RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika)
6.10.2011 - (COM(2010)0799 – C7–0008/2011 – 2010/0385(COD)) - ***I
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Paolo De Castro
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- Emendi oħrajn, għajr għal xi ftit każijiet awtoevidenti, huma (kif spjegat hawn fuq) ta’ natura orizzontali, sabiex jiġi rifless kemm il-qbil milħuq bejn l-istituzzjonijiet dwar l-użu ta’ atti delegati, kif ukoll id-dħul fis-seħħ riċenti tar-Regolament dwar atti ta’ implimentazzjoni (Regolament (UE) Nru 182/2011 tas-16 Frar 2011).
- PROĊEDURA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika)
(COM(2010)0799 – C7‑0008/2011 – 2010/0385(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0799),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0008/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra tad-Deputati Lussemburgiża, mid-Diet u s-Senat tal-Polonja u mill-Parlament Svediż, li jaffermaw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Marzu 2011[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0322/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Minħabba l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, il-Kunsill se jadotta miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, tad-dazji, tal-għajnuna u tal-limiti kwantitattivi. Fl-interess taċ-ċarezza, fejn japplika l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, dan ir-Regolament għandu jirreferi biċ-ċar għall-fatt li l-miżuri se jiġu adottati mill-Kunsill abbażi ta’ dan. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 43(3) TFUE m’għandux japplika. Minflok, il-kontenut tal-proposta riċenti tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli (COM (2011) 193) għandu jissostitwixxi l-partijiet korrispondenti tar-Regolament il-ġdid dwar l-OKS Unika. Essenzjalment dik il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill tirriproduċi d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament eżistenti Nru 1234/2007 dwar l-OKS Unika. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex temenda jew iżżid ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament. L-elementi li għalihom tista’ tiġi eżerċitata din is-setgħa għandhom jiġu ddefiniti, flimkien mal-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun suġġetta dik id-delega. |
(4) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar jew l-emendar ta' ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, ir-reġjuni insulari, dawk b’popolazzjoni ferm imxerrda u dawk muntanjużi u r-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex jiġi evitat li r-restrizzjonijiet li tali reġjuni diġà qed jaffaċċaw fil-kriżi attwali jmorri għall-agħar. Fit- tħejjija u t-tfassal tal-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dokumenti kollha meħtieġa jintbagħtu fil-ħin, b’mod xieraq u simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Ħlief għal fejn jingħad biċ-ċar xort’oħra, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar [it-titlu tar-Regolament]. |
(11) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1. |
|
_____________________ |
|
1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti mudelli komuni dwar l-atti ta’ implimentazzjoni suġġetti għal kontrol mill-Istati Membri. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Fir-rigward ta’ ċerti miżuri skont dan ir-Regolament li jeħtieġu azzjoni ta’ malajr jew li jikkonsistu biss fl-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġenerali għal sitwazzjonijiet speċifiċi mingħajr ma jinvolvu d-diskrezzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat. |
(12) Fir-rigward ta’ ċerti miżuri skont dan ir-Regolament li jeħtieġu azzjoni ta’ malajr jew li jikkonsistu biss fl-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġenerali għal sitwazzjonijiet speċifiċi mingħajr ma jinvolvu d-diskrezzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
Ġustifikazzjoni | |
Dawn huma atti ta’ implimentazzjoni li mhumiex suġġetti għal kontroll mill-Istati Membri. Ir-riferenza għar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandha l-għan li toħloq aktar ċarezza. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 3 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sabiex tqis il-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tiffissa s-snin tas-suq għal dawk il-prodotti permezz ta’ atti delegati. |
Sabiex tqis il-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, il-Kummissjoni għandha tadotta, jekk ikun meħtieġ, atti ddelegati skont l-Artikolu 321 biex tiffissa s-snin tas-suq għal dawk il-prodotti. |
(Din l-emenda tapplika għar-Regolament kollu kull darba li jidhru l-kliem “permezz ta’ atti ddelegati”.) | |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti (parzjalment biss, sabiex ma jiżdiedx wisq test f’dan ir-Regolament twil) il-Qbil Komuni dwar l-atti ddelegati bejn l-istituzzjonijiet. Iż-żieda tal-kliem “skont l-Artikolu 321” qed issir fl-interess taċ-ċertezza legali. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 5 - parti introdotturja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni: |
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a): |
(Din l-emenda tapplika għar-Regolament kollu kull darba li jidhru l-kliem “permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni”.) | |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti (parzjalment biss, fid-dawl ta’ dan ir-Regolament twil ħafna) il-mudelli komuni dwar l-atti ta’ implimentazzjoni suġġetti għal kontrol mill-Istati Membri. Iż-żieda tal-kliem “skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a)” qed issir fl-interess taċ-ċertezza legali. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) għandu jinfetaħ għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 323(1), jekk il-prezz medju tas-suq għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella matul perjodu rappreżentattiv fi Stat Membru jew f’reġjun ta’ Stat Membru rreġistrat fuq il-bażi tal-iskala tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) ikun ta’ inqas minn EUR 1 560 għal kull tunnellata. |
(c) għandu jinfetaħ għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottatai mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323, jekk il-prezz medju tas-suq għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella matul perjodu rappreżentattiv fi Stat Membru jew f’reġjun ta’ Stat Membru rreġistrat fuq il-bażi tal-iskala tal-Unjoni għall-klassifika tal-karkassi kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) ikun ta’ inqas minn EUR 1 560 għal kull tunnellata, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari fir-rigward tal-koeżjoni territorjali sabiex jitqies l-impatt fuq is-swieq reġjonali, li l-ekonomiji tagħhom jiddependu ħafna fuq dan it-tip ta’ prodott. |
(Din l-emenda tapplika għat-test kollu tar-Regolament kull darba li jidhru l-kliem “mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 323(1)”.) | |
Ġustifikazzjoni | |
Dawn huma atti ta’ implimentazzjoni li mhumiex suġġetti għal kontroll mill-Istati Membri. Ir-riferenza għall-Artikolu 323 (1a) għandha l-għan li toħloq ċarezza ulterjuri. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kunsill għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar tal-għajnuna għall-butir skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat. |
L-ammonti ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ butir għandhom ikunu ffissati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-ħżin u x-xejriet li x’aktarx ikun hemm fil-prezzijiet tal-butir frisk u tal-butir mill-istokkijiet. |
|
