOS tal-Parlament Ewropew fl-1987, il-pożizzjonijiet tal-Kunsill Ewropew, u tal-Kummissjoni Ewropea kienu s-sisien prinċipali ta’ dan il-kunċett. Għalhekk is-sena 1989 kienet is-sena li fiha għall-ewwel darba ġew ikkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni l-aktar imbiegħda billi nħoloq qafas legali adegwat li ppermetta li jiġu adottati miżuri li jistgħu jippermettu integrazzjoni aħjar u ġusta ta’ dawn ir-reġjuni fil-Komunità Ewropea. It-Trattat ta’ Amsterdam saħħaħ il-bażijiet legali tal-miżuri speċifiċi favur ir-reġjuni l-aktar imbiegħda. It-Trattat ta’ Lisbona kkonferma li l-ultraperiferija hija kkaratterizzata mid-distanza kbira mis-suq Komunitarju u mir-restrizzjonijiet permanenti li jitfgħu lir-reġjuni l-aktar imbiegħda f’sitwazzjoni eċċezzjonalment unika fi ħdan l-UE, fatt li jiġġustifika d-dħul fis-seħħ tal-miżuri adattati.

Is-sena 1989 bħala sena li fiha, fl-UE, bdiet tiġi rikonoxxuta l-ispeċifiċità tar-reġjuni l-aktar imbiegħda mhijiex data newtrali għall-POSEI. Il-POSEI kien l-ewwel programm li nħoloq dak iż-żmien mill-UE biex jaqdi l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Dan kollu jsaħħaħ l-idea li l-Artikolu 349 (l-ex 299(2)), ikkumplimentat mill-Artikolu 42, l-ewwel subparagrafu u mill-Artikolu 43(2), għandu jibqa’ l-bażi legali tar-regolament POSEI.

L-Artikolu 349 jikkonferixxi lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali rwol partikolari u prominenti għall-eżami ta’ kwalunkwe test jew regolament li għandu x’jaqsam ma’ dan kollu. U huwa propju għalhekk li kemm l-istorja ta’ dan it-test kif ukoll dan ir-regolament stess huma importanti ħafna għall-membri tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali.

Għalfejn jingħata appoġġ speċifiku lill-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda?

Fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, l-agrikoltura tikkostitwixxi settur ekonomiku strateġiku fuq żewġ livelli. Min-naħa l-waħda, hija tiġġenera impjiegi u żvilupp ekonomiku mill-aktar importanti f’dawn ir-reġjuni, parti kbira mill-popolazzjoni taħdem f’dan is-settur. Min-naħa l-oħra, l-agrikoltura u d-diversifikazzjoni tagħha huma relatati mal-kunċett tas-sigurtà tal-ikel, liema kunċett huwa tabilħaqq fundamentali għal dawn ir-reġjuni ladarba huma reġjuni iżolati, insulari u mbiegħda mill-kontinent Ewropew.

X’inhuma l-objettivi?

Iż-żieda tal-livell tal-awtosuffiċjenza alimentari - li għandha twassal għal tnaqqis ta’ importazzjonijiet fil-qasam tal-prodotti agrikoli u fl-istess ħin għal żieda fil-livell u żieda tat-tipi ta’ produzzjonijiet agrikoli tal-lokal - hija kwistjoni ċentrali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u għall-istrateġiji ta’ żvilupp tagħhom.

Madankollu, għandna nifhmu li biex tinstab soluzzjoni għal dan in-nuqqas, m’għandniex nissostitwixxu l-ażjendi agrikoli tradizzjonali (banana - zokkor - rum) b’dawn l-ażjendi agrikoli ġodda. Id-diversifikazzjoni u l-isforzi tad-diversifikazzjoni agrikola jimxu ’l quddiem sakemm l-ażjendi agrikoli tradizzjonali jkunu sejrin sew. L-appoġġ għall-ażjendi agrikoli tradizzjonali iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar isir importanti ladarba huwa jippermetti li dawn iżommu l-kompetittività tagħhom fis-suq Ewropew meta jiġu ffaċċjati bil-kompetizzjoni tal-pajjiżi tal-Amerika Latina u tal-AKP. Dawn il-pajjiżi, min-naħa tagħhom, għandhom ħafna inqas spejjeż tal-produzzjoni u tal-pagi, u barra minn hekk jistgħu jnaqqsu l-livelli tal-ispejjeż, xi ħaġa li r-reġjuni l-aktar imbiegħda jistgħu jagħmlu biss minimament minħabba l-insularità tagħhom, minħabba l-pożizzjoni imbiegħda tagħhom mis-suq Ewropew u minħabba n-natura amministrattiva reġjonali u mhux statali tagħhom. Għaldaqstant, il-benefiċċji tal-prodotti u tal-prodotti sekondarji tal-ażjendi agrikoli tradizzjonali għandhom jitqassmu b’mod ġust bejn il-bdiewa, l-industrijalisti u d-distributuri biex kulħadd ikun jista’ jkompli għaddej b’mod dinjituż bl-attività tiegħu.

X’bilanċ? X’riformi?

Ir-riżultat li ħareġ mill-programm POSEI preċedenti (mill-2006 sal-lum) huwa wieħed tajjeb u pożittiv, hekk kif juru r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u r-rapport ordnat mill-Kummissjoni Ewropea ppubblikat fl-2010. Għalhekk ikun jaqbel li nżommu u nipperpetwaw din is-sistema kif ukoll il-flessibilità tal-ġestjoni li tikkaratterizzaha u li trendiha ta’ suċċess. Għal dan il-għan huwa importanti li r-rapporteur tiegħek jenfasizza li l-Kummissjoni Ewropea għandha tipproċedi bi studji tal-impatt kull darba li l-ftehimiet kummerċjali internazzjonali jiġu ffirmati u f’każ li l-ażjendi agrikoli appoġġjati mill-POSEI jħossuhom mhedda.

