Proċedura : 2010/0377(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0339/2011

Testi mressqa :

A7-0339/2011

Dibattiti :

PV 13/06/2012 - 17
CRE 13/06/2012 - 17

Votazzjonijiet :

PV 14/06/2012 - 11.2
CRE 14/06/2012 - 11.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0254

RAPPORT     ***I
PDF 1481kWORD 1207k
11.10.2011
PE 464.978v02-00 A7-0339/2011

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi

(COM(2010)0781 – C7‑0011/2011 – 2010/0377(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: János Áder

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi

(COM(2010)0781 – C7‑0011/2011 – 2010/0377(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0781),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0011/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2011(1),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' …(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0339/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-inċidenti kbar ħafna drabi jkollhom konsegwenzi serji, kif seħħ bl-inċidenti ta’ Seveso, Bhopal, Schweizerhalle, Enschede, Toulouse u Buncefield. Barra minn hekk, l-impatt jista’ jestendi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Dan jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li tittieħed azzjoni ta' prekawzjoni xierqa li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha għaċ-ċittadini, il-komunitajiet u l-ambjent.

(2) L-inċidenti kbar ikollhom konsegwenzi serji, kif seħħ bl-inċidenti ta’ Seveso, Bhopal, Schweizerhalle, Enschede, Toulouse u Buncefield. Barra minn hekk, l-impatt jista’ jestendi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Dan jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li tittieħed azzjoni ta' prekawzjoni xierqa li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha għaċ-ċittadini, il-komunitajiet, il-proprjetà u l-ambjent. Għalhekk, jeħtieġ li jkun żgurat li l-livelli għolja ta’ protezzjoni eżistenti jinżammu u, jekk ikun possibbli, jittejbu aktar.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni inkludiet "il-proprjetà" fid-definizzjoni ta' inċident kbir, filwaqt li għamlet referenza għal "periklu serju għas-saħħa tal-bniedem, il-proprjetà jew l-ambjent". Għall-koerenza legali, it-terminu 'proprjetà' għandu jiddaħħal ukoll f'din il-premessa.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-Direttiva 96/82/KE kienet strumentali sabiex tnaqqas il-probabbiltà u l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal dawn, u b’hekk twassal għal livelli ta’ protezzjoni aħjar fl-Unjoni kollha. Reviżjoni tad-Direttiva kkonfermat li, b’mod ġenerali, id-dispożizzjonijiet eżistenti huma xierqa għall-iskop u li l-ebda bidliet kbar mhuma meħtieġa. Madankollu, is-sistema stabbilita bid-Direttiva 96/82/KE trid tiġi adattata għat-tibdiliet fis-sistema ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanzi perikolużi tal-Unjoni li għaliha din tirreferi. Barra minn hekk, għadd ta’ dispożizzjonijiet oħra jridu jiġu ċċarati u aġġornati.

(3) Id-Direttiva 96/82/KE kienet strumentali sabiex tnaqqas il-probabbiltà u l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal dawn, u b’hekk twassal għal livelli ta’ protezzjoni aħjar fl-Unjoni kollha. Reviżjoni tad-Direttiva kkonfermat li r-rata ta’ inċidenti kbar baqgħet stabbli. Filwaqt li, b’mod ġenerali, id-dispożizzjonijiet eżistenti huma xierqa għall-iskop, diversi bidliet huma meħtieġa sabiex ikomplu jsaħħu l-livell ta’ protezzjoni, partikolarment fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar. Fl-istess ħin, is-sistema stabbilita bid-Direttiva 96/82/KE trid tiġi adattata għat-tibdiliet fis-sistema ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanzi perikolużi tal-Unjoni li għaliha din tirreferi. Barra minn hekk, għadd ta’ dispożizzjonijiet oħra jridu jiġu ċċarati u aġġornati.

Ġustifikazzjoni

In-numru ta’ inċidenti kbar baqa’ stabbli fis-snin riċenti. 30 inċident kbir kull sena huma wisq. Għalhekk, huwa importanti li nieħdu l-opportunità mir-reviżjoni instigata mis-sistema ta’ klassifikazzjoni l-ġdida biex jissaħħu d-dispożizzjonijiet importanti tad-direttiva.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Għaldaqstant huwa xieraq li d-Direttiva 96/82/KE tiġi ssostitwita sabiex jiġi żgurat li l-livelli ta’ protezzjoni eżistenti jinżammu u jitjiebu aktar, billi d-dispożizzjonijiet isiru aktar effettivi u effiċjenti u, fejn ikun possibbli, jitnaqqsu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa billi jiġu ssemplifikati mingħajr ma tiġi kompromessa s-sikurezza. Fl-istess waqt, id-dispożizzjonijiet ġodda għandhom ikunu ċari, koerenti u faċli biex tifhimhom ħalli jgħinu biex jitjiebu l-implimentazzjoni u l-infurzar.

(4) Għaldaqstant huwa xieraq li d-Direttiva 96/82/KE tiġi ssostitwita sabiex jiġi żgurat li l-livelli ta’ protezzjoni eżistenti jinżammu u jitjiebu aktar, billi d-dispożizzjonijiet isiru aktar effettivi u effiċjenti u, fejn ikun possibbli, jitnaqqsu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa billi jiġu ssemplifikati, bil-kundizzjoni li s-sikurezza u l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa pubblika ma jiġux kompromessi. Fl-istess waqt, id-dispożizzjonijiet ġodda għandhom ikunu ċari, koerenti u faċli biex tifhimhom ħalli jgħinu biex jitjiebu l-implimentazzjoni u l-infurzar, filwaqt li l-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa u l-ambjent għandu għall-anqas jibqa’ l-istess jew jiżdied.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi żgurat li mhux biss il-livell tas-sikurezza ma jiġix kompromess, iżda anke l-livell tal-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa pubblika.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Inċidenti kbar jista’ jkollhom konsegwenzi lil hinn mill-fruntieri, u l-kost ekoloġiku u ekonomiku ta’ inċident tiġġarrab mhux biss mill-istabbiliment affettwat, iżda wkoll mill-Istat Membru konċernat. Għalhekk, huwa meħtieġ li jittieħdu miżuri li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha.

(6) Inċidenti kbar jista’ jkollhom konsegwenzi lil hinn mill-fruntieri, u l-kost ekoloġiku u ekonomiku ta’ inċident jiġġarrab mhux biss mill-istabbiliment affettwat, iżda wkoll mill-Istat Membru konċernat. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti u applikati miżuri ta' sigurtà u ta' tnaqqis ta' riskji, sabiex jiġu evitati l-inċidenti eventwali, jitnaqqas ir-riskju ta' inċidenti u jittaffew il-konsegwenzi eventwali, sabiex ikun jista' jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha. L-Istati Membri għandhom kemm jista' jkun jiskambjaw l-aħjar prattika.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Ċerti attivitajiet industrijali għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom. Dawn l-attivitajiet huma soġġetti għal liġijiet oħra tal-Unjoni jew oħrajn nazzjonali li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sikurezza. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tkompli tiżgura li ma jkun hemm l-ebda nuqqasijiet sinifikanti fil-qafas regolatorju eżistenti, partikolarment rigward riskji ġodda u oħrajn emerġenti minn attivitajiet oħrajn, u tieħu azzjoni xierqa meta jkun meħtieġ.

(8) Ċerti attivitajiet industrijali għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, bil-kundizzjoni li jkunu soġġetti għal liġijiet oħra tal-Unjoni jew oħrajn nazzjonali li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sikurezza. Il-Kummissjoni għandha tkompli teżamina hemmx nuqqasijiet sinifikanti fil-qafas regolatorju eżistenti, partikolarment rigward riskji ġodda u oħrajn emerġenti minn attivitajiet oħrajn kif ukoll minn sustanzi perikolużi speċifiċi, u ċerti nanomaterjali li għadhom ma jaqgħux fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, u jekk ikun xieraq tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tindirizza dawk in-nuqqasijiet.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-Anness I għad-Direttiva 96/82/KE jelenka s-sustanzi perikolużi li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tagħha, inter alia b’referenza għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi kif ukoll id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonijiet perikolużi. Dawk id-Direttivi ġew issostitwiti bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li timplimenta fi ħdan l-Unjoni s-Sistema Armonizzata Globalment ta’ Klassifikazzjoni u Tikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi (GHS) li ġiet adottata f’livell internazzjonali, fl-istruttura tan-Nazzjonijiet Uniti. Dak ir-Regolament jintroduċi klassijiet u kategoriji ġodda ta’ perikli korrispondenti parzjalment biss għal dawk użati taħt l-arranġamenti ta’ qabel. L-Anness I għad-Direttiva 96/82/KE, għalhekk, jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jiġi allinjat ma’ dak ir-Regolament filwaqt li jinżammu l-livelli ta’ protezzjoni eżistenti ta’ dik id-Direttiva.

(9) L-Anness I għad-Direttiva 96/82/KE jelenka s-sustanzi perikolużi li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tagħha, inter alia b’referenza għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi kif ukoll id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonijiet perikolużi. Id-Direttivi 87/548/KEE u 1999/45/KE ġew issostitwiti bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jimplimenta fi ħdan l-Unjoni s-Sistema Armonizzata Globalment ta’ Klassifikazzjoni u Tikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi (GHS) li ġiet adottata f’livell internazzjonali, fl-istruttura tan-Nazzjonijiet Uniti. Dak ir-Regolament jintroduċi klassijiet u kategoriji ġodda ta’ perikli korrispondenti parzjalment biss għal dawk użati taħt l-arranġamenti ta’ qabel. Ċerti kategoriji ta’ perikli madankollu ma jiġux ikklassifikati taħt dik is-sistema minħabba nuqqas ta’ kriterji f’dak il-qafas. L-Anness I għad-Direttiva 96/82/KE, għalhekk, jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jiġi allinjat ma’ dak ir-Regolament filwaqt li jinżammu l-livelli, jew ikompli jiżdied il-livell, ta’ protezzjoni eżistenti ta’ dik id-Direttiva.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-flessibbiltà hija meħtieġa sabiex ikun jista’ jiġi emendat l-Anness I biex jittratta kwalunkwe effetti mhux mixtieqa mill-allinjament għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-adattamenti sussegwenti għal dak ir-Regolament li jkollhom impatt fuq il-klassifikazzjoni ta’ sustanzi perikolużi. Fuq il-bażi ta’ kriterji armonizzati li jridu jiġu żviluppati, jistgħu jingħataw derogi fejn, minkejja l-klassifikazzjoni tal-periklu tagħhom, is-sustanzi ma jkunu jippreżentaw l-ebda periklu ta’ inċidenti kbar. Irid ikun hemm ukoll mekkaniżmu ta’ korrezzjoni li jikkorrispondi biex jittratta sustanzi li jeħtieġ li jiġu inklużi fi ħdan l-ambitu ta’ din id-Direttiva minħabba l-potenzjal tagħhom għal periklu ta’ inċident kbir.

