RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (Riformulazzjoni)

6.10.2011 - (07906/2/2011 – C7‑0250/2011 – 2008/0241(COD)) - ***II

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Karl-Heinz Florenz


Proċedura : 2008/0241(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0334/2011

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (Riformulazzjoni)

(07906/2/2011 – C7‑0250/2011 – 2008/0241(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (07906/2/2011 – C7‑0250/2011),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2009[1],

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Diċembru 2009[2],

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[3] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0810),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7‑0000/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(6) L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli bil-prevenzjoni ta’ skart WEEE bħala l-prijorità ewlenija, u barra dan, bl-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u forom oħra ta’ rkupru ta’ skart ta' dan it-tip sabiex tnaqqas ir-rimi ta’ skart u tikkontribwixxi għall-użu effiċjenti tar-riżorsi. Tfittex ukoll li ttejjeb ir-rendiment ambjentali tal-operaturi kollha involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ EEE, pereżempju l-produtturi, id-distributuri u l-konsumaturi u b'mod partikolari dawk l-operaturi involuti direttament fil-ġbir u t-trattament ta’ skart WEEE. B'mod partikolari, applikazzjonijiet nazzjonali differenti tal-prinċipju ta' responsabbiltà tal-produttur jistgħu jwasslu għal differenzi sostanzjali fil-piż finanzjarju fuq l-operaturi ekonomiċi. Politiki nazzjonali differenti dwar il-ġestjoni tal-WEEE jfixklu l-effikaċja tal-politiki ta’ riċiklaġġ. Għal dik ir-raġuni l-kriterji essenzjali għandhom jiġu stipulati fil-livell tal-Unjoni.

(6) L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli bil-prevenzjoni ta’ skart WEEE bħala l-prijorità ewlenija, u barra dan, bl-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u forom oħra ta’ rkupru ta’ skart ta' dan it-tip sabiex tnaqqas ir-rimi ta’ skart u tikkontribwixxi għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-irkupru ta' materja prima kritika. Tfittex ukoll li ttejjeb ir-rendiment ambjentali tal-operaturi kollha involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ EEE, pereżempju l-produtturi, id-distributuri u l-konsumaturi u b'mod partikolari dawk l-operaturi involuti direttament fil-ġbir u t-trattament ta’ skart WEEE. B'mod partikolari, applikazzjonijiet nazzjonali differenti tal-prinċipju ta' responsabbiltà tal-produttur jistgħu jwasslu għal differenzi sostanzjali fil-piż finanzjarju fuq l-operaturi ekonomiċi. Politiki nazzjonali differenti dwar il-ġestjoni tal-WEEE jfixklu l-effikaċja tal-politiki ta’ riċiklaġġ. Għal dik ir-raġuni l-kriterji essenzjali għandhom jiġu stipulati fil-livell tal-Unjoni, u għandhom jiġu żviluppati standards Ewropej għall-ġbir u t-trattament tal-WEEE.

Ġustifikazzjoni

Ristabbiliment tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. L-irkupru ta' materja prima kritika huwa aspett fundamentali ta' din id-Direttiva u għalhekk għandha ssir referenza speċifika għalih. L-iżvilupp ta' standards Ewropej fis-settur tal-ġbir u t-trattament tal-WEEE huwa wkoll ta' importanza għal riċiklaġġ effiċjenti u li jirrispetta l-ambjent.

Emenda  2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 9

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(9) Huwa neċessarju li jiġu inklużi għadd ta' definizzjonijiet f'din id-Direttiva sabiex jiġi definit il-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Madankollu, fil-qafas ta' reviżjoni tal-kamp ta' applikazzjoni, id-definizzjoni ta' EEE għandha tittejjeb billi tiġi ċċarata. Sakemm din tidher fil-leġislazzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw il-miżuri nazzjonali rilevanti u l-prassi stabbilita bħalissa, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti fid-Direttiva nnifisha u ċertament m'għandhomx iwasslu, bħala riżultat ta’ interpretazzjonijiet u prattiki nazzjonali differenti, għal frammentazzjoni tas-suq intern.

Emenda  3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 10

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(10) Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru ta' WEEE għandhom, fejn rilevanti, ikunu stabbiliti fil-qafas tal-miżuri li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE. Sabiex jiġu ottimizzati l-użu mill-ġdid u l-irkupru permezz tad-disinn tal-prodott, għandu jiġi kkunsidrat iċ-ċiklu ta' ħajja kollu tal-prodott.

(10) Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru ta' WEEE għandhom ikunu stabbiliti fil-qafas tal-miżuri li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE. Sabiex jiġu ottimizzati l-użu mill-ġdid u l-irkupru permezz tad-disinn tal-prodott, għandu jiġi kkunsidrat iċ-ċiklu ta' ħajja kollu tal-prodott.

Ġustifikazzjoni

L-impożizzjoni ta' rekwiżiti għall-ekodisinn fuq prodotti li jagħmlu użu mill-enerġija mhux biss hija rilevanti fir-rigward tal-konsum tal-enerġija ta' prodott, iżda twassal ukoll għal użu mill-ġdid aktar sempliċi, żarmar u riċiklaġġ ta' EEE. L-iżgurar li l-proċess tad-disinn ikopri wkoll il-fażi ta' riċiklaġġ tista' twassal għal żieda u titjib fir-riċiklaġġ u l-irkupru ta' materja prima. Għaldaqstant, dawn il-kriterji għandhom jiddaħħlu fid-Direttiva 2009/125/KE.

Emenda  4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 13

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(13) Il-ġbir separat huwa kundizzjoni ddeterminata minn qabel sabiex jiġi żgurat it-trattament speċifiku u r-riċiklaġġ tal-WEEE, u huwa meħtieġ biex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent fl-Unjoni. Il-konsumaturi għandhom jikkontribwixxu b'mod attiv għas-suċċess ta’ dan it-tip ta' ġbir u għandhom jiġu inkoraġġuti biex jirritornaw il-WEEE. Għal dan il-għan, faċilitajiet konvenjenti għandhom jitwaqqfu għar-ritorn tal-WEEE, inklużi punti pubbliċi ta’ ġbir, fejn djar privati għandhom ikunu jistgħu jirritornaw l-iskart tagħhom għall-inqas mingħajr ħlas. Id-distributuri għandhom rwol importanti biex jikkontribwixxu għas-suċess tal-ġbir tal-WEEE.

(13) Il-ġbir separat huwa kundizzjoni ddeterminata minn qabel sabiex jiġi żgurat it-trattament speċifiku u r-riċiklaġġ tal-WEEE, u huwa meħtieġ biex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent fl-Unjoni. Il-konsumaturi għandhom jikkontribwixxu b'mod attiv għas-suċċess ta’ dan it-tip ta' ġbir u għandhom jiġu inkoraġġuti biex jirritornaw il-WEEE. Għal dan il-għan, faċilitajiet konvenjenti għandhom jitwaqqfu għar-ritorn tal-WEEE, inklużi punti pubbliċi ta’ ġbir, fejn djar privati għandhom ikunu jistgħu jirritornaw l-iskart tagħhom għall-inqas mingħajr ħlas. Id-distributuri, il-muniċipalitajiet kif ukoll l-operaturi ta' faċilitajiet ta' rkupru kollha għandhom rwol importanti biex jikkontribwixxu għas-suċċess tal-ġbir u t-trattament tal-WEEE u għalhekk għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżi ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Ristabbiliment tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Id-distributuri, il-muniċipalitajiet u operaturi ta' faċilitajiet ta' rkupru kollha għandhom rwol importanti fis-suċċess tal-implimentazzjoni tad-Direttiva.

Emenda  5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 13 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(13a) Sabiex il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas ikun applikat bis-sħiħ, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-ispejjeż li jkollhom l-awtoritajiet (lokali) għall-ġbir tal-WEEE ma jgħaddux fuq min iħallas it-taxxi iżda jkunu riflessi fil-prezz tal-prodott.

Ġustifikazzjoni

Bħala konċessjoni għall-pożizzjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni, l-emenda għall-Artikolu 12(1) fit-test miftiehem mill-Parlament fl-ewwel qari (emenda 47) ġiet riveduta u ridotta għall-prinċipju essenzjali tagħha.

Emenda  6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 14

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(14) Sabiex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni u tal-għanijiet ambjentali armonizzati tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jimminimizzaw ir-rimi tal-WEEE bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat ta’ WEEE. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jħabirku biex iwaqqfu skemi ta’ ġbir effiċjenti, għandhom ikunu meħtieġa jiksbu livell għoli ta’ ġbir ta’ WEEE, b'mod partikolari għal tagħmir ta' tkessiħ u ffriżar li jkun fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra fluworinati, minħabba l-impatt qawwi li għandhom fuq l-ambjent u fid-dawl tal-obbligi fir-Regolament (KE) 1005/2009 u r-Regolament (KE) 842/2006. Id-dejta inkluża fil-valutazzjoni tal-impatt turi li 65 % tal-EEE mqiegħed fis-suq, illum diġà qiegħed jinġabar separatament, iżda aktar min-nofsu huwa potenzjalment l-oġġett ta' trattament mhux xieraq u esportazzjoni illegali. Dan iwassal għal nuqqas importanti ta' materja prima sekondarja u degradazzjoni ambjentali. Sabiex dan jiġi evitat jenħtieġ li titwaqqaf mira ta' ġbir ambizzjuża. Jixraq li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għal vjeġġi ta' skart ta' EEE użat issuspettat li kien WEEE, b'applikazzjoni ta' liema l-Istati Membri jistgħu iqisu kwalunkwe Linji Gwida rilevanti tal-Korrispondenti mfassla fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart.

(14) Sabiex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni u tal-għanijiet ambjentali armonizzati tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jimminimizzaw ir-rimi tal-WEEE bħala skart muniċipali mhux isseparat u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat ta’ WEEE. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jħabirku biex iwaqqfu skemi ta’ ġbir effiċjenti, għandhom ikunu meħtieġa jiksbu livell għoli ta’ ġbir ta’ WEEE, b'mod partikolari għal tagħmir ta' tkessiħ u ffriżar li jkun fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra fluworinati, minħabba l-impatt qawwi li għandhom fuq l-ambjent u fid-dawl tal-obbligi fir-Regolament (KE) 1005/2009 u r-Regolament (KE) 842/2006. Id-dejta inkluża fil-valutazzjoni tal-impatt turi li 65 % tal-EEE mqiegħed fis-suq, illum diġà qiegħed jinġabar separatament, iżda aktar min-nofsu huwa potenzjalment l-oġġett ta' trattament mhux xieraq u esportazzjoni illegali, jew jiġi ttrattat kif suppost iżda l-ammonti ttrattati ma jiġux irrappurtati. Dan iwassal għal nuqqas importanti ta' materja prima sekondarja, degradazzjoni ambjentali u l-għoti ta’ dejta inkonsistenti. Sabiex dan jiġi evitat, huwa neċessarju li titwaqqaf mira ta' ġbir ambizzjuża, li tobbliga lill-atturi kollha li jiġbru l-WEEE jiżguraw li t-trattament tiegħu ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u li tirrikjedilhom jirrappurtaw l-ammonti miġbura, ikklerjati u trattati. Huwa ta’ importanza fundamentali li l-Istati Membri jiżguraw li din id-Direttiva tiġi infurzata b'mod effettiv, partikolarment fir-rigward tal-kontrolli fuq EEE użat esportat barra mill-Unjoni. Jixraq li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għal vjeġġi ta' skart ta' EEE użat issuspettat li kien WEEE, b'applikazzjoni ta' liema l-Istati Membri jistgħu iqisu kwalunkwe Linji Gwida rilevanti tal-Korrispondenti mfassla fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart.

Ġustifikazzjoni

Ristabbiliment tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Il-ġbir ta' dejta konsistenti huwa importanti għall-infurzar tad-Direttiva u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tagħha. Kull attur involut fil-ġbir u t-trattament irid ikun konformi mad-Direttiva. Il-kontroll tat-trasport ta' WEEE huwa fundamentali sabiex jitrażżan il-vjeġġ illegali.

Emenda  7

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 15 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(15a) Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Sanitarji Emerġenti u Identifikati Reċentement, fl-opinjoni tiegħu dwar 'Il-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Prodotti tan-Nanoteknoloġija' tad-19 ta' Jannar 2009, stqarr li l-espożizzjoni għal nanomaterjali li huma integrati sew fi strutturi kbar, pereżempju f'ċirkuwiti elettroniċi, jista' jseħħ fil-fażi tar-rimi jew tar-riċiklaġġ tal-iskart. Biex jiġu kkontrollati r-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mit-trattament ta' WEEE li fihom nanomaterjali, jista' jkun hemm il-ħtieġa ta' trattament selettiv. Ikun xieraq li l-Kummissjoni tivvaluta jekk it-trattament selettiv għandux jiġi applikat għan-nanomaterjali rilevanti.

Ġustifikazzjoni

In-nanomaterjali qed jintużaw dejjem aktar fit-tagħmir elettriku u elettroniku. Filwaqt li ħafna applikazzjonijiet jistgħu ma joħolqux problemi waqt it-trattament, ċerti nanomaterjali jistgħu joħolqu problemi, pereżempju nanotubi tal-karbonju, li dwar uħud minnhom hemm suspett li għandhom karatteristiċi bħal tal-asbestos, jew in-nanofidda. Ikun aħjar li wieħed jevalwa s-sitwazzjoni biex jara jekk hemmx il-ħtieġa ta' azzjoni milli jinjoraha. Dan huwa konformi mal-pożizzjoni tal-PE dwar l-aspetti regolatorji tan-nanomaterjali tal-2009. (Ristabbiliment tal-emenda 101 tal-ewwel qari).

Emenda  8

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 17

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(17) L-irkupru, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' tagħmir għandhom jingħaddew lejn l-ilħiq tal-miri stabbiliti f’din id-Direttiva biss jekk dak l-irkupru, preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew riċiklaġġ ma jmorrux kontra leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli għat-tagħmir.

(17) L-irkupru, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' tagħmir għandhom jingħaddew lejn l-ilħiq tal-miri stabbiliti f’din id-Direttiva biss jekk dak l-irkupru, preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew riċiklaġġ ma jmorrux kontra leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli għat-tagħmir. L-iżgurar ta' rkupru u preparazzjoni adegwati għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ tagħmir huwa ta' importanza sabiex tiġi żgurata ġestjoni għaqlija tar-riżorsi u dan jottimizza l-provvista tar-riżorsi.

Ġustifikazzjoni

Ristabbiliment tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. L-irkupru effiċjenti tal-WEEE huwa kruċjali kemm għall-ħarsien tal-ambjent kif ukoll għall-irkupru ta' materja prima.

Emenda  9

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 19

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(19) L-utenti ta’ EEE minn djar privati għandu jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw il-WEEE għall-inqas mingħajr ħlas. Produtturi għandhom jiffinanzjaw tal-anqas il-ġbir u t-trattament, l-irkupru u r-rimi tal-WEEE. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-produtturi biex jieħdu r-responsabbiltà sħiħa għall-ġbir tal-WEEE b'mod partikolari billi jiffinanzjaw il-ġbir tal-WEEE tul il-katina tal-iskart kollha, inkluż minn djar privati, sabiex jevitaw li l-WEEE li jinġabar separatament isir l-oġġett ta' trattament substandard kif ukoll l-esportazzjoni illegali, biex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd billi l-finanzjament tal-produtturi jiġi armonizzat madwar l-Unjoni kollha u, sabiex il-ħlas għall-ġbir ta' dan l-iskart ma jibqax isir minn dawk li jħallsu t-taxxa iżda mill-konsumaturi tal-EEE u sabiex il-finanzjament ikun konformi mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas. Sabiex jingħata effett massimu lill-kunċett ta’ responsabbiltà tal-produttur, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-iskart mill-prodotti tiegħu stess. Il-produttur għandu jkun jista’ jagħżel li jwettaq dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. Meta jqiegħed prodott fis-suq, kull produttur għandu jipprovdi garanzija finanzjarja biex jipprevjeni li l-ispejjeż għall-ġestjoni tal-WEEE minn prodotti orfni jiġġarrbu mis-soċjetà jew mill-bqija tal-produtturi. Ir-responsabbiltà għall-finanzjament tal-ġestjoni ta’ skart storiku għandha tinqasam bejn il-produtturi kollha eżistenti fi skemi ta’ finanzjament kollettivi li għalihom il-produtturi kollha li jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż jikkontribwixxu proporzjonalment. Skemi ta’ finanzjament kollettivi ma għandux ikollhom l-effett li jeskludu produtturi ta' prodotti speċjalizzati (niche) u ta’ volumi żgħar, importaturi u dawk li jidħlu ġodda.