Għaldaqstant, l-objettivi tal-POSEI għandhom jiġu definiti aħjar u għandhom jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet tar-reġjuni l-aktar imbiegħda. Għal dan il-għan, objettiv li għandu l-għan li jiżviluppa agrikoltura endoġenika u li jnaqqas l-importazzjonijiet għandu jiġi stabbilit indipendentement minn kull objettiv ieħor fil-POSEI.

Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ riċerka u ta’ taħriġ li jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien u l-iżvilupp ta’ prodotti agrikoli sostenibbli b’valur għoli miżjud għandhom jiffurmaw sezzjoni ġdida tal-objettivi tal-POSEI. Dan jirriżulta wkoll mill-ħtieġa li l-programm POSEI jinġieb konformi mal-aħħar komunikazzjoni tal-Kummissjoni fl-2008 dwar l-istrateġija l-ġdida għar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Hemm il-ħtieġa li l-Presidenti eletti tal-entitajiet lokali kompetenti għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda ikunu, fir-reġjuni l-aktar imbiegħda kollha u b’mod partikolari fi Franza, involuti kemm jista’ jkun fil-POSEI. Ladarba l-livell lokali huwa importanti ħafna għall-POSEI, ir-rappreżentanti eletti għandhom ikunu f’pożizzjoni li jkunu jistgħu jassumu r-responsabilità li jmisshom.

Il-programmi POSEI finalment għandhom jiġu sottomessi għal evalwazzjonijiet regolari ċentralizzati min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, sabiex l-objettivi li jridu jintlaħqu jagħtu lok għal implimentazzjoni reali u effettiva.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1), u l-Artikolu 43 (2) tiegħu,

- wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349, l-Artikolu 42(1), u l-Artikolu 43 (2) tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Il-bażi ġuridika tar-Regolament trid tiġi estiża għall-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li tittratta speċifikament ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Sabiex jinkisbu aħjar l-għanijiet tal-arranġamenti favur ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, il-programmi POSEI għandhom jinkludu miżuri li jiggarantixxu l-provvista ta’ prodotti agrikoli u l-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjonijiet agrikoli lokali. Jeħtieġ li jiġi approssimat il-livell tal-programmazzjoni tar-reġjuni kkonċernati u li jkun hemm approċċ sistematiku tal-isħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(4) Sabiex jinkisbu aħjar l-għanijiet tal-arranġamenti favur ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, il-programmi POSEI għandhom jinkludu miżuri li jiggarantixxu l-provvista ta’ prodotti agrikoli u l-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjonijiet agrikoli lokali ta’ kwalità, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet marbuta mal-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima. Jeħtieġ li jiġi approssimat il-livell tal-programmazzjoni tar-reġjuni kkonċernati u li jkun hemm approċċ sistematiku tal-isħubija bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet dipartimentali jew reġjonali eletti mir-reġjuni l-iktar imbiegħda.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a Sabiex ma jiġux affettwati ħażin l-objettivi appoġġati mill-POSEI, il-Kummissjoni għandha twettaq studji tal-impatt jew evalwazzjonijiet bil-quddiem tal-konsegwenzi possibbli (skont il-kriterji definiti min-NU) kull darba li jiġu nnegozjati ftehimiet ta’ kummerċ internazzjonali u f’każ li l-ażjendi agrikoli appoġġati mill-POSEI jħossuhom mhedda. Ladarba mwettqa, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn l-istudji tal-impatt jew evalwazzjonijiet bil-quddiem tal-konsegwenzi possibbli lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet dipartimentali jew reġjonali magħżula mir-reġjuni l-iktar imbiegħda qabel il-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali kkonċernati.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Biex tiġi ggarantita l-provvista ta’ prodotti agrikoli essenzjali lir-reġjuni l-aktar imbiegħda u bħala kumpens għall-ispejjeż addizzjonali kkawżati min-natura remota ta’ dawn ir-reġjuni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. Fil-fatt, is-sitwazzjoni ġeografika eċċezzjonali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, meta mqabbla mas-sorsi ta’ provvista ta’ prodotti essenzjali għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar jew bħala addizzjonijiet agrikoli, timponi spejjeż ta’ trasport addizzjonali f’dawn ir-reġjuni. Barra minn hekk, fatturi oġġettivi oħrajn marbuta mad-distanza remota tagħhom, b’mod partikolari l-insularità u n-nuqqas ta’ uċuħ agrikoli, jimponu aktar restrizzjonijiet għall-kumpaniji u l-produtturi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda li jolqtu l-attivitajiet tagħhom b’mod ferm negattiv. Dawn in-nuqqasijiet jistgħu jkunu rranġati billi jitbaxxa l-prezz ta’ dawn il-prodotti essenzjali.

(6) Mingħajr ħsara għall-produzzjonijiet lokali u għall-iżvilupp tagħhom, huwa xieraq li tiġi stabbilita sistema speċifika ta’ forniment, biex tiġi ggarantita l-provvista ta’ prodotti agrikoli essenzjali lir-reġjuni l-aktar imbiegħda u bħala kumpens għall-ispejjeż addizzjonali kkawżati min-natura remota ta’ dawn ir-reġjuni. Fil-fatt, is-sitwazzjoni ġeografika eċċezzjonali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, meta mqabbla mas-sorsi ta’ provvista ta’ prodotti essenzjali għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar jew bħala addizzjonijiet agrikoli, timponi spejjeż ta’ trasport addizzjonali f’dawn ir-reġjuni. Barra minn hekk, fatturi oġġettivi oħrajn marbuta mad-distanza remota tagħhom, b’mod partikolari l-insularità u n-nuqqas ta’ uċuħ agrikoli, jimponu aktar restrizzjonijiet għall-kumpaniji u l-produtturi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda li jolqtu l-attivitajiet tagħhom b’mod ferm negattiv. Dawn in-nuqqasijiet jistgħu jkunu rranġati billi jitbaxxa l-prezz ta’ dawn il-prodotti essenzjali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Sabiex jintlaħaq l-għan li jitbaxxew il-prezzijiet fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u jitnaqqsu l-ispejjeż żejda tad-distanza, filwaqt li tinżamm il-kompetittività tal-prodotti tal-Unjoni, għandha tingħata għajnuna għall-provvista ta’ prodotti tal-Unjoni lir-reġjuni l-aktar imbiegħda. Tali għajnuna għandha tikkunsidra l-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, u fil-każ ta’ addizzjonijiet agrikoli u prodotti maħsuba għall-ipproċessar, l-ispejjeż addizzjonali minħabba l-insularità u n-nuqqas ta’ uċuħ.