(10) Il-flessibbiltà hija meħtieġa sabiex ikun jista’ jiġi emendat l-Anness I biex jittratta kwalunkwe effetti mhux mixtieqa mill-allinjament mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-adattamenti sussegwenti għal dak ir-Regolament li jkollhom impatt fuq il-klassifikazzjoni ta’ sustanzi perikolużi. Fuq il-bażi ta’ kriterji armonizzati, jistgħu jingħataw derogi fejn, minkejja l-klassifikazzjoni tal-periklu tagħhom, is-sustanzi ma jkunu jippreżentaw l-ebda periklu ta’ inċidenti kbar. Il-valutazzjoni ta’ derogi possibbli għandha tibda immedjatament, b’mod partikolari wara l-bidla fil-klassifikazzjoni ta’ sustanza perikoluża, biex jiġu evitati piżijiet mhux meħtieġa għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti. Irid ikun hemm ukoll mekkaniżmu ta’ korrezzjoni li jikkorrispondi biex jittratta sustanzi li jeħtieġ li jiġu inklużi fi ħdan l-ambitu ta’ din id-Direttiva minħabba l-potenzjal tagħhom għal periklu ta’ inċident kbir.

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmu tal-Artikolu 4 huwa pożittiv. Madankollu, fil-każ ta’ bidla fil-klassifikazzjoni ta’ sustanza perikoluża, il-valutazzjoni ta’ din id-deroga mill-ambitu tad-Direttiva għandha tibda minnufih. Din tevita li jkun hemm piżijiet regolatorji u amministrattivi li ma jkunux meħtieġa.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-operaturi jrid ikollhom obbligu ġenerali li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw inċidenti kbar u li jtaffu l-konsegwenzi tagħhom. Fejn il-kwantità ta' sustanzi perikolużi preżenti fi stabbilimenti tkun ogħla minn ċerti kwantitajiet, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’informazzjoni suffiċjenti biex din tkun tista’ tidentifika l-istabbiliment, is-sustanzi perikolużi preżenti u l-perikli potenzjali. L-operatur irid ifassal ukoll u jibgħat lill-awtorità kompetenti politika ta’ prevenzjoni għal inċidenti kbar li tistabbilixxi l-metodu ġenerali u l-miżuri tal-operatur, inklużi sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza xierqa, biex jikkontrolla l-perikli ta’ inċidenti kbar.

(11) L-operaturi jrid ikollhom obbligu ġenerali li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw inċidenti kbar, itaffu l-konsegwenzi tagħhom u jieħdu miżuri ta’ rkupru. Fejn il-kwantità ta' sustanzi perikolużi preżenti fi stabbilimenti tkun ogħla minn ċerti kwantitajiet, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’informazzjoni suffiċjenti biex din tkun tista’ tidentifika l-istabbiliment, is-sustanzi perikolużi preżenti u l-perikli potenzjali. L-operatur irid ifassal ukoll u jibgħat lill-awtorità kompetenti politika ta’ prevenzjoni għal inċidenti kbar li tistabbilixxi l-metodu ġenerali u l-miżuri tal-operatur, inklużi sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza xierqa, biex jikkontrolla l-perikli ta’ inċidenti kbar.

Ġustifikazzjoni

Ir-responsabilità għat-teħid ta’ miżuri ta’ rkupru wara li jkun seħħ xi inċident għandha tkun tal-operaturi.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) L-operaturi għandhom ikunu f'pożizzjoni li jipprovdu prova tal-kapaċità tagħhom li jaffrontaw il-konsegwenzi ta' inċident li jinvolvi sustanzi perikolużi, pereżempju permezz ta' kuntratt ta' assigurazzjoni speċifiku minn kumpanija bi kredibilità ta’ kreditu jew permezz ta' livell ta' kapital xieraq. Għandu jittieħed kont ta' din il-kunsiderazzjoni sabiex il-konsegwenzi ta' inċident li jinvolvi sustanzi perikolużi ma jaqgħux fuq il-finanzi pubbliċi u jkunu inklużi fil-prezz tal-kost.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Sabiex jiġi limitat ir-riskju ta' inċidenti kbar u l-"effetti domino", huwa neċessarju li jittieħed kont b'mod dovut tal-interazzjonijiet bejn is-sorsi naturali ta' periklu inerenti mas-sit tal-kumpanija jew l-istabbiliment u r-riżorsi teknoloġiċi użati fihom.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex żoni residenzjali, żoni ta’ użu pubbliku sostanzjali u dawk ambjentali inklużi żoni ta’ interess jew sensittività naturali partikolari, jiġu pprovduti bi protezzjoni akbar huwa meħtieġ li l-politiki tal-użu tal-art jew oħrajn rilevanti li jiġu applikati fl-Istati Membri jikkunsidraw il-ħtieġa, fuq medda ta’ żmien twil, li tinżamm distanza xierqa bejn dawn iż-żoni u l-istabbilimenti li jippreżentaw perikli bħal dawn u, fejn l-istabbilimenti eżistenti huma kkonċernati, li jikkunsidraw ukoll il-miżuri tekniċi addizzjonali sabiex ir-riskju għall-persuni ma jiżdiedx. Informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji u l-parir tekniku dwar dawn ir-riskji iridu jiġu kkunsidrati meta jittieħdu d-deċiżjonijiet. Fejn ikun possibbli, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, il-proċeduri għandhom jiġu integrati magħhom taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

(15) Sabiex żoni residenzjali, żoni ta’ użu pubbliku sostanzjali u dawk ambjentali inklużi żoni ta’ interess jew sensittività naturali partikolari, jiġu pprovduti bi protezzjoni akbar huwa meħtieġ li l-politiki tal-użu tal-art jew oħrajn rilevanti li jiġu applikati fl-Istati Membri biex jiġi żgurat li tinżamm distanza xierqa bejn dawn iż-żoni u l-istabbilimenti li jippreżentaw perikli bħal dawn u, fejn l-istabbilimenti eżistenti huma kkonċernati, biex jiġu implimentati, jekk ikun meħieġ, il-miżuri tekniċi addizzjonali sabiex ir-riskju għall-persuni jew għall-ambjent jinżamm f'livell aċċettabbli. Informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji u l-parir tekniku dwar dawn ir-riskji jridu jiġu kkunsidrati meta jittieħdu d-deċiżjonijiet. Fejn ikun possibbli, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, il-proċeduri u l-miżuri għandhom jiġu integrati ma' dawk f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex jiġi promoss l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent, skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, li kienet approvata f’isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, il-livell u l-kwalità tal-informazzjoni għall-pubbliku għandhom jitjiebu. B’mod partikolari, persuni li x’aktarx ikunu affettwati minn inċident kbir għandhom jingħataw informazzjoni suffiċjenti biex tinformahom dwar l-azzjoni korretta li trid tittieħed f’dik l-eventwalità. Barra li tipprovdi informazzjoni b’mod attiv, mingħajr ma l-pubbliku jkollu għalfejn jagħmel talba, u mingħajr ma jiġu evitati forom oħra ta’ tixrid, din trid tkun ukoll disponibbli b’mod permanenti u tinżamm aġġornata fuq l-internet. Fl-istess waqt irid ikun hemm salvagwardji ta’ kunfidenzjalità xierqa, biex jindirizzaw problemi relatati mas-sikurezza, fost ħwejjeġ oħra.

(16) Sabiex jiġi promoss l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent, skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, li kienet approvata f’isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali1, il-livell u l-kwalità tal-informazzjoni għall-pubbliku għandhom jitjiebu. B’mod partikolari, persuni li x’aktarx ikunu affettwati minn inċident kbir għandhom jingħataw informazzjoni suffiċjenti biex tinformahom dwar l-azzjoni korretta li trid tittieħed f’dik l-eventwalità. L-informazzjoni mxerrda lill-pubbliku għandha titqiegħed fi kliem ċar u li jinftiehem. Barra li tipprovdi informazzjoni b’mod attiv, mingħajr ma l-pubbliku jkollu għalfejn jagħmel talba, u mingħajr ma jiġu evitati forom oħra ta’ tixrid, din trid tkun ukoll disponibbli b’mod permanenti u tinżamm aġġornata fuq l-internet. Sabiex ikun hemm trasparenza akbar, l-informazzjoni aktar iddettaljata u aktar komprensiva, fosthom fil-forma ta’ dokumenti, għandha ssir disponibbli wara li ssir talba għaliha. Fl-istess waqt irid ikun hemm salvagwardji ta’ kunfidenzjalità xierqa, biex jindirizzaw problemi relatati mas-sikurezza, fost ħwejjeġ oħra, biex jiġu pprovduti fuq bażi ta’ każ b’każ, skont kriterji restrittivi u kundizzjonijiet stipulati skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus.

 

___________

 

1 ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li jirrispetta s-salvagwardji ta’ kunfidenzjalità, l-aċċess għal informazzjoni addizzjonali jew għal dokumenti wara li ssir talba għalihom minn kwalunkwe persuna fiżika/ġuridika, itejjeb it-trasparenza u l-fiduċja pubblika fis-sikurezza tal-installazzjonijiet industrijali. It-trattament tat-talbiet biex ikun hemm kunfidenzjalità għandu jkun soġġett għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva emendata tiġi allinjata bis-sħiħ mal-Konvenzjoni li hija rratifikata mill-UE u s-27 Stat Membru kollha.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri ta’ reazzjoni xierqa jekk iseħħ inċident kbir, l-operatur għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti u jikkomunikalhom l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw l-impatt ta’ dak l-inċident.