(19) L-utenti ta’ EEE minn djar privati għandu jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw il-WEEE għall-inqas mingħajr ħlas. Produtturi għandhom għalhekk jiffinanzjaw il-ġbir minn faċilitajiet ta' ġbir u t-trattament, l-irkupru u r-rimi tal-WEEE. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-partijiet interessati kollha involuti fil-ġestjoni ta’ WEEE sabiex jgħinu biex jintlaħaq l-objettiv ta' din id-Direttiva, sabiex jevitaw li l-WEEE li jinġabar separatament isir l-oġġett ta' trattament substandard kif ukoll l-esportazzjoni illegali. Sabiex il-ħlas għall-ġbir ta' dan l-iskart ma jibqax isir minn dawk li jħallsu t-taxxa iżda mill-konsumaturi tal-EEE u sabiex il-finanzjament ikun konformi mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-produtturi biex jittrattaw il-WEEE miġbur kollu. Sabiex jiġi ffaċilitat trattament regolari, il-konsumaturi għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li l-EEE fi tmiem il-ħajja tiegħu jittieħed fil-faċilitajiet tal-ġbir. Sabiex jingħata effett massimu lill-kunċett ta’ responsabbiltà tal-produttur, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-iskart mill-prodotti tiegħu stess. Il-produttur għandu jkun jista’ jagħżel li jwettaq dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. Meta jqiegħed prodott fis-suq, kull produttur għandu jipprovdi garanzija finanzjarja biex jipprevjeni li l-ispejjeż għall-ġestjoni tal-WEEE minn prodotti orfni jiġġarrbu mis-soċjetà jew mill-bqija tal-produtturi. Ir-responsabbiltà għall-finanzjament tal-ġestjoni ta’ skart storiku għandha tinqasam bejn il-produtturi kollha eżistenti permezz ta' skemi ta’ finanzjament kollettivi li għalihom il-produtturi kollha li jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż jikkontribwixxu proporzjonalment. Skemi ta’ finanzjament kollettivi ma għandux ikollhom l-effett li jeskludu produtturi ta' prodotti speċjalizzati (niche) u ta’ volumi żgħar, importaturi u dawk li jidħlu ġodda. Fil-każ ta' prodotti li għandhom ċiklu ta' ħajja twil, u li issa huma koperti mid-Direttiva, bħal pereżempju pannelli fotovoltajċi, għandu jsir l-aħjar użu possibbli tas-sistemi eżistenti għall-ġbir u r-riċiklaġġ, ġaladarba r-rekwiżiti korrispondenti għal din id-Direttiva jiġu rispettati. B'mod partikulari, m'għandux ikun ostakolat l-operat ta' sistemi kkonsolidati madwar l-Unjoni, fid-dawl tal-konsistenza tagħhom mal-miri tas-suq intern.

Ġustifikazzjoni

Ristabbiliment tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Is-sistemi eżistenti u ppruvati għall-ġbir tal-WEEE għandhom jinżammu. F'termini ta' tfassil tat-tagħmir jew benefiċċji ambjentali, l-iffinanzjar tal-ġbir mid-djar huwa irrilevanti, u t-tibdil fil-qsim tal-piżijiet ma jiggarantixxix rata ogħla ta’ ġbir. Barra minn hekk m’għandhiex tiġi injorata r-responsabbiltà tal-konsumatur li jara li jarmi b’mod adegwat it-tagħmir li m’għadx għandu użu.

Emenda  10

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 20

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(20) Il-produtturi għandhom jitħallew juru lix-xerrejja, fuq bażi volontarja waqt il-bejgħ ta’ prodotti ġodda, l-ispejjeż tal-ġbir, it-trattament u r-rimi tal-WEEE b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Dan huwa konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Produzzjoni u Konsum Sostenibbli u Pjan ta' Azzjoni ta' Politika Industrijali Sostenibbli b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' konsum aktar intelliġenti u akkwist pubbliku ekoloġiku.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-ispejjeż tal-ġbir u tat-trattament għandhom ikunu inkorporati fil-prezz tal-prodott sabiex ikun hemm inċentiv biex jitnaqqsu dawk l-ispejjeż. Ir-rati fissi la jirriflettu l-ispejjeż attwali ta’ prodott fit-tmiem tal-ħajja operattiva tiegħu u lanqas l-impatt ambjentali tiegħu. B’hekk, fl-aħħar mill-aħħar, il-konsumatur ma jirċevix informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ riċiklaġġ u l-ispejjeż reali tat-trattament tal-iskart.

Emenda  11

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 25

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(25) Tagħrif dwar il-piż ta’ EEE mqiegħed fis-suq fl-Unjoni u r-rati ta’ ġbir, tħejjija għall-użu mill-ġdid, inkluż safejn ikun possibbli preparazzjoni għal użu mill-ġdid ta’ tagħmir sħiħ , irkupru jew riċiklaġġ u esportazzjoni tal-WEEE miġbura skont din id-Direttiva huwa meħtieġ sabiex jiġi mmonitorjat il-ksib tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Għall-finijiet tal-kalkolu tar-rati ta' ġbir, għandha tiġi żviluppata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-EEE biex jiġi ċċarat, inter alia, li dan it-terminu jinkludi l-piż reali tat-tagħmir kollu fl-għamla li fih jitqiegħed fis-suq, inklużi l-komponenti, is-submontaturi, l-aċċessorji u l-oġġetti tal-konsum kollha iżda esklużi l-imballaġġ, il-batteriji, l-istruzzjonijiet għall-użu u l-manwali;

(25) Tagħrif dwar il-piż ta’ EEE mqiegħed fis-suq fl-Unjoni u r-rati ta’ ġbir, tħejjija għall-użu mill-ġdid, inkluż safejn ikun possibbli preparazzjoni għal użu mill-ġdid ta’ tagħmir sħiħ , irkupru jew riċiklaġġ u esportazzjoni tal-WEEE miġbura skont din id-Direttiva huwa meħtieġ sabiex jiġi mmonitorjat il-ksib tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Għall-finijiet tal-kalkolu tar-rati ta' ġbir, għandha tiġi żviluppata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-EEE biex jiġi żgurat, inter alia, jekk dan it-terminu jinkludix il-piż reali tat-tagħmir kollu fl-għamla li fih jitqiegħed fis-suq, inklużi l-komponenti, is-submontaturi, l-aċċessorji u l-oġġetti tal-konsum kollha iżda esklużi l-imballaġġ, il-batteriji, l-istruzzjonijiet għall-użu u l-manwali;

Emenda  12

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 27

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(27) L-Istati Membri għandhom jiżguraw fluss adegwat ta' tagħrif sabiex ikun possibbli li din id-Direttiva tiġi implimentata f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tas-suq intern, jiġifieri fir-rigward li tiġi evitata kwalunkwe repetizzjoni ta' rekwiżiti għall-produtturi.

(27) Biex jitneħħew l-ostakoli li qed ixekklu l-funzjonament adegwat tas-suq intern, il-piżijiet amministrattivi għandhom jitnaqqsu permezz tal-armonizzazzjoni tar-reġistrazzjoni u l-proċeduri tar-rappurtar u billi ma jitħalliex li jkun hemm ħlasijiet multipli għal reġistrazzjonijiet multipli fi Stati Membri individwali. B’mod partikolari, produttur ma għandux jibqa’ obbligat li jkollu uffiċċju prinċipali fi Stat Membru li fih irid iqiegħed EEE fis-suq. Minflok, il-ħatra ta' rappreżentant lokali u legali b’uffiċċju f'dak l-Istat Membru għandha tkun biżżejjed.

Ġustifikazzjoni

L-esperjenza b’rabta mad-Direttiva fis-seħħ dwar il-WEEE wriet li l-kundizzjonijiet differenti għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar fis-27 Stat Membru wasslu għal piż burokratiku kbir u spejjeż mhux mistennija. Skont l-evalwazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, jistgħu jiġu evitati spejjeż burokratiċi ta' EUR 66 miljun fis-sena. Għalhekk għandu jsir iktar progress fl-armonizzazzjoni tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar kif ukoll fl-interoperabilità tar-reġistri nazzjonali fl-interess tal-funzjonament tas-suq intern. Ristabbiliment tal-pożizzjoni tal-Parlament.

Emenda  13

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 28

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(28) Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-adattament tal-Annessi IV, VII, VIII u IX għall-progress xjentifiku u tekniku, u l-adozzjoni ta' regoli li jissupplimentaw ir-regoli li jinsabu f'din id-Direttiva dwar rekwiżiti tekniċi għall-ġbir u dak li huwa ekwivalenti għat-trattament tal-iskart meta l-iskart jinġarr barra mill-Unjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal l-atti delegati, għadha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lil-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(28) Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji dwar rati ta' ġbir u l-metodu li jiddetermina il-volum tal-iskart skont il-piż; għall-finijiet tal-adozzjoni ta' regoli li jissupplimentaw ir-regoli li jinsabu f'din id-Direttiva dwar rekwiżiti tekniċi għall-ġbir u dak li huwa ekwivalenti għat-trattament tal-iskart meta l-iskart jinġarr barra mill-Unjoni, dwar ir-rekwiżiti minimi u l-metodoloġija għall-kalkolu ta' garanziji finanzjarji, għad-definizzjoni ta' 'tagħmir WEEE żgħir ħafna' kif ukoll ta' 'mikrointrapriżi li joperaw fuq superfiċi ta' daqs żgħir ħafna'; għall-finijiet tal-adattament tal-Annessi IV, VII, VIII u IX għall-progress xjentifiku u tekniku; u għall-finijiet tal-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar l-ispezzjoni u l-monitoraġġ. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa telenka l-atti delegati kollha stabbiliti fid-Direttiva. Ristabbiliment tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

Emenda  14

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni tal-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u bit-tnaqqis tal-impatti ġenerali mill-użu ta' riżorsi u t-titjib tal-effiċjenza f'dan it-tip ta' użu.

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni tal-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u bit-tnaqqis tal-impatti negattivi mill-użu ta' riżorsi u t-titjib tal-effiċjenza f'dan it-tip ta' użu skont l-Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2008/98/KE. Din id-Direttiva tesiġi li l-operaturi kollha involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ xi prodott itejbu l-istandards ambjentali tagħhom, u b'hekk tikkontribwixxi għal produzzjoni u rkupru sostenibbli.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-prinċipji li jsostnu id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (prinċipji dwar il-prevenzjoni tal-iskart u l-ġerarkija tal-iskart) kienet inkluża biss fi Premessa 6. Billi d-Direttiva oriġinali tal-WEEE enfasizzat ir-responsabbiltà tal-partijiet interessati kollha sabiex jipproteġu l-ambjent, id-Direttiva riformulata għandha ċertament tagħmel l-istess. Id-Direttiva WEEE tal-2003 tipprevedi titjib tar-rendiment ambjentali tal-operaturi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-EEE jew il-WEEE bis-saħħa ta’ approċċ komprensiv għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu. Dan l-aspett tal-leġiżlazzjoni għandu jinżamm, u għaldaqstant m’għandux jitneħħa mill-Artikolu 1.

Emenda  15

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Din id-Direttiva għandha tapplika għal tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) kif ġej:

Din id-Direttiva, suġġetta għall-paragrafu 3, għandha tapplika għall-EEE kollu.

(a) minn ...[4]* sa ...[5]**(perijodu tranżitorju) għal EEE li jaqa' fil-kategoriji mniżżlin fl-Anness I. L-Anness II fih lista indikattiva ta' EEE li jaqa’ fil-kategoriji mniżżlin fl-Anness I.

 

(b) minn ...[6]*** għal EEE li jaqa' fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness III. L-Anness IV fih lista indikattiva ta' EEE li jaqa’ fil-kategoriji mniżżlin fl-Anness III.

 

________

 

* ĠU: daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

** ĠU: daħħal id-data - 6 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

*** ĠU: daħħal id-data - 6 snin u jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

 

Ġustifikazzjoni

L-hekk imsejjaħ kamp ta’ applikazzjoni “miftuħ” iwassal għal ċertezza legali akbar, li huwa għan essenzjali tar-reviżjoni tad-Direttiva, peress li, bażikament, l-EEE kollu huwa inkluż. Ir-raggruppament f’kategoriji strett ta' tagħmir wassal għal interpretazzjonijiet differenti wisq fl-Istati Membri, ħaġa li għandha tiġi evitata. Barra minn hekk, jista' jittieħed kont tal-prodotti l-ġodda mingħajr ma dan ikun jeħtieġ reviżjoni tad-Direttiva, sabiex dawn jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni.

Emenda  16

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 - paragrafu 3 - parti introduttorja

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Matul il-perijodu transizzjonali speċifikat fil-paragrafu 1, din id-Direttiva ma għandha tapplika għall-ebda wieħed mill-EEE li ġej:

3. Din id-Direttiva ma għandha tapplika għall-ebda wieħed mill-EEE li ġej:

Ġustifikazzjoni

B'referenza għall-emenda għall-Artikolu 2(1), huwa neċessarju li mal-kamp ta' applikazzjoni miftuħ, il-leġiżlatur jiddetermina wkoll l-eċċezzjonijiet għar-regoli.

Emenda  17

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ca) tagħmir iddisinnjat biex jintbagħat fl-ispazju;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ma tinvolvix tibdil fil-kontenut tad-Direttiva, iżda biss tibdil fil-pożizzjoni fil-paragrafu tal-Artikolu 2 (ara wkoll l-emenda għall-Artikolu 2(4)).

Emenda  18

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 - paragrafu 3 – punt c b (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(cb) għodod industrijali fissi fuq skala kbira;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ma tinvolvix tibdil fil-kontenut tad-Direttiva, iżda biss tibdil fil-pożizzjoni fil-paragrafu tal-Artikolu 2 (ara wkoll l-emenda għall-Artikolu 2(4)).

Emenda  19

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c c (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(cc) installazzjonijiet fissi fuq skala kbira, ħlief dawk il-partijiet li huma moduli tad-dawl u fotovoltajċi;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun hemm esklużjoni għall-installazzjonijiet fissi fuq skala kbira, iżda hemm xi partijiet ta' dawk l-installazzjonijiet li għandhom jibqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva. Dan jikkonċerna speċjalment il-moduli tad-dawl u fotovoltajċi, li jistgħu jinbiegħu apparti mill-installazzjoni sħiħa u l-produttur tagħhom ma jkunx neċessarjament jaf l-użu finali tagħhom.

Emenda  20

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c d (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(cd) mezzi tat-trasport għal persuni u merkanzija, esklużi vetturi elettriċi b'żewġ roti li mhumiex tat-tip approvat;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ma tinvolvix tibdil fil-kontenut tad-Direttiva, iżda biss tibdil fil-pożizzjoni fil-paragrafu tal-Artikolu 2 (ara wkoll l-emenda għall-Artikolu 2(4)).

Emenda  21

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c e (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ce) makkinarju mobbli mhux tat-triq esklussivament disponibbli għall-użu professjonali;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ma tinvolvix tibdil fil-kontenut tad-Direttiva, iżda biss tibdil fil-pożizzjoni fil-paragrafu tal-Artikolu 2 (ara wkoll l-emenda għall-Artikolu 2(4)).

Emenda  22

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 3 - punt c f (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(cf) tagħmir iddisinnjat speċifikament u esklussivament għall-finijiet ta' riċerka u żvilupp, li huwa disponibbli biss fuq bażi minn negozju għal negozju ieħor;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ma tinvolvix tibdil fil-kontenut tad-Direttiva, iżda biss tibdil fil-pożizzjoni fil-paragrafu tal-Artikolu 2 (ara wkoll l-emenda għall-Artikolu 2(4)).

Emenda  23

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 3 - punt c g (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(cg) apparat mediku u apparat mediku djanjostiku in vitro, meta dan l-apparat ikun mistenni li jkun infettiv qabel tmiem il-ħajja tiegħu, u apparat mediku attiv li jista' jiġi impjantat.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ma tinvolvix tibdil fil-kontenut tad-Direttiva, iżda biss tibdil fil-pożizzjoni fil-paragrafu tal-Artikolu 2 (ara wkoll l-emenda għall-Artikolu 2(4)).

Emenda  24

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Flimkien mat-tagħmir speċifikat fil-paragrafu 3, minn ... din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-EEE li ġej:

imħassar

(a) tagħmir iddisinnjat biex jintbagħat fl-ispazju;

 

(b) għodod industrijali fissi ta' skala kbira;

 

(c) installazzjonijiet fissi ta' skala kbira;

 

(d) mezzi tat-trasport għal persuni u merkanzija, esklużi vetturi elettriċi b'żewġ roti li mhumiex tat-tip approvat;

 

(e) makkinarju mobbli mhux tat-triq esklussivament disponibbli għall-użu professjonali;

 

(f) tagħmir iddisinnjat speċifikament esklussivament għall-finijiet ta' riċerka u żvilupp li huwa disponibbli biss fuq bażi minn negozju għal negozju ieħor;

 

(g) apparat mediku u apparat mediku djanjostiku in vitro, meta dan l-apparat ikun mistenni li jkun infettiv qabel tmiem il-ħajja tiegħu, u apparat mediku attiv li jista' jiġi impjantat.

 

________

 

* ĠU: daħħal id-data - 6 snin u jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

 

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-kamp ta' applikazzjoni miftuħ, huwa essenzjali li l-leġiżlatur issa jfassal lista tal-eċċezzjonijiet. Din l-emenda ma tinvolvix tibdil fil-kontenut tad-Direttiva, iżda biss tibdil fil-pożizzjoni fil-paragrafu tal-Artikolu 2 (ara wkoll l-emenda għall-Artikolu 2(3)).