(8) Sabiex jintlaħaq l-għan li jitbaxxew il-prezzijiet fir-reġjuni l-aktar imbiegħda billi jitnaqqsu l-ispejjeż żejda tad-distanza, filwaqt li tinżamm il-kompetittività tal-prodotti tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, għandha tingħata għajnuna għall-forniment ta’ prodotti tal-Unjoni lir-reġjuni l-aktar imbiegħda. Tali għajnuna għandha tikkunsidra l-ispiża addizzjonali marbuta mat-trasport ta' dawn il-prodotti lejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, u fil-każ ta’ addizzjonijiet agrikoli u prodotti maħsuba għall-ipproċessar, l-ispejjeż addizzjonali minħabba l-insularità u n-nuqqas ta’ uċuħ.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) L-appoġġ għas-setturi tradizzjonali huwa saħansitra iktar meħtieġ peress li jippermettilhom li jżommu l-kwalità tal-prodotti tagħhom u jibqgħu kompetittivi fis-suq tal-Unjoni meta titqies il-kompetizzjoni mill-pajjiżi terzi u peress li ftehimiet kummerċjali ġodda li jheddu lil dawn is-setturi għadhom kif ġew iffirmati ma’ pajjiżi tal-Amerika Latina u fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO). Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom madankollu jiżguraw li l-appoġġ mogħti lis-setturi msejħa tradizzjonali ma jkunx ta’ xkiel għall-iżvilupp tas-setturi l-oħra kollha tat-trobbija tal-bhejjem u tal-kultivazzjoni tal-uċuħ magħrufa bħala s-setturi ta’ diversifikazzjoni.

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Madankollu, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi permess ir-ristrutturar meħtieġ tas-settur tal-ipproċessar taz-zokkor fl-Azores. Dawn il-miżuri għandhom jikkunsidraw li sabiex is-settur taz-zokkor fl-Azores ikun vijabbli jeħtieġ li jiġi żgurat ċertu livell ta’ produzzjoni u pproċessar. F’dan il-kuntest, jeħtieġ, li, bħala eċċezzjoni, l-Azores għandhom jitħallew jibagħtu lejn il-bqija tal-Unjoni kwantitajiet ta’ zokkor akbar mill-flussi tradizzjonali, u dan għal perjodu limitat ta’ ħames snin u fi kwantitajiet massimi annwali mnaqqsa progressivament. Minħabba li l-kwantitajiet li jistgħu jintbagħtu mill-ġdid se jkun proporzjonali u llimitati għal dak li huwa meħtieġ biss sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-produzzjoni u l-ipproċessar lokali taz-zokkor, din l-ispedizzjoni temporanja ta’ zokkor mill-Azores ma taffetwax b’mod negattiv is-suq intern tal-Unjoni.

(14) Madankollu, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi permess ir-ristrutturar meħtieġ tas-settur tal-ipproċessar taz-zokkor fl-Azores. Dawn il-miżuri għandhom jikkunsidraw li sabiex is-settur taz-zokkor fl-Azores ikun vijabbli jeħtieġ li jiġi żgurat ċertu livell ta’ produzzjoni u pproċessar. F’dan il-kuntest jeħtieġ li l-Azores għandhom jitħallew jibagħtu lejn il-bqija tal-Unjoni kwantitajiet ta’ zokkor akbar mill-flussi tradizzjonali. Minħabba li l-kwantitajiet li jistgħu jintbagħtu mill-ġdid se jkun proporzjonali u llimitati għal dak li huwa meħtieġ biss sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-produzzjoni u l-ipproċessar lokali taz-zokkor, din l-ispedizzjoni temporanja ta’ zokkor mill-Azores ma taffetwax b’mod negattiv is-suq intern tal-Unjoni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Peress li r-ross huwa element bażiku tad-dieta fir-Réunion, li ma tipproduċix biżżejjed minnu sabiex tkopri l-ħtiġijiet lokali, jeħtieġ li r-Réunion tibqa’ tkun eżentata minn kwalunkwe dazju ta’ importazzjoni għal dan il-prodott.

(17) Peress li r-ross huwa element bażiku tad-dieta fir-Réunion, li l-industriji tal-ipproċessar tar-ross u dawk li jagħmlu r-ross abjad ilhom stabbiliti hemmhekk bosta snin, u billi r-Réunion ma tipproduċix biżżejjed ross sabiex tkopri l-ħtiġijiet lokali, jeħtieġ li r-Réunion tibqa’ tkun eżentata minn kwalunkwe dazju ta’ importazzjoni għal dan il-prodott.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-bdiewa fir-reġjuni l-aktar imbiegħda għandhom ikunu mħajra biex jipprovdu prodotti ta’ kwalità u għandha tingħata għajnuna għat-tqegħid ta’ dawn il-prodotti fis-suq. Għal dak il-għan, l-użu tas-simbolu grafiku introdott mill-Unjoni jista’ jkun ta’ għajnuna.

(22) Il-bdiewa fir-reġjuni l-aktar imbiegħda għandhom ikunu mħajra biex jibqgħu jipprovdu prodotti ta’ kwalità u għandha tingħata għajnuna għat-tqegħid ta’ dawn il-prodotti fis-suq. Għal dak il-għan, l-użu tas-simbolu grafiku introdott mill-Unjoni jista’ jkun ta’ għajnuna. L-użu ta' sinjali tal-kwalità bħalma huma ċ-ċertifikati jew id-denominazzjonijiet tal-oriġini kontrollata għandhom ukoll jiġu inkoraġġiti bil-għan li l-prodotti tar-reġjuni l-aktar imbiegħda jingħataw importanza .