(19) Sabiex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri ta’ reazzjoni xierqa jekk iseħħ inċident kbir, l-operatur għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet lokali u jikkomunikalhom l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw l-impatt ta’ dak l-inċident fuq is-saħħa tal-persuni, il-proprjetà tagħhom u l-ambjent, u sabiex jiġi evitat li jseħħ inċident ieħor bħalu.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Sabiex jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni u sabiex jiġu evitati inċidenti fil-futur ta’ natura simili, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni rigward inċidenti kbar li jseħħu fit-territorju tagħhom, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tanalizza l-perikli involuti, u tħaddem sistema għad-distribuzzjoni ta’ informazzjoni dwar, b’mod partikolari, inċidenti kbar u t-tagħlimiet li jkunu ttieħdu minnhom. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkopri wkoll inċidenti li 'kważi seħħew' li l-Istati Membri jqisu li huma ta’ interess tekniku partikolari biex jiġu evitati inċidenti kbar u jiġu ristretti l-konsegwenzi tagħhom.

(20) Sabiex jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni u sabiex jiġu evitati inċidenti ta’ natura simili fil-futur, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni rigward inċidenti kbar li jseħħu fit-territorju tagħhom, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tanalizza l-perikli involuti, u tħaddem sistema għad-distribuzzjoni ta’ informazzjoni dwar, b’mod partikolari, inċidenti kbar u t-tagħlimiet li jkunu ttieħdu minnhom. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkopri wkoll inċidenti li 'kważi seħħew' li l-Istati Membri jqisu li huma ta’ interess tekniku partikolari biex jiġu evitati inċidenti kbar u jiġu ristretti l-konsegwenzi tagħhom. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħabirku ħalli jiżguraw li l-informazzjoni merfugħa fis-sistemi ta' informazzjoni stabbiliti bil-għan li jiffaċilitaw l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-inċidenti kbar tkun kompleta.

Ġustifikazzjoni

Is-sistemi għall-iskambju tal-informazzjoni huma estremament importanti għall-kondiviżjoni tal-esperjenza bejn l-Istati Membri u, fost ħwejjeġ oħra, biex l-operaturi jkunu jistgħu jitgħallmu l-lezzjonijiet meħtieġa. Madankollu, l-informazzjoni trid tkun kompleta u trid tagħmilha possibbli li l-kawżi tal-inċident jiġu identifikati.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 22 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Għandha ssir evalwazzjoni sistematika dwar il-ħtieġa li l-Anness ta’ din id-Direttiva, li jinkludi lista tas-sustanzi perikolużi, jiġi adattat abbażi tal-adattamenti għall-progress tekniku tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Dan jippermetti li tiġi żgurata rabta funzjonali bejn dak ir-Regolament u din id-Direttiva, u jippermetti wkoll li jkun hemm livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-adozzjoni ta’ kriterji għal derogi u emendi għall-Annessi ta’ din id-Direttiva.

(23) Biex din id-Direttiva tiġi adattata għall-progress tekniku u xjentifiku, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' emendi għall-Parti 3 tal-Anness I, u għall-Annessi II sa VI ta' din id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tħejji u tfassal l-atti ta' delega, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tallinja l-premessa mal-klawżoli standard ġodda dwar l-atti ta' delega. Tikkjarifika wkoll il-fatt li għandu jkun possibbli li jiġu emendati l-Parti 3 tal-Anness I (li tbiddel l-ambitu, iżda għal sitwazzjonijiet speċifiċi ħafna biss) u l-Annessi II sa VI permezz ta' atti ta' delega. Madankollu, emendi għall-Parti I u l-Parti 2 tal-Anness I u għall-Anness II jista' jkollhom impatti kbar fuq l-ambitu u għalhekk għandhom jiġu ttrattati permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Peress li l-għanijiet tad-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

(25) Peress li l-għanijiet tad-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem, għall-proprjetà u għall-ambjent, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni inkludiet "il-proprjetà" fid-definizzjoni ta' inċident kbir, filwaqt li għamlet referenza għal "periklu serju għas-saħħa tal-bniedem, il-proprjetà jew l-ambjent". Għall-koerenza legali, it-terminu "proprjetà" għandu jiddaħħal ukoll f'din il-premessa.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, u għal-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, bil-ħsieb li jiġu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha b’mod konsistenti u effettiv.

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, u għal-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom għas-saħħa tal-bniedem, għall-proprjetà u l-ambjent, bil-ħsieb li jiġu żgurati livelli għoljin ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha b’mod konsistenti u effettiv.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni inkludiet "il-proprjetà" fid-definizzjoni ta' inċident kbir, filwaqt li għamlet referenza għal "periklu serju għas-saħħa tal-bniedem, il-proprjetà jew l-ambjent". Għall-koerenza legali, it-terminu "proprjetà" għandu jiddaħħal ukoll f'din il-premessa.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-trasport ta’ sustanzi perikolużi u l-ħażna temporanja intermedja bit-triq, ferrovija, passaġġi tal-ilma interni, baħar jew ajru, barra l-istabbilimenti koperti b’din id-Direttiva, inkluż it-tagħbija u l-ħatt kif ukoll it-trasport lejn u minn mezzi oħra ta’ trasport f’baċiri, mollijiet jew żoni fejn jinżammu l-vetturi;

(c) it-trasport ta’ sustanzi perikolużi u l-ħażna temporanja intermedja fuq perjodu qasir ta' żmien b'rabta diretta bit-triq, ferrovija, passaġġi tal-ilma interni, baħar jew ajru, barra l-istabbilimenti koperti b’din id-Direttiva, inklużi t-tagħbija u l-ħatt kif ukoll it-trasport lejn u minn mezzi oħra ta’ trasport f’baċiri, mollijiet jew żoni fejn jinżammu l-vetturi;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-isfruttament (l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni u l-ipproċessar) ta’ minerali f’minjieri, barrieri, jew spieri, ħlief għall-ħażna ta’ gass taħt l-art f’saffi naturali u minjieri mhux użati, u ta’ operazzjonijiet ta’ proċessar kimiku u termali u l-ħażna relatata ma’ dawk l-operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi perikolużi, kif definit fl-Anness I;

(e) l-isfruttament (l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni u l-ipproċessar) ta’ minerali f’minjieri, barrieri, jew spieri, ħlief għall-ħażna ta’ gass taħt l-art f’saffi naturali, kavitajiet tal-melħ u minjieri mhux użati, u ta’ operazzjonijiet ta’ proċessar kimiku u termali u l-ħażna relatata ma’ dawk l-operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi perikolużi, kif definit fl-Anness I;

Ġustifikazzjoni

Skont it-test propost mill-Kummissjoni, id-Direttiva tkopri biss il-ħażna f’saffi naturali jew f’minjieri abbandunati, filwaqt li tibqa’ eskluża l-ħażna f’kavità tal-melħ. Dan joħloq żbilanċ kompetittiv bejn tipi differenti ta’ ħażna koperti u dawk eżentati, li b’mod partikolari huma ta’ ħsara għal dawk l-Istati Membri li m’għandhom ebda kavità tal-melħ.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) is-sustanzi elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 2(2) jikkonċerna każijiet ċari ta' esklużjoni mill-ambitu ta' din id-Direttiva. Il-Parti 3 tal-Anness I biss tikkonċerna derogi għal każijiet speċifiċi fejn sustanzi taħt ċerti kundizzjonijiet ma jistgħux joħolqu periklu ta' inċident kbir. Is-sustanzi elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I mhumiex esklużi mill-ambitu tad-Direttiva, jibbenefikaw biss minn trattament speċjali jekk jiġu ssodisfati kundizzjonijiet stretti.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Għandha ssir valutazzjoni tal-impatt qabel kull estensjoni tal-ambitu ta' din id-Direttiva.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. 'stabbiliment tal-livelli aktar baxxi' tfisser stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 2 tal-Parti 1 tal-Anness I u l-kolonna 2 tal-Parti 2 tal-Anness I, iżda inqas mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 3 tal-Parti 1 tal-Anness I, u l-kolonna 3 tal-Parti 2 tal-Anness I;

2. 'stabbiliment tal-livelli aktar baxxi' tfisser stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 2 tal-Parti 1 tal-Anness I jew il-kolonna 2 tal-Parti 2 tal-Anness I, meta rilevanti, iżda inqas mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 3 tal-Parti 1 tal-Anness I, u l-kolonna 3 tal-Parti 2 tal-Anness I;

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward ta’ bosta sustanzi, ir-referenza għalihom issir biss fil-Parti 1 tal-Anness I, u mhux fil-Parti 2, għalhekk għandu jiġi ċċarat li dawn iż-żewġ Annessi ma japplikawx b’mod kumulattiv.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. ‘stabbiliment tal-livelli aktar 'il fuq' tfisser stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 3 tal-Parti 1 tal-Anness I, u l-kolonna 3 tal-Parti 2 tal-Anness I;

3. ‘stabbiliment tal-livelli aktar 'il fuq' tfisser stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew ogħla mill-kwantitajiet elenkati fil-kolonna 3 tal-Parti 1 tal-Anness I, jew il-kolonna 3 tal-Parti 2 tal-Anness I, meta rilevanti;

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward ta’ bosta sustanzi, ir-referenza għalihom issir biss fil-Parti 1 tal-Anness I, u mhux fil-Parti 2, għalhekk għandu jiġi ċċarat li dawn iż-żewġ Annessi ma japplikawx b’mod kumulattiv.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. 'stabbilimenti fil-qrib' jew 'siti fil-qrib' tfisser stabbiliment jew sit li jiffunzjona fiż-żona ta’ impatt ta’ stabbiliment;

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. 'stabbiliment ġdid' tfisser stabbiliment li għadu kif inbena jew li għad irid jibda jiffunzjona;

4. 'stabbiliment ġdid' tfisser stabbiliment li jinbena jew li jibda jiffunzjona wara l-1 ta’ Ġunju 2015, jew li minħabba modifiki fl-installazzjonijiet jew l-attivitajiet tiegħu, jew fl-inventarju tiegħu ta’ sustanzi perikolużi, wara l-1 ta’ Ġunju 2015, jaqa’ fl-ambitu ta’ din id-Direttiva;

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. ‘stallazzjoni’ tfisser unità teknika fi stabbiliment li fiha s-sustanzi perikolużi jiġu mmanifatturati, użati, immaniġġati jew maħżuna, inkluż taħt l-art, u tinkludi t-tagħmir kollu, l-istrutturi, il-pajpijiet, il-makkinarju, l-għodod, il-binarji żgħar privati, il-baċiri, il-mollijiet tal-ħatt li jservu lill-installazzjoni, il-mollijiet maħruġin ’il barra, l-imħażen jew strutturi simili oħra, li jibqgħu f’wiċċ l-ilma jew mod ieħor, li jkunu meħtieġa għat-tħaddim tal-istallazzjoni;