Meta, x’ħin il-butir jitneħħa mill-ħażna, isseħħ bidla negattiva fis-suq, li ma tkunx setgħet ġiet prevista meta l-butir tqiegħed fil-ħażna, il-Kummissjoni tista’ żżid l-ammont tal-għajnuna permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a). |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 43(3) TFUE m’għandux japplika. Minflok, il-kontenut tal-proposta riċenti tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli (COM (2011) 193) għandu jissostitwixxi l-partijiet korrispondenti tar-Regolament il-ġdid dwar l-OKS Unika. Essenzjalment dik il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill tirriproduċi d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament eżistenti Nru 1234/2007 dwar l-OKS Unika. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 40 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sabiex ikun hemm reazzjoni effiċjenti u effettiva kontra t-theddid ta’ tfixkil tas-suq, meta dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, adottati fejn meħtieġ skont il-proċedura ta’ urġenza, tieħu miżuri speċjali ta’ intervent għas-settur taċ-ċereali. It-tali miżuri ta’ intervent jistgħu jittieħdu b’mod partikulari jekk, f’reġjun wieħed jew aktar tal-Unjoni, il-prezzijiet tas-suq jaqgħu, jew jheddu li jaqgħu, meta mqabbla mal-prezz tal-intervent. |
1. Sabiex ikun hemm reazzjoni effiċjenti u effettiva kontra t-theddid ta’ tfixkil tas-suq, meta dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, adottati fejn meħtieġ skont il-proċedura ta’ urġenza li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 322, tieħu miżuri speċjali ta’ intervent għas-settur taċ-ċereali. It-tali miżuri ta’ intervent jistgħu jittieħdu jekk, f’reġjun wieħed jew aktar tal-Unjoni, il-prezzijiet tas-suq jaqgħu, jew jheddu li jaqgħu, meta mqabbla mal-prezz tal-intervent. |
(Kull darba li t-termini "b’mod partikulari", "fost l-oħrajn" jew "inkluż" jidhru f’parti mit-test fejn il-Kummissjoni tadotta atti delegati dawn għandhom jitħassru. Din l-emenda tapplika għar-Regolament kollu.) | |
Ġustifikazzjoni | |
Fir-rigward tal-atti delegati, termini bħal pereżempju "b’mod partikulari", "fost l-oħrajn" jew "inkluż" mhumiex aċċettabbli. L-enumerazzjoni tat-tipi differenti ta’ regoli li għandhom jiġu adottati permezz ta’ att iddelegat għandha dejjem tkun waħda eżawrjenti. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 71 - paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Jekk l-imposta fuq l-ammont żejjed li dwarha hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 ma tkunx tħallset qabel id-data dovuta u wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandha tnaqqas, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 81(d) ta’ dan ir-Regolament, somma li tkun daqs l-imposta fuq l-ammont żejjed mhux imħallsa mill-ħlasijiet ta’ kull xahar skont it-tifsira tal-Artikoli 14 u 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha twissi lill-Istat Membru kkonċernat, li għandu jgħarraf il-pożizzjoni tiegħu fi żmien ġimgħa. L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 m’għandux japplika. |
5. Jekk l-imposta fuq l-ammont żejjed li dwarha hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 ma tkunx tħallset qabel id-data dovuta l-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tnaqqas somma li tkun daqs l-imposta fuq l-ammont żejjed mhux imħallsa mill-ħlasijiet ta’ kull xahar skont it-tifsira tal-Artikoli 14 u 15(2) ta’ dak ir-Regolament. Qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha twissi lill-Istat Membru kkonċernat, li għandu jgħarraf il-pożizzjoni tiegħu fi żmien ġimgħa. L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 m’għandux japplika. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-riferenza għall-“Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1290/2005” ma tfissirx kumitat li jassisti lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni: dak il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli se jiġi kkonsultat biss u mhu se jkollu l-ebda dritt ta' vot. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 78 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sabiex tiżgura li l-impriżi msemmija fl-Artikolu 51 jikkonformaw mal-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati, regoli dwar l-għoti jew l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tali impriżi, kif ukoll il-kriterji għall-penali amministrattivi. |
1. Sabiex tiżgura li l-impriżi msemmija fl-Artikolu 51 jikkonformaw mal-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321, regoli dwar l-għoti jew l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tali impriżi u dwar il-modifika tad-dati stipulati fl-Artikolu 56, kif ukoll il-kriterji għall-penali amministrattivi. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-modifika ta’ dawk id-dati stipulati fl-att bażiku (li għaldaqstant huma elementi mhux essenzjali tal-att bażiku) għandha ssir permezz ta’ atti delegati (ara wkoll l-emenda li jmiss). | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 79 - punt i | |
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) dwar il-bdil tad-dati stabbiliti fl-Artikolu 56; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Il-modifika ta’ dawk id-dati stipulati fl-att bażiku (li għaldaqstant huma elementi mhux essenzjali tal-att bażiku) għandha ssir biss permezz ta’ atti delegati (ara wkoll l-emenda preċedenti). | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 96 - paragrafu 1 - punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ nbid jew prodotti tad-dwieli li jkunu maħsubin biss għall-konsum mill-familja ta’ min ikabbar id-dwieli. |
(c) tadotta dispożizzjonijiet dwar l-inbid jew prodotti tad-dwieli li jkunu maħsubin biss għall-konsum mill-familja ta’ min ikabbar id-dwieli. |
Ġustifikazzjoni | |
Hekk kif inhu mfassal, l-Artikolu ma jawtorizzax aktar il-produzzjoni ta’ nbid maħsub għall-konsum mill-familja ta’ min ikabbar id-dwieli, li attwalment hija awtorizzata mir-regoli Komunitarji. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 99 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tar-rifużjoni tal-produzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat. |
2. Ir-rifużjoni tal-produzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li jitqiesu, b’mod partikulari: |
|
(a) l-ispejjeż li jirriżultaw mill-użu ta’ zokkor importat li l-industrija jkollha ġġarrab fil-każ ta’ provvista mis-suq dinji; u |
|
(b) il-preżż taz- zokkor żejjed li jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni jew, jekk ma jkunx hemm zokkor żejjed f’dak is-suq, il-prezz ta' referenza għaz-zokkor stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 8(1). |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 43(3) TFUE m’għandux japplika. Minflok, il-kontenut tal-proposta riċenti tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli (COM (2011) 193) għandu jissostitwixxi l-partijiet korrispondenti tar-Regolament il-ġdid dwar l-OKS Unika. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 101 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tal-ammonti tal-għajnuna skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat. |
2. L-ammonti tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li jitqies il-prezz ta’ riferenza għat-trab tal-ħalib xkumat iffissat fil-punt (e)(ii) tal-Artikolu 8(1), u l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq fir-rigward tal-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat. Għandha titqies il-ħtieġa ta’ miżuri ta’ appoġġ favur il-prodotti agrikoli mir-reġjuni ultraperiferiċi, u għandhom jitqiesu wkoll il-bidliet miġjuba b’dan ir-Regolament. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 102 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tal-ammonti tal-għajnuna skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat. |
2. L-ammonti tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li jitqies il-prezz ta’ riferenza għat-trab tal-ħalib xkumat stipulat fil-punt (e)(ii) tal-Artikolu 8(1), u l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq fir-rigward tal-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat. |