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Is-sitwazzjoni fitosanitarja ta’ prodotti agrikoli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda hija soġġetta għal problemi partikolari assoċjati mal-klima u l-inadegwatezza tal-miżuri ta’ kontroll li s’issa ġew applikati f’dawn ir-reġjuni. Jeħtieġ għalhekk li jiġu implimentati programmi għall-ġlieda kontra l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara, inkluż permezz ta’ metodi bijoloġiċi u li tiġi definita l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għat-twettiq ta’ dawn il-programmi.

(27) Is-sitwazzjoni fitosanitarja ta’ prodotti agrikoli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda hija soġġetta għal problemi partikolari assoċjati mal-klima u l-inadegwatezza tal-miżuri ta’ kontroll li s’issa ġew applikati f’dawn ir-reġjuni. Jeħtieġ għalhekk li jiġu implimentati programmi għall-ġlieda, għar-riċerka u t-taħriġ, prinċipalment ibbażati fuq metodi bijoloġiċi sostenibbli u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, biex b’hekk ikun hemm ġlieda kontra l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara,u li tiġi definita l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għat-twettiq ta’ dawn il-programmi.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Il-manutenzjoni tal-għelieqi tad-dwieli, li huma l-aktar kultivazzjoni mxerrda fir-reġjuni tal-Madeira u l-Gżejjer Kanarji u waħda importanti ħafna għall-Azores, hi imperattiv ekonomiku u ambjentali. Bħala għajnuna għall-produzzjoni, f’dawn ir-reġjuni m’għandhomx jiġu applikati la l-inċentivi għall-abbandun u lanqas mekkaniżmi tas-suq, previsti mir-Regolament (KE) nru 1234/2007, għajr għad-distillazzjoni f’każ ta’ kriżi fil-każ tal-Gżejjer Kanarji, li għandha tkun tista’ tiġi applikata f’każ ta’ tfixkil mhux tas-soltu fis-suq minħabba problemi ta’ kwalità. Bl-istess mod, diffikultajiet tekniċi u soċjoekonomiċi fixklu l-konverżjoni sħiħa, fil-limiti taż-żmien stipulati, tal-uċuħ tad-dwieli li kienu tħawlu fir-reġjuni tal-Madeira u tal-Azores b’varjetajiet ta’ dwieli ibridi pprojbiti mir-Regolament (KE) nru 1234/2007. L-inbid prodott minn dawn l-għelieqi tad-dwieli hu maħsub biss għall-konsum lokali tradizzjonali.

(28) Il-manutenzjoni tal-għelieqi tad-dwieli, li huma l-aktar kultivazzjoni mxerrda fir-reġjuni tal-Madeira u l-Gżejjer Kanarji u waħda importanti ħafna għall-Azores, hi imperattiv ekonomiku, soċjali u ambjentali. Bħala għajnuna għall-produzzjoni, f’dawn ir-reġjuni m’għandhomx jiġu applikati la l-inċentivi għall-abbandun u lanqas mekkaniżmi tas-suq, previsti mir-Regolament (KE) nru 1234/2007, għajr għad-distillazzjoni f’każ ta’ kriżi fil-każ tal-Gżejjer Kanarji, li għandha tkun tista’ tiġi applikata f’każ ta’ tfixkil mhux tas-soltu fis-suq minħabba problemi ta’ kwalità. Bl-istess mod, diffikultajiet tekniċi u soċjoekonomiċi fixklu l-konverżjoni sħiħa, fil-limiti taż-żmien stipulati, tal-uċuħ tad-dwieli li kienu tħawlu fir-reġjuni tal-Madeira u tal-Azores b’varjetajiet ta’ dwieli ibridi pprojbiti mir-Regolament (KE) nru 1234/2007. L-inbid prodott minn dawn l-għelieqi tad-dwieli hu maħsub biss għall-konsum lokali tradizzjonali.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-appoġġ għall-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar fil-Madeira u fir-Réunion ma kienx biżżejjed biex iżomm bilanċ bejn il-provvista domestika u dik esterna, primarjament minħabba diffikultajiet strutturali serji li jolqtu s-settur u l-kapaċità fqira tiegħu li jadatta għal ambjenti ekonomiċi ġodda. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni ta’ ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Unjoni għandha tkompli, bl-għan li tkun żgurata kopertura akbar tal-konsum lokali. Sabiex il-konsumatur ikun infurmat b’mod xieraq, għandu jkun obbligatorju li wieħed jindika l-mod kif inkiseb it-trab tal-ħalib UHT fuq it-tikketta tal-bejgħ.

(30) L-appoġġ għall-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar fil-Madeira u fir-Réunion ma kienx biżżejjed biex iżomm bilanċ bejn il-provvista domestika u dik esterna, primarjament minħabba diffikultajiet strutturali serji li jolqtu s-settur u d-diffikultajiet tiegħu li jadatta għal ambjenti ekonomiċi ġodda. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni ta’ ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Unjoni għandha tkompli, bl-għan li tkun żgurata kopertura akbar tal-konsum lokali kemm-il darba din il-miżura ma xxekkilx il-ħalib prodott lokalment milli jinġabar u jsib postijiet minn fejn jinbiegħ, u lanqas ma żżomm lura l-isforzi li jsiru biex jiġi promoss l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali, li l-għan tagħhom għall-perjodu medju, għar-Réunion, huwa l-awtosuffiċjenza fil-produzzjoni tal-ħalib. Sabiex il-konsumatur ikun infurmat b’mod xieraq, għandu jkun obbligatorju li wieħed jindika l-mod kif inkiseb it-trab tal-ħalib UHT fuq it-tikketta tal-bejgħ. Din id-dispożizzjoni għandha tkun tista' tiġi applikata fil-Martinique, fil-Gujana Franċiża u fil-Gwadelup, ladarba Franza talbet li jsir dan u billi hi tibbaża din it-talba fuq ir-rieda tal-protagonisti lokali li jibbenefikaw minnha u l-kapaċità tagħhom li jimplimentaw l-iżvilupp fis-settur tal-ħalib.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex tipperikola l-livell ta’ appoġġ speċifiku li s’issa bbenefikaw minnu r-reġjuni l-aktar imbiegħda. Għal din ir-raġuni, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-miżuri adegwati, l-Istati Membri għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ammonti ekwivalenti għall-appoġġ diġà mogħti mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) nru 247/2006.