7. ‘installazzjoni’ tfisser unità teknika fi stabbiliment li fiha s-sustanzi perikolużi jiġu mmanifatturati, użati, immaniġġati jew maħżuna, inkluż taħt l-art, u tinkludi t-tagħmir kollu, l-istrutturi, il-pajpijiet, il-makkinarju, l-għodod, il-binarji żgħar, il-baċiri, il-mollijiet tal-ħatt li jservu lill-installazzjoni, il-mollijiet maħruġin ’il barra, l-imħażen jew strutturi simili oħra, li jibqgħu f’wiċċ l-ilma jew mod ieħor, li jkunu meħtieġa għat-tħaddim tal-installazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Is-sjieda m’għandhiex tkun kriterju għad-definizzjoni ta’ installazzjoni.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. ‘operatur’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla stabbiliment jew stallazzjoni jew, fejn dan ikun previst bil-liġi nazzjonali, li lilha jkun ġie ddelegat setgħa ekonomika deċiżiva fuq il-funzjonament tekniku tal-istabbiliment jew l-istallazzjoni;

8. ‘operatur’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla stabbiliment jew installazzjoni jew, fejn dan ikun previst bil-liġi nazzjonali, li lilha tkun ġiet iddelegata setgħa ekonomika deċiżiva u/jew ta' teħid ta' deċiżjonijiet fuq l-istabbiliment jew l-installazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi evitata kwalunkwe lakuna, f’każ ta’ delega, id-definizzjoni ta’ operatur m’għandhiex tkun limitata għall-entità li għandha s-setgħa ekonomika deċiżiva fuq il-funzjonament tekniku tal-istabbiliment.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. ‘preżenza ta’ sustanzi perikolużi’ tfisser il-preżenza attwali jew antiċipata ta’ sustanzi perikolużi fl-istabbiliment, jew il-preżenza ta’ sustanzi perikolużi li x’aktarx jistgħu jiġu ġġenerati matul telf ta’ kontroll fi proċess kimiku industrijali, fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew iżjed mil-limiti stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I.

11. ‘preżenza ta’ sustanzi perikolużi’ tfisser il-preżenza attwali jew antiċipata ta’ sustanzi perikolużi fl-istabbiliment, jew il-preżenza ta’ sustanzi perikolużi li x’aktarx jistgħu jiġu ġġenerati matul telf ta’ kontroll fi proċess kimiku industrijali, jew matul inċident kbir ieħor f’faċilità jew f'installazzjoni għall-ħażna fi kwantitajiet li jkunu ugwali għal jew iżjed mil-limiti stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Il-ħsara kkawżata minn inċident bħal pereżempju n-nirien fl-imħażen tista’ tkun ekwivalenti għal dik ikkawżata minn telf ta’ kontroll ta’ proċess kimiku industrijali. Billi d-Direttiva tistipula regoli għall-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, huwa irrilevanti jekk is-sustanza hijiex iġġenerata mit-telf ta’ kontroll ta’ proċess kimiku industrijali, min-nar jew xi kawża oħra.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 18 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

18a. 'distanza ta’ sikurezza xierqa' tfisser id-distanza minima li fiha ma jista’ jiġi mistenni ebda effett negattiv possibbli fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent fil-każ ta’ inċident kbir;

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 18 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

18b. 'effett donimo' tfisser l-okkorrenza ta’ inċident kbir fi stabbiliment, ikkawżata minn inċident li jseħħ viċin dak l-istabbiliment. Dan jista’ jinkludi inċidenti fl-istabbilimenti kif definiti fid-Direttiva jew fis-siti li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dik id-Direttiva.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn jintwera, fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, li sustanzi partikolari koperti bil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I ma jkunux kapaċi joħolqu periklu ta’ inċident kbir, b’mod partikolari minħabba l-forma fiżika, il-proprjetajiet, il-klassifikazzjoni jew l-imballaġġ ġeneriku tagħhom, il-Kummissjoni tista’ telenka dawk is-sustanzi fil-Parti 3 tal-Anness I permezz ta’ atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

1. Fejn jintwera, fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fl-Anness VII ta’ din id-Direttiva, li sustanzi partikolari jew taħlitiet koperti bil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I ma jkunux kapaċi b’kundizzjonijiet speċifiċi joħolqu periklu ta’ inċident kbir, b’mod partikolari minħabba l-forma fiżika, il-proprjetajiet, il-klassifikazzjoni jew l-imballaġġ ġeneriku tagħhom, u għalhekk għandhom jibbenefikaw minn deroga, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ delega skont l-Artikoli 17 u 24 biex telenka dawk is-sustanzi u t-taħlitiet flimkien mal-kundizzjonijiet applikabbli, fil-Parti 3 tal-Anness I.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-forum imsemmi fl-Artikolu 17(2) dwar dawn in-notifiki.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-forum imsemmi fl-Artikolu 17(2) qabel ma telenka s-sustanzi fil-Parti 3 tal-Anness I u dwar in-notifiki li jsiru f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

(Marbuta mal-emenda għall-Artikolu 17(2) bl-għan li l-partijiet interessati jiġu inklużi fil-forum)

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dawn id-deċiżjonijiet.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn jintwera għas-sodisfazzjon ta’ awtorità kompetenti, fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, li sustanzi partikolari li jkunu preżenti fi stabbiliment individwali jew fi kwalunkwe parti minnu u elenkati fil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I ma jkunux kapaċi joħolqu periklu ta’ inċident kbir, minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi li jkun hemm fl-istabbiliment, bħalma huma n-natura tal-imballaġġ u t-trażżin tas-sustanza jew il-post u l-kwantitajiet involuti, l-Istat Membru tal-awtorità kompetenti jista’ jiddeċiedi li ma japplikax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 19 ta’ din id-Direttiva għall-istabbiliment ikkonċernat.

Bla ħsara għall-Paragrafu 1, fejn jintwera, fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fl-Anness VII, li sustanzi partikolari li jkunu preżenti fi stabbiliment individwali jew fi kwalunkwe parti minnu u elenkati fil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I ma jkunux kapaċi joħolqu periklu ta’ inċident kbir, minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi li jkun hemm fl-istabbiliment, rigward in-natura tal-imballaġġ u t-trażżin tas-sustanza jew il-post u l-kwantitajiet involuti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista' tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9, fil-punt (b) tal-Artikolu 10, fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 13(2) ta’ din id-Direttiva għall-istabbiliment ikkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-Paragrafu 1 jippermetti derogi fil-livell tal-UE għal sustanzi speċifiċi u taħt ċirkustanzi speċifiċi biss, l-Artikolu 4(3) jippermetti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tawtorizza derogi fil-livell ta' stabbilimenti individwali. Billi l-livell ta' protezzjoni m'għandux jonqos, qed jiġi propost li fil-każijiet kollha jinżammu tal-anqas ir-rekwiżiti tal-livelli l-aktar baxxi kif ukoll li jiġu permessi biss derogi għar-rekwiżiti ta' informazzjoni għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti kkonċernati, inkluż l-inventarju tas-sustanzi perikolużi konċernati. L-Istat Membru konċernat għandu jagħti r-raġunijiet għall-esklużjoni.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti kkonċernati, inkluż l-inventarju tas-sustanzi perikolużi konċernati u n-natura tal-kundizzjonijiet speċifiċi applikati. L-Istat Membru konċernat għandu jagħti r-raġunijiet għall-esklużjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-kundizzjonijiet applikati għandhom jiġu speċifikati b'mod ċar.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi kull sena l-listi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-forum imsemmi fl-Artikolu 17(2) għall-informazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi regolarment il-listi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-forum imsemmi fl-Artikolu 17(2) għall-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-forum jiġi infurmat regolarment dwar il-listi b'derogi pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti, u dan bħala prinċipju għandu jsir aktar spiss minn darba fis-sena.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sat-30 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24 sabiex tistabbilixxi kriterji li jridu jintużaw għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu rispettivament, u biex temenda l-Anness VII skont dan.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-kriterji fl-Anness VII jiddefinixxu l-ambitu tad-derogi, fl-Artikolu 4(1) u 4(3) jiffurmaw parti essenzjali minn din id-Direttiva. Għalhekk m'għandhomx jiġu stabbiliti b'atti ta' delega. Mhuwiex aċċettabbli li l-Anness jitħalla kompletament vojt matul il-proċedura leġiżlattiva. L-emenda proposta għall-Anness VII tinkludi kriterji eżistenti kif speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/433/KE tas-26 ta' Ġunju 2008. Il-Kummissjoni mistiedena tressaq proposta għal kriterji ġodda, biex ikunu jistgħu jiġu inklużi fl-att bażiku.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn Stat Membru jikkunsidra li sustanza perikoluża li ma tkunx elenkata fil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I, tkun tippreżenta periklu ta’ inċident kbir, dan jista’ jieħu l-miżuri xierqa u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni.

Fejn Stat Membru jikkunsidra li sustanza perikoluża li ma tkunx elenkata fil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I, tkun tippreżenta periklu ta’ inċident kbir, jew li limitu jkun għoli wisq, dan jista’ jieħu l-miżuri xierqa u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu wkoll jieħdu azzjoni meta jqisu li limitu jkun għoli wisq.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-forum imsemmi fl-Artikolu 17(2) dwar in-notifiki magħmula skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-forum imsemmi fl-Artikolu 17(2) dwar in-notifiki magħmula skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dawn id-deċiżjonijiet.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista’ telenka s-sustanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fil-Parti 1 jew fil-Parti 2 tal-Anness I permezz ta’ atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

F'każ li l-Kummissjoni tqis li s-sustanza perikoluża mhux elenkata li wasslet għal miżura kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun elenkata fil-Parti 1 jew il-Parti 2 tal-Anness I, għandha tippreżenta għal dan il-għan proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Bil-kuntrarju tal-Paragrafu 1, fir-rigward ta' każijiet speċifiċi ħafna u definiti sew, iż-żieda ta' sustanzi fil-Parti 1 jew il-Parti 2 tista' twassal għal twessigħ sostanzjali tal-ambitu, b'impatti ekonomiċi potenzjalment kbar. Billi l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa jekk iqisu li sustanza perikoluża tirrappreżenta periklu ta' inċident kbir, ikunu jistgħu jaġixxu xorta waħda jekk ikun meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membru l-oħra. Madankollu, il-bidla tal-ambitu għall-UE kollha għandha sussegwentement issir permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fejn jixraq, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ delega f’konformità mal-Artikolu 24 biex tbaxxi il-limiti ta’ sustanzi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’Parti 1 jew f’Parti 2 tal-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-elenkar ta’ sustanzi ġodda għandu jsir bil-proċedura leġiżlattiva ordinarja kif issuġġerit mir-rapporteur fl-emenda 11 tiegħu, il-bidla fil-limiti wara notifika nazzjonali tista’ ssir b’att ta’ delega.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, mingħajr ebda deroga, li l-istabbiliment jiffunzjona skont l-aqwa tekniki disponibbli, b’mod partikolari b’rabta mal-aspetti ta’ sikurezza, f’konformità mad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)1.