|
L-għajnuna msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tkun varjata mill-Kummissjoni, skont jekk il-ħalib xkumat ikunx ipproċessat f’kaseina jew f’kaseinati u skont il-kwalità ta’ dawk il-prodotti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 43(3) TFUE m’għandux japplika. Minflok, il-kontenut tal-proposta riċenti tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli (COM (2011) 193) għandu jissostitwixxi l-partijiet korrispondenti tar-Regolament il-ġdid dwar l-OKS Unika. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 107 - punti a u b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-kaseina u tal-kaseinati; |
(a) ir-regoli li skonthom l-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-kaseina u tal-kaseinati u r-regoli relatati mad-durata u l-kontenut tal-awtorizzazzjonijiet, kif ukoll mal-prodotti li dawn jistgħu jkopru; |
(b) l-obbligi li l-impriżi awtorizzati skont il-punt (a) għandhom iħarsu; |
(b) l-obbligi ta’ dikjarazzjoni u taż-żamma ta’ kontijiet li l-impriżi awtorizzati skont il-punt (a) għandhom iħarsu; |
Ġustifikazzjoni | |
“Kundizzjonijiet” u “obbligi” huma kliem li normalment jintuża għal atti delegati – mhux għal atti ta’ implimentazzjoni bħal fil-punti (a) u (b) hawn fuq. L-emenda tipprova tikkjarifika l-obbligi u r-regoli preċiżi abbażi tal-kontenut fattwali ta’ dawk id-dispożizzjonijiet li joriġinaw mill-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament 760/2008. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 108 - paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-iffissar tal-għajnuna tal-Unjoni għall-ħalib kollu skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat. |
3. Il-miżuri dwar l-iffissar tal-għajnuna tal-Unjoni għall-ħalib kollu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li titqies il-ħtieġa li jitħeġġeġ b’mod suffiċjenti il-forniment ta’ prodotti tal-ħalib lill-istabbilimenti edukattivi. |
|
L-ammonti ta’ għajnuna għall-prodotti tal-ħalib eliġibbli għajr il-ħalib għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li jitqiesu l-komponenti ta’ ħalib tal-prodott ikkonċernat. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 43(3) TFUE m’għandux japplika. Minflok, il-kontenut tal-proposta riċenti tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli (COM (2011) 193) għandu jissostitwixxi l-partijiet korrispondenti tar-Regolament il-ġdid dwar l-OKS Unika. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 109 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Sabiex tiżgura li l-benefiċjarji u l-applikanti xierqa jkunu jikkwalifikaw għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 108(1), il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tadotta l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna. |
2. Sabiex tiżgura li l-benefiċjarji u l-applikanti xierqa jkunu jikkwalifikaw għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 108(1), il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati b’konformità mal-Artikolu 321, tadotta l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna. |
Sabiex tiżgura li l-applikanti jħarsu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati, tadotta miżuri sabiex tevita każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet, fosthom: |
Sabiex tiżgura li l-applikanti jħarsu l-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati b’konformità mal-Artikolu 321, tadotta l-għoti ta’ garanzija li tiżgura t-twettiq f’każijiet fejn titħallas għajnuna bil-quddiem. |
(a) is-sospensjoni tad-dritt li wieħed jieħu sehem fl-iskema tal-għajnuna, |
|
(b) l-għoti ta’ garanzija li tiżgura t-twettiq f’każijiet fejn titħallas għajnuna bil-quddiem, u |
|
(c) l-applikazzjoni ta’ penali sabiex tkun evitata mġiba qarrieqa. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Fl-interess taċ-ċarezza legali, il-kompetenzi ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ penali għandhom jinġabru fl-artikoli orizzontali. Il-prinċipju tal-penali għandu jiġi adottat permezz ta’ miżura f’artikolu ad hoc b’sett ta’ artikoli orizzontali li jistipulaw id-dettalji speċifiċi tal-prinċipju. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 119 - punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-konsegwenzi tar-rikonoxximent. |
(c) il-ħlas ta’ għajnuna wara r-rikonoxximent. |
Ġustifikazzjoni | |
“Konsegwenzi” hija kelma li normalment tintuża għal atti delegati. L-emenda tikkjarifika l-ambitu permezz ta’ test iktar preċiż. | |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 128 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) għall-provvista ta’ prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħaxix, tal-frott u l-ħaxix ipproċessati u tal-banana lit-tfal fi stabbilimenti edukattivi, inklużi fl-iskejjel tat-trabi, fi stabbilimenti oħrajn ta’ qabel l-iskola obbligatorja, fl-iskejjel primarji u f’dawk sekondarji; u |
(a) għall-provvista ta’ prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħaxix, tal-frott u l-ħaxix ipproċessati u tal-banana lit-tfal fi stabbilimenti edukattivi amministrati jew approvati mill-Istat Membru, inkluż fl-iskejjel tat-trabi, fi stabbilimenti oħrajn ta’ qabel l-iskola obbligatorja, fl-iskejjel primarji u f’dawk sekondarji; u |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 139 - paragrafu 3 - subparagrafi 2 u 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-iskema m’għandhiex tkopri t-tiġdid normali ta’ vinji li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom. |
L-iskema m’għandhiex tkopri t-tiġdid normali ta’ vinji li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom, jiġifieri t-taħwil mill-ġdid tal-istess roqgħa ta’ art bl-istess varjetà skont l-istess sistema ta’ koltivazzjoni ta’ dwieli. |
|
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw aktar speċifikazzjonijiet, speċjalment fir-rigward tal-età tal-vinji mibdula. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 140 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta l-għeneb ta’ kwalita kummerċjali jitħalla fuq il-pjanti fi tmiem iċ-ċiklu normali ta’ produzzjoni (nuqqas ta’ ħsad) dan m’għandux jitqies bħala ħsad bikri. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 142 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-espressjoni “avveniment klimatiku avvers” għandu jkollu l-istess tifsira bħal “avveniment klimatiku avvers li jista’ jixbah diżastru naturali” fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/20011. |
|
_________________ |
|
1 ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjonijiet huma elementi importanti li għandhom jiġu inklużi fl-att bażiku (mid-definizzjoni li tidher fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008). | |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 155 - paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-iffissar tal-għajnuna għal kull kaxxa ta’ bajd tad-dud tal-ħarir użata skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat. |
4. L-ammonti ta’ għajnuna mogħtija lil dawk li jrabbu d-dud tal-ħarir għandhom ikunu ffissati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), filwaqt li titqies l-organizzazzjoni tas-settur tat-trobbija tad-dud tal-ħarir f’ċerti reġjuni tal-Unjoni u l-ħtieġa li jkun iffaċilitat l-adattament tal-provvista għas-sitwazzjoni tas-suq. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 43(3) TFUE m’għandux japplika. Minflok, il-kontenut tal-proposta riċenti tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli (COM (2011) 193) għandu jissostitwixxi l-partijiet korrispondenti tar-Regolament il-ġdid dwar l-OKS Unika. | |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 174 - paragrafu 1 – subparagrafi 1a, 1b, 1c, 1d u 1e (ġodda) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punti (a)(iii) u (b)(iii), “produzzjoni” għandha tkopri l-operazzjonijiet kollha involuti, mill-ħsad tal-għeneb sat-tmiem tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, ħlief għal kwalunkwe proċess li jiġi wara l-produzzjoni. |