Emenda  25

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Mhux aktar tard minn ... il-Kummissjoni għandha tanalizza l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva mniżżel fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ...*, inklużi l-parametri għad-distinzjoni bejn tagħmir kbir u żgħir fl-Anness III, u għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandujiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva, jekk adatt.

Mhux aktar tard minn ... u wara dan kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tanalizza l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

________

_______

* ĠU: daħħal id-data - 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

*5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Ristabbiliment tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

Emenda  26

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

"makkinarju mobbli mhux tat-triq" tfisser makkinarju, attrezzat b'sors tal-enerġija, li t-tħaddim tiegħu jkun jeħtieġ jew mobbiltà jew moviment kontinwu jew semi-kontinwu bejn suċċessjoni ta' postijiet ta' ħidma fissi waqt li jkun qieħed jaħdem.

(d) "makkinarju mobbli mhux tat-triq" tfisser makkinarju li t-tħaddim tiegħu jkun jeħtieġ jew mobbiltà waqt li jkun qiegħed jaħdem jew moviment kontinwu jew semi-kontinwu bejn suċċessjoni ta' postijiet ta' ħidma fissi, jew makkinarju mħaddem mingħajr ma jitmexxa, imma li jista’ jkun mgħammar b’tali mod li jkun jista’ jitmexxa mingħajr xkiel minn post għall-ieħor;

Ġustifikazzjoni

Makkinarji li huma identiċi kemm fil-kostruzzjoni, fil-materjal u fil-funzjoni, u huma differenti biss fil-mod kif jitħaddmu, jekk hux bid-dawl jew b'sors ta' enerġija indipendenti, ma għandhomx ikunu ttrattati b'mod differenti. Barra minn dan, fil-każ ta' ċerti proċessi tal-produzzjoni l-makkinarju involut irid ikun mobbli, inkella il-katina tal-produzzjoni ma tiffunzjonax b'mod tajjeb jew ma tiffunzjonax totalment. Dawn il-makkinarji però ma jiċċaqalqux waqt li jkunu qed jintużaw.

Emenda  27

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(f) 'produttur' tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li, irrispettivament mill-metodu ta’ bejgħ użat, inkluż komunikazzjoni mill-bogħod skont id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni ta’ konsumaturi rigward kuntratti li jsiru mill-bogħod :

(f) 'produttur' tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li, irrispettivament mill-metodu ta’ bejgħ użat, inkluż komunikazzjoni mill-bogħod skont id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni ta’ konsumaturi rigward kuntratti li jsiru mill-bogħod :

(i) li hi stabilita fi Stat Membru u li timmanifattura EEE f'isimha stess jew f'isem it-trademark tagħha, jew għandha EEE ddiżinjat jew immanifatturat u tikkumerċjalizzah f'isimha jew f'isem it-trademark tagħha fit-territorju ta' dak l-Istat Membru,

(i) li hi stabilita fl-Unjoni u li timmanifattura EEE f'isimha stess jew f'isem it-trademark tagħha, jew għandha EEE ddiżinnjat jew immanifatturat u tikkumerċjalizzah f'isimha jew f'isem it-trademark tagħha ġewwa l-Unjoni,

(ii) li hi stabilita fi Stat Membru u li terġa’ tbiegħ fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, f'isimha jew f'isem it-trademark tagħha stess, tagħmir prodott minn fornituri oħrajn, fejn wieħed li jbiegħ mill-ġdid ma jitqiesx bħala l-'produttur' jekk id-ditta tal-produttur tidher fuq it-tagħmir, kif stipulat fil-punt (i),

(ii) li hi stabilita fl-Unjoni u li terġa’ tbigħ fit-territorju tal-Unjoni, f'isimha jew f'isem it-trademark tagħha stess, tagħmir prodott minn fornituri oħrajn, fejn wieħed li jbiegħ mill-ġdid ma jitqiesx bħala l-'produttur' jekk id-ditta tal-produttur tidher fuq it-tagħmir, kif stipulat fil-punt (i),

li hi stabilita fi Stat Membru u li tqiegħed fis-suq ta' dak l-Istat Membru, fuq bażi professjonali, EEE minn pajjiż terz jew minn Stat Membru ieħor, jew

(iii) li hi stabilita fl-Unjoni u li tqiegħed fis-suq tal-Unjoni fuq bażi professjonali, EEE minn pajjiż terz, jew

(iv) li tbiegħ EEE permezz ta' komunikazzjoni minn distanza direttament lid-djar jew lill-utenti privati, minbarra d-djar privati, fi Stat Membru, u li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor jew f'xi pajjiż terz.

(iv) li tbiegħ EEE permezz ta' komunikazzjoni minn distanza direttament lid-djar jew lill-utenti privati, minbarra d-djar privati, fi Stat Membru, u li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor jew f'xi pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

Skont l-evalwazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, l-għażla tal-approċċ Ewropew tista' twassal għall-iffrankar ta' EUR 66 miljun fis-sena, b'riżultat tat-tnaqqis fil-burokrazija. Il-bejgħ dirett mill-bogħod huwa aspett importanti f'din il-kwistjoni u għalhekk għandu jkun ikkunsidrat aktar mill-qrib. Hawn ukoll, madankollu, jeħtieġ approċċ Ewropew: il-fabbrikanti għandu jeħtiġilhom jirreġistraw darba. L-emenda għall-Artikolu 17 tkopri dawn il-punti. Il-Parlament Ewropew jitlob għal simplifikazzjoni tal-bejgħ ta’ EEE permezz ta’ bejgħ mill-bogħod (L-ikkompletar tas-Suq Intern għall-Kummerċ elettroniku [2010/2012(INI]).

Emenda  28

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt j

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(j) "tagħmel disponibbli fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq ta' Stat Membru tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(j) "tagħmel disponibbli fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

Ġustifikazzjoni

Permezz ta' definizzjoni fuq livell nazzjonali ta' 'tagħmel disponibbli fis-suq' se jinħolqu ostakli burokratiċi kbar u għaldaqstant anki spejjeż li se jxekklu b'mod konsiderevoli l-funzjonament adegwat tas-suq intern. Skont l-evalwazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, permezz tat-tnaqqis fil-burokrazija, l-iffrankar fl-ispejjeż jista' jlaħħaq għal EUR 66 miljun fis-sena, jekk jintgħażel l-approċċ Ewropew.

Emenda  29

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(k) "tqiegħed fis-suq" tfisser l-ewwel darba li prodott ikun disponibbli fis-suq fit-territorju ta' Stat Membru fuq bażi professjonali ;

(k) "tqiegħed fis-suq" tfisser l-ewwel darba li prodott ikun disponibbli fis-suq tal-Unjoni fuq bażi professjonali;

Ġustifikazzjoni

Permezz ta' definizzjoni fuq livell nazzjonali ta' 'tqiegħed fis-suq' se jinħolqu ostakli burokratiċi kbar u għaldaqstant anki spejjeż li se jxekklu b'mod konsiderevoli l-funzjonament adegwat tas-suq intern. Skont l-evalwazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, permezz tat-tnaqqis fil-burokrazija, l-iffrankar fl-ispejjeż jista' jlaħħaq għal EUR 66 miljun fis-sena, jekk jintgħażel l-approċċ Ewropew.

Emenda  30

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 – paragrafu 1 - punt l

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(l) "tneħħi" tfisser trattament manwali, mekkaniku, kimiku jew metallurġiku bir-riżultat li sustanzi perikolużi, taħlitiet u komponenti jkunu kontentuti fi fluss identifikabbli jew ikunu parti identifikabbli minn fluss. Sustanza, taħlita jew komponent huma identifikabbli jekk jistgħu jiġu mmonitorjati biex jistabbilixxu jekk it-trattament huwiex sikur għall-ambjent;

(l) "tneħħi" tfisser trattament manwali, mekkaniku, kimiku jew metallurġiku bir-riżultat li sustanzi perikolużi, taħlitiet u komponenti jkunu kontentuti fi fluss identifikabbli jew ikunu parti identifikabbli minn fluss fl-aħħar tal-proċess ta' trattament. Sustanza, taħlita jew komponent huma identifikabbli jekk jistgħu jiġu mmonitorjati biex jistabbilixxu jekk it-trattament huwiex sikur għall-ambjent;

Ġustifikazzjoni

Din id-Direttiva ma għandhiex tistipula f'liema stadju għandhom jitneħħew is-sustanzi, eċċ. L-importanti hu li s-sustanzi għandhom jitneħħew filwaqt li jinkisbu l-aqwa riżultati ambjentali possibbli. Uħud mis-sustanzi jridu jitneħħew bħala partijiet identifikabbli ta' fluss, u dan jista' jsir biss fl-aħħar stadju tat-trattament u mhux fil-bidu. L-ispeċifikazzjoni tal-istadju meta s-sustanzi jridu jitneħħew tfixkel l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda. Għal din ir-raġuni, qed tkun appoġġjata l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.

Emenda  31

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt o a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(oa) ‘tagħmir żgħir’ huwa definit bħala tagħmir li fil-prinċipju jista’ jiċċaqlaq u mhuwiex maħsub biex matul il-perjodu kollu tal-użu tiegħu jibqa’ fil-post fejn ikun ser jintuża;

Ġustifikazzjoni

Ristabbiliment tad-definizzjoni għal 'tagħmir żgħir' minn Anness IA mill-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Din id-definizzjoni hija neċessarja għall-Artikolu 5(1) u Artikolu 7(6).

Emenda  32

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 - paragrafu 1 – punt o b (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ob) 'tagħmir kbir' huwa definit bħala t-tagħmir kollu li fil-prinċipju mhuwiex mobbli jew li fil-prinċipju hu maħsub biex matul il-perjodu kollu tal-użu tiegħu jibqa’ fil-post fejn ikun ser jintuża.

Emenda  33

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar id-disinn tal-prodott inkluża d-Direttiva 2009/125/KE jinkoraġġixxu kooperazzjoni bejn il-produtturi u dawk li jirriċiklaw u miżuri li jippromwovu d-diżinn u l-produzzjoni ta’ EEE notevolment fid-dawl li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru tal-WEEE, il-komponenti u l-materjali tagħhom. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex produtturi ma jipprevenux, permezz ta’ karatteristiċi speċifiċi ta’ diżinn jew proċessi ta’ manifattura, l-użu mill-ġdid tal-WEEE, għajr jekk karatteristiċi speċifiċi ta’ diżinn jew proċessi ta’ manifattura ta' dan it-tip jippreżentaw vantaġġi importanti, pereżempju, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent u/jew ta’ sikurezza.

L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar id-disinn tal-prodott inkluża d-Direttiva 2009/125/KE jinkoraġġixxu kooperazzjoni bejn il-produtturi u dawk li jirriċiklaw u miżuri li jippromwovu d-diżinn u l-produzzjoni ta’ EEE notevolment fid-dawl li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru tal-WEEE, il-komponenti u l-materjali tagħhom. Dawn il-miżuri għandhom jirrispettaw il-funzjonament adegwat tas-suq intern. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex produtturi ma jipprevenux, permezz ta’ karatteristiċi speċifiċi ta’ diżinn jew proċessi ta’ manifattura, l-użu mill-ġdid tal-WEEE, għajr jekk karatteristiċi speċifiċi ta’ diżinn jew proċessi ta’ manifattura ta' dan it-tip jippreżentaw vantaġġi importanti, pereżempju, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent u/jew ta’ sikurezza. Rekwiżiti għall-ekodisinn li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u r-riċiklaġġ tal-WEEE u li jnaqqsu emissjonijiet ta' sustanzi perikolużi għandhom jiġu stabbiliti mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014 fil-qafas tal-miżuri ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE.

Ġustifikazzjoni

L-impożizzjoni ta' rekwiżiti dwar l-ekodisinn fuq prodotti relatati mal-enerġija hija rilevanti mhux biss għall-konsum tal-enerġija ta' prodott iżda tiffaċċilita wkoll l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u r-riċiklaġġ. L-inklużjoni tal-fażi ta' riċiklaġġ fil-proċess tad-diżinn tista' twassal għal aktar riċiklaġġ u titjib fir-riċiklaġġ. B'hekk għandhom jiġu inkoraġġiti l-faċilità taż-żarmar, it-titjib tal-kapaċità ta' riċiklaġġ, it-tnaqqis ta' emissjonijiet perikolużi u l-irkupru ta' materji primi sekondarji. Ristabbiliment tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

Emenda  34

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex inaqqsu r-rimi tal-WEEE f'forma ta' skart muniċipali mhux isseparat u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat tal-WEEE, notevolment, u bħala prijorità, għal tagħmir li jibdel it-temperatura li fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra fluworinati u għal lampi fluworexxenti li fihom il-merkurju.

1. Biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat tal-WEEE u trattament korrett għat-tipi kollha ta’ WEEE, notevolment u u bħala prijorità, għal tagħmir li jibdel it-temperatura li fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u gassijiet serra fluworinati u għal lampi fluworexxenti li fihom il-merkurju, għal moduli fotovoltajċi u għal tagħmir żgħir, inkluż tagħmir żgħir tal-IT u tat-telekomunikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-WEEE kollu jinġabar separatament u ma jitħallatx ma' skart goff jew skart mid-djar mhux separat.

Ġustifikazzjoni

Il-WEEE kollu jrid jinġabar separatament. mhuwiex biżżejjed li tintlaħaq rata għolja ta' ġbir ta' din ix-xorta. Tagħmir ta' tkessiħ u ffriżar, iżda wkoll il-bozoz kollha li għandhom il-merkurju, kif ukoll moduli fotovoltajċi u tagħmir żgħir, għandhom jinġabru bi prijorità. Dawn tal-aħħar sikwit ikun fihom sustanzi perikolużi iżda wkoll sustanzi sekondarji ta' valur u sfortunatament ta' spiss jintremew mal-iskart domestiku, għalkemm dan huwa kontra l-liġi. Il-moduli fotovoltajċi għandhom jinġabru separatament minħabba s-sustanzi perikolużi u l-materji primi sekondarji ta' valur li wħud minnhom għandhom.

Emenda  35

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Għal dan il-fini, l-Istati Membri jisgħu jeħtieġu li l-iskemi jew il-faċilitajiet ta' ġbir, kif adatt, jipprevedu għas-separazzjoni fil-punti ta' ġbir tal-WEEE li għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid minn WEEE ieħor miġbur separatament.

Sabiex jimmassimizzaw l-użu mill-ġdid ta' tagħmir sħiħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li qabel vjeġġi ulterjuri l-iskemi ta' ġbir jipprevedu għas-separazzjoni ta' ġbir tal-WEEE li għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid minn WEEE ieħor miġbur separatament.

Ġustifikazzjoni

Il-ġbir separat ta' tagħmir għall-użu mill-ġdid huwa neċessarju, sabiex il-ġerarkija tal-iskart tkun tista’ tapplika anki f'din id-Direttiva speċifika, u dan huwa marbut ma' livell separat tal-użu mill-ġdid fl-Artikolu 11. L-użu mill-ġdid se jkun effikaċi biss jekk is-separazzjoni ta' tagħmir li jintuża mill-ġdid minn ma' dak antik issir obbligatorja fi stadju kemm jista' jkun bikri.

Emenda  36

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi u partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jiksbu rata minima ta' ġbir li tiġi kkalkulata abbażi tal-piż totali tal-WEEE miġbur skont l-Artikoli 5 u 6 f'sena partikolari fl-Istat Membru kkonċernat, espress bħala perċentwali tal-piż medju tal-EEE mqiegħed fis-suq f'dak l-Istat Membru fit-tliet snin ta' qabel. Kull sena għandha tintlaħaq rata minima ta' ġbir u din għandha tevolvi minn 45% fis-sena ta' rappurtar ...[7]*għal 65% fis-sena ta' rappurtar ...[8]** Sa ...[9]***, għandha tibqa' tapplika rata ta' ġbir separat ta' mill-inqas medja ta' erbgħa kilogrammi għal kull abitant fis-sena ta' WEEE min djar privati.

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), kull Stat Membru għandu jiżgura li mill-2016 jinġabar minimu ta’ 85% tal-WEEE ġġenerat fit-territorju tiegħu.

 

Kull Stat Membru għandu jiżgura li minn ...* jinġabru tal-anqas erba' kg/capita ta' WEEE jew l-istess ammont ta' WEEE skont il-piż li jkun inġabar f'dak l-Istat Membru fl-2010, skont liema ammont ikun l-akbar minn dawn it-tnejn.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwantità tal-WEEE miġbur hija gradwalment miżjuda matul il-perjodu minn …** sal-2016.

 

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livelli għall-ġbir individwali aktar ambizzjużi, u f’tali każ għandhom jirrappurtaw dan lill-Kummissjoni.

 

Il-livelli tal-ġbir għandhom jintlaħqu kull sena.