 

_____________

 

1 ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

Ġustifikazzjoni

Is-siti Seveso għandhom ikunu konformi mal-aqwa tekniki disponibbli mingħajr eċċezzjonijiet.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operatur jibgħat lill-awtorità kompetenti notifika li jkollha d-dettalji li ġejjin:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur jibgħat lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet lokali notifika li jkollha d-dettalji li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-isem jew l-isem kummerċjali tal-opertaur u l-indirizz sħiħ tal-istabbiliment konċernat;

(a) l-isem u/jew l-isem kummerċjali tal-opertaur u l-indirizz sħiħ tal-istabbiliment konċernat;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda meħtieġa għal skopijiet ta' kjarifika.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) l-isem, l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-impriżi subkuntrattati;

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-isem jew il-pożizzjoni tal-persuna responsabbli għall-istabbiliment, jekk differenti mill-punt (a);

(c) l-isem u l-pożizzjoni tal-persuna responsabbli għall-istabbiliment, jekk differenti mill-punt (a);

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda meħtieġa għal skopijiet ta' kjarifika.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) informazzjoni suffiċjenti biex jiġu identifikati s-sustanzi perikolużi jew il-kategorija tas-sustanzi involuti;

(d) informazzjoni suffiċjenti biex jiġu identifikati s-sustanzi perikolużi u l-kategorija tas-sustanzi involuti;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda meħtieġa għal skopijiet ta' kjarifika.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-kwantità u l-forma fiżika tas-sustanzi perikolużi jew tas-sustanzi involuti;

(e) il-kwantità, in-natura u l-forma fiżika tas-sustanza jew sustanzi perikolużi konċernati;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda meħtieġa għal skopijiet ta' kjarifika.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) l-ambjent fil-qrib immedjat tal-istabbiliment, l-elementi li jistgħu jikkawżaw inċident kbir jew jaggravaw il-konsegwenzi ta’ dan, inkluż dettalji dwar l-istabbilimenti fil-qrib, kemm jekk dawn ikunu koperti b’din id-Direttiva kemm jekk le, kif ukoll siti, żoni u żviluppi oħra li jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir u ta’ effetti domino.

(g) l-ambjent fil-qrib immedjat tal-istabbiliment, l-elementi li jistgħu jikkawżaw inċident kbir jew jaggravaw il-konsegwenzi ta’ dan, inklużi dettalji dwar l-istabbilimenti fil-qrib kif ukoll siti, żoni u żviluppi oħra li jistgħu jkunu s-sors ta’, jew iżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir u ta’ effetti domino, sakemm din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-operatur.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) ċertifikat mill-maniġment tal-istabbiliment li l-operatur ikun jista' jaffronta l-konsegwenzi ta' inċident li jinvolvi sustanzi perikolużi.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-notifika għandha tinbagħat lill-awtorità kompetenti f’dawn il-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

2. In-notifika għandha tinbagħat lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet lokali f’dawn il-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat,

(a) għal stabbilimenti ġodda, tal-anqas sitt xhur qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat jew il-modifiki;

Ġustifikazzjoni

Din saret sabiex jiġi kkjarifikat l-att leġiżlattiv.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għal stabbilimenti eżistenti, sena mid-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1),

(b) għal stabbilimenti eżistenti, tliet xhur mid-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1),

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) għal stabbilimenti sussegwenti, sena mid-data li fiha din id-Direttiva tkun tapplika għall-istabbiliment konċernat.

(c) għal stabbilimenti sussegwenti, tliet xhur mid-data li fiha din id-Direttiva tkun tapplika għall-istabbiliment konċernat.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-operatur għandu jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti dwar il-każijiet li ġejjin:

4. L-operatur għandu jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet lokali dwar il-każijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-operatur għandu jirrevedi regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna n-notifika, tal-anqas kull ħames snin. L-operatur għandu jibgħat in-notifika aġġornata lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-operatur għandu jirrevedi regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna n-notifika, tal-anqas kull ħames snin. L-operatur għandu jibgħat in-notifika aġġornata lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet lokali mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur biex ifassal dokument li jistabbilixxi l-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar (minn hawn’il quddiem: "MAPP") u li jiżgura li din tiġi implimentata kif xieraq. L-MAPP għandha tiġi stabbilita bil-miktub. Din għandha tkun imfassla biex tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Din għandha tkun proporzjonata għall-perikli ta’ inċidenti kbar. Hija għandha tinkludi l-għanijiet ġenerali u l-prinċipji ta’ azzjoni tal-operatur, ir-rwol u r-responsabbiltà tal-ġestjoni, u għandha tindirizza kultura ta’ sikurezza rigward il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar.

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operatur ifassal dokument li jistabbilixxi l-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar (minn hawn’il quddiem: "MAPP") u li jiżgura li din tiġi implimentata kif xieraq. L-MAPP għandha tiġi stabbilita bil-miktub. Din għandha tkun imfassla biex tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Din għandha tkun proporzjonata għall-perikli ta’ inċidenti kbar. Hija għandha tinkludi l-għanijiet ġenerali u l-prinċipji ta’ azzjoni tal-operatur, l-iskeda ta' żmien u l-miżuri biex jintlaħqu dawn l-objettivi, ir-rwol u r-responsabbiltà tal-ġestjoni, u għandha turi kif livell għoli ta' protezzjoni rigward perikli ta’ inċidenti kbar jiġi żgurat kontinwament.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-MAPP għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

2. Id-dokument li jistabbilixxi l-MAPP għandu jinbagħat lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet lokali fil-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat;

(a) għal stabbilimenti ġodda, tal-anqas sitt xhur qabel il-bidu tal-kostruzzjoni;

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 8. Din saret sabiex jiġi kkjarifikat l-att leġiżlattiv.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat,

(a) għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni, l-operat jew il-modifika,

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda marbuta mal-emenda għall-Artikolu 3.4, li tinkludi modifiki fid-definizzjoni ta' stabbilimenti ġodda.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-operatur għandu jirrevedi regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna l-MAPP, tal-anqas kull ħames snin. L-MAPP aġġornata għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

4. L-operatur għandu jirrevedi regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna l-MAPP, tal-anqas kull ħames snin. Id-dokument aġġornat li jistabbilixxi l-MAPP għandu jinbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien u għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq talba.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-MAPP għandha tiġi implimentata b’mezzi, strutturi u b’sistemi tal-ġestjoni xierqa. Għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla, għandha tiġi implimentata b'sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza skont l-Anness III. L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jimplimentaw il-MAPP permezz ta' sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza proporzjonata għall-perikli ta' inċident kbir, u għall-kumplessità tal-organizzazzjoni jew tal-attivitajiet tal-istabbiliment, sakemm ma jqisux li dan ma jkunx meħtieġ.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti, li tuża l-informazzjoni li tkun irċeviet mingħand l-operaturi skont l-Artikoli 6 u 9 jew permezz ta’ spezzjonijiet skont l-Artikolu 19, tidentifika l-istabbilimenti kollha tal-livelli aktar baxxi u tal-livelli ogħla ta’ stabbilimenti, fejn il-probabbiltà u l-possibbiltà jew il-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar jistgħu jiżdiedu minħabba l-post u l-viċinanzi ta’ stabbilimenti bħal dawn, kif ukoll l-inventarji tas-sustanzi perikolużi tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti, li tuża l-informazzjoni li tkun irċeviet mingħand l-operaturi skont l-Artikoli 6 u 9, jew permezz ta' talbiet skont l-Artikolu 8(1a), jew permezz ta’ spezzjonijiet skont l-Artikolu 19, tidentifika l-istabbilimenti kollha tal-livelli aktar baxxi u tal-livelli ogħla jew gruppi ta' stabbilimenti, fejn il-probabbiltà u l-possibbiltà jew il-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar jistgħu jiżdiedu minħabba l-post u l-viċinanzi ta’ stabbilimenti bħal dawn, jew ir-riskji naturali marbuta mal-pożizzjoni ġeografika tagħhom, kif ukoll l-inventarji tas-sustanzi perikolużi tagħhom, jew il-prossimità ta' siti oħra.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għall-fini tal-Paragrafu 1, meta l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi skont il-punt (g) tal-Artikolu 6(1) ma tkunx suffiċjenti jew disponibbli, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tikseb l-informazzjoni direttament mill-istabbilimenti jew is-siti fil-qrib, u tqegħedha għad-dispożizzjoni tal-operaturi.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jikkooperaw billi jinfurmaw lill-pubbliku u lill-istabbilimenti fil-qrib li jaqgħu barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva, u billi jipprovdu informazzjoni lill-awtorità responsabbli għall-preparazzjoni ta’ pjanijiet esterni ta’ emerġenza.

(b) jikkooperaw billi jinfurmaw lill-pubbliku u lis-siti fil-qrib li jaqgħu barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva, u billi jipprovdu informazzjoni lill-awtorità responsabbli għall-preparazzjoni ta’ pjanijiet esterni ta’ emerġenza.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tikkunsidra l-effett domino meta tfasssal pjanijiet esterni ta’ emerġenza.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) juri li l-pjanijiet interni ta’ emerġenza ġew stabbiliti u jipprovdi informazzjoni biex ikun jista’ jitfassal il-pjan estern ta’ emerġenza;

(d) juri li l-pjanijiet interni ta’ emerġenza ġew stabbiliti f’konsultazzjoni mill-qrib mal-ħaddiema, u jipprovdi informazzjoni biex ikun jista’ jitfassal il-pjan estern ta’ emerġenza;

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-limiti ta’ żmien li ġejjin:

3. Ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet lokali fil-limiti ta’ żmien li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat,

(a) għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni, l-operat jew il-modifiki, u mhux aktar tard minn meta japplikaw għall-permess għall-operat f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2010/75/UE.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda marbuta mal-emenda għall-Artikolu 3.4, li tinkludi modifiki fid-definizzjoni ta' stabbilimenti ġodda.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-operatur għandu jirrevedi u, fejn jeħtieġ, jaġġorna r-rapport dwar is-sikurezza wara li jseħħ inċident kbir.