|
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b)(ii), il-porzjon tal-għeneb, sa 15%, li jista’ joriġina minn barra ż-żona ġeografika demarkata għandu jiġi mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz ikkonċernat li fih tkun tinsab iż-żona demarkata. |
|
B’deroga mill-punti (a)(iii) u (b)(iii), u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott stipulata fl-Artikolu 175(2) tkun tipprovdi dan, prodott b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta jista’ jiġi pproċessat f’inbid: |
|
(a) f’żona li tkun qiegħda viċin sew taż-żona ddemarkata kkonċernata; jew |
|
(b) f’żona li tkun tinsab fl-istess unità amministrattiva jew f’unità amministrattiva viċina, kif definit fir-regoli nazzjonali; jew |
|
(c) fil-każ ta’ denominazzjoni ta’ oriġini transkonfinali jew indikazzjoni ġeografika transkonfinali, jew fil-każ fejn ikun jeżisti ftehim dwar il-miżuri ta’ kontroll bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar, f’żona li tkun tinsab qrib sew taż-żona ddemarkata inkwistjoni. |
|
B’deroga mill-punt (b)(iii), u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott stipulata fl-Artikolu 175(2) tkun tipprovdi dan, l-inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jkomplu jiġu pproċessati f’inbid barra miż-żona li tkun tinsab immedjatament viċin taż-żona ddemarkata inkwistjoni sal-31 ta’ Diċembru 2012. |
|
B’deroga mill-punt (a)(iii), u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott stipulata fl-Artikolu 175(2) tkun tipprovdi dan, prodott jista’ jiġi pproċessat f’inbid spumanti jew f’inbid semifrizzanti b’denominazzjoni protetta tal-oriġini lil hinn miż-żona li tkun tinsab immedjatament viċin taż-żona ddemarkata inkwistjoni jekk din il-prattika kienet tintuża qabel l-1 ta’ Marzu 1986. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 202 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ħlief hekk kif speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, id-Direttiva 2008/95/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom japplikaw għat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu fl-ambitu tagħhom. |
1. Ħlief hekk kif speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, id-Direttiva 2008/95/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom japplikaw għat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu fl-ambitu tagħhom. It-tikkettar tal-prodotti msemmija fl-Anness XII, Parti II, punti 1 sa 11, 13, 15 u 16, ma jista’ jiġi ssuplementat bl-ebda partikolarità għajr dawk li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament sakemm dawn ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE. |
|
2. Meta ingredjent wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE jkunu preżenti f’wieħed mill-prodotti msemmija fl-Anness XII, Parti II ta’ dan ir-Regolament, dawn iridu jkunu indikati fuq it-tikkettar, u ppreċeduti mit-terminu “jinkludi”. |
|
Fil-każ tas-sulfiti, jistgħu jintużaw it-termini li ġejjin: “sulfiti” jew “diossidu tal-kubrit”. |
|
3. L-obbligu tat-tikkettar imsemmi fil-paragrafu 2 jista’ jkun akkumpanjat bl-użu ta’ pittogramma li għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ att delegat b’konformità mal-Artikolu 321. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 203 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. B’deroga mill-paragrafu 1(a), ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli tista’ titħalla barra għal inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu l-isem ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1(a), ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli tista’ titħalla barra għal inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu l-isem ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta u għall-inbejjed spumanti ta’ kwalità li t-tikketti tagħhom jinkludu t-terminu “Sekt”. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 228 - paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. F’każijiet fejn waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 tkun segwita minn organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur irrikonoxxuta u fejn din tkun fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ dawk il-persuni li l-attivitajiet tagħhom huma marbutin ma’ wieħed jew aktar mill-prodotti kkonċernati, l-Istat Membru li jkun ta r-rikonoxximent, jew il-Kummissjoni, mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 323(1), meta r-rikonoxximent ikun ingħata mill-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi jew tista’ tiddeċiedi rispettivament, li individwi jew gruppi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni iżda li jibbenifikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-ħlas kollu tas-sħubija li jħallsu l-membri tagħha, jew parti minnu, safejn it-tali ħlasijiet tas-sħubija jkunu maħsubin biex ikopru l-ispejjeż imġarrbin direttament minħabba s-segwitu tal-attivitajiet ikkonċernati, minbarra dawk amministrattivi ta’ kwalunkwe deskrizzjoni. |
1. F’każijiet fejn waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 tkun segwita minn organizzazzjoni li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur irrikonoxxuta u fejn dan ikun fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ dawk il-persuni li l-attivitajiet tagħhom huma marbutin ma’ wieħed jew aktar mill-prodotti kkonċernati, l-Istat Membru li jkun ta r-rikonoxximent, jew, meta r-rikonoxximent ikun ingħata mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323, jista’ jiddeċiedi jew tista’ tiddeċiedi rispettivament, li individwi jew gruppi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni iżda li jibbenifikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-ħlas kollu tas-sħubija li jħallsu l-membri tagħha, jew parti minnu, safejn it-tali ħlasijiet tas-sħubija jkunu maħsubin biex ikopru l-ispejjeż imġarrbin direttament minħabba s-segwitu tal-attivitajiet ikkonċernati, minbarra dawk amministrattivi ta’ kwalunkwe deskrizzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Is-setgħa ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni ma kinetx imniżżla fil-proposta leġiżlattiva. | |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 254 – paragrafu 2 – kliem introduttorju u punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tipprovdi għal: |
2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tipprovdi għal: |
(a) l-użu tal-liċenzji, u, fejn ikun meħtieġ, għal regoli speċifiċi marbutin, b’mod partikulari, mal-kundizzjonijiet li bihom għandhom jitressqu l-applikazzjonijiet għall-importazzjoni u li bihom għandha tingħata l-awtorizzazzjoni fi ħdan il-kwota tat-tariffi; |
(a) l-użu tal-liċenzji, u, fejn ikun meħtieġ, għal regoli speċifiċi marbutin, b’mod partikulari, mal-proċeduri biex jitressqu l-applikazzjonijiet għall-importazzjoni kif ukoll biex jingħataw l-awtorizzazzjonijiet fi ħdan il-kwota tat-tariffi; |
Ġustifikazzjoni | |
Tip ta’ regoli li jimplika obbligi u, b’mod partikulari, it-terminu “kundizzjonijiet”, huwa kliem użat normalment għal atti delegati. L-emenda tikkjarifika l-ambitu permezz ta’ test iktar preċiż. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 273 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tar-rifużjonijiet skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat. |
2. Ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a). Dawn jistgħu jiġu ffissati: |
|
(a) f’intervalli regolari; |
|
(b) bi proċeduri ta’ offerti għaċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. |
|