 

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw pjanijiet ta’ ġbir imtejba lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn …**

_______

_______

*ĠU: daħħal is-sena - 4 snin wara s-sena tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

**ĠU: daħħal is-sena - 8 snin wara s-sena tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

** Data 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

***ĠU: daħħal id-data - l-1 ta' Jannar tas-sena 4 snin wara s-sena tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

Ġustifikazzjoni

Il-produtturi ma jistgħux jinżammu responsabbli għall-isforzi sabiex jinkisbu l-miri ta' ġbir, minħabba li dawn ma jinfluwenzawx atturi oħra li jiġbru l-WEEE. Produttur mhuwiex persuna ġuridika li tista' tilħaq mira ġenerali ta' ġbir. L-Istati Membri qed ikunu inkoraġġuti jrażżnu l-ġarr illegali. Ir-rata ta' ġbir għandha tkun stabbilita fuq il-bażi tal-ammont ta' skart ġenerat, u mhux fuq il-bażi tal-fattur irrilevanti tal-ammont ta' tagħmir ġdid. Irid jittieħed kont xieraq taċ-ċikli ta' ħajja differenti tal-prodotti fl-Istati Membri. Din id-direttiva għaldaqstant tikkunsidra s-swieq mhux saturati u tagħmir b'ċiklu ta' ħajja twil (pannelli fotovoltajċi).

Emenda  37

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Sabiex jiġi stabbilit jekk ir-rata minima ta' ġbir intlaħqitx, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-tagħrif dwar il-WEEE li huwa miġbur separatament f'konformita' mal-Artikolu 5, jiġi nnotifikat lilhom.

2. Biex jistabbilixxu li ntlaħqet ir-rata minima ta’ ġbir, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atturi relevanti jikkomunikaw, mingħajr spiża għall-Istati Membri, skont l-Artikolu 16 u fuq bażi annwali, l-informazzjoni dwar il-WEEE:

 

– ippreparat għall-użu mill-ġdid jew mibgħut f'faċilitajiet ta' trattament minn kwalunkwe attur,

 

– li ttieħed f'postijiet tal-ġbir skont l-Artikolu 5 (2)(a);

 

– li ttieħed għand distributuri skont l-Artikolu 5(2)(b),

 

– li nġabar separatament mill-produtturi jew minn partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom; jew

 

– li nġabar separatament b'xi mezzi oħrajn;

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom ir-responsabilità li jaraw li l-miri ta’ ġbir jintlaħqu u għandhom jirrappurtaw il-kwantità tal-WEEE miġbur, skont l-Artikolu 16(5). Għalhekk huwa importanti li jkunu rrappurtati lilhom il-kwantitajiet kollha miġbura separatament. F'dan il-kuntest, hemm bżonn li jkun ċar li jeħtieġ li jsiru rapporti dwar l-ammonti kollha, u pereżempju, li l-ammonti li jintbagħtu direttament lill-impjanti tat-trattament għandhom ikunu kkunsidrati wkoll.

Emenda  38

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja jistgħu, minħabba n-nuqqas ta' infrastruttura meħtieġa u livell baxx ta' konsum ta' EEE, jiddeċiedu li:

imħassar

a) jiksbu, mhux aktar tard minn ..., rata ta' ġbir li hija inqas minn 45% iżda ogħla minn 40% tal-piż medju ta' EEE kkummerċjalizzat fit-tliet snin preċedenti, u

 

b) jipposponu, il-kisba tal-miri tal-ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 sa data magħżula minnhom stess li m'għandhiex tkun aktar tard minn ....

 

_______

 

*ĠU: daħħal id-data - 4 snin wara s-sena tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

**ĠU: daħħal id-data - 10 snin wara s-sena tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

Ġustifikazzjoni

Il-metodu ta' kalkolu tal-Parlament, li jieħu bħala kriterju l-iskart ġenerat, ineħħi n-neċessità li jiġu permessi derogi nazzjonali. Ir-raġuni għal dan hi li l-kwantità ta' skart li tiġi fil-fatt ġenerata fl-Istat Membru hi l-fattur determinanti u ċ-ċikli tal-ħajja tal-prodott, li jistgħu jkunu differenti minn Stat Membru għal ieħor, ikunu diġà ttieħdu inkunsiderazzjoni f'dan ir-rigward.

Emenda  39

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi arranġamenti transizzjonali ulterjuri sabiex jiġu indirizzati diffikultajiet li jiffaċċja Stat Membru biex jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 bħala riżultat ta' ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).

4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 20 li jistabbilixxi arranġamenti transizzjonali għall-perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2015, sabiex jiġu indirizzati diffikultajiet li jiffaċċjaw Stati Membri biex iżommu mal-livelli stabbiliti fil-paragrafu 1 bħala riżultat ta' ċirkustanzi speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

Għall-perjodu tranżitorju sa ma tibda tapplika l-bażi l-ġdida tal-kejl, għandhom jiġu permessi derogi mir-rata tal-ġbir. Dan huwa eċċezzjonalment permess għax, minħabba ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi, b'mod partikolari Stati Membri ġodda jista' jkollhom diffikultà biex jilħqu l-figura tal-4kg. Però hawnhekk għandhom jintużaw atti delegati għal dan il-għan, peress li l-att bażiku se jiġi modifikat b'dawn id-dispożizzjonijiet tranżitorji.

Emenda  40

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. Biex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż totali ta' EEE mqiegħed fis-suq nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).

5. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 li jistabbilixxu metodoloġija komuni għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' WEEE ġġenerat f'kull Stat Membru abbażi tal-piż. Din il-metodoloġija għandha tinkludi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni u l-metodi ta' kalkolu biex jiġi verifikat li l-miri stipulati fil-paragrafu 1 jiġu rispettati.

Ġustifikazzjoni

Il-metodoloġija tal-kalkolu hija relevanti ħafna għall-mira tal-ġbir u b'hekk tissuplimenta l-att bażiku. Għalhekk għandhom jintużaw l-atti delegati.

Emenda  41

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

6. Abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġislattiva, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, sa..., jerġgħu jeżaminaw ir-rata ta' ġbir ta' 45% u l-iskadenza relatata msemmija fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li possibbilment jiġu stabbiliti rati ta' ġbir individwali għal xi wieħed jew aktar mill-kategoriji li jinsabu fl-Anness III, b'mod partikolari għat-tagħmir li jibdel it-temperatura u għal-lampi li fihom il-merkurju.

6. Abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġislattiva, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2012, jerġgħu jeżaminaw ir-rata ta' ġbir u l-iskadenzi msemmija fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li possibbilment jiġu stabbiliti rati ta' ġbir individwali għal xi waħda jew aktar mill-kategoriji li jinsabu fl-Anness III, b'mod partikolari l-pannelli fotovoltajċi, it-tagħmir li jibdel it-temperatura, lampi, inklużi bozoz, u tagħmir żgħir, tagħmir żgħir tal-IT u tat-telekomunikazzjonijiet.

_________

 

* ĠU: daħħal id-data - 3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

Ġustifikazzjoni

Il-pannelli fotovoltajċi huma tip ta' EEE speċifiku ħafna. Dawn huma kompletament differenti minn tagħmir kbir ieħor u se jeħtieġu l-iskema ta' ġbir tagħhom stess biex ikunu riċiklati kif xieraq. Huwa għalhekk xieraq li l-Kummissjoni tingħata l-kompitu li tipproponi mira ta' ġbir speċifiku għall-pannelli PV, pjuttost milli dawn jibqgħu parti mill-mira ġenerali tal-ġbir. (Emenda ġdida fid-dawl tal-inklużjoni mill-Kunsill tal-pannelli PV fil-kamp ta' applikazzjoni).

Emenda  42

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 7

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

7. Abbażi ta' rapport tal-Kummissjoni akkumpanjat minn proposta, jekk dan ikun xieraq, sa ..., il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jerġgħu jeżaminaw ir-rata ta' ġbir ta' 65% u l-iskadenza relatata msemmija fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li possibbilment jiġu stabbiliti wkoll rati ta’ ġbir individwali għal kategorija waħda jew aktar imniżżlin fl-Anness III.

imħassar

_______

 

*ĠU: daħħal id-data - 7 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva

 

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 7(6) diġà jieħu ħsieb rieżami tar-rata tal-ġbir u tal-iskadenzi, kif ukoll ta' rati separati tal-ġbir.

Emenda  43

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom iwaqqfu sistemi biex jipprovdu għall-irkupru tal-WEEE bl-użu fejn rilevanti tal-aqwa tekniki disponibbli. Is-sistemi jistgħu jitwaqqfu minn produtturi individwalment jew kollettivament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stabbiliment jew impriża li jwettaq/twettaq operazzjonijiet ta’ ġbir jew trattament jaħżen/taħżen il-WEEE skont ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness VIII.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom iwaqqfu sistemi biex jipprovdu għall-irkupru tal-WEEE bl-użu tal-aqwa tekniki disponibbli. Is-sistemi jistgħu jitwaqqfu minn produtturi individwalment jew kollettivament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stabbiliment jew impriża li jwettaq/twettaq operazzjonijiet ta’ ġbir jew trattament jaħżen/taħżen il-WEEE skont ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness VIII.

Ġustifikazzjoni

L-aħjar tekniki disponibbli huma dejjem relevanti u għandhom jiġu appoġġati sabiex jittejjeb ir-riċiklaġġ u jinħolqu inċentivi għall-innovazzjoni fil-ġbir u t-trattament. Il-frażi restrittiva fit-test tal-Kunsill tista' tgħawweġ il-kompetizzjoni fl-Unjoni, minħabba d-differenzi fl-ispejjeż.

Emenda  44

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegatiskont skont l-Artikolu 20, rigward l-emenda tal-Anness VII sabiex tintroduċi teknoloġiji oħra ta’ trattament li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u, jekk meħtieġ, biex jiġu speċifikati, fil-proċess ta' trattament, il-passi fejn għandhom jitneħħew sustanzi, taħlitiet u komponenti.

4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont skont l-Artikolu 20, rigward l-emenda tal-Anness VII sabiex tintroduċi teknoloġiji oħra ta’ trattament li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

M'għandux jiġi speċifikat meta għandhom jitneħħew is-sustanzi eċċ, għaliex dan jista' jxekkel l-innovazzjoni teknika. Li hu relevanti hu li s-sustanzi msemmija fl-Anness III jitneħħew u li permezz ta' dan jintlaħqu l-aħjar riżultati ambjentali possibbli. L-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' żvilupp ġodda jkun ostakolat jekk tkun stabbilita l-fażi meta sustanza trid titneħħa. Għal din ir-raġuni, qed tkun appoġġjata l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.

Emenda  45

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tevalwa bħala prijorità jekk l-entrati rigward bords stampati ta' ċirkwiti għall-mowbajls u skrins tal-kristalli likwidi jeħtieġux jiġu emendati.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa bħala prijorità jekk l-entrati rigward bords stampati ta' ċirkwiti għall-mowbajls u skrins tal-kristalli likwidi jeħtieġux jiġu emendati. Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk l-emendi għall-Anness VII humiex meħtieġa biex jiġu trattati n-nanomaterjali rilevanti.

Ġustifikazzjoni

In-nanomaterjali qed jintużaw dejjem aktar fit-tagħmir elettriku u elettroniku. Filwaqt li ħafna applikazzjonijiet jistgħu ma joħolqux problemi waqt it-trattament, ċerti nanomaterjali jistgħu joħolqu problemi, pereżempju nanotubi tal-karbonju, li dwar wħud minnhom hemm suspett li għandhom karatteristiċi bħal tal-asbestos, jew in-nanofidda. Ikun aħjar li wieħed jevalwa s-sitwazzjoni biex jara jekk hix meħtieġa azzjoni pjuttost milli jinjoraha. Dan huwa konformi mal-pożizzjoni tal-PE dwar l-aspetti regolatorji tan-nanomaterjali tal-2009. (Ristabbiliment tal-emenda 102 tal-ewwel qari).

Emenda  46

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa standards minimi għat-trattament, inkluż l-irkupru, ir-riċiklaġġ u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ta' WEEE abbażi tal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2008/98/KE, sa...*, ta'.

Il-Kummissjoni għandha, mhux iktar tard minn ...*, titlob lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw u jadottaw Standards Ewropej għall-ġbir, il-ħżin, it-trasport, it-trattament, ir-riċiklaġġ u t-tiswija ta' WEEE, kif ukoll it-tħejjija tagħhom għall-użu mill-ġdid. Dawn l-istandards għandhom jirriflettu l-aktar teknoloġija reċenti.

 

Referenza għall-istandards għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Il-ġbir, il-ħżin, it-trasport, it-trattament, ir-riċiklaġġ u t-tiswija tal-WEEE, kif ukoll il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid tagħhom, għandhom jitwettqu abbażi ta' approċċ li jimmira lejn il-konservazzjoni tal-materja prima, u għandhom jimmiraw lejn ir-riċiklaġġ ta’ riżorsi prezzjużi li jkun hemm fl-EEE, biex tiġi ggarantita provvista aħjar ta' komoditajiet fl-Unjoni.

_______

_______

* ĠU: daħħal id-data - 6 snin mis-sena tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

*6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-Kunsill jirreferi għad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u l-proċedura antika tal-komitoloġija. Skont it-Trattat ta' Lisbona, il-proċeduri antiki tal-komitoloġija ma għadhomx japplikaw. Il-proċeduri l-ġodda wkoll mhumiex flessibbli daqs il-proċess li jinvolvi l-iżvilupp ta' standards permezz ta' organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni, li jista' jeżamina mill-ġdid l-isandards b'mod regolari u fejn xieraq jagħmilhom konformi mal-iżviluppi tekniċi riċenti. Dan il-proċess huwa iqsar.

Emenda  47

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafi 1 u 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-operazzjoni ta’ trattament tista’ ssir ukoll barra mill-Istat Membru rispettiv jew mill-Unjoni sakemm il-ġarr tal-WEEE ikun f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni1.

1. L-operazzjoni ta’ trattament tista’ ssir ukoll barra mill-Istat Membru rispettiv jew barra mill-Unjoni sakemm il-ġarr tal-WEEE ikun f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta' ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax1.

2. Il-WEEE esportat barra mill-Unjoni għandu jgħodd biss lejn it-twettiq ta’ obbligi u miri mniżżla fl-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva jekk, mal-liġi applikabbli tal-Unjoni , l-esportatur ikun jista’ jagħti prova li t-trattament ikun seħħ skont kondizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2. Il-WEEE esportat barra mill-Unjoni għandu jgħodd biss lejn it-twettiq ta’ obbligi u miri mniżżla fl-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva jekk, skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u Regolament (KE) Nru 1418/2007, l-esportatur ikun jista’ jagħti prova li t-trattament ikun seħħ skont kondizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

_______

_______

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta' Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni ta' l-irkupru ta' ċertu tipi ta' skart imniżżla fl Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni ta' l-OECD dwar il-kontroll ta' movimenti intrakonfinali ta' l-iskart ma tapplikax (ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6).

1 ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6.

Ġustifikazzjoni

Din mhijiex emenda sostantiva iżda sservi biss biex id-dispożizzjoni tkun tiftiehem aħjar. It-test li qabel kien jidher fin-nota ta’ qiegħ il-paġna jitpoġġa fl-Artikolu.

Emenda  48

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont skont l-Artikolu 20 li jistabbilixxu regoli dettaljati li jissupplimentaw dawk fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b'mod partikolari l-kriterji għall-valutazzjoni ta' kondizzjonijiet ekwivalenti.

3. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn ... *, tadotta atti delegati skont skont l-Artikolu 20 li jistabbilixxu regoli dettaljati li jissupplimentaw dawk fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b'mod partikolari l-kriterji għall-valutazzjoni ta' kondizzjonijiet ekwivalenti.

 

_______

 

*18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Għall-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet implimentattivi, jeħtieġ li jkun hemm dati ta’ skadenza obbligatorji sabiex tinħoloq iċ-ċertezza meħtieġa kemm legali u kemm ta’ infurzar għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-industrija. Qed terġa' tiddaħħal il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-ewwel qari.

Emenda                     49

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 11 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Fir-rigward tal-WEEE kollu miġbur separatament skont l-Artikolu 5 u mibgħut għat-trattament skont l-Artikoli 8, 9 u 10, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jilħqu l-miri minimi mniżżlin fl-Anness V.

1. Fir-rigward tal-WEEE kollu miġbur separatament u mibgħut għat-trattament skont l-Artikoli 8, 9 u 10, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jilħqu l-miri minimi li ġejjin minn ...*:

 

(a) għall-WEEE li jaqa' taħt il-kategoriji 1 u 4 tal-Anness III, bl-eċċezzjoni tal-pannelli fotovoltajċi,

 

– 85% għandu jiġi rkuprat,

 

– 75 % għandu jkun irriċiklat, u

 

– 5 % għandu jiġi ppreparat għall-użu mill-ġdid;

 

(b) għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 2 tal-Anness III,

 

– 80% għandu jiġi rkuprat,

 

– 65 % għandu jkun irriċiklat, u

 

– 5 % għandu jiġi ppreparat għall-użu mill-ġdid;

 

 

(c) għall-WEEE li jaqa' taħt il-kategorija 3 tal-Anness III, bl-eċċezzjoni ta' bozoz li jiskargaw bil-gass,

 

– 75% għandu jiġi rkuprat u

 

– 50% għandu jiġi rriċiklat;

 

(d) għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 5 tal-Anness III,

 

– 75% għandu jiġi rkuprat,

 

– 50% għandu jiġi rriċiklat u

 

– 5 % għandu jiġi ppreparat għall-użu mill-ġdid;

 

(e) għall-WEEE li jaqa' fil-kategorija 6 tal-Anness III,

 

– 85% għandu jiġi rkuprat,

 

– 75% għandu jiġi rriċiklat u

 

– 5 % għandu jiġi ppreparat għall-użu mill-ġdid;

 

(f) għal ta' bozoz li jiskargaw bil-gass, 85% għandhom jiġu rriċiklati.