Ġustifikazzjoni

Inċident ovvjament jimplika reviżjoni tal-awtorizzazzjoni, imma f’kull każ ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jiġi rivedut minħabba li l-ġestjoni tar-riskju prevista tiegħu ma kienx jistħoqqilha l-għanijiet ta’ prevenzjoni li għalihom kienet tfasslet.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport aġġornat dwar is-sikurezza għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

Ir-rapport aġġornat dwar is-sikurezza għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet lokali mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li stabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jimplimentaw l-MAPP permezz ta’ sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza li tkun proporzjonata għall-perikli ta’ inċidenti kbar u għall-komplessità tal-organizzazzjoni jew attivitajiet tal-istabbiliment.

imħassar

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’każ ta’ modifika ta’ stallazzjoni, stabbiliment, faċilità tal-ħażna, jew proċess jew fin-natura jew il-kwantità ta’ sustanzi perikolużi li jista’ jkollhom riperkussjonijiet sinifikanti fuq perikli ta’ inċidenti kbar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur:

F’każ ta’ modifika ta’ installazzjoni, stabbiliment, faċilità tal-ħażna, jew proċess jew fin-natura, il-forma fiżika jew il-kwantità ta’ sustanzi perikolużi li tista' twassal għal żieda fir-riskju jew ikollha riperkussjonijiet serji fuq il-perikli ta’ inċidenti kbar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur:

Ġustifikazzjoni

It-tifsira ta' 'riperkussjonijiet sinifikanti' mhijiex ċara. Kull meta l-modifika tista' twassal għal żieda tar-riskju jew tal-konsegwenzi ta' perikli ta' inċident kbir, l-MAPP, ir-rapport dwar is-sikurezza u s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandom jiġu rieżaminati u, meta jkun meħtieġ, għandhom jiġu mmodifikati.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) li jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti lill-impriżi subkuntrattati fis-sit;

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet interni ta’ emerġenza previsti f’din id-Direttiva jitfasslu f’konsultazzjoni mal-persunal li jaħdem ġewwa l-istabbiliment, inkluż il-persunal rilevanti li jkun subkuntrattat għal perjodu twil, u li l-pubbliku jiġi kkonsultat dwar il-pjanijiet esterni ta’ emerġenza meta dawn jiġu stabbiliti jew aġġornati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsultazzjoni mal-pubbliku ssir skont l-Artikolu 14.

4. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet interni ta’ emerġenza previsti f’din id-Direttiva jitfasslu f’konsultazzjoni mal-persunal li jaħdem ġewwa l-istabbiliment, inkluż il-persunal rilevanti li jkun subkuntrattat għal perjodu twil, u li l-awtorità lokali li l-impriża hija stabbilita fit-territorju tagħha, u l-pubbliku jiġu kkonsultati dwar il-pjanijiet esterni ta’ emerġenza meta dawn jiġu stabbiliti jew aġġornati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsultazzjoni mal-pubbliku ssir skont l-Artikolu 14.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiguraw li l-għanijiet biex jiġu evitati inċidenti kbar u biex jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal dawn għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jiġu kkunsidrati fil-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art jew politiki rilevanti oħra. Dawn għandhom isegwu dawk l-għanijiet permezz ta’ verifiki fuq:

L-Istati Membri għandhom jippruvaw jilħqu l-għanijiet li jiġu evitati inċidenti kbar u li jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal dawn għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent fil-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art jew politiki rilevanti oħra permezz ta' verifiki fuq:

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) żviluppi ġodda inklużi konnessjonijiet tat-trasport, postijiet frekwentati mill-pubbliku u żoni residenzjali qrib l-istabbilimenti eżistenti, fejn il-post jew l-iżviluppi jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir.

(c) żviluppi ġodda inklużi konnessjonijiet tat-trasport, postijiet frekwentati mill-pubbliku u żoni residenzjali qrib l-istabbilimenti eżistenti, fejn il-post jew l-iżviluppi jistgħu jkunu s-sors ta’ jew iżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art jew politiki rilevanti oħra kif ukoll il-proċeduri sabiex jiġu implimentati dawk il-politiki jikkunsidraw il-ħtieġa, fuq medda ta’ żmien twil:

L-Istati Membri għandhom jippruvaw jiksbu fil-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art jew f'politiki rilevanti oħra kif ukoll fil-proċeduri sabiex jiġu implimentati dawk il-politiki:

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Anness V tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi permanenti, inkluż f’format elettroniku. L-informazzjoni għandha tiġi riveduta u, fejn ikun meħtieġ, aġġornata mill-anqas kull sena.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-Parti 1 u l-Parti 2 tal-Anness V tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi permanenti, inkluż f’format elettroniku, u li l-informazzjoni msemmija fil-Parti 2a tal-Anness V ssir disponibbli għall-pubbliku tal-anqas fuq talba tiegħu. L-informazzjoni għandha tinżamm aġġornata, u tiġi riveduta mill-anqas kull tliet snin.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati minn inċident kbir jirċievu regolarment u bl-iktar mod xieraq, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha, informazzjoni dwar il-miżuri tas-sikurezza u dwar l-imġiba meħtieġa f’każ ta’ inċident;

(a) il-persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati minn inċident kbir jirċievu regolarment u bl-iktar mod xieraq, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha, informazzjoni dwar il-miżuri tas-sikurezza u dwar l-imġiba meħtieġa f’każ ta’ inċident. Il-kliem ta’ dik l-informazzjoni għandu jitpoġġa b'mod ċar u li jista' jinftiehem mill-pubbliku;

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-informazzjoni li tiġi kkomunikata lil dawk il-persuni li huma potenzjalment mhedda tinkiteb b’mod li jinftiehem u ma tħalli l-ebda lok għal dubji fir-rigward tal-mod kif dak li jkun għandu jġib ruħu fil-każ ta' xi inċident.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ir-rapport dwar is-sikurezza jkun disponibbli għall-pubbliku fuq talba soġġett għall-Artikolu 21(3); fejn l-Artikolu 21(3) japplika, rapport emendat fil-forma ta’ sommarju mhux tekniku, li għandu jinkludi tal-anqas informazzjoni ġenerali dwar il-perikli ta’ inċidenti kbar, l-effetti potenzjali u l-imġiba meħtieġa f’każ ta’ inċident, għandu jkun disponibbli;

(b) ir-rapport dwar is-sikurezza jkun disponibbli għall-pubbliku fuq talba soġġett għall-Artikolu 21(3); fejn l-Artikolu 21(3) japplika, rapport emendat fil-forma ta’ sommarju mhux tekniku, li għandu jinkludi tal-anqas informazzjoni ġenerali dwar il-perikli ta’ inċidenti kbar, l-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent u l-imġiba meħtieġa f’każ ta’ inċident, għandu jkun disponibbli;

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi minn tal-anqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness V. Dik l-informazzjoni trid tiġi pprovduta wkoll lill-istabbilimenti kollha li jservu lill-pubbliku, inklużi skejjel u sptarijiet, u lill-istabbilimenti kollha fil-qrib fil-każ tal-istabbilimenti koperti bl-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tiġi pprovduta u li din tiġi riveduta u aġġornata regolarment tal-anqas kull ħames snin.

L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi minn tal-anqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness V. Dik l-informazzjoni trid tiġi pprovduta wkoll lill-istabbilimenti kollha li jservu lill-pubbliku, inklużi faċilitajiet preprimarji, skejjel u sptarijiet, servizzi pubbliċi oħra, u lill-istabbilimenti kollha fil-qrib fil-każ tal-istabbilimenti koperti bl-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tiġi pprovduta u li din tiġi riveduta u aġġornata regolarment tal-anqas kull ħames snin. Dik l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata partikolarment fil-każ ta' modifika kif imsemmi fl-Artikolu 10.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li tiġi ggarantita s-sikurezza tal-persuni mhedda fil-każ ta' inċident, u jiġi żgurat li tali persuni jieħdu azzjoni xierqa, hu importanti li l-informazzjoni dwar emerġenza tasal għand l-akbar għadd possibbli ta' persuni li huma potenzjalment mhedda. Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata fil-każ li jsiru modifiki f’xi installazzjoni, stabbiliment jew faċilità ta' ħażna.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-talbiet għall-aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(a), (b) u (c) għandhom jiġu ttrattati skont l-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

imħassar

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-Istat Membru konċernat ikun iddeċieda li stabbiliment qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor ma jkunx jista’ joħloq periklu ta’ inċident kbir lil hinn mill-konfini tiegħu għall-finijiet tal-Artikolu 11(6) u, għalhekk, ma jkunx meħtieġ li jipproduċi pjan estern ta’ emerġenza skont l-Artikolu 11(1), dan għandu jinforma lill-Istat Membru l-ieħor.

5. Meta l-Istat Membru konċernat ikun iddeċieda li stabbiliment qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor ma jkunx jista’ joħloq periklu ta’ inċident kbir lil hinn mill-konfini tiegħu għall-finijiet tal-Artikolu 11(6) u, għalhekk, ma jkunx meħtieġ li jipproduċi pjan estern ta’ emerġenza skont l-Artikolu 11(1), dan għandu jinforma lill-Istat Membru l-ieħor dwar dik id-deċiżjoni u dwar ir-raġunijiet għalfejn ħa dik id-deċiżjoni.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-punti li ġejjin:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa fil-punti li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm konsistenza mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, jintuża l-istess kliem li jintuża fl-Artikolu 24 tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-operatur wara li jseħħ inċident kbir

Informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-operatur u azzjonijiet li jridu jittieħdu wara li jseħħ inċident kbir

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu ma jirrigwardax biss l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-operatur (paragrafu 1), iżda jirrigwarda wkoll l-azzjonijiet u l-passi li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti u mill-operatur (paragrafu 2).

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) rapport dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 9.