Ħlief meta tkun iffissata bi proċedura ta’ offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-lista ta’ prodotti li abbażi tagħha tingħata rifużjoni għall-esportazzjoni u l-ammont ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni mill-anqas darba kull tliet xhur. L-ammont tar-rifużjoni jista', madankollu, jibqa' fl-istess livell għal aktar minn tliet xhur u jista', fejn meħtieġ, jiġi aġġustat matul il-perjodu ta' intervent mill-Kummissjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323, fuq talba ta' xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. |
|
3. Wieħed għandu jqis aspett wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin meta jkunu qed jiġu ffissati rifużjonijiet għal ċertu prodott: |
|
(a) is-sitwazzjoni eżistenti u x-xejra futura fir-rigward ta’: |
|
(i) il-prezzijiet ta’ dak il-prodott u d-disponibbiltajiet tiegħu fis-suq tal-Unjoni, |
|
(ii) il-prezzijiet ta’ dak il-prodott fis-suq dinji; |
|
(b) l-għanijiet tal-organizzazzjoni tas-suq komuni, li huma li jiġi żgurat l-ekwilibriju u l-iżvilupp naturali tal-prezzijiet u l-kummerċ f’dan is-suq; |
|
(c) il-ħtieġa li jkunu evitati taqlibiet li x’aktarx joħolqu żbilanċ fit-tul bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-Unjoni; |
|
(d) l-aspetti ekonomiċi tal-esportazzjonijiet proposti; |
|
(e) il-limiti li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat; |
|
(f) il-ħtieġa li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta’ prodotti bażiċi tal-Unjoni fil-manifattura ta’ prodotti pproċessati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-użu ta’ prodotti minn pajjiżi terzi li jiddaħħlu skont arranġamenti ta’ pproċessar; |
|
(g) l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni l-aktar favorevoli u l-ispejjeż tat-trasport mis-swieq tal-Unjoni għall-portijiet tal-Unjoni jew postijiet oħra tal-esportazzjoni flimkien mal-ispejjeż tat-trasport lejn il-pajjiżi ta’ destinazzjoni; |
|
(h) id-domanda fuq is-suq tal-Unjoni; |
|
(i) fir-rigward tas-setturi tal-laħam tal-majjal, il-bajd u l-laħam tat-tjur, id-differenza bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u l-prezzijiet fis-suq dinji għall-kwantità ta’ qamħ għall-għalf meħtieġ għall-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti ta’ dawk is-setturi. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 43(3) TFUE m’għandux japplika. Minflok, il-kontenut tal-proposta riċenti tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli (COM (2011) 193) għandu jissostitwixxi l-partijiet korrispondenti tar-Regolament il-ġdid dwar l-OKS Unika. | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 273 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 273a |
|
Miżuri speċifiċi dwar rifużjonijiet tal-esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross |
|
1. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), tiffissa ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni ffissati fir-rigward tas-setturi taċ-ċereali u r-ross. Fejn ikun neċessarju, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323, temenda l-ammonti korrettivi. |
|
L-ewwel subparagrafu jista' jiġi applikat għal prodotti tas-setturi taċ-ċereali u r-ross li jiġu esportati fil-forma ta' oġġetti elenkati fl-Anness XVII. |
|
2. Għall-ewwel tliet xhur tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, ir-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjoni ta’ xgħir, li jkun maħżun fi tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti jew magħmul minn barli li kien fl-istokk ta' dak iż-żmien, għandha tkun dik li kieku kienet tapplika għal-liċenzja tal-esportazzjoni inkwistjoni għall-esportazzjonijiet magħmulin matul l-aħħar xahar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti. |
|
3. Ir-rifużjoni għall-prodotti elenkati fil-punti (a) u (b) tal-Parti I tal-Anness I, stabbilita skont l-Artikolu 274(2), tista’ tkun aġġustata mill-Kummissjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), kwalunkwe bidla fil-livell tal-prezz ta' intervent. |
|
L-ewwel subparagrafu jista' jkun applikat, fl-intier tiegħu jew parzjalment, għall-prodotti elenkati fil-punti (c) u (d) tal-Parti I ta’ dak l-Anness I, esportati fil-forma ta' oġġetti msemmija fil-Parti I tal-Anness XVII. F’dak il-każ, l-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi korrett mill-Kummissjoni, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a), billi jkun applikat koeffiċjent li jirrappreżenta l-proporzjon bejn il-kwantità tal-prodott bażiku u l-kwantità tiegħu li tkun fil-prodott ipproċessat esportat jew użat fil-prodotti esportati. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tintroduċi t-test tal-Artikolu 10 tal-proposta riċenti tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli (COM(2011)193). | |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 281 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sabiex jitqies l-iżvilupp tas-suq għal kull wieħed mill-prodotti tas-settur tal-pjanti ħajjin li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 0601 10, kull sena jistgħu jiġu stabbiliti prezz minimu wieħed jew aktar għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi fi żmien xieraq qabel l-istaġun tal-kummerċjalizzazzjoni. Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tal-prezzijiet minimi skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat. |
1. Sabiex jitqies l-iżvilupp tas-suq għal kull wieħed mill-prodotti tas-settur tal-pjanti ħajjin li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 0601 10, kull sena jistgħu jiġu stabbiliti prezz minimu wieħed jew aktar mill-Kummissjoni għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi fi żmien xieraq qabel l-istaġun tal-kummerċjalizzazzjoni. |
L-esportazzjoni tat-tali prodotti għandha tkun permessa biss bi prezz li jkun daqs il-prezz minimu stabbilit għall-prodott ikkonċernat jew li jkun ogħla minnu. |
L-esportazzjoni tat-tali prodotti għandha tkun permessa biss bi prezz li jkun daqs il-prezz minimu stabbilit għall-prodott ikkonċernat jew li jkun ogħla minnu. |
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri amministrattivi kollha meħtieġa marbutin mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-obbligi li ġejjin mill-ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri kollha meħtieġa marbutin mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 323(1a) filwaqt tqis, b’mod partikulari, il-prezzijiet fis-swieq internazzjonali u filwaqt li tqis l-obbligi li ġejjin mill-ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 43(3) TFUE m’għandux japplika. Minflok, il-kontenut tal-proposta riċenti tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli (COM (2011) 193) għandu jissostitwixxi l-partijiet korrispondenti tar-Regolament il-ġdid dwar l-OKS Unika. | |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 296 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 296 [li għandu jitħassar wara l-31 ta’ Diċembru 2010] |
imħassar |
Dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur tal-frott u l-ħaxix |
|
L-Istati Membri jistgħu jħallsu għajnuna mill-Istat għas-settur tal-frott u l-ħaxix sal-31 ta’ Diċembru 2010 bil-kundizzjonijiet li ġejjin: |
|
(a) l-għajnuna mill-Istat titħallas biss lil produtturi tal-frott u l-ħaxix li mhumiex membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta u li jiffirmaw kuntratt ma’ organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta li fih jaċċettaw li japplikaw il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata; |
|
(b) l-ammont tal-għajnuna mħallas lit-tali produtturi mhuwiex ta’ aktar minn 75 % tal-appoġġ tal-Unjoni li jirċievu l-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata; and |
|
(c) l-Istat Membru kkonċernat jippreżenta rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010 dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-għajnuna mill-Istat, li fih janalizza b’mod partikulari kemm l-għajnuna appoġġat lill-organizzazzjoni tas-settur. Il-Kummissjoni se teżamina r-rapport u tiddeċiedi jekk tagħmilx xi proposti xierqa jew le. |