 

(g) għall-pannelli fotovoltajċi, 80% għandhom jiġu rriċiklati.

 

_______

 

* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Ir-rati tal-irkupru jiżdiedu biss għax l-użu mill-ġdid qed jiġi inkorporat fir-rata għall-ewwel darba. Dan ifisser li r-rata tal-irkupru trid tiżdied nominalment fl-istess żmien bħal dak li ġie indikat mill-proposta tal-Kummissjoni. L-implimentazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart teħtieġ rata separata tal-użu mill-ġdid. Ir-rati tal-irkupru għandhom ikunu indikati fit-test innifsu tad-Direttiva u mhux fl-anness. Il-WEEE miġbur separatament għandu jiġi rkuprat kollu, u għalhekk il-pożizzjoni fl-ewwel qari qed terġa' tiġi stabbilita u qed titħassar ir-referenza għall-Artikolu 5.

Emenda  50

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 11 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Il-kalkolu tal-miri għandu jiġi vverifikat, għal kull kategorija, billi jiġi diviż il-piż tal-WEEE li jidħol fil-faċilità tal-irkupru jew ir-riċiklaġġ/tħejjija għall-użu mill-ġdid, wara trattament adatt f'konformità mal-Artikolu 8(2) fir-rigward tal-irkupru jew ir-riċiklaġġ, bil-piż tal-WEEE kollu miġbur separatament, għal kull kategorija, u dan jiġi espress bħala persentaġġ.

2. Il-kalkolu tal-miri għandu jiġi vverifikat bħala perċentwali tal-piż ta’ skart tal-WEEE miġbur separatament li jintbagħat fil-faċilitajiet ta’ rkupru u huwa użat mill-ġdid, riċiklat jew irkuprat b’mod effettiv.

L-attivitajiet preliminari inkluż it-tqassim u l-ħżin qabel l-irkupru ma għandhomx jgħoddu għall-kisba ta' dawn il-miri.

L-attivitajiet preliminari inkluż it-tqassim, il-ħżin u l-ipproċessar preliminari qabel l-irkupru ma għandhomx jgħoddu għall-kisba ta' dawn il-miri.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun possibli li jingħaddu biss il-miżuri finali tal-irkupru għall-għan tal-irkupru. Dan jippromwovi aktar effikaċja tar-riċiklaġġ u aktar innovazzjoni fit-teknoloġiji tal-irkupru u tar-riċiklaġġ. L-ipproċessar preliminari wkoll m'għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tal-miri tal-irkupru.

Emenda  51

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 11 – paragrafu 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jiġu kkalkulati dawn il-miri, il-produtturi jew il-partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom għandhom iżommu reġistri dwar il-piż tal-WEEE, il-komponenti, il-materjali jew is-sustanzi tagħhom meta jitilqu (ouput) mill-faċilità ta' ġbir, jidħlu (input) u joħorġu (output) mill- faċilitijiet ta' trattament ta' ġbir u meta jidħlu (input) fil-faċilità ta' rkupru jew riċiklaġġ /tħejjija għall-użu mill-ġdid.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jiġu kkalkulati dawn il-miri, il-produtturi jew il-partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom għandhom iżommu reġistri dwar il-piż ta' EEE użat, tal-WEEE, il-komponenti, il-materjali jew is-sustanzi tagħhom meta jitilqu (ouput) mill-faċilità ta' ġbir, jidħlu (input) u joħorġu (output) mill-faċilitajiet ta' trattament ta' ġbir u meta jidħlu (input) u meta jitilqu (output bħala persentaġġ ġenerali) fil-faċilità ta' rkupru jew riċiklaġġ /tħejjija għall-użu mill-ġdid.

Ġustifikazzjoni

Attwalment il-miri jistgħu jinkisbu biss billi jsiru għażla u pproċessar preliminari f’faċilità ta’ rkupru R12 u mbagħad il-WEEE kollu magħżul jintbagħat lejn l-operazzjonijiet ta’ rkupru innifishom f’faċilità ta’ rkupru oħra. M’għandux ikun permissibbli li l-kisba tal-miri tiġi kkalkulata biss fuq il-bażi tal-input u l-output f’faċilità ta’ rkupru tat-tip R12-13. L-irkupru u r-riċiklaġġ miksuba fil-faċilità ta’ rkupru finali għandhom jiġu kkunsidrati.

Emenda  52

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 11 – paragrafu 6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

6. Abbażi ta' rapport tal-Kummissjoni akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġislattiva, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, sa ..., jeżaminaw mill-ġdid il-miri għall-irkupru msemmija fl-Anness V, Parti 3, u jeżaminaw mill-ġdid il-metodu ta' kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 bil-ħsieb li tiġi analizzata il-fattibbiltà li jiġu stabbiliti miri abbażi ta' prodotti u l-materjali li jirriżultaw (output) mill-proċessi tal-irkupru, ir-riċiklaġġ u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid.

imħassar

_______

 

* ĠU: daħħal id-data - 7 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

Ġustifikazzjoni

Peress li l-Artikolu 11(2) jistabbilixxi li r-rati ta' rkupru għandhom jitkejlu fuq il-bażi tal-output, mhuwiex meħtieġ li jerġa' jiġi eżaminat jekk ir-rati tal-output għandhomx possibilment jiġu applikati fil-futur. Din id-deċiżjoni diġà ttieħdet fl-Artikolu 11(2).

Emenda  53

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Għal prodotti li jitqiegħdu fis-suq aktar tard mit-13 ta’ Awissu 2005, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li għandhom x’jaqsmu mal-iskart mill-prodotti tal-produttur stess. Il-produttur jista' jagħżel li jissodisfa dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva.

3. Għal prodotti li jitqiegħdu fis-suq aktar tard mit-13 ta’ Awissu 2005, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tal-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li għandhom x’jaqsmu mal-iskart mill-prodotti tal-produttur stess. Il-produttur jista' jagħżel li jissodisfa dan l-obbligu jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. Produttur jista' jissodisfa l-obbligu tiegħu permezz ta’ wieħed minn dawn il-metodi jew taħlita taż-żewġ metodi. Skemi kollettivi għandhom jintroduċu miżati differenzjati għall-produtturi abbażi ta' kemm ikun faċli r-riċiklaġġ tal-prodotti u l-materja prima strateġika li jkun fihom.

Ġustifikazzjoni

Il-produtturi għandu jkollhom flessibilità massima, sabiex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tal-WEEE. B'hekk għandu jkun possibli li jkunu konformi mal-obbligu individwalment jew billi jipparteċipaw fi skema kollettiva, jew permezz ta' taħlita ta' dawn il-metodi. Il-produtturi biss jistgħu jinfluwenzaw il-proċess ta' disinn, u għalhekk għandhom jingħataw inċentiv sabiex jiffaċilitaw ir-riċiklaġġ tal-prodotti tagħhom.

Emenda  54

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur jipprovdi garanzija meta jqiegħed prodott fis-suq li tkun turi li l-ġestjoni tal-WEEE kollu se tiġi ffinanzjata u għandhom jiżguraw li l-produtturi jimmarkaw il-prodotti tagħhom b’mod ċar skont l-Artikolu 15(2). L-għan ta' din il-garanzija huwa li tiżgura li l-operazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-prodott jiġu ffinanzjati. Il-garanzija tista’ tieħu l-forma ta’ parteċipazzjoni mill-produttur fi skemi xierqa għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-WEEE, assikurazzjoni ta’ riċiklaġġ jew kont tal-bank ibblokkat.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur jipprovdi garanzija meta jqiegħed prodott fis-suq li tkun turi li l-ġestjoni tal-WEEE kollu se tiġi ffinanzjata u għandhom jiżguraw li l-produtturi jimmarkaw il-prodotti tagħhom b’mod ċar skont l-Artikolu 15(2). L-għan ta' din il-garanzija huwa li tiżgura li l-operazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-prodott jiġu ffinanzjati. Il-garanzija tista’ tieħu l-forma ta’ parteċipazzjoni mill-produttur fi skemi xierqa għall-finanzjament tal-ġestjoni tal-WEEE, assikurazzjoni ta’ riċiklaġġ jew kont tal-bank ibblokkat. Il-garanzija finanzjarja rigward it-tmiem il-ħajja tal-prodotti għandha tiġi kkalkulata b’mod li tiżgura l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż reali ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott tal-produttur, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-istandards tat-trattament u r-riċiklaġġ kif imsemmija fl-Artikolu 8(5).

Ġustifikazzjoni

L-istandards tat-trattament u tar-riċiklaġġ għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-garanzija finanzjarja, li għandha tiġi pprovduta mill-produtturi sabiex ikopru l-ispejjeż tat-tmiem tal-ħajja tal-prodotti tagħhom skont l-Artikolu 12. Minbarra dan, l-ispejjeż esterni għandhom jiġu internalizzati sabiex tkun immassimizzata r-responsabbiltà individwali tal-produttur.

Emenda  55

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 12 – paragrafu 3 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

3a. Sabiex ikun possibbli approċċ armonizzat għal konformità mar-rekwiżiti tal-garanzija finanzjarja kif stabbilit fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn ...*, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20, rigward ir-rekwiżiti minimi u l-metodoloġija biex tikkalkula l-livell ta’ dawk il-garanziji, u tistabilixxi linji gwida għall-kontroll u l-verifika tagħhom.

 

Dawk ir-rekwiżiti minimi għandhom tal-inqas jiżguraw li:

 

(a) il-garanzija toħloq internalizzazzjoni tal-ispejjeż reali ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodott ta’ produttur, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-istandards tat-trattament u r-riċiklaġġ;

 

(b) l-ispejjeż li jirrigwardaw l-obbligu ta' produttur ma jaqgħux fuq atturi oħrajn; u

 

(c) il-garanzija tkun disponibbli fil-futur u tkun tista’ tintuża biex issolvi l-obbligu pendenti ta’ produttur dwar ir-riċiklaġġ f’każ ta’ falliment ta' dan tal-aħħar.

 

_______

 

*12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Rekwiżiti minimi armonizzati applikabbli għall-garanziji finanzjarji huma meħtieġa sabiex jippermettu verifika sinifikanti tal-garanziji għall-konformità. Għandhom jiġu definiti kriterji kif jiġi assessjat il-livell ta' garanziji finanzjarji, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-istandards tar-riċiklaġġ u tal-ipproċessar, u jiġu definiti regoli biex jivverifikawhom, sabiex jiġu żgurati obbligi finanzjarji komparabbli għall-produtturi fid-diversi Stati Membri u b'hekk ir-responsabbiltà individwali tal-produttur issir realtà.

Emenda  56

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 12 – paragrafu 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. L-Istati Membri jistgħu, fejn applikabbli, jinkoraġġixxu lill-produtturi jew lill-partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom biex jiżviuppaw mekkaniżmi adatti jew proċeduri ta' rifużjoni għar-rimborż ta' kontributi lill-produtturi fejn EEE jiġi trasferit għat-tqegħid fis-suq barra mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Skont l-approċċ Ewropew tal-Kummissjoni u tal-Parlament, mhux se jinħolqu miżati għar-riċiklaġġ multipli, garanziji finanzjarji jew miżati ta' reġistrazzjoni, għax it-tagħmir irid ikun irreġistrat darba biss meta jitpoġġa fis-suq intern, u kif xieraq, garanzija trid tkun ipprovduta jew miżata għar-riċiklaġġ trid titħallas darba biss. Għaldaqstant m'hemmx bżonn ta' proċedura biex jingħataw flus lura.

Emenda  57

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 14 – titolu u paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Tagħrif għall-utenti

Skemi ta' ġbir u tagħrif għall-utenti

1. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-produtturi juru lix-xerrejja, waqt il-bejgħ ta' prodotti ġodda, l-ispejjeż tal-ġbir, it-trattament u r-rimi li jsiru b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. L-ispejjeż imsemmija ma għandhomx jaqbżu l-aħjar stima tal- ispejjeż imġarrba realment.

1. Sabiex iqajmu kuxjenza fost l-utenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri kollha ta' EEE ta' volum żgħir ħafna jistabbilixxu skemi ta' ġbir xierqa għall-WEEE ta' volum żgħir ħafna.

 

Tali skemi ta’ ġbir għandhom:

 

(a) jippermettu lill-utenti finali jarmu WEEE ta' volum żgħir ħafna f’punt ta’ ġbir aċċessibbli u viżibbli fil-ħanut tal-bejjiegħ bl-imnut;

 

(b) jeħtieġu lill-bejjiegħa bl-imnut jieħdu lura WEEE ta' volum żgħir ħafna mingħajr ħlas;

 

(c) m’għandhom jinvolvu ebda ħlas mill-utenti finali meta jkunu qed jarmu WEEE ta' volum żgħir ħafna, u anqas obbligu li jinxtara prodott ġdid tal-istess tip.

 

Id-distributuri li jfornu EEE direttament lid-djar privati jew utenti oħrajn għajr djar privati biss permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod għandhom ikunu soġġetti biss għall-obbligi f'punti (b) u (c) ta' subparagrafu 2. L-iskema tal-ġbir implimentata minn dawn id-distributuri għandha tippermetti l-utenti finali li jirritornaw WEEE ta' volum żgħir ħafna mingħajr ma dawk l-utenti jkollhom jeħlu kwalunkwe spiża, inkluża tal-kunsinna jew tal-ispejjeż tal-posta.

 

Sa mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 20, rigward definizzjoni ta' 'WEEE ta' volum żgħir ħafna', li tqis ir-riskju li skart bħal dan ma jinġabarx b'mod separat minħabba d-daqs żgħir ħafna tiegħu.

 

L-obbligi f'dan il-paragrafu ma japplikawx għal mikrointrapriżi li joperaw fuq superfiċi ta' daqs żgħir ħafna. Sa mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 20, rigward definizzjoni ta' 'mikrointrapriżi li joperaw fuq superfiċi ta' daqs żgħir ħafna'.

 

___________

 

*Data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi jarmu parti kbira mill-WEEE ta' volum żgħir ħafna mal-iskart domestiku tagħhom, għaliex spiss ma jingħatawx informazzjoni dwar kif jistgħu jarmuwhom jew il-proċedura biex jirritornawhom ma tkunx favorevoli għall-konsumatur. Dan huwa partikolarment importanti minħabba li l-bozoz tad-dawl qegħdin jinbidlu dejjem aktar għal bozoz li jiffrankaw l-enerġija, għalkemm dawn spiss ikun fihom il-merkurju. In-Norveġja u l-Isvizzera wrew li ritorn obbligatorju mingħajr obbligu ta' ħlas ikkontribwixxa bil-kbir lejn il-kisba ta' rata ta' ġbir għolja.

Emenda  58

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(b) is-sistemi ta’ ritorn u ġbir disponibbli lilhom;

(b) is-sistemi ta’ ritorn u ġbir disponibbli għalihom, li jħeġġu l-koordinazzjoni ta’ informazzjoni li sservi biex tidentifika l-punti ta’ ġbir kollha disponibbli, irrispettivament mill-produtturi li jkunu stabbilewhom;

Ġustifikazzjoni

L-utenti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw liema punti ta’ ġbir huma l-aktar konvenjenti. Billi hemm diversi sistemi ta’ ġbir separati, jista’ jkun diffiċli għall-utenti biex isibu punt ta’ ġbir, u b’hekk dawn jiġu skoraġġiti milli jibagħtu l-WEEE tagħhom għall-irkupru. Għalhekk għandhom jiġu magħmula arranġamenti kif suppost sabiex jikkoordinaw l-informazzjoni u għalhekk jippermettu lill-utenti jsiru jafu fejn huma l-punti ta’ ġbir disponibbli.

Emenda  59

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 14 – paragrafu 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li xi tagħrif jew it-tagħrif kollu msemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandu jiġi pprovdut mill-produtturi u/jew id-distributuri, eż. fl-istruzzjonijiet għall-użu jew fil-punt tal-bejgħ.

5. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li xi tagħrif jew it-tagħrif kollu msemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandu jiġi pprovdut mill-produtturi u/jew id-distributuri, eż. fl-istruzzjonijiet għall-użu, fil-punt tal-bejgħ jew permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Għandu jingħata eżempju sabiex ikun ikkjarifikat kif din l-informazzjoni tista' titwassal lill-produtturi u kif dan jista' jsir f'xi Stati Membri.

Emenda  60

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 15 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Sabiex tiġi ffaċilitata l-preparazzjoni għal l-użu mill-ġdid u t-trattament korrett u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE, inklużi l-manutenzjoni, it-titjib, arranġament mill-ġdid u r-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-produtturi jipprovdu tagħrif dwar il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u trattament għal kull tip ġdid ta’ EEE li jitqiegħed fis-suq fi żmien sena wara li t-tagħmir jitqiegħed fis-suq. Dan it-tagħrif għandu jidentifika, safejn ikun meħtieġ minn ċentri ta’ użu mill-ġdid u faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-komponenti u l-materjali tal-EEE differenti, kif ukoll il-lok ta’ sustanzi perikolużi u taħlitiet fl-EEE. Għandu jsir disponibbli għaċ-ċentri li jippreparaw għall-użu mill-ġdid u faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ minn produtturi tal-EEE bħala manwali jew permezz ta’ midja elettronika (eż. CD-ROM, servizzi online).