(35) Bil-għan li jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, u, b’mod partikolari, is-salvagwardja u l-iżvilupp meħtieġ tal-attività agrikola tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, jeħtieġ li jsir rieżami tal-ammonti ekwivalenti għall-appoġġ diġà mogħti mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 247/2006.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Mill-2006, il-ħtiġijiet fi prodotti essenzjali żdiedu f’ċerti reġjuni l-aktar imbiegħda, b’mod partikolari fl-Azores u fid-DOM, minħabba l-iżvilupp tal-bhejjem u tal-pressjoni demografika. Jeħtieġ għalhekk li tiżdied il-parti tal-baġit li l-Istati Membri jistgħu jużaw għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista tar-reġjuni kkonċernati.

(36) Mill-2006, il-ħtiġijiet fi prodotti essenzjali żdiedu f’ċerti reġjuni l-aktar imbiegħda, b’mod partikolari fl-Azores u fid-DOM, minħabba l-iżvilupp tal-bhejjem u tal-pressjoni demografika. Jeħtieġ għalhekk li tiżdied l-allokazzjoni baġitarja annwali tal-programmi POSEI kif ukoll il-parti tal-baġit li l-Istati Membri jistgħu jużaw għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista tar-reġjuni kkonċernati.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) il-garanzija tal-provvista ta' prodotti essenzjali lir-reġjuni l-aktar imbiegħda għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar bħala addizzjonijiet agrikoli filwaqt li jittaffew l-ispejjeż żejda tad-distanza;

a) il-garanzija tal-provvista ta' prodotti essenzjali lir-reġjuni l-aktar imbiegħda għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar bħala addizzjonijiet agrikoli filwaqt li jittaffew l-ispejjeż żejda tad-distanza mingħajr ma ssir ħsara lill-produzzjonijiet lokali u l-iżvilupp tagħhom;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) il-preżervazzjoni u l-iżvilupp tal-attività agrikola fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, inklużi l-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti lokali.

b) l-istabbiliment u l-iżvilupp b'perspettiva sostenibbli ta’ ażjendi agrikoli magħrufa bħala ażjendi b’diversifikazzjoni f’annimali u ħxejjex fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, inklużi l-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti lokali, biex b’hekk jitjieb b’mod sinifikanti l-awtoforniment tal-popolazzjoni lokali, billi jkun hemm żieda fil-produzzjonijiet endoġeniċi u tnaqqis fl-importazzjonijiet.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ba) il-preservazzjoni tal-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kompetittività tal-ażjendi agrikoli tar-reġjuni l-iktar imbiegħda imsejħa tradizzjonali, inklużi l-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-produzzjonijiet u tal-prodotti lokali, filwaqt li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta, bejn il-produtturi, min jipproċessa u d-distributuri, tad-dħul iġġenerat minn prodotti u prodotti sekondarji tal-ażjendi;

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

b b) il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni b’mod partikolari biex ikun possibbli l-ħolqien tal-produzzjonijiet agrikoli sostenibbli b’valur miżjud għoli.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a) L-objettivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu implimentati f’perspettiva globali ta’ żvilupp sostenibbli, liema perspettiva tkun tali li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u li tiggarantixxi lill-produtturi u lill-bdiewa dħul adegwat. Dawn l-objettivi għandhom ukoll jiġu implimentati bil-ħsieb li jiġi żgurat it-taħriġ permanenti tal-bdiewa u tal-industrijalisti biex jiġi promoss l-iżvilupp tal-ażjendi agrikoli kwalitattivi, kompetittivi u sostenibbli.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) miżuri speċifiċi favur il-produzzjonijiet agrikoli lokali, kif previsti fil-Kapitolu IV.

b) miżuri speċifiċi favur il-produzzjonijiet agrikoli lokali, kif imsemmija fil-Kapitolu IV, u bi qbil mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Programm POSEI wieħed biss għandu jitressaq minn Stat Membru għar-reġjuni l-aktar imbiegħda tiegħu.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-programm POSEI għandu jkun stabbilit fil-livell ġeografiku meqjus l-aktar xieraq mill-Istat Membru kkonċernat. Dan għandu jitfassal mill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istat Membru li, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet kompetenti fuq il-livell territorjali adegwat, għandu jressqu quddiem il-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 6.

2. Il-programmi POSEI għandhom ikunu stabbiliti mill-awtorità jew l-awtoritajiet maħtura mill-Istat Membru kkonċernat fil-livell ġeografiku meqjus l-aktar xieraq.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2(a) Fil-livell ġeografiku xieraq, l-awtoritajiet, l-entitajiet dipartimentali jew reġjonali, l-organizzazzjonijiet kompetenti, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi u/jew professjonali kkonċernati għandhom jiġu kkonsultati dwar il-proġetti tal-programmi POSEI qabel ma jitressqu quddiem il-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Programm POSEI wieħed biss għandu jitressaq minn Stat Membru għar-reġjuni l-aktar imbiegħda tiegħu.

3. L-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-organizzazzjonijiet kollha relatati mal-POSEI bi skema organizzattiva ċara dwar il-proċess tal-istabbiliment tal-programmi POSEI.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-miżuri meħuda taħt il-programmi POSEI għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni, u jkunu konsistenti ma’ politika oħra tal-Unjoni u mal-miżuri meħuda skont din il-politika.