|
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 304 - paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Fi kwalunkwe waqt wara l-1 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-paragrafi 1, 2 u 3 ma għadhomx japplikaw. |
4. Fi kwalunkwe waqt wara l-1 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321, li l-paragrafi 1, 2 u 3 ma għadhomx japplikaw. |
Ġustifikazzjoni | |
L-elementi mhux essenzjali tal-att bażiku jistgħu jiġu mmodifikati permezz ta’ atti delegati. | |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 314 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-ammonti li ġejjin għandhom ikunu disponibbli fis-snin kalendarji indikati: |
2. L-ammonti li ġejjin għandhom ikunu disponibbli fis-snin kalendarji indikati: |
|
– 2009: EUR 40 660 000, |
– 2010: EUR 82 110 000, |
– 2010: EUR 82 110 000, |
– mill-2011 ’il quddiem: EUR 122 610 000. |
– mill-2011 ’il quddiem: EUR 122 610 000. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 315 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri li huma kemm meħtieġa kif ukoll li jistgħu jiġu ġġustifikati f’emerġenza, sabiex issolvi problemi prattiċi speċifiċi. It-tali miżuri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda biss safejn, u għat-tali perjodu, li jkun strettament meħtieġ. |
1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 321, tistipula l-miżuri li huma kemm meħtieġa kif ukoll li jistgħu jiġu ġġustifikati f’emerġenza, sabiex issolvi problemi prattiċi speċifiċi. It-tali miżuri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda biss safejn, u għat-tali perjodu, li jkun strettament meħtieġ. |
2. Fejn ikun meħtieġ sabiex tiġi solvuta l-problema kkonċernata, il-Kummissjoni għandha taġixxi skont l-Artikolu 323(2). |
2. Fejn ikun meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-proċedura ta’ urġenza li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 322 għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Dawn il-miżuri, adottati f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, jistgħu jkunu tal-istess natura bħal miżuri adottati skont l-Artikolu 290 TFUE (atti delegati). Billi hija prevista wkoll proċedura ta' urġenza għall-atti delegati, ir-rapporteur jipproponi l-użu possibbli tagħha, biex tkun żgurata l-effiċjenza tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. | |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 321 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Is-setgħat għall-adozzjoni tal-atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat. |
1. Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni b’suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. |
Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
2. Id-delega tas-setgħa għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn…*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa ddelegata mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded taċitament għal perjodi tal-istess tul ta' żmien, għajr jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponi dan it-tiġdid sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa jew le għandha tagħmel l-almu tagħha biex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u għandha tindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka u r-raġunijiet li jista’ jkun hemm għar-revoka. |
|
Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data iżjed tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiżdied b’xahar. |
3. Id-delega tas-setgħa tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. |
Jekk meta jiskadi dak il-perjodu la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih. |
|
L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma kienx beħsiebhom joġġezzjonaw għalih. |
|
Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara għaliex qiegħda toġġezzjona għall-att delegat. |
|
|
4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
5. Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
|
_______________________ |
|
* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirrifletti l-Qbil Komuni dwar l-atti delegati bejn l-istituzzjonijiet. | |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 322 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat adottat skont dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 321(3). F’każ bħal dan, l-att m’għandux jibqa’ japplika. L-istituzzjoni li toġġezzjona għat-tali att delegat għandha tiddikjara r-raġunijiet tagħha għal dan. |
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat adottat skont dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 321(5). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirrifletti l-Qbil Komuni dwar l-atti delegati bejn l-istituzzjonijiet. | |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 323 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. [Meta jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha l-għajnuna tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli u għandha tapplika l-proċedura li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy](għandu jimtela wara li jiġi adottat ir-Regolament dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll, kif imsemmi fl-Artikolu 291(2) tat-TFUE, li qed jiġi diskuss dal-ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill).] |
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għajnuna ta’ kumitat li għandu jkun magħruf bħala l-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
1a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
2. Fil-każijiet ta’ urġenza li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 265, 266, 282 u 315(2) ta’ dan ir-Regolament, għandha tapplika l-proċedura li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy]. |
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti mudelli komuni dwar l-atti ta’ implimentazzjoni suġġetti għal kontrol mill-Istati Membri. | |
Emenda 41 Proposta għal regolament Anness V - parti A - sezzjoni III - punt 2 - subparagrafu 1a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jipproċedu għas-suddiviżjoni ta’ kull waħda mill-klassifikazzjonijiet li hemm provvediment għalihom fil-punti 1 u 2 f’massimu ta’ tliet klassijiet subordinati. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kodifikazzjoni tal-OKS trid issir abbażi ta’ dritt stabilit. Għaldaqstant għandu jiġi inkluż it-test sħiħ tal-Anness li diġà jeżisti. | |
Emenda 42 Proposta għal regolament Anness V - parti C - sezzjoni III | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-karkassi għandhom jiġu kklassifikati billi jiġu applikati d-dispożizzjonijiet mogħtija fil-punt A.III. mutatis mutandis. Madankollu, it-terminu “koxxa” mogħti fil-punt A.III.1 u fir-ringieli 3 u 4 tat-tabella mogħtija fil-punt A.III.2. għandu jinbidel bit-terminu “robbu ta’ wara”. |
1. Il-karkassi għandhom jiġu kklassifikati billi jiġu applikati d-dispożizzjonijiet mogħtija fil-punt A.III. mutatis mutandis. Madankollu, it-terminu “koxxa” mogħti fil-punt A.III.1 u fir-ringieli 3 u 4 tat-tabella mogħtija fil-punt A.III.2. għandu jinbidel bit-terminu “robbu ta’ wara”. |
|
2. B’deroga mill-punt 1, għall-ħrief li l-piż tal-karkassa tagħhom ikun inqas minn 13-il kilogramma, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 323, tawtorizza lill-Istati Membri jużaw il-kriterji ta’ klassifikazzjoni li ġejjin: |
|
(a) il-piż tal-karkassa; |
|
(b) il-kulur tal-laħam; |
|
(c) il-kopertura tax-xaħam. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kodifikazzjoni tal-OKS trid issir abbażi ta’ dritt stabilit. Għaldaqstant it-test sħiħ tal-Anness li diġà jeżisti, għandu jiġi inkluż u adattat għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona. |
- [1] ĠU C 132, 3.5.2011, p. 89.