1. Sabiex tiġi ffaċilitata l-preparazzjoni għal l-użu mill-ġdid u t-trattament korrett u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE, inklużi l-manutenzjoni, it-titjib, arranġament mill-ġdid u r-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-produtturi jipprovdu tagħrif mingħajr ħlas, dwar il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u trattament għal kull tip ġdid ta’ EEE li jitqiegħed fis-suq fi żmien sena wara li t-tagħmir jitqiegħed fis-suq. Dan it-tagħrif għandu jidentifika, safejn ikun meħtieġ minn ċentri ta’ użu mill-ġdid u faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-komponenti u l-materjali tal-EEE differenti, kif ukoll il-lok ta’ sustanzi perikolużi u taħlitiet fl-EEE. Għandu jsir disponibbli għaċ-ċentri li jippreparaw għall-użu mill-ġdid u faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ minn produtturi tal-EEE bħala manwali jew permezz ta’ midja elettronika (eż. CD-ROM, servizzi online).

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas sabiex jiġi żgurat trattament li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u li ma jkunx dipendenti fuq ħlas; dan japplika partikolarment għaċ-ċentri għall-użu mill-ġdid immexxija mill-NGOs.

Emenda  61

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 15 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produttur, kif definit fl-Artikolu 3(1)(f) (i) u (ii), ta’ EEE li jitqiegħed fis-suq huwa identifikabbli b’mod ċar permezz ta’ marka fuq l-EEE. Barra minn hekk, sabiex id-data li fiha l-EEE ikun tqiegħed fis-suq tkun tista’ tiġi stabbilita mingħajr l-ebda dubju, marka fuq l-EEE għandha tispeċifika li dan tal-aħħar tqiegħed fis-suq wara t-13 ta’ Awissu 2005. Preferibbilment, l-Istandard Ewropew EN 50419 għandu jiġi applikat għal dan il-għan.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe produttur ta’ EEE li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba huwa identifikabbli b’mod ċar permezz ta’ marka fuq it-tagħmir. Barra minn hekk, sabiex id-data li fiha l-EEE ikun tqiegħed fis-suq tkun tista’ tiġi stabbilita mingħajr l-ebda dubju, marka fuq l-EEE għandha tispeċifika li dan tal-aħħar tqiegħed fis-suq wara t-13 ta’ Awissu 2005. Preferibbilment, l-Istandard Ewropew EN 50419 għandu jiġi applikat għal dan il-għan.

Ġustifikazzjoni

Huwa diffiċli tifhem għalfejn l-obbligu ta' mmarkar ma japplikax għal produtturi kollha. Il-pożizzjoni mill-ewwel qari qed terġa' tiddaħħal. Skont l-approċċ tal-Kunsill dwar il-produttur nazzjonali, teħtieġ marka ġdida kull darba li prodott jitqiegħed fis-suq fi Stat Membru ieħor. Dan huwa ostaklu ċar għas-suq intern. Skont l-approċċ Ewropew dwar il-produttur, dan l-obbligu japplika biss għall-produtturi li jqiegħdu l-prodott fis-suq intern tal-UE għall-ewwel darba.

Emenda  62

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Dak ir-reġistru għandu jservi għall-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Il-produtturi li jipprovdu EEE permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod għandhom ikunu rreġistrati fl-Istat Membru fejn ibiegħu lil produtturi li jipprovdu EEE permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod kif iddefinita fl-Artikolu 3(1)(f)(iv) għandhom ikunu rreġistrati permezz tar-rappreżentanti legali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 17 sakemm dawn ma jkunux diġà rreġistrati fl-Istat Membru fejn ibiegħu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-bejgħ mill-bogħod hija dimensjoni importanti għal kummerċ fis-suq intern, għalhekk il-fatt li l-Kunsill jagħti attenzjoni partikulari lil dan l-aspett [ara Artikolu 3(1)( f)(iv)], qed jintlaqa' b'sodisfazzjon. Filwaqt li dan l-aspett huwa kopert mill-approċċ Ewropew ġenerali tal-Parlament, huwa xieraq li jkun ipprovdut sommarju konċiż ta' dan il-punt f'Artikolu. Għalhekk ġie introdott Artikolu separat li jitratta l-bejgħ mill-bogħod ta' EEE (ara l-emenda għall-Artikolu 17).

Emenda  63

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 16 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li

a) kull produttur jew fil-każ ta' produtturi kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(f)(iv), kull rappreżentant huwa rreġistrat kif meħtieġ u għandu l-possibbilta' li jdaħħal onlajn, fir-reġistru nazzjonali tagħhom, kull tagħrif rilevanti li jirrifletti l-attivitajiet tiegħu f'dak l-Istat Membru.

a) kull produttur stabbilit fit-territorju rispettiv tiegħu huwa rreġistrat kif meħtieġ u għandu l-possibbilta' li jdaħħal onlajn, fir-reġistru nazzjonali tagħhom, kull tagħrif rilevanti li jirrifletti l-attivitajiet tiegħu fl-Istati Membri kollha;

b) meta jirreġistraw, kull produttur jew, fil-każ ta' produtturi kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(f)(iv), kull rappreżentant legali jipprovdi t-tagħrif imniżżel fl-Anness IVa Parti A, bl-impenn li jaġġornawh kif adatt,

b) meta jirreġistra, kull produttur jipprovdi t-tagħrif imniżżel fl-Anness X Parti A, bl-impenn li jaġġornah kif adatt,

c) kull produttur jew, fil-każ ta' produtturi kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(f)(iv), kull rappreżentant legali jipprovdi t-tagħrif li jinsab fl-Anness X parti B.

c) kull produttur jipprovdi t-tagħrif li jinsab fl-Anness X parti B.

 

Ir-reġistri nazzjonali għandhom ikunu interoperabbli, sabiex ikun jista' jsir skambju tal-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu bejn Stati Membri.

Ġustifikazzjoni

Biex jitnaqqsu l-ostakli għall-operat tas-suq intern, reġistrazzjoni waħda għandha tkun biżżejjed meta prodott jitqiegħed fis-suq intern għall-ewwel darba. Dan jista' jsir mill-produttur jew mir-rappreżentant legali tiegħu [ara emenda għall-Artikolu 16 (2a) (ġdid)]. Peress li għandu jkun hemm skambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri, m'hemmx il-ħtieġa li jkunu interoperabbli.

Emenda  64

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 16 – paragrafu 2 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

2a. Kull Stat Membru għandu jiżgura li produttur, kif definit f'punti (i) sa (iii) tal-Artikolu 3 (1)(f), li jqiegħed EEE fis-suq tiegħu iżda li ma jkunx residenti fit-territorju tiegħu jkun jista' jaħtar rappreżentant legali lokali residenti f'dak l-Istat Membru sabiex ikun responsabbli għall-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva. Artikolu 17 għandu japplika għall-produtturi skont l-Artikolu 3 (1)(f)(iv).

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit li kull produttur ikun domiċiljat legalment f'dawk l-Istati Membri fejn ikun jixtieq jibda jqiegħed EEEE fis-suq, huwa ta’ xkiel għas-suq intern u ta’ piż partikolari għall-SMEs. Għal skopijiet ta’ infurzar tad-Direttiva fil-livell ta' Stat Membru, huwa suffiċjenti li jkun hemm disponibbli aġent residenti biex ikun responsabbli għall-obbligi stabbiliti fid-Direttiva.

Emenda  65

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 16 – paragrafu 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiġbru tagħrif, inklużi stimi ssostanzjati, fuq bażi annwali dwar il-kwantitajiet u l-kategoriji ta’ EEE li jitqiegħed fis-swieq tagħhom, li jinġabar tul ir-rotot kollha, li jiġi ppreparat għall-użu mill-ġdid, li jintuża mill-ġdid, jiġi rriċiklat u rkuprat fl-Istati Membri, u dwar WEEE miġbur separatament li jiġi esportat, skont il-piż.

4. L-Istati Membri għandhom jiġbru tagħrif, inklużi stimi ssostanzjati, fuq bażi annwali dwar il-kwantitajiet u l-kategoriji ta’ EEE li jitqiegħed fis-swieq tagħhom, li jinġabar tul ir-rotot kollha u minn kwalunkwe attur inklużi kumpaniji, organizzazzjonijiet u entitajiet oħra involuti fil-ġbir u l-ġestjoni separat ta' EEE użat, li jiġi ppreparat għall-użu mill-ġdid, li jintuża mill-ġdid, jiġi rriċiklat u rkuprat fl-Istati Membri, u dwar EEE użat miġbur separatament li jiġi esportat, skont il-piż.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda testendi r-rekwiżiti ta' informazzjoni biex jitqiesu l-flussi EEE u WEEE użati kollha 'mill-atturi kollha'. Hija neċessarja l-għajnuna għall-kisba tal-miri tal-emenda għall-Artikolu 7.2. filwaqt li jkun indirizzat il-fatt li mhux il-flussi ta' ritorn kollha jinqabdu mis-sistemi ta' ġbir tal-WEEE uffiċċjali u organizzat mill-produttur.

Emenda  66

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 17 – titolu

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Rappreżentant legali

Bejgħ mill-bogħod

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni rigward rappreżentazzjoni legali diġà ġiet diskussa fl-Artikolu 16. Il-bejgħ mill-bogħod jippreżenta problema partikolari u għalhekk għandha tiġi indirizzata separatament.

Emenda  67

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 17

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Kwalunkwe Stat Membri jista’ jiżgura li produttur, kif definit fl-Art. 3(1)(f)(iv), li jbiegħ tagħmir elettriku jew elettroniku lil dak l-Istat Membru minn Stat Membru ieħor jew xi pajjiż terz, jaħtar persuna ġuridika jew fiżika stabbilita fit-territorju tiegħu, bħala l-persuna responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tiegħu bħala produttur, skont din id-Direttiva, fit-territorju tiegħu.

L-ebda Stat Membru m'għandu jirrikjedi li produttur, kif definit fl-Art. 3(1)(f)(iv), li huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor, ikun stabbilit jew rappreżentat legalment f'dak l-Istat Membru fejn ibigħ EEE.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produttur kif definit fl-Art. 3(1)(f)(iv) għandu l-possibbiltà li jdaħħal onlajn, fir-reġistru tal-Istat Membru fejn hu stabbilit, l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 16 li tirrifletti l-attivitajiet tiegħu tul l-Istati Membri kollha.

Ġustifikazzjoni

Produtturi li jqiegħdu l-EEE fis-suq permezz ta' bejgħ mill-bogħod m'għandhomx jiġu sfurzati jappuntaw rappreżentant legali fl-Istat Membru fejn ix-xerrej tat-tagħmir huwa residenti. Ir-Rapport Monti (Strateġija ġdida għas-suq uniku) tad-9 ta' Mejju 2010 jsemmi wkoll il-problemi tar-riċiklaġġ bħala ostaklu għall-kummerċ elettroniku fl-Unjoni. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu għall-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku (2010/2012(INI)), il-Parlament Ewropew jitlob simplifikazzjoni tal-bejgħ ta' EEE permezz ta' bejgħ mill-bogħod.

Emenda  68

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 18

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jikkooperaw ma' xulxin, b'mod partikolari biex jiġi stabbilit fluss adegwat ta' tagħrif biex jiġi żgurat li l-bejjiegħa mill-bogħod jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u, fejn adatt, jipprovdu tagħrif lil xulxin u lill-Kummissjoni sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni adatta ta' din id-Direttiva. Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' tagħrif għandhom jieħdu kemm jista' jkun vantaġġ mill-mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jikkooperaw ma' xulxin, b'mod partikolari biex jiġi stabbilit fluss adegwat ta' tagħrif biex jiġi żgurat li l-bejjiegħa mill-bogħod jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u, fejn adatt, jipprovdu tagħrif lil xulxin u lill-Kummissjoni sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni adatta ta' din id-Direttiva. Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' tagħrif għandhom jieħdu kemm jista' jkun vantaġġ mill-mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi.

 

B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-produttur huwa stabbilit għandhom, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jiġġenera l-WEEE, jieħdu l-miżuri ta' infurzar neċessarji b'mod proporzjonat u effettiv skont il-leġiżlazzjoni applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni biex jiżguraw li l-produttur huwa konformi mar-rekwiżiti kollha ta' din id-Direttiva.

 

Biex jintlaħaq dan, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-produttur huwa stabbilit għandhom jikkooperaw bi sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jiġġenera l-WEEE. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi, inter alia, aċċess għad-dokumenti rilevanti u għall-informazzjoni u t-twettiq tal-ispezzjonijiet neċessarji.

Ġustifikazzjoni

L-approċċ Ewropew dwar il-produttur jeħtieġ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali milli hu fil-każ tal-proposta tal-Kunsill, sabiex ikun żgurat infurzar effettiv tad-Direttiva.

Emenda  69

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 23

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet u monitoraġġ kif xieraq sabiex jivverifikaw l-implimentazzjoni kif suppost ta' din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet u monitoraġġ kif xieraq sabiex jivverifikaw l-implimentazzjoni kif suppost ta' din id-Direttiva.

Dawk l-ispezzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru l-ġarr, b'mod partikolari l-esportazzjonijiet tal-WEEE lil hinn mill-Unjoni f'konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u l-operazzjonijiet fil-faċilitajiet ta' trattament skont id-Direttiva 2008/98/KE u l-Anness VII ta' din id-Direttiva.

Dawk l-ispezzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru l-kwantitajiet irrappurtati ta' EEE mqiegħed fis-suq, sabiex ikun jista' jiġi iċċekkjat l-ammont ta' garanziji finanzjarji meħtieġa skont l-Artikolu 12(2); il-vjeġġi, b'mod partikolari l-esportazzjonijiet tal-WEEE lil hinn mill-Unjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u Regolament (KE) Nru 1418/2007; u l-operazzjonijiet fil-faċilitajiet ta' trattament skont id-Direttiva 2008/98/KE u l-Anness VII ta' din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġarr ta' EEE użat suspettat li hu WEEE isir skont ir-rekwiżiti minimi fl-Anness VI u għandhom jissorveljaw tali ġarr kif meħtieġ.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġarr ta' EEE użat isir skont ir-rekwiżiti minimi fl-Anness VI u għandhom jissorveljaw tali ġarr kif meħtieġ.

3. L-ispejjeż tal-analiżijiet u l-ispezzjonijiet adatti, inklużi l-ispejjeż tal-ħżin, ta' EEE użat issuspettat li hu WEEE, jistgħu jintalbu mill-produttur, lil partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jew lil persuni oħrajn li jagħmlu l-arranġamenti għall-ġarr ta' EEE użat issuspettat li huwa WEEE.

3. L-ispejjeż tas-soltu tal-analiżijiet u l-ispezzjonijiet adatti, inklużi l-ispejjeż tal-ħżin, ta' EEE użat jistgħu jintalbu mill-produttur, lil partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jew lil persuni oħrajn li jagħmlu l-arranġamenti għall-ġarr ta' EEE użat.

4. Sabiex jiġi żgurat li kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu u tal-Anness VI, il-Kummissjoni tista’, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli addizzjonali dwar l-ispezzjonijiet u l-monitoraġġ u b'mod partikolari kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Anness VI, punt 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).

4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20, fir-rigward tal-istabbiliment ta' regoli addizzjonali dwar l-ispezzjonijiet u l-monitoraġġ u b'mod partikolari kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Anness VI, punt 2.

Emenda  70

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 23 – paragrafu 3 a sa 3 d (ġodda)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom joħolqu reġistru nazzjonali ta’ faċilitajiet rikonoxxuti ta’ ġbir u trattament. Dawk il-faċilitajiet li l-operaturi tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(3) biss għandhom jiddaħħlu f'dak ir-reġistru nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-kontenut tar-reġistru.

 

3b. Operaturi tal-faċilità għandhom iressqu prova annwali tal-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva, u għandhom iressqu rapporti lill-awtoritajiet kompetenti, b'konformità mal-paragrafi 3c u 3d sabiex iżommu l-istatus tagħhom ta’ faċilitajiet ta' ġbir jew ta' trattament rikonoxxuti.

 

3c. L-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ ġbir għandhom iressqu rapporti fuq bażi annwali sabiex jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali jqabblu l-volum ta’ WEEE miġbur mal-volum ta’ WEEE li fil-fatt ġie trasferit għal faċilitajiet ta’ rkupru jew riċiklaġġ. Il-WEEE għandu jkun trasferit esklussivament lejn faċilitajiet rikonoxxuti ta’ rkupru u trattament.

 

3d. L-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ trattament għandhom fuq bażi annwali jissottomettu rapporti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali jqabblu l-ammont ta’ WEEE li ttieħed lura mis-sidien jew minn faċilitajiet ta’ ġbir rikonoxxuti mal-ammont ta’ WEEE li fil-fatt ġie rkuprat, riċiklat, jew b’konformità mal-Artikolu 10, esportat.