1. Il-miżuri meħuda taħt il-programmi POSEI għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni, u jkunu konsistenti ma’ politika oħra tal-Unjoni u mal-miżuri meħuda skont din il-politika, mingħajr ħsara għall-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fis-sens li huwa jippermetti lir-reġjuni l-aktar imbiegħda l-applikazzjoni ta’ qafas distint biex b’hekk huma jkunu jistgħu jiżviluppaw u jintegraw b’mod adegwat fi ħdan l-Unjoni permezz tal-implimentazzjoni tal-programmi u tal-istrumenti speċifiċi u adegwati għas-sitwazzjoni tagħhom.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) appoġġ għal proġetti ta’ riċerka, miżuri ta’ appoġġ għal proġetti ta’ riċerka u miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE9;

imħassar

__________________

 

9.ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

 

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) il-passi meħuda biex jiġi żgurat li l-programmi huma implimentati b’mod effettiv u adegwat, inklużi l-arranġamenti għall-pubbliċità, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, u sett speċifiku ta’ indikaturi kwantifikati għall-użu fl-evalwazzjoni;

c) il-passi meħuda biex jiġi żgurat li l-programmi huma implimentati b’mod effettiv u adegwat, inklużi l-arranġamenti għall-pubbliċità, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, u sett speċifiku ta’ indikaturi kwantifikati għall-użu fl-evalwazzjoni; dawk il-passi għandhom jinkludu, fost miżuri oħra, l-istabbiliment ta’ kumitat biex jsegwi u jevalwa l-azzjonijiet ta’ appoġġ għall-produzzjonijiet lokali;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) il-ħatra ta’ awtoritajiet kompetenti u korpi responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm u l-ħatra ta’ awtoritajiet jew ta’ korpi assoċjati u msieħba soċjoekonomiċi fil-livelli adegwati, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru.

d) il-ħatra ta’ awtoritajiet kompetenti u korpi responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm u l-ħatra ta’ awtoritajiet, tal-entitajiet dipartimentali jew reġjonali kompetenti, ta' korpi assoċjati u msieħba soċjoekonomiċi fil-livelli adegwati, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni abbozz tal-programm POSEI fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 29 (2) u (3).

1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni abbozz tal-programm POSEI fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 29 (2) u (3). Dan l-abbozz ta’ programm POSEI ma jistax jiġi kkunsidrat bħala ammissibbli mill-Kummissjoni jekk ma jkunx ġie ppreżentat quddiem il-presidenti tal-entitajiet dipartimentali jew reġjonali eletti.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skont l-evalwazzjoni annwali tal-eżekuzzjoni tal-miżuri inklużi fil-programmi POSEI, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni proposti għall-emenda tagħhom fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 29(2) u (3), sabiex jadattawhom aħjar għall-ħtiġijiet tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u għall-istrateġija proposta. Il-Kummissjoni tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-proċeduri uniformi għall-preżentazzjoni tal-proposti ta’ emenda tal-programm.

2. Skont l-evalwazzjoni annwali tal-eżekuzzjoni tal-miżuri inklużi fil-programmi POSEI, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni, wara li jiġu kkonsultati l-awtoritajiet dipartimentali jew reġjonali eletti, proposti għall-emenda tagħhom fil-qafas tal-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 29(2) u (3), sabiex jadattawhom aħjar għall-ħtiġijiet tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u għall-istrateġija proposta. Il-Kummissjoni tadotta permezz ta’ att eżekuttiv il-proċeduri uniformi għall-preżentazzjoni tal-proposti ta’ emenda tal-programm.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. M’għandha tingħata l-ebda għajnuna għall-provvista ta’ prodotti li jkunu diġà bbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista f’reġjun imbiegħed ieħor.

3. M’għandha tingħata l-ebda għajnuna għall-provvista ta’ prodotti li jkunu diġà bbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista f’reġjun imbiegħed ieħor, skont l-Artikolu 12 li jittratta dwar l-impatt tal-vantaġġ.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-ewwel paragrafu ma japplikax għall-flussi ta’ kummerċ bejn id-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej (DOM).

3. L-ewwel paragrafu ma japplikax għall-flussi ta’ kummerċ bejn id-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej (DOM) kif ukoll bejn id-dipartimenti extra-Ewropej (DOM) u t-territorji Franċiżi extra-Ewropej (TOM). Madankollu, fil-każ ta’ flussi bejn DOM Franċiżi, ir-riperkussjonijiet tal-benefiċċju msemmija fl-Artikolu 12 huma applikati.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolo 13 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Unjoni fil-limiti tal-kwantitajiet li jikkorrispondu għall-esportazzjonijiet tradizzjonali u għall-ispedizzjoni tradizzjonali. Dawn il-kwantitajiet għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv abbażi tal-medja tal-ispedizzjonijiet jew tal-esportazzjonijiet matul is-snin 1989, 1990 u 1991;

a) esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Unjoni fil-limiti tal-kwantitajiet stabbiliti li jikkorrispondu għall-esportazzjonijiet tradizzjonali u għall-ispedizzjoni tradizzjonali. Dawn il-kwantitajiet għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv abbażi tal-medja tal-ispedizzjonijiet jew tal-esportazzjonijiet billi tittieħed bħala referenza l-medja verifikata tal-aħjar tliet snin bejn l-1989 u l-2010;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) esportati lejn pajjiżi terzi bħala parti mill-flussi reġjonali ta’ kummerċ b’konformità mad-destinazzjonijiet u l-kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv;

b) esportati lejn pajjiżi terzi bħala parti mill-flussi reġjonali ta’ kummerċ;

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni proposta mill-Kummissjoni tkun tqiegħed restrizzjonijiet konsiderevoli fuq it-tkabbir tas-settur agroindustrijali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, billi timponi kwantitajiet li żmienhom għadda u destinazzjonijiet tal-esportazzjoni li bl-ebda mod ma jirriflettu r-realtà tal-mument.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) mibgħuta mill-Azores lejn il-Madeira jew viċe-versa;

imħassar

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ca) mibgħuta bejn ir-reġjuni tal-Azores, ta’ Madeira u tal-Gżejjer Kanarji;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolo 13 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) mibgħuta mill-Madeira lill-Gżejjer Kanarji jew viċe-versa;

imħassar

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, b’“kummerċ reġjonali” wieħed għandu jifhem, il-kummerċ li jsir, għal kull DOM, għall-Azores u l-Madeira u għall-Gżejjer Kanarji, lejn pajjiżi terzi determinati mill-Kummissjoni permezz ta’ att eżekuttiv.

3. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, b’“kummerċ reġjonali” wieħed għandu jifhem, il-kummerċ li jsir, għal kull DOM, għall-Azores u l-Madeira u għall-Gżejjer Kanarji, lejn pajjiżi terzi li jagħmlu parti miż-żoni ġeografiċi u oċeaniċi li fihom jinsabu dawn ir-reġjuni, kif ukoll lejn pajjiżi terżi li għandhom irbit storiku bejniethom.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5 – parti introdduttiva

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. B’deroga minn (2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-kwantitajiet massimi li ġejjin ta’ zokkor (kodiċi NM 1701) jistgħu jintbagħtu kull sena mill-Azores lejn il-bqija tal-Unjoni matul perjodu ta’ ħames snin:

5. B’deroga minn (2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-kwantità massima ta’ 3000 tunnellata ta’ zokkor (kodiċi NM 1701) tista’ tintbagħat kull sena mill-Azores lejn il-bqija tal-Unjoni.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – parti introdduttiva

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-parti tal-programm iddedikata għall-miżuri favur il-prodotti agrikoli lokali għandha tinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

2. Il-partijiet tal-programm iddedikati għall-miżuri favur il-prodotti agrikoli lokali u li jikkorrispondu għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) deskrizzjoni tal-istrateġija proposta, il-prijoritajiet magħżula u l-għanijiet ġenerali u operattivi kwantifikati, u valutazzjoni li turi l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni, inklużi l-effetti fuq l-impjiegi;

b) deskrizzjoni tal-istrateġija proposta, il-prijoritajiet magħżula u l-għanijiet ġenerali u operattivi kwantifikati, u valutazzjoni li turi l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni, inklużi l-effetti fuq l-impjiegi, il-kwalità tal-prodotti lokali;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f) l-ammont ta’ għajnuna stabbilit għal kull miżura jew azzjoni bl-għan li jintlaħaq għan wieħed jew aktar tal-programm.

f) l-ammont ta’ għajnuna stabbilit għal kull miżura u l-ammont provviżorju previst għal kull azzjoni bl-għan li jintlaħaq għan wieħed jew aktar tal-programm.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri jistgħu joħorġu għall-benefiċjarji, ladarba l-proġett tagħhom ikun ġie vvalidat, approvazzjoni xierqa biex ikun aktar faċli għalihom li jieħdu prefinanzjament minn bank.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kundizzjonijiet għall-użu tas-simbolu grafiku previst fil-paragrafu 1 għandu jkun propost mill-organizzazzjonijiet tal-kummerċ ikkonċernati. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iressqu tali proposti, bl-opinjoni tagħhom, lill-Kummissjoni.

2. Il-kundizzjonijiet għall-użu tas-simbolu grafiku previst fil-paragrafu 1 għandu jkun propost mill-organizzazzjonijiet tal-kummerċ ikkonċernati. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iressqu tali proposti, bl-opinjoni tagħhom u wara li jikkonsultaw lill-entitajiet dipartimentali jew reġjonali eletti, lill-Kummissjoni.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Minkejja l-Artikolu 39(4), tar-Regolament (KE) nru 1698/2005, l-ammonti annwali massimi eliġibbli fl-ambitu tal-għajnuna tal-Unjoni previsti fl-Anness I tal-imsemmi Regolament jistgħu jiżdiedu sad-doppju f’dak li jirrigwarda l-miżura ta’ protezzjoni tal-lagi fl-Azores u l-miżura għall-preżervazzjoni tal-pajżaġġ u tal-karatteristiċi tradizzjonali tal-artijiet agrikoli u l-konservazzjoni tal-ħitan tal-ġebel li jirfdu l-għelieqi mtarrġa fil-Madeira.

1. Minkejja l-Artikolu 39(4), tar-Regolament (KE) nru 1698/2005, l-ammonti annwali massimi eliġibbli fl-ambitu tal-għajnuna tal-Unjoni previsti fl-Anness I tal-imsemmi Regolament jistgħu jiżdiedu sad-doppju f’dak li jirrigwarda l-miżura ta’ protezzjoni tal-lagi fl-Azores u l-miżura għall-preżervazzjoni tal-pajżaġġ u tal-karatteristiċi tradizzjonali tal-artijiet agrikoli u l-konservazzjoni tal-ħitan tal-ġebel li jirfdu l-għelieqi mtarrġa fil-Madeira u fil-Gżejjer Kanarji.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’deroga mill-Artikolu 114(2) tar-Regolament (KE) nru 1234/2007, il-produzzjoni ta’ ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Unjoni għandha tkun awtorizzata fil-Madeira u fid-dipartiment Franċiż extra-Ewropew ta’ Réunion, fil-limiti tal-ħtiġijiet ta’ konsum lokali, sakemm din il-miżura tiżgura li l-ħalib prodott lokalment jinġabar u jsib postijiet tal-bejgħ. Dan il-prodott għandu jintuża biss għall-konsum lokali.