NOTA SPJEGATTIVA
Preżentazzjoni ġenerali
Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tallinja r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar ll-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq Unika (OKS) bid-distinzjoni l-ġdida bejn is-setgħat delegati u dawk ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni introdotti bl-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Barra minn hekk, din il-proposta tinkludi, għal raġunijiet ta’ kompletezza, il-proposti għal modifiki tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li diġà ġewippreżentati separatament mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
L-Artikoli 290 u 291 TFUE jistabbilixxu distinzjoni ċara bejn is-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi, minn naħa waħda, u s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni, min-naħa l-oħra:
a) L-Artikolu 290 tat-TFUE dwar l-atti delegati jippermetti lil-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex temenda jew iżżid ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv.
b) L-Artikolu 291 tat-TFUE dwar l-atti ta’ implimentazzjoni jeħtieġ li l-Istati Membri jadottaw il-miżuri kollha tal-liġijiet nazzjonali li huma meħtieġa sabiex jimplimentaw atti legali tal-Unjoni li jkunu jorbtu legalment. Dawk l-atti jistgħu jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni f’każijiet fejn ikunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi sabiex jiġu implimentati.
L-allinjament propost tar-regolament (KE) Nru 1234/2007 dwar ir-rekwiżiti l-ġodda
huwa bbażat fuq kwalifika mill-Kummissjoni tas-setgħat eżistenti tagħha bħala “delegati” u “ta’ implimentazzjoni” fl-isfond tal-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni abbażi tas-setgħat attwali tagħha.
Il-proposta tipprovdi lil-Leġiżlatur bis-setgħa li jiddefinixxi l-elementi essenzjali tal-OKS. Pereżempju, l-għanijiet tal-miżuri ta’ intervent fis-suq, tas-sistema ta’ limiti tal-produzzjoni u tal-iskemi tal-għajnuna huma stabbiliti mil-Leġiżlatur. Bl-istess mod, il-Leġiżlatur jistabbilixxi l-prinċipju li tiġi stabbilita sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, l-elementi ewlenin tar-regoli marbutin mat-tqegħid fis-suq u mal-produzzjoni u l-prinċipju li jiġu applikati sanzjonijiet, tnaqqis u esklużjonijiet. Il-Leġiżlatur jipprovdi wkoll għall-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi għal setturi individwali.
Skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, il-Leġiżlatur jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tikkompleta jew li temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att delegat. Att ta' delega tal-Kummissjoni għalhekk jista' jiddetermina l-elementi addizzjonli meħtieġa għall-funzjonament xieraq tal-OKS. Pereżempju, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati sabiex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-operaturi biex jieħdu sehem fi skema, l-obbligi li jiġu mill-ħruġ ta’ liċenzja u, jekk ikun meħtieġ skont il-qagħda ekonomika, jekk ikunx hemm bżonn tingħata garanzija għall-ħruġ tal-liċenzji. Bl-istess mod, il-Leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta miżuri sabiex tistabbilixxi kriterji ta’ eliġibbiltà għall-prodotti f’dak li għandu x’jaqsam mal-intervent fis-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati dwar id-definizzjonijiet.
Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 291(2) TFUE, il-Leġiżlatur jista’ jagħti s-setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni rigward il-kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-OKS u qafas ġenerali ta’ kontrolli li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw.
Il-kwistjoni tal-Artikolu 43(3) TFUE – is-setgħat tal-Kunsill
L-Artikolu 43(3) tat-TFUE jgħid li “Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, l-imposti, l-għajnuna u l-limitazzjonijiet kwantitattivi (…)”. Din hija eċċezzjoni mill-Artikolu 43(2) tat-TFUE li jeħtieġ li tintuża l-proċedura leġiżlattiva ordinarja sabiex jiġu stabbiliti “l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli … kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-politika agrikola komuni”. Fil-fatt, it-Trattat ta’ Lisbona ttrasforma l-proċedura leġiżlattiva ordinarja fil-proċedura standard għall-applikazzjoni ta’ atti leġiżlattivi tal-UE. Bħala eċċezzjoni, l-Artikolu 43(3) tat-TFUE, għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi interpretat b’mod ristrett sabiex jiżgura li l-Leġiżlatur ikun jista’ jeżerċita l-prerogattivi leġiżlattivi tiegħu skont l-Artikolu 43(2) tat-TFUE. Dawn il-prerogattivi jinkludu li l-Leġiżlatur jirregola l-elementi fundamentali tal-politika agrikola komuni u li huwa jieħu d-deċiżjonijiet politiċi li jiffurmaw l-istruttura, l-istrumenti u l-effetti tagħha. F’dan il-kuntest, il-proċedura speċifika stabbilita fl-Artikolu 43(3) tat-TFUE għandha tiġi applikata biss f’każijiet fejn kwistjoni li tissemma f’dik id-dispożizzjoni ma tkunx tifforma parti mid-deċiżjonijiet fundamementali ta’ politika riżervati għal-Leġiżlatur skont l-Artikolu 43(2) tat-TFUE. Għaldaqstant, fejn kwistjoni bħal din tkun marbuta mas-sustanza politika tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mil-Leġiżlatur b’mod li ma tkunx tista’ tinfired minn magħhom, l-Artikolu 43(3) tat-TFUE m’għandux jiġi applikat.
Skont il-Kummissjoni, il-proposta tagħha hija bbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:
a) il-parametri strutturali u l-elementi fundamenti tal-PAK jistgħu jiġu deċiżi biss mil-Leġiżlatur (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill). Pereżempju, l-intervent pubbliku (inkluż qafas sabiex il-Kummissjoni tistabbilixxi ċerti prezzijiet ta’ intervent permezz ta’ proċedura ta’ sejħiet għall-offerti) u l-iskemi tal-kwoti tal-ħalib u taz-zokkor stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jibqgħu fil-livell tal-Leġiżlatur, minħabba li dawn l-elementi huma marbutin mad-definizzjoni tal-kontenut tal-iskema stabbilita mil-Leġiżlatur u mal-limiti ta’ din l-iskema b’mod li ma jistgħux jinfirdu minn magħhom.
b) il-miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, tad-dazji, tal-għajnuna u tal-limiti kwantitattivi kif imsemmi fl-Artikolu 43(3), li ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 43(2) tat-TFUE, għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill. Il-Kummissjoni tressaq proposta għal Regolament ibbażat fuq l-Artikolu 43(3) tat-TFUE f’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21 dwar il-kundizzjonijiet għall-għajnuna obbligatorja għall-ħżin privat tal-butir, tal-Artikolu 99 dwar ir-rifużjoni tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor, tal-Artikoli 101 u 102 dwar għajnuna mogħtija lis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, tal-Artikolu 108 dwar il-provvista ta’ prodotti tal-ħalib għall-istudenti, tal-Artikolu 155 dwar għajnuna mogħtija lis-settur tad-dud tal-ħarir, tal-Artikolu 273 dwar ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni u tal-Artikolu 281 dwar il-prezzijiet minimi tal-esportazzjoni għall-pjanti ħajjin. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Regolament li għandu jiġi propost ikun jipprevedi li l-kundizzjonijiet sabiex ikunu ffissati l-ammonti ta’ għajnuna, ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni u l-prezzijiet minimi tal-esportazzjoni għandhom ikunu stabbiliti mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(3) tat-TFUE u li l-ammonti tat-tali għajnuna, tat-tali rifużjonijiet u tat-tali livelli tal-prezzijiet għandhom ikunu ffissati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Fil-fatt, il-Kummissjoni, fil-11 ta’ April 2011, ippreżentat “proposta għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli (COM (2011) 193), abbażi tal-Artikolu 43(3) tat-TFUE. Permezz ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill għandu jistipula l-kriterji għall-iffissar tal-ammonti ta’ għajnuna, ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni u l-prezzijiet minimi tal-esportazzjoni u jħalli l-iffissar tal-ammonti ta’ tali għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet f’idejn il-Kummissjoni (permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni). Madankollu, fir-rigward tal-kontenut, il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill essenzjalment tirriproduċi d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament eżistenti Nru 1234/2007 dwar l-OKS Unika.
Pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur jikkunsidra li l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-OKS Unika ma rrispettatx il-prinċipju li l-Artikolu 43(3) tat-TFUE jeħtieġ li jiġi rrispettat b’mod ristrettiv. Id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet u l-kriterji biex jiġu ffissati l-ammonti ta’ għajnuna, ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni u l-prezzijiet minimi tal-esportazzjoni għandha tibqa’ f’idejn il-Leġiżlatur, filwaqt li l-Kummissjoni tkun responsabbli biss għall-iffissar tal-ammonti permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Għalhekk il-proposta tmur kontra l-prerogattivi tal-Leġiżlatur skont l-Artikolu 43(2) tat-TFUE.
Hemm bosta possibilitajiet biex tiġi indirizzata din il-problema fil-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-OKS Unika. Huwa possibbli li:
a) sempliċement titħassar kwalunkwe dispożizzjoni li tirreferi għall-Artikolu 43(3) tat-TFUE; dan ikollu l-effet li jġiegħel lill-Kunsill jinnegozja dwar il-problema, iżda m’huwiex “tfassil tal-liġi” sensibbli;
b) jiġu mmodifikati d-dispożizzjonijiet rilevanti billi titħassar ir-riferenza għall-Artikolu 43(3) tat-TFUE u tiddaħħal dispożizzjoni li l-Parlament u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet f’Regolament speċjali skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. dan ikollu l-għan li jiġi adottat Regolament speċjali ġdid dwar suġġetti li s’issa huma stipulati fl-OKS Unika, iżda li ma jkollu l-ebda ġustifikazzjoni reali.
c) jitħassru d-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-Artikolu 43(3) tat-TFUE u jiġu sostitwiti bil-kontenut rispettiv stipulat fil-proposta diġà msemmija tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill (li, kif enfasizzat hawn fuq, essenzjalment tirriproduċi d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament Nru 1234/2007 dwar l-OKS Unika). Dan l-approċċ huwa iktar pragmatiku u anki sensibbli mil-lat proċedurali (lege artis). Dan l-approċċ ġie segwit fl-abbozz ta’ rapport.
Emendi għal kwistjonijiet oħrajn
a) Emendi li jipprovaw jissostitwixxu atti ta’ implimentazzjoni b’atti delegati:
Termini bħlama huma “kundizzjonijiet”, “obbligi” u kwalunkwe tip ta’ “regoli” li jimplikaw obbigi jikkostitwixxu kliem li normalment jintuża għal atti delegati - mhux għal atti ta' implimentazzjoni. L-istess japplika għall-modifika ta’ elementi mhux essenzjali stipulati fl-att bażiku: għandhom jiġu mmodifikati biss permezz ta’ atti delegati (eż. fil-proposta tal-Kummissjoni dwar l-OKS Unika: id-dati, in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti paragrafi u l-miżuri għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza).
b) Bosta emendi għandhom l-għan li jirriflettu t-test standard li ntlaħaq qbil dwaru bejn l-Istituzzjonijiet (“il-Qbil Komuni dwar l-atti delegati bejn l-istituzzjonijiet” u “il-mudelli komuni dwar l-atti ta’ implimentazzjoni”).
Urġenza biex jiġi adottat ir-Regolament il-ġdid
Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza l-urġenza li jiġi adottat dan ir-Regolament il-ġdid kemm jista’ jkun malajr. Ir-riforma sostanzjali imminenti tal-OKS Unika (fil-qafas tar-Riforma ġenerali tal-PAK) tispiċċa mgħobbija bla bżonn b’negozjati li jkunu għadhom miftuħa dwar il-proposta ta' allinjament tal-Kummissjoni.
Il-prinċipju li għandu jiġi segwit huwa li għandu jintlaħaq bilanċ bejn il-bżonn li l-Kummissjoni taġixxi b'mod effiċjenti u espedjenti, fuq naħa waħda, u s-setgħat għad-dispożizzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill skont it-Trattat ta' Lisbona fir-rigward tal-proċess leġiżlattiv fuq in-naħa l-oħra. Ġeneralment ir-rapporteur ikun favorevoli għall-maġġoranza tal-għażliet tal-Kummissjoni għal atti delegati jew ta' implimentazzjoni u jemmen li l-Kummissjoni ressqet proposta bbilanċjata f'dan ir-rigward. Madankollu, kif spjegat hawn fuq, hemm emendi partikulari li jippruvaw jissostitwixxu atti ta’ implimentazzjoni b’atti delegati f’dispożizzjonijiet li jitrattaw il-kundizzjonijiet, l-obbligi u kwalunkwe tip ta’ regoli b'implikazzjoni ta' obbligi, peress li dan il-kliem normalment jintuża għal atti delegati, kif ukoll għall-modifika ta' elementi mhux essenzjali stipulati fl-att bażiku.
Emendi oħrajn, għajr għal xi ftit każijiet awtoevidenti, huma (kif spjegat hawn fuq) ta’ natura orizzontali, sabiex jiġi rifless kemm il-qbil milħuq bejn l-istituzzjonijiet dwar l-użu ta’ atti delegati, kif ukoll id-dħul fis-seħħ riċenti tar-Regolament dwar atti ta’ implimentazzjoni (Regolament (UE) Nru 182/2011 tas-16 Frar 2011).
PROĊEDURA
Titolu |
Organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) |
||||
Referenzi |
COM(2010)0799 – C7-0008/2011 – 2010/0385(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
21.12.2010 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 18.1.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Paolo De Castro 26.1.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
1.2.2011 |
21.6.2011 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
26.9.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 1 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Richard Ashworth, Liam Aylward, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Robert Dušek, Lorenzo Fontana, Iratxe García Pérez, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, James Nicholson, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Luís Paulo Alves, Spyros Danellis, Vincenzo Iovine, Giovanni La Via, Maria do Céu Patrão Neves, Jacek Włosowicz |
||||
Data tat-tressiq |
7.10.2011 |
||||