Ġustifikazzjoni

Emenda miftiehma fl-ewwel qari, li l-iskop tagħha hu li tiżgura li l-Istati Membri u l-operaturi jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex dawk kollha kkonċernati jkunu sodisfatti li l-leġiżlazzjoni qiegħda tiġi implimentata kif suppost u b'mod effikaċi. Jista' jkun hemm qbil mal-Kunsill dwar kompromessi li jissimplifikaw it-test u li permezz tagħhom tkun evitata d-dupliklazzjoni ma' leġiżlazzjoni oħra.

Emenda  71

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ... . Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ... . Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

___________

___________

* ĠU: daħħal id-data - 18 il xahar wara l-jum tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

*18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Tabelli ta' korrelazzjoni jistabbilixxu b'mod ċar l-implikazzjonijiet tal-adozzjoni ta' kwalunkwe direttiva tal-UE għat-trasferiment ta' din tal-aħħar fil-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru. L-użu ta' tali tabelli jżid it-trasparenza u l-ftuħ tal-proċess leġiżlattiv u jassisti lill-Kummissjoni fis-superviżjoni għall-applikazzjoni adegwata tal-liġi Ewropea. Qed terġa' tiddaħħal il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-ewwel qari. Il-Kummissjoni wkoll kienet issuġġeriet dawn it-tabelli ta' korrelazzjoni.

Emenda  72

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 24 – paragrafu 3 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

3a. Flimkien mal-valutazzjonijiet li huma stipulati fl-Artikoli 2 u 7, il-Kummissjoni għandha, sa ...*, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill abbażi tal-esperjenza fir-rigward tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Fejn japplika, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex tiġi emendata din id-Direttiva.

 

___________

 

* Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha jkunu soġġetti għal monitoraġġ wiesa’ flimkien ma' valutazzjonijiet speċifiċi tal-ambitu tagħha u r-rati ta’ ġbir.

Emenda  73

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Anness imħassar.

Ġustifikazzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni “miftuħ” iwassal għal ċertezza legali akbar, li huwa għan essenzjali tar-reviżjoni tad-Direttiva, peress li, bażikament, l-EEE kollu huwa inkluż. It-tqassim strett ta' tagħmir f’kategoriji wassal għal interpretazzjonijiet differenti wisq fl-Istati Membri, u dan għandu jkun evitat. B'dan il-mod, prodotti ġodda wkoll ikunu jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, mingħajr il-ħtieġa ta' reviżjoni ulterjuri tad-Direttiva sabiex dawn jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni.

Emenda  74

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Anness imħassar

Ġustifikazzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni “miftuħ” iwassal għal ċertezza legali akbar, li huwa għan essenzjali tar-reviżjoni tad-Direttiva, peress li, bażikament, l-EEE kollu huwa inkluż. L-oganizzazzjoni f'kategoriji individwali wasslet għal interpretazzjonijiet differenti fl-Istati Membri, u dan għandu jkun evitat. B'dan il-mod, prodotti ġodda wkoll ikunu jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, mingħajr il-ħtieġa ta' reviżjoni ulterjuri tad-Direttiva sabiex dawn jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni.

Emenda  75

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness III

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Kategoriji ta' EEE koperti minn din id-Direttiva

Kategoriji ta’ tagħmir bl-għan li jiġu definiti l-miri ta' rkupru skont l-Artikolu 11

1. Tagħmir li jibdel it-temperatura

1. Tagħmir li jibdel it-temperatura

2. Skrins, moniters, u tagħmir li fih skrins b'wiċċ akbar minn 100cm2

2. Skrins u moniters

3. Lampi

3. Lampi

4. Tagħmir kbir (ta' tul wieħed akbar minn 50cm) inklużi: tagħmir ta' IT u telekomunikazzjoni; tagħmir tal-konsumaturi; dwal; tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġnijiet, tagħmir mużikali; għodda elettrika u elettronika; ġugarelli, tagħmir ta' divertiment u sport; apparat mediku; strumenti ta' monitoraġġ u kontroll; dispensers awtomatiċi; tagħmir għall-ġenerazzjoni ta' kurrenti elettriċi. Din il-kategorija ma tinkludix tagħmir inkluż fil-kategoriji minn 1 sa 3.

4. Tagħmir kbir, bl-eċċezzjoni ta’ tagħmir tat-tkessiħ u radjaturi, skrins u moniters, u lampi.

5. Tagħmir żgħir (ta' tul ta' mhux aktar minn 50cm) inklużi: tagħmir ta' IT u telekomunikazzjoni; tagħmir tal-konsumaturi; dwal; tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġnijiet, tagħmir mużikali; għodda elettrika u elettronika; ġugarelli, tagħmir ta' divertiment u sport; apparat mediku; strumenti ta' monitoraġġ u kontroll; dispensers awtomatiċi; tagħmir għall-ġenerazzjoni ta' kurrenti elettriċi. Din il-kategorija ma tinkludix tagħmir inkluż fil-kategoriji minn 1 sa 3.

5. Tagħmir żgħir, bl-eċċezzjoni ta’ tagħmir tat-tkessiħ u radjaturi, skrins u moniters, u lampi u tagħmir tal-IT u tat-telekomunikazzjoni.

 

6. Tagħmir tal-IT u telekomunikazzjonijiet

Ġustifikazzjoni

Il-kategoriji mhumiex rilevanti għall-kamp ta' applikazzjoni ladarba hu miftuħ (emenda Artikolu 2(1)). Huwa arbitrarju l-fatt li jintużaw iċ-ċentimetri biex ikun hemm distinzjoni bejn tagħmir kbir u żgħir. Id-definizzjonijiet ta' 'stallazzjonijiet fuq skala kbira' u 'għodda fuq skala kbira' jistgħu jkunu konfużi, għaliex dawn ma jistgħux jiġu kkunsidrati kbar jekk m'humiex itwal minn 50 ċm. Fid-dawl tal-fatt li ma ngħatawx indikazzjonijiet rigward kobor fid-Direttiva, hemm it-tħassib li se tibda tintuża l-iskala ta' ċentimetri f'Anness III. Huwa xieraq li tagħmir żgħir tal-ICT jkun f'kategorija separata, għaliex dan fih ħafna materja prima.

Emenda  76

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness IV

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Lista indikattiva ta' EEE li jaqgħu fil-Kategoriji elenkati fl-Anness III:

Lista indikattiva ta' EEE li jaqgħu fil-Kategoriji elenkati fl-Anness III:

1. Tagħmir li jibdel it-temperatura

1. Tagħmir li jibdel it-temperatura

Refriġeraturi, Friżi, Tagħmir li awtomatikament iwassal prodotti kesħin, Tagħmir tal-klimatizzazzjoni tal-arja, Tagħmir Deumidifikanti, Pompi tas-sħana. Radjaturi li fihom żejt u tagħmir ieħor li jibdel it-temperatura li juża' fluwidi għajr l-ilma għat-tibdil tat-temperatura.

Refriġeraturi

 

Friżi

 

Tagħmir li awtomatikament jiddistribwixxi prodotti kesħin

 

Tagħmir tal-klimatizzazzjoni tal-arja

 

Tagħmir Deumidifikanti

 

Pompi tas-sħana

 

Radjaturi li fihom żejt

 

u tagħmir ieħor li jibdel it-temperatura li juża' fluwidi għajr l-ilma għat-tibdil tat-temperatura

2. Skrins, moniters, u tagħmir li fih skrins b'wiċċ akbar minn 100cm2

2. Skrins u moniters

Skrins, Televiżjonijiet, Kwadri tar-ritratti LCD, Moniters, Laptops, Notebooks.

Skrins

 

Televiżjonijiet

 

Kwadri tar-ritratti LCD

 

Moniters

3. Lampi

3. Lampi

Lampi fluworexxenti dritti, Lampi fluworexxenti kumpatti, Lampi fluworexxenti, Lampi bi skariku elettriku ta' intensità għolja - inkluż lampi tas-sodju bi pressa u lampi tal-alid tal-metall, Lampi tas-sodju bi pressa baxxa, LED.

Lampi florexxenti dritti

 

Lampi florexxenti kompatti

 

Lampi florexxenti

 

Lampi tad-discharge ta' intensità għolja, inklużi lampi tas-sodju bi pressa u lampi alidi tal-metall

 

Lampi tas-sodju bi pressa baxxa

 

Lampi LED

4. Tagħmir kbir

4. Strumenti kbar

Magni tal-ħasil ta' ħwejjeġ, Dryers tal-ħwejjeġ, Magni tal-ħasil tal-platti, Cookers, Stufi elettriċi, Hot plates elettriċi, Dwal, Tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġnijiet, Tagħmir mużikali (esklużi orgnijiet installati fi knejjes); Apparat għall-ħdim tal-labar u l-insiġ, Servers lokali kbar (mainframes), Stampaturi kbar, Tagħmir għall-ikkuppjar, Slot machines kbar, Apparat mediku kbir, Strumenti ta' monitoraġġ u kontroll kbar, Apparat kbir li awtomatikament iwassal prodotti u flus, Pannelli fotovoltajċi.

– Apparat kbir għat-tisjir u għall-ipproċessar ieħor tal-ikel (bħal pereżempju hot plates tal-elettriku, fran tal-elettriku, kenuri tal-elettriku, microwaves, magni tal-kafè installati fil-post)

 

Kapep tal-estrazzjoni

 

Magni kbar għat-tindif (bħal pereżempju magni għall-ħasil tal-ħwejjeġ, magni li jnixxfu l-ħwejjeġ, magni li jaħslu l-platti)

 

– Apparat kbir li jsaħħan (bħal pereżempju ħiters kbar tal-fann, kenuri tal-elettriku, sistemi li jsaħħnu l-irħam jew ġebel naturali, sistemi għat-tisħin tal-pixxini u strumenti oħra kbar li jsaħħnu l-kmamar, is-sodod u għamara fejn wieħed joqgħod bilqiegħda)

 

– Strumenti kbar għall-kura tal-ġisem (bħal pereżempju solarji, sawni, siġġijiet li jagħmlu l-massaġġi)

 

Apparat kbir tal-IT u telekomunikazzjonijiet (bħal pereżempju kompjuters kbar, servers, infrastruttura u tagħmir tan-netwerks fiss, printers kbar, tagħmir li jagħmel il-kopji, settijiet tat-telefown li jaħdmu bil-muniti)

 

– Apparat kbir għal waqt il-mistrieħ u l-isport (bħal pereżempju tagħmir tal-isport b’komponenti tal-elettriku jew elettroniċi, magni tal-logħob li jaħdmu bil-muniti)

 

Tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġnijiet

 

– Tagħmir mużikali (bl-eklużjoni ta' orgnijiet fil-knejjes)

 

– Tagħmir kbir li jdawwal u tagħmir ieħor li jifrex jew jikkontrolla d-dawl

 

– Għodda u makkinarju industrijali tal-elettriku u elettroniku kbar bl-esklużjoni ta' għodda fissa industrijali kbira u makkinarju mobbli mhux tat-triq u apparat intiżi għall-użu ta' utenti professjonali biss (pereżempju apparat għall-ħdim tal-labar u l-insiġ)

 

– Tagħmir kbir għall-iġġenerar jew it-trażmissjoni tal-elettriku (bħal pereżempju ġeneraturi, transformers, tagħmir tal-provvista ininterrotta tal-elettriku (UPS), konverters)

 

– Tagħmir mediku kbir

 

– Strumenti ta' monitoraġġ u kontroll kbar

 

– Strumenti u stallazzjonijiet kbar ta’ kejl (bħal pereżempju mwieżen, magni installati f’post fiss)

 

– Tagħmir kbir għal bejgħ jew distribuzzjoni ta' prodotti b’mod awtomatiku u għall-għoti ta’ servizzi sempliċi (pereżempju apparat ta' distribuzzjoni ta' prodotti, ATMs, apparat għall-ġbir ta’ kontenituri vojta, makkinarju fotografiku)

 

– Pannelli fotovoltajċi

5. Tagħmir żgħir

5. Apparat żgħir

Vacuum cleaners, Xkupi tat-twapet, Apparat għall-ħjata, Dwal, Microwaves, Tagħmir tal-ventilazzjoni, Ħadid tal-mogħdija, Towsters, Skieken elettriċi, Ktieli elettriċi, Arloġġi, Shavers elettriċi, Mwieżen, Apparat għax-xagħar u l-kura tal-ġisem, Kompjuters personali, Stampaturi, Kalkolaturi, Telefons, Telefons ċellulari, Settijiet tar-radju, Vidjo kameras, Vidjo rikorders, Tagħmir hi-fi, Strumenti tal-mużika, Tagħmir li jirriproduċi ħsejjes jew immaġnijiet, Ġugarelli elettriċi u elettroniċi, Tagħmir tal-isport, Kompjuters għall-ġiri bir-rota, l-għadis, il-ġiri, il-qdif, eċċ, Ditekter tad-duħħan, Regolaturi tas-sħana, Termostats, Għodda elettrika u elettronika żgħira, Apparat mediku żgħir, Strumenti ta' monitoraġġ u kontroll żgħar, Apparat żgħir li awtomatikament iwassal prodotti, Tagħmir żgħir b'pannelli fotovoltajċi integrati.

– Apparat żgħir użat għat-tisjir u proċessar ieħor tal-ikel (bħal pereżempju Towsters, Hot plates, Skieken elettriċi, Ktieli elettriċi, Immersion coils, Magni li jqattgħu, Microwaves)

 

– Apparat żgħir għat-tindif (bħal pereżempju vacuum cleaners, apparat biex jinkinsu t-twapet, ħdejjed tal-mogħdija eċċ.)

 

– Fannijiet, air fresheners, tagħmir ta' ventilazzjoni

 

– Tagħmir żgħir għat-tisħin (bħal pereżempju kutri tal-elettriku)

 

Arloġġi, arloġġi tal-idejn, arloġġi bl-alarm u apparat ieħor għall-kejl tal-ħin

 

– Apparat żgħir għall-iġjene u l-benesseri personali (bħal pereżempju shavers elettriċi, xkupilji tas-snien, apparat li jnixxef ix-xagħar, apparat li jagħmel il-massaġġi)

 

Kameras (pereżempju vidjo kameras)

 

Apparat elettroniku għall-konsumatur, (bħal pereżempju radjijiet, amplifikaturi tal-awdjo, radjijiet tal-karozza, DVD plejers, vidjo rikorders u tagħmir hi-fi)

 

– Strumenti u tagħmir mużikali (bħal pereżempju amplifikaturi, amplifikaturi li jżidu s-saħħa tal-output, audio mixing consoles, mikrofoni)

 

– Tagħmir żgħir li jdawwal u tagħmir ieħor li jifrex jew jikkontrolla d-dawl

 

– Ġugarelli (bħal pereżempju mudelli tal-ferroviji, mudelli tal-ajruplani eċċ.)

 

– Tagħmir żgħir tal-isport (bħal pereżempju kompjuters għall-ġiri bir-rota, l-għadis, il-ġiri, il-qdif eċċ.)

 

– Apparat żgħir għal waqt il-ħin liberu (bħal pereżempju logħob tal-vidjo, tagħmir tas-sajd u għal-logħob tal-golf eċċ.)

 

– Għodda żgħira elettrika u elettronika, inkluża għodda tal-ġnien (bħal pereżempju trapani, srieraq, pompi, magni tal-ħsad)

 

– Magni tal-ħjata

 

– Tagħmir żgħir għall-iġġenerar jew it-trażmissjoni tal-elettriku (bħal pereżempju ġeneraturi, chargers, tagħmir tal-provvista mhux interrotta tal-elettriku (UPS), konverters)

 

– Apparat mediku żgħir, inkluż apparat veterinarju

 

Strumenti ta' monitoraġġ u kontroll żgħar (bħal pereżempju ditekters tad-duħħan, regolaturi tas-sħana, termostati, ditekters taċ-ċaqliq, strumenti u prodotti ta’ monitoraġġ, apparat li jaħdem u jiġi kkontrollat mill-bogħod)

 

– Apparat żgħir ta’ kejl (bħal pereżempju mwieżen, apparat tad-displej, telemeters, termometri)

 

– Tagħmir żgħir għal bejgħ jew distribuzzjoni ta' prodotti b’mod awtomatiku

 

Tagħmir żgħir b'pannelli fotovoltajċi integrati

 

6. Tagħmir żgħir tal-IT u telekomunikazzjonijiet

 

– Laptops

 

– Notebooks

 

– Tablets

 

– Tagħmir żgħir tal-IT u t-telekomunikazzjonijiet (bħal pereżempju kompjuters personali, printers, kalkulaturi tal-but, telefowns, telefowns ċellulari, routers, apparat tar-radju, baby phones, projetturi tal-vidjo)

Ġustifikazzjoni

Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari terġa' tiddaħħal bl-inklużjoni tal-eżempji elenkati fil-pożizzjoni tal-Kunsill. Huwa xieraq li tagħmir żgħir tal-ICT ikun f'kategorija separata, għaliex dawn jista' jkun fihom ħafna materja prima.

Emenda  77

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness V

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Anness imħassar.