B’deroga mill-Artikolu 114(2) tar-Regolament (KE) nru 1234/2007, il-produzzjoni ta’ ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Unjoni għandha tkun awtorizzata fil-Madeira u fid-dipartiment Franċiż extra-Ewropew ta’ Réunion, fil-limiti tal-ħtiġijiet ta’ konsum lokali, sakemm din il-miżura tiżgura li l-ħalib prodott lokalment jinġabar u jsib postijiet tal-bejgħ. Jekk l-Istat Membru kkonċernat juri l-opportunità ta’ tali miżura għad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej ta’ Martinique u tal-Gwadelup, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, jekk ikun meħtieġ, li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 33, bil-għan li testendi l-imsemmija miżuri għall-imsemmija dipartimenti. Dan il-prodott għandu jintuża biss għall-konsum lokali.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – parti introdduttiva

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal kull eżerċizzju finanzjarju l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa massimu annwali ugwali għal dan li ġej:

Għal kull eżerċizzju finanzjarju l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa minimu annwali ugwali għal dan li ġej:

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – kolonna 2 – linja 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

EUR 278.41 miljun,

EUR 306.41 miljun,

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – kolonna 2 – linja 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

EUR 106.21 miljun,

EUR 117.21 miljun,

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – kolonna 2 – linja 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

EUR 268.42 miljun.

EUR 295.42 miljun.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Matul kull sena finanzjarja, l-Unjoni tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV, li għandhom jinkludu ż-żidiet effettivi ta’ 20% fil-qafas tal-iskema speċifika ta’ forniment, li hija meqjusa meħtieġa għall-Portugall u Franza.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3 – kolonna 2 – linja 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

EUR 24.8 miljun,

EUR 28.6 miljun,

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Ladarba t-territorju tal-Mayotte jingħata status ta' RUP, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta ġdida bl-objettiv li tiżdied b'mod proporzjonali l-allokazzjoni baġitarja prevista għad-DOM b'mod li jitqies l-istatus il-ġdid tat-territorju tal-Mayotte għal RUP, u biex jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi li jkunu jikkonċernaw il-Mayotte.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Il-Kummissjoni tiżgura li d-distribuzzjoni tal-għajnuna bejn ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-istess Stat Membru ma ssirx b’mod eċċessiv li jkun ta’ żvantaġġ għal wieħed, jew aktar, minn dawn ir-reġjuni.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sabiex tkun żgurata allokazzjoni raġonevoli u proporzjonata għall-miżuri ta’ finanzjament tal-istudji, proġetti dimostrattivi, tat-taħriġ u tal-miżuri ta’ għajnuna teknika, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att iddelegat ammont massimu annwali li jista’ jiġi allokat għal dawn il-miżuri.

4. Sabiex tkun żgurata allokazzjoni raġonevoli u proporzjonata għall-miżuri ta’ finanzjament tal-istudji, programmi ta' riċerka u ta' innovazzjoni, proġetti dimostrattivi, tat-taħriġ u tal-miżuri ta’ għajnuna teknika, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ att iddelegat ammont massimu annwali li jista’ jiġi allokat għal dawn il-miżuri.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Komunikazzjonijiet u rapporti

Komunikazzjonijiet, rapporti u studji ta’ impatt

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju kull sena, rapport dwar l-implimentazzjoni fis-sena preċedenti tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru kull sena, rapport dwar l-implimentazzjoni fis-sena preċedenti tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015, u wara kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li juri l-impatt tal-azzjonijiet meħuda taħt dan ir-Regolament, inkluż fis-settur tal-banana, flimkien ma’ proposti xierqa, fejn applikabbli.

3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015, u wara kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li juri l-impatt tal-azzjonijiet meħuda taħt dan ir-Regolament, inkluż fis-setturi tal-banana u tal-ħalib, u fejn għandu jidher l-impatt tal-azzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-objettivi definiti fl-Artikolu 2, flimkien ma’ proposti xierqa, fejn applikabbli. Dawn l-evalwazzjonijiet, ladarba jseħħu, għandhom jiġu tradotti mingħajr dewmien bl-Ispanjol, bil-Franċiż u bil-Portugiż u għandhom jgħaddu lill-awtoritajiet dipartimentali jew reġjonali eletti tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Ladarba l-Unjoni tibda negozjati kummerċjali ma' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet reġjonali terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, li jistgħu jikkonċernaw ażjendi agrikoli appoġġati mill-POSEI, u meta jitqiesu modifiki sinifikanti tal-politika agrikola komuni, għandhom isiru studji tal-impatt jew evalwazzjonijiet bil-quddiem tal-konsegwenzi possibbli fuq l-agrikoltura tar-reġjuni l-aktar imbiegħda. Il-Kummissjoni għandha żżomm bħala kriterji għal dawn l-istudji jew evalwazzjonijiet dawk definiti f'dan il-qasam min-NU.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Wara studji ta' impatt li jkunu twettqu f’konformità mal-paragrafu 3a, għandhom jiġu proposti modifiki skont il-ħtieġa, maħsuba biex l-agrikoltura tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tiġi adattata għar-realtajiet il-ġodda.

PROĊEDURA

Titolu

Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni

Referenzi

COM(2010)0498 – C7-0284/2010 – 2010/0256(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

7.10.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

7.10.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

 Data tal-ħatra

Elie Hoarau

28.10.2010

 

 

 

Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

Eżami fil-kumitat

12.4.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.5.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Zuzana Brzobohatá, John Bufton, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Tamás Deutsch, Elie Hoarau, Danuta Maria Hübner, Juozas Imbrasas, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Nuno Teixeira, Michail Tremopoulos, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Karima Delli, Cornelia Ernst, Karin Kadenbach, James Nicholson, Maurice Ponga, Elisabeth Schroedter, László Surján, Patrice Tirolien, Derek Vaughan

PROĊEDURA

Titolu

Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni

Referenza

COM(2010)0498 – C7-0284/2010 – 2010/0256(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.9.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

7.10.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

7.10.2010

BUDG

7.10.2010

REGI

7.10.2010

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Gabriel Mato Adrover

27.10.2010

 

 

 

Bażi legali kkontestata

Data ta' l-opinjoni tal-JURI

JURI

11.7.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

2.5.2011

27.6.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

26.9.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Richard Ashworth, Liam Aylward, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Robert Dušek, Lorenzo Fontana, Iratxe García Pérez, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Spyros Danellis, Vincenzo Iovine, Giovanni La Via, Astrid Lulling, Maria do Céu Patrão Neves, Jacek Włosowicz

Data tat-tressiq

4.10.2011