Ġustifikazzjoni

Billi r-rapporti dwar is-sikurezza huma element ewlieni li juru li jkunu ġew identifikati l-perikli ta’ inċidenti kbar u x-xenarji possibbli ta’ inċidenti kbar u li jkunu ttieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jkunx hemm tali inċidenti, jeħtieġ li l-pubbliku ġenerali jingħata l-opportunità li jiġi kkonsultat dwar din il-kwistjoni.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jinforma lill-awtoritajiet kompetenti;

(a) jinforma lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet lokali;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) jistabbilixxi mill-ġdid, fil-każ li sseħħ ħsara li tiġi pprovata lill-ambjent u fejn dan ikun possibbli, l-istat ambjentali oriġinali u, meta jkun possibbli, jikkumpensa b'mod xieraq il-popolazzjoni affettwata, hekk kif stabbilit fid-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali1;

 

_______________

 

1 ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex jinforma l-vittmi dwar id-drittijiet tagħhom; u

Ġustifikazzjoni

Il-vittmi għandhom jiġu rikonoxxuti u appoġġati. Dan huwa s-suġġett tal-Artikolu 15 il-ġdid li għandu jirregola d-drittijiet tal-vittmi qabel ma tiġi implimentata din id-Direttiva.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) il-pubbliku kkonċernat jiġi infurmat dwar l-inċident rilevanti u dwar il-miżuri li jieħu l-operatur u dwar l-inizjattivi li tieħu l-awtorità kompetenti.

Ġustifikazzjoni

Inċident rilevanti għandu jinvolvi lill-pubbliku kkonċernat biex dan jingħata l-opportunità li jkun jaf dwar il-miżuri konsistenti li jittieħdu kemm mill-operatur kif ukoll mill-awtorità kompetenti.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorità kompetenti

Awtorità kompetenti u forum

(Marbuta mal-emenda għall-Artikolu 17(2) tal-istess awturi.)

Ġustifikazzjoni

Il-forum m’għandux ikun magħmul biss minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti, għalhekk it-titolu jeħtieġ li jiġi emendat.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ b’mod regolari forum li jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw f’attivitajet li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2. Il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ b’mod regolari forum li jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, mir-rappreżentanti tal-industrija, il-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u/jew tal-ambjent, li jappoġġaw l-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-adattament tekniku ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-forum għandu jinkludi lil partijiet interessati rilevanti oħra u għandu jiġi kkonsultat dwar l-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-adattament ta’ din id-Direttiva. Ma jeħtieġx li jkun hemm klawżola oħra dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti, billi din għandha titqies bħala fatt.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorità kompetenti

Awtorità kompetenti u forum

(Marbuta mal-emenda għall-Artikolu 17(2) tal-istess awturi.)

Ġustifikazzjoni

Il-forum m’għandux ikun magħmul biss minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti, għalhekk it-titolu jeħtieġ li jiġi emendat.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu jew il-bidu tal-użu ta' kwalunkwe stabbiliment, stallazzjoni jew faċilità ta’ ħażna, jew kwalunkwe parti minn dawn fejn il-miżuri meħuda mill-operatur għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ inċidenti kbar ikollhom nuqqasijiet serji.

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu jew il-bidu tal-użu ta' kwalunkwe stabbiliment, installazzjoni jew faċilità ta’ ħażna, jew kwalunkwe parti minn dawn fejn il-miżuri meħuda mill-operatur għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ inċidenti kbar ikollhom nuqqasijiet b’mod ċar, anke meta l-operatur ma jkunx ħa l-azzjonijiet meħtieġa identifikati fir-rapport ta’ spezzjoni u saż-żmien stabbilit skont l-Artikolu 19(7).

Ġustifikazzjoni

Li xi ħaġa jkollha nuqqasijiet serji jew le hija kwistjoni ta’ apprezzament, u għalhekk hemm ir-riskju li tkun kontroversjali. Kull nuqqas ċar għandu jwassal għal projbizzjoni tal-użu. In-nuqqas li tittieħed l-azzjoni meħtieġa identifikata fir-rapport ta' spezzjoni huwa nuqqas ċar u għandu jwassal għal projbizzjoni tal-użu.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq il-bażi tal-pjanijiet ta’ spezzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha tfassal b’mod regolari programm għal spezzjonijiet ta’ rutina fl-istabbilimenti kollha, inkluża l-frekwenza taż-żjajjar fuq il-post għal tipi differenti ta’ stabbilimenti.

Fuq il-bażi tal-pjanijiet ta’ spezzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha tfassal b’mod regolari programm għal spezzjonijiet ta’ rutina fl-istabbilimenti kollha, inkluża l-frekwenza tal-ispezzjonijiet għal tipi differenti ta’ stabbilimenti.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-perjodu bejn żewġ żjajjar fuq il-post għandu jiġi bbażat fuq valutazzjoni sistematika tal-perikli ta’ inċidenti kbar tal-istabbilimenti konċernati u ma għandux jaqbeż sena għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla u tliet snin għall-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi. Jekk spezzjoni tkun identifikat każ importanti ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttiva, għandha ssir żjara oħra fuq il-post fi żmien sitt xhur.

Il-perjodu bejn żewġ żjajjar fuq il-post ma għandux jaqbeż sena għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla u tliet snin għall-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi, sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx fasslet programm ta’ spezzjoni bbażat fuq valutazzjoni sistematika tal-perikli ta’ inċidenti kbar tal-istabbilimenti kkonċernati. Jekk spezzjoni tkun identifikat każ importanti ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttiva, għandha ssir żjara oħra fuq il-post fi żmien sitt xhur.

Ġustifikazzjoni

Din l-istrettezza akbar tal-leġiżlazzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni mhijiex iġġustifikata fir-rigward tat-teknoloġija tas-sikurezza. Is-sistema attwali, li tieħu inkunsiderazzjoni l-programm ta’ spezzjoni, uriet il-valur tagħha u qed tipprovdi lill-awtoritajiet, il-flessibilità meħtieġa ta’ programm ta’ spezzjoni orjentat lejn ir-riskju. L-emenda proposta twassal biex l-operaturi u l-awtoritajiet ikollhom spejjeż żejda mingħajr ma jkun hemm kisbiet addizzjonali fir-rigward tas-sikurezza.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-parteċipazzjoni tal-operatur fl-iskema ta’ ekoġestjoni u awditjar tal-Unjoni (EMAS), skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(c) il-parteċipazzjoni tal-operatur fl-iskema ta’ ekoġestjoni u awditjar tal-Unjoni (EMAS), skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew f'sistema ta' ġestjoni ambjentali ekwivalenti rikonoxxuta.

Ġustifikazzjoni

Huwa tajjeb ukoll li wieħed ikun jista’ jibbaża ruħu fuq skemi ta’ ekoġestjoni rikonoxxuti oħra, differenti mill-EMAS, pereżempju l-ISO, li ta’ spiss jintużaw mill-intrapriżi stabbiliti internazzjonalment. Din it-talba hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punt a) tal-Anness III ta’ din il-proposta għal direttiva.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Kull meta jkun possibbli l-ispezzjonijiet għandhom jiġu kkoordinati mal-ispezzjonijiet li jsiru skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, fejn xieraq, dawn għandhom ikunu kkombinati.

8. L-ispezzjonijiet għandhom jiġu kkoordinati mal-ispezzjonijiet li jsiru skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (l-integrazzjoni tal-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis)1, u, sa fejn hu possibbli, dawn għandhom ikunu kkombinati.

 

______________

 

1 ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Fejn l-aqwa sistemi ta’ kontroll tat-teknoloġiji disponibbli jkunu fis-seħħ, l-ispezzjonijiet jistgħu jiġu kkoordinati mad-dejta disponibbli biex jiġu ffaċilitati l-ispezzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 19 tal-abbozz ta’ direttiva huwa maħsub biex isaħħaħ il-kriterji ta’ spezzjoni tal-impjanti industrijali. L-użu tal-aqwa tagħmir disponibbli tal-ICT għall-monitoraġġ u l-kontroll, jista’ jkun mod kif jiġu ottimizzati l-ispezzjonijiet u r-riżultati li jinkisbu dwar l-impjanti inkwistjoni.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-bażijiet tad-dejta msemmija fil-paragrafi 3 u 5 disponibbli għall-pubbliku.

7. Skont l-Artikolu 21, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-bażijiet tad-dejta msemmija fil-paragrafi 3 u 5 disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġu ċċarat li l-obbligi ta’ pubblikazzjoni skont l-Artikolu 20(7) huma soġġetti wkoll għall-prinċipji tad-Direttiva dwar it-Tagħrif Ambjentali.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Rapportar

 

Kull erba’ snin, fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16 u tal-informazzjoni merfugħa fil-bażijiet tad-dejta msemmija fl-Artikolu 20(3) u (5), il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-inċidenti l-kbar li jkunu seħħew fit-territorju tal-Unjoni u l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-funzjonament effiċjenti ta' din id-Direttiva. Madankollu, wara kwalunkwe inċident ikklassifikat bħala wieħed estremament serju f’dawk li huma għadd ta' vittmi jew dannu maġġuri lill-ambjent, għandu jitfassal rapport bil-għan li tiġi pprevenuta l-possibilità ta' dannu ġdid;

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu b'mod regolari informazzjoni dwar l-inċidenti l-kbar li jkunu seħħew fit-territorju tal-Unjoni Ewropea. Bħalissa, ma hemm l-ebda obbligu li jingħata rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi regolari.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 21

Artikolu 21

Kunfidenzjalità

Aċċess għall-informazzjoni

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-talbiet għall-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva jistgħu jiġu miċħuda meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE jkunu ssodisfati.

2. L-aċċess għall-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva għandu jkun ġestit skont id-Direttiva 2003/4/KE.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-aċċess għall-informazzjoni sħiħa msemmija fl-Artikolu 13(2)(b) u (c) li tkun inkisbet mill-awtoritajiet kompetenti jista’ jiġi miċħud jekk l-operatur ikun talab biex ma jiġux żvelati ċerti partijiet tar-rapport dwar is-sikurezza jew l-inventarju tas-sustanzi perikolużi għar-raġunijiet previsti fil-punti (b), (d), (e) jew (f) tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE.