Ġustifikazzjoni

Ir-rati ta' rkupru għandhom ikunu stabbiliti direttament f'Artikolu separat tad-Direttiva sabiex jinħoloq test legali ċar (ara l-emenda għall-Artikolu 11 (1)). Ir-rati ta' rkupru għandhom jinkludu wkoll ir-rati ta' użu mad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Rata ta' użu mill-ġdid separata hija importanti għall-implimentazzjoni speċifika tal-ġerarkija tal-iskart.

Emenda  78

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness VI

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

ANNESS VI

ANNESS VI

Rekwiżiti minimi għall-ġarr ta' EEE użat suspettat li hu WEEE

Rekwiżiti minimi għall-ġarr ta’ EEE użati

1. Sabiex issir distinzjoni bejn l-EEE u l-WEEE, fejn sid ta' oġġett jiddikjara li għandu l-intenzjoni li jġorr jew li qiegħed iġorr EEE użat iżda li mhux WEEE, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom f'każijiet ta' EEE ssuspettat li hu WEEE jitolbu dan li ġej sabiex ikollhom prova tad-dikjarazzjoni:

1. Sabiex issir distinzjoni bejn l-EEE u l-WEEE, fejn sid ta' oġġett jiddikjara li għandu l-intenzjoni li jġorr jew li qiegħed iġorr EEE użat iżda li mhux WEEE, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom f'każijiet ta' EEE jitolbu dan li ġej sabiex ikollhom prova tad-dikjarazzjoni:

a) kopja tal-fattura u tal-kuntratt relatati mal-bejgħ u/jew mat-trasferiment tas-sjieda tal-EEE li jiddikjaraw li t-tagħmir huwa maħsub għal użu mill-ġdid dirett u li huwa kompletament funzjonali;

a) kopja tal-fattura u tal-kuntratt relatati mal-bejgħ u/jew mat-trasferiment tas-sjieda tal-EEE li jiddikjaraw li t-tagħmir huwa maħsub għal użu mill-ġdid dirett u li huwa kompletament funzjonali;

b) evidenza tal-valutazzjoni jew l-ittestjar f'forma ta' kopja tar-reġistri (ċertifikat tal-ittestjar, prova tal-funzjonalità) fuq kull oġġett fil-konsenja u protokoll li jkun fih it-tagħrif kollu tar-reġistri skont il-punt 3;

b) evidenza tal-valutazzjoni jew l-ittestjar f'forma ta' kopja tar-reġistri (ċertifikat tal-ittestjar, prova tal-funzjonalità) fuq kull oġġett fil-konsenja u protokoll li jkun fih it-tagħrif kollu tar-reġistri skont il-punt 3;

c) dikjarazzjoni li tkun saret mill-possessur li jorganizza t-trasport tal-EEE li l-ebda materjal jew tagħmir fil-konsenja mhuwa skart kif iddefinit bl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/ 98 /KE, u

c) dikjarazzjoni li tkun saret mill-possessur li jorganizza t-trasport tal-EEE li l-ebda materjal jew tagħmir fil-konsenja mhuwa skart kif iddefinit bl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/ 98 /KE, u

d) protezzjoni adatta kontra ħsara waqt it-trasportazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt b'mod partikolari permezz ta' imballaġġ suffiċjenti jew arranġament adatt tat-tagħbija.

d) protezzjoni adatta kontra ħsara waqt it-trasportazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt b'mod partikolari permezz ta' imballaġġ suffiċjenti u arranġament adatt tat-tagħbija.

2. B'deroga, il-punt 1 (a) u (b) u l-punt (3) ma japplikawx lill-produttur jew lil partijiet terzi li jaġixxu f'ismu meta ikun iddokumentat bi provi konklużivi li l-vjeġġ ikun qiegħed iseħħ fil-qafas ta' ftehim ivverifikat ta' trasferiment minn negozju għal ieħor u fejn :

2. B'deroga, il-punt 1 (a) u (b) u l-punt (3) ma għandhomx japplikaw lill-produttur jew lil partijiet terzi li jaġixxu f'ismu jew lill-faċilitajiet ta' partijiet terzi għal tiswija jew rinnovament, sakemm ma jkunx iddokumentat bi provi konklużivi li l-vjeġġ ikun qiegħed iseħħ fil-qafas ta' ftehim ivverifikat ta' trasferiment minn negozju għal ieħor u fejn :

a) l-EEE jintbagħat lura bħala difettuż għat-tiswija taħt garanzija bl-intenzjoni tal-użu mill-ġdid,

a) l-EEE jintbagħat lura bħala difettuż għat-tiswija taħt garanzija bl-intenzjoni tal-użu mill-ġdid,

b) l-EEE għal użu professjonali użat jintbagħat għall-manutenzjoni jew it-tiswija skont kuntratt validu ta' servizz ta' manutenzjoni wara l-bejgħ bl-intenzjoni tal-użu mill-ġdid, jew

b) l-EEE għal użu professjonali użat jintbagħat għall-manutenzjoni jew it-tiswija skont kuntratt validu bl-intenzjoni tal-użu mill-ġdid, jew

c) l-EEE għal użu professjonali difettuż użat, bħal apparat mediku jew il-partijiet tiegħu, jintbagħat għall-analiżi tal-kawża prinċipali skont kuntratt validu ta' servizz ta' manutenzjoni wara l-bejgħ, f'każ li tali analiżi tista' titwettaq biss mill-produttur jew partijiet terzi li jaġixxu f'ismu,

c) l-EEE għal użu professjonali difettuż użat, bħal apparat mediku jew il-partijiet tiegħu, jintbagħat għall-analiżi tal-kawża prinċipali skont kuntratt validu ta' servizz ta' manutenzjoni wara l-bejgħ, f'każ li tali analiżi tista' titwettaq biss mill-produttur jew partijiet terzi li jaġixxu f'ismu,

 

Din id-deroga għandha tapplika biss għal vjeġġi lejn pajjiżi fejn tapplika d-Deċiżjoni C(2001)107/Finali tal-Kunsill tal-OECD li tikkonċerna d-Deċiżjoni C(92)39/Finali dwar il-kontroll ta' movimenti transkonfinali ta' skart destinat għal operazzjonijiet ta' rkupru.

 

Fil-każ li l-EEE kopert minn din id-deroga ma jistax jissewwa jew irranġat mill-ġdid, għandu jkun ikkunsidrat WEEE.

3. Sabiex jintwera li l-oġġetti li qegħdin jinġarru huma EEEużat u mhux WEEE, l-Istati Membri għandhom jesiġu li jitwettqu l-passi li ġejjin għall-ittestjar u ż-żamma ta' reġistri għal EEE:

3. Sabiex jintwera li l-oġġetti li qegħdin jinġarru huma EEEużat u mhux WEEE, l-Istati Membri għandhom jesiġu li jitwettqu l-passi li ġejjin għall-ittestjar u ż-żamma ta' reġistri għal EEE:

Stadju 1: Ittestjar

Stadju 1: Ittestjar

a) Il-funzjonalità għandha tiġi ttestjata u l-preżenza ta' sustanzi perikolużi għandha tiġi vvalutata. It-testijiet li għandhom jitwettqu jiddependu mit-tip ta' EEE. Għall-parti l-kbira tal-EEE test ta' funzjonalità tal-funzjonijiet ewlenin huwa suffiċjenti.

a) Il-funzjonalità għandha tiġi ttestjata u l-preżenza ta' sustanzi perikolużi għandha tiġi vvalutata. It-testijiet li għandhom jitwettqu jiddependu mit-tip ta' EEE. Għall-parti l-kbira tal-EEE test ta' funzjonalità tal-funzjonijiet ewlenin huwa suffiċjenti.

b) Ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-ittestjar għandhom jiġu rreġistrati.

b) Ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-ittestjar għandhom jiġu rreġistrati.

Stadju 2: Reġistru

Stadju 2: Reġistru

a) Ir-reġistru għandu jitwaħħal b'mod sikur iżda mhux permanenti jew fuq EEE stess (jekk dan ma jkunx ippakkjat) jew fuq l-imballaġġ sabiex ikun jista' jinqara mingħajr mingħajr ma jinfetaħ l-imballaġġ tat-tagħmir.

a) Ir-reġistru għandu jitwaħħal b'mod sikur iżda mhux permanenti jew fuq EEE stess (jekk dan ma jkunx ippakkjat) jew fuq l-imballaġġ sabiex ikun jista' jinqara mingħajr mingħajr ma jinfetaħ l-imballaġġ tat-tagħmir.

b) Ir-reġistru għandu jinkludi t-tagħrif li ġej:

b) Ir-reġistru għandu jinkludi t-tagħrif li ġej:

Isem l-oġġett (Isem it-tagħmir jekk elenkat fl-Anness II jew l-Anness IV, skont il-każ, u l-kategorija mniżżla fl-Anness I jew l-Anness III, skont il-każ);

Isem l-oġġett (Isem it-tagħmir jekk elenkat fl-Anness IV u l-kategorija mniżżla fl-Anness III);

In-Numru tal-Identifikazzjoni tal-oġġett (nru tat-tip) fejn applikabbli;

In-Numru tal-Identifikazzjoni tal-oġġett (nru tat-tip) fejn applikabbli;

Is-Sena tal-Produzzjoni (jekk disponibbli);

Is-Sena tal-Produzzjoni (jekk disponibbli);

L-isem u l-indirizz tal-kumpanija responsabbli għall-evidenza tal- funzjonalità;

L-isem u l-indirizz tal-kumpanija responsabbli għall-evidenza tal- funzjonalità;

Ir-riżultati tat-testijiet kif deskritti fl-istadju 1 inkluża d-data tat-test tal-funzjonalità);

Ir-riżultati tat-testijiet kif deskritti fl-istadju 1 (inkluża d-data tat-test tal-funzjonalità);

It-tip ta' testijiet imwettqa.

It-tip ta' testijiet imwettqa.

4. Minbarra d-dokumentazzjoni mitluba fil- punti 1 u 3, kull tagħbija (eż. kontenitur tal-ġarr, trakk) ta' EEE użat għandha tkun akkumpanjata minn:

4. Minbarra d-dokumentazzjoni mitluba fil- punti 1 u 3, kull tagħbija (eż. kontenitur tal-ġarr, trakk) ta' EEE użat għandha tkun akkumpanjata minn:

a) dokument t-trasport rilevanti, eż. CMR jew waybill.

a) dokument t-trasport rilevanti, eż. CMR jew waybill.

b) dikjarazzjoni tal-persuna responsabbli għaliha.

b) dikjarazzjoni tal-persuna responsabbli għaliha.

5. Fin-nuqqas ta' prova li oġġett huwa tagħmir elettriku u elettroniku u mhux WEEE permezz tad-dokumentazzjoni xierqa mitluba fil-punti 1, 3 u 4 u ta' protezzjoni adatta kontra ħsara matul it- trasportazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt b'mod partikolari permezz tal-imballaġġ suffiċjenti jew arranġament adatt tat-tagħbija, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jikkunsidraw li oġġett huwa WEEE u jippreżumu li t-tagħbija hija konsenja illegali. F'dawn iċ-ċirkostanzi t-tagħbija tiġi ttrattata skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

5. Fin-nuqqas ta' prova li oġġett huwa tagħmir elettriku u elettroniku u mhux WEEE permezz tad-dokumentazzjoni xierqa mitluba fil-punti 1, 3 u 4 u ta' protezzjoni adatta kontra ħsara matul it- trasportazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt b'mod partikolari permezz tal-imballaġġ suffiċjenti jew arranġament adatt tat-tagħbija, li f'kull każ għandu jkun ipprovdut minn sid it-tagħmir maħsub għall-vjeġġ, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jikkunsidraw li oġġett huwa WEEE u jippreżumu li t-tagħbija hija konsenja illegali. F'dawn iċ-ċirkostanzi t-tagħbija tiġi ttrattata skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

Emenda  79

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness X – punt A

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Tagħrif għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar imsemmi fl-Artikolu 16

Tagħrif għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar imsemmi fl-Artikolu 16

A. Tagħrif li għandu jiġi ppreżentat mar-reġistrazzjoni:

A. Tagħrif li għandu jiġi ppreżentat mar-reġistrazzjoni:

1. Isem u indirizz tal-produttur jew tar-rappreżentant legali fil-każ ta' produtturi kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1) (f) (iv) (kodiċi postali u post, isem tat-triq u numru, il-pajjiż, in-numru tat-telefon u tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika, kif ukoll persuna ta' kuntatt). Fil-każ ta' rappreżentant legali, anki d-dettalji ta' kuntatt tal-produttur li qed jiġi rrappreżentat.

1. Isem u indirizz tal-produttur jew tar-rappreżentant legali (kodiċi postali u post, isem tat-triq u numru, il-pajjiż, in-numru tat-telefon u tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika, kif ukoll persuna ta' kuntatt). Fil-każ ta' rappreżentant legali, anki d-dettalji ta' kuntatt tal-produttur li qed jiġi rrappreżentat.

2. Kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru Ewropew tat-taxxi jew in-numru nazzjonali tat-taxxi tal-produttur (fakultattiv).

2. Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-produttur, inkluż in-numru Ewropew tat-taxxi jew in-numru nazzjonali tat-taxxi tal-produttur.

3. Kategorija ta' EEE imniżżla fl-Anness I jew l-Anness III, skont il-każ.

3. Kategorija ta' EEE imniżżla fl-Anness III.

4. Tip ta' EEE (domestiku jew għajr tagħmir domestiku).

4. Tip ta' EEE (domestiku jew għajr tagħmir domestiku).

5. Isem tal-marka ta' EEE (fakultattiv).

5. Isem tal-marka ta' EEE.

6. Tagħrif dwar kif il-produttur jirrispetta r-responsabbiltajiet tiegħu; skema individwali jew kollettiva, inkluż tagħrif dwar il-garanzija finanzjarja.

6. Tagħrif dwar kif il-produttur jirrispetta r-responsabbiltajiet tiegħu; skema individwali jew kollettiva, inkluż tagħrif dwar il-garanzija finanzjarja.

7. Teknika ta' bejgħ użata (eż. bejgħ mill-bogħod).

7. Teknika ta' bejgħ użata (eż. bejgħ mill-bogħod).

8. Dikjarazzjoni li t-tagħrif ipprovdut huwa veru.

 

Ġustifikazzjoni

Biex tinkiseb il-mira ta' reġistrazzjoni armonizzata, huwa neċessarju li d-dejta meħtieġa għar-reġistri nazzjonali tkun identika. Dejta fakultattiva mhijiex aċċettata, għaliex inkella jkollhom jintlaħqu mill-ġdid ir-rekwiżiti differenti fl-Istati Membri. L-informazzjoni fir-reġistri trid tkun vera. Dikjarazzjoni ulterjuri ma tipprovdix valur miżjud u tfisser biss żieda fil-burokrazija.

Emenda  80

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness X – punt B

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

B. Tagħrif li għandu jiġi ppreżentat għar-rappurtar:

B. Tagħrif li għandu jiġi ppreżentat għar-rappurtar:

1. Kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur.

1. Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-produttur.

2. Perijodu ta' rappurtar.

2. Perjodu ta' rappurtar.

3. Kategorija ta' EEE imniżżla fl-Anness I jew l-Anness III, skont il-każ.

3. Kategorija ta' EEE imniżżla fl-Anness III.

4. Kwantità ta' EEE li jitqiegħed fis-suq nazzjonali, skont il-piż.

4. Kwantità ta' EEE li jitqiegħed fis-suq nazzjonali, skont il-piż.

5. (fakultattiv) kwantità, skont il-piż, ta' skart ta' EEE miġbur separatament, ippreparat għall-użu mill-ġdid, riċiklat, irkuprat u mormi fl-Istat Membru jew li jinġarr ġewwa jew barra l-Unjoni.

5. Kwantità, skont il-piż, ta' skart ta' EEE miġbur separatament, ippreparat għall-użu mill-ġdid, riċiklat, irkuprat u mormi fl-Istat Membru jew li jinġarr ġewwa jew barra l-Unjoni.

Nota: It-tagħrif li jinsab fil-punti 4 u 5 għandu jingħata skont il-kategorija.

Nota: It-tagħrif li jinsab fil-punti 4 u 5 għandu jingħata skont il-kategorija.

Ġustifikazzjoni

Biex tinkiseb il-mira ta' reġistrazzjoni armonizzata, huwa neċessarju li d-dejta meħtieġa għar-reġistri nazzjonali tkun identika. Dejta fakultattiva mhijiex aċċettata, għaliex inkella jkollhom jintlaħqu mill-ġdid ir-rekwiżiti differenti fl-Istati Membri.

PROĊEDURA

Titolu

Skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku

Referenzi

07906/2/2011 – C7-0250/2011 – 2008/0241(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

3.2.2011                     T7-0037/2011

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2008)0810 - C6-0472/2008

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

29.9.2011

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

29.9.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Karl-Heinz Florenz

31.8.2009

 

 

 

Eżami fil-kumitat

8.9.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

4.10.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

1

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Milan Cabrnoch, Nessa Childers, Chris Davies, Bairbre de Brún, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Sabine Wils

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Tadeusz Cymański, Matthias Groote, Alojz Peterle, Marianne Thyssen, Marita Ulvskog, Kathleen Van Brempt

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Arlene McCarthy

Data tat-tressiq

6.10.2011