3. Jekk l-operatur ikun talab biex ma jiġux żvelati ċerti partijiet tar-rapport dwar is-sikurezza jew l-inventarju tas-sustanzi perikolużi l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw l-aċċess skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-pubbliku konċernati jkunu jistgħu jitolbu li ssir analiżi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-atti jew l-omissjonijiet ta’ awtorità kompetenti fir-rigward ta’ kwalunkwe talba għall-informazzjoni skont l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 21(1) ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessati jkollhom aċċess għal proċedura ta’ reviżjoni quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit/a bil-liġi sabiex jikkontestaw l-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet relatati mal-każijiet soġġetti għall-Artikolu 14 meta titwettaq waħda minn dawn li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-pubbliku konċernati jkunu jistgħu jitolbu li ssir analiżi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-atti jew l-ommissjonijiet ta’ awtorità kompetenti fir-rigward ta’ kwalunkwe talba għall-informazzjoni skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessati jkollhom aċċess għal proċedura ta’ reviżjoni quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit/a bil-liġi sabiex jikkontestaw l-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet relatati mal-każijiet soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva meta titwettaq waħda minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

F’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, il-pubbliku għandu jkun jista’ jkollu aċċess għall-ġustizzja u jirrevedi b’mod legali l-legalità proċedurali u sostantiva tal-atti u l-ommissjonijiet minn persuni privati jew awtoritajiet pubbliċi. Għalhekk, il-pubbliku għandu jkollu wkoll il-possibilità ta’ aċċess għall-ġustizzja fir-rigward ta’ rekwiżiti oħra, pereżempju obbligi ġenerali tal-operaturi, spezzjonijiet u rapporti dwar is-sikurezza.

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-għan li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-għan, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent u li tissodisfa kwalunkwe ħtieġa skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies biżżejjed għall-finijiet tal-paragrafu 2(a).

2. Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-għan li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-għan, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent jew tas-saħħa pubblika u li tissodisfa kwalunkwe ħtieġa skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies biżżejjed għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

L-organizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li jistgħu jiġu indeboliti għall-finijiet tal-paragrafu 2(b).

L-organizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li jistgħu jiġu indeboliti għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Is-subparagrafi għandhom jirreferu għall-paragrafu 1(a) u 1(b).

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, sabiex jiġu adattati l-Annessi I sa VII għall-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, sabiex jiġu adattati l-Parti 3 tal-Anness I u tal-Annessi II sa VI għall-progress tekniku u xjentifiku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ delega skont l-Artikolu 24 u l-Artikolu 17(2).

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni tal-adattament għall-progress tekniku stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk l-Anness I għandux jiġi adattat, billi jiġu kkunsidrati l-potenzjal ta’ inċidenti kbar marbut ma’ sustanza u l-kriterji adottati sabiex jiġi applikat l-Artikolu 4.

Ġustifikazzjoni

L-allinjament tal-ambitu tad-Direttiva Seveso mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (CLP) għandu jkun proċess kontinwu, hekk kif tindika n-natura tas-CLP stess.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ta' delega tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

1. Is-setgħat biex ikunu adottati l-atti ta' delega msemmija fl-Artikoli 4 u 23 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinit.

1. Is-setgħa biex ikunu adottati atti ta' delega msemmija fl-Artikoli 4 u 23 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinit minn*.

 

1a. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4 u 23 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’din id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ta' delega li jkunu diġà fis-seħħ.

2. Hekk kif tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Hekk kif tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3. Is-setgħa biex tadotta atti ta' delega jingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 25 u 26.

3. Kull att ta' delega adottat skont l-Artikoli 4 u 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunu esprimew l-ebda oġġezzjoni fi żmien xahrejn wara n-notifika tal-imsemmi att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsikk jew jekk, qabel ma jagħlaq dan iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex biħsiebhom jopponu. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

_____________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

imħassar

Revoka tad-delega

 

1. Id-delega tal-poteri msemmija fl-Artikolu 24 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tkun tat bidu għal proċedura interna biex jiġi deċiż jekk għandhiex tiġi revokata d-delega tas-setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, fejn tiddikjara s-setgħat ta' delega li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka kif ukoll ir-raġunijiet għar-revoka.

 

3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard li tiġi speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ta' delega li jkunu diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 26

imħassar

Oġġezzjonijiet għall-atti ta' delega

 

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att ta' delega f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

 

2. Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att ta' delega, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

 

L-att ta' delega jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw it-tnejn lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att ta' delega, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex qed toġġezzjona għall-att ta' delega.

 

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27a

 

Rieżami

 

Sal-1 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni offshore tal-minerali, inklużi l-idrokarburi, għandhomx jiġu inklużi fl-ambitu ta' din id-Direttiva u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva għal dan il-għan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Sal-1 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk it-trasport ta' sustanzi perikolużi fil-pipelines, inklużi l-istazzjonijiet tal-ippumpjar, għandhomx jiġu inklużi fl-ambitu ta' din id-Direttiva u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva għal dan il-għan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Sal-1 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk sustanzi oħra li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 1A jew 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, it-taħlitiet li jkun fihom tali sustanzi, u ċerti nanomaterjali għandhomx jiżdiedu mal-Anness I, u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva għal dan il-għan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Sal-1 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk kwalunkwe sustanza oħra li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala persistenti, bijoakkumulattiva u tossika, jew bħala persistenti ħafna jew bijoakkumulattiva ħafna skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2007, għandhiex tiddaħħal fl-Anness I, u jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva għal dan il-għan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Sal-1 ta' Ġunju 2020, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jirrieżamina l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20. Meta jkun xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mal-Artikolu 20.4 l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni rapport ta' kull tliet snin dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni abbażi ta' dawn ir-rapporti u għandha tissottometti proposta leġiżlattiva fejn meħtieġ.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Anness I – Parti 2 – Tabella – fillieri ġodda wara l-filliera 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

 

 

 

Emenda

Piperidina

110-889-4

50

200

Bis(2-dimetilamminoetil)(metil)ammina

3030-47-5

50

200

3-(2-etileżilossi)propilammina

5397-31-9

50

200

Komposti tal-kromu VI

 

5

20

Akrilat tat-2-(dimetilammino)etil

2439-35-2

5

20

Klorur tal-metansulfonil

124-63-0

5

20

Dieżilammina

143-16-8

5

20

Ġustifikazzjoni

Dawn is-sustanzi ġew inklużi fid-Direttiva Seveso II bil-kwantitajiet proposti u m’għandhomx jiġu kkanċellati bl-adattament tar-Regolament CLP.

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Anness I – Parti 2 – Tabella – filliera 37 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

 

 

Emenda

Ipoklorit tas-sodju, soluzzjoni…% Cl attiv

7681-52-9

200

500

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet fil-klassifikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 mhumiex riflessi b’mod adegwat fil-proposta tal-Kummissjoni, għat-taħlitiet li fihom l-ipoklorit tas-sodju. Il-limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ din is-sustanza għat-tossiċità akkwatika akuta nbidel meta s-CLP ġie adottat, fatt li ħalla impatt fuq il-klassifikazzjoni tat-taħlitiet, mingħajr ma żied ir-riskju ta’ inċidenti kbar. Aktar minn 200 stabbiliment, maħżen u SME, għalhekk jistgħu jaqgħu taħt id-Direttiva Seveso, bi spiża ta’ bejn 3 u 4 miljun euro mġarrba mill-awtoritajiet u l-industrija.

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Anness I – Parti 2 – Tabella – filliera 37 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

 

 

Emenda

Żjut essenzjali u sustanzi simili (nota 19 a)

 

1000

5000

Ġustifikazzjoni

Il-limiti ta’ periklu għall-ambjent akkwatiku ma jikkunsidrawx il-bidliet fil-klassifikazzjoni tar-Regolament 1272/2008. Il-limiti ta’ 1000 / 5000 T huma aktar adattati għal dawn il-prodotti ta’ oriġini agrikola, ippakkjati u maħżuna f’kartelli ta’ 180kg netti, mingħajr riskju ta’ effett domino, sakemm din il-ħażna tkun f’żona magħluqa sew u kumpatta. Numru ta’ intrapriżi, ta’ spiss SMEs li jispeċjalizzaw fi produzzjoni, ħażna, distribuzzjoni jew taħlita ta’ żjut essenzjali se jkunu għaldaqstant klassifikati f’Seveso mingħajr ma jippreżentaw riskji ġodda ta’ inċidenti kbar.

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Anness I – Parti 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sustanzi u taħlitiet esklużi minn din id-Direttiva skont l-Artikolu 2(2)(h) u l-Artikolu 4(1)

Sustanzi u taħlitiet soġġetti għal deroga skont l-Artikolu 4 (1)

Ġustifikazzjoni

Marbuta mal-emenda għall-Artikolu 2(2)(h), li tħassar il-punt (h). Is-sustanzi u t-taħlitiet huma soġġetti biss għal deroga taħt kundizzjonijiet speċifiċi.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Anness I – Parti 3 – it-titolu tat-tielet kolonna

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwantità (fejn applikabbli)

Kwantità

Ġustifikazzjoni

Is-sustanzi u t-taħlitiet huma soġġetti biss għal deroga taħt kundizzjonijiet speċifiċi.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Anness I – Parti 3 – it-titolu tar-raba' kolonna

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kundizzjonijiet oħra fejn applikabbli

Kundizzjonijiet oħra

Ġustifikazzjoni

Is-sustanzi u t-taħlitiet huma soġġetti biss għal deroga taħt kundizzjonijiet speċifiċi.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Noti għall-Anness I – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Meta jkunu qed jiġu ddeterminati l-limiti, it-taħlitiet klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent fit-Taqsimiet E1 u E2, Parti 2, ma jiġux ikkunsidrati meta jkunu qed jiġu ppakkjati fi kwantità limitata (imballaġġ intern li ma jaqbiżx il-5 litri/5 kilogrammi u imballaġġ imħallat li ma jaqbiżx it-30 kilogramma) kif previst mir-Regolament dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża.

Ġustifikazzjoni

Hekk kif jiġri fil-każ tat-trasport, l-imballaġġ huwa mezz li permezz tiegħu jitnaqqsu r-riskji ta’ rilaxxi inċidentali fl-ambjent, applikabbli kemm għat-trasport kif ukoll għall-ħażna. Jekk wieħed iqis li l-prodotti ppakkjati fi kwantitajiet limitati ma jikkawżawx periklu sinifikanti ta’ inċidenti kbar, huma m’għandhomx jiġu kkunsidrati meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-limiti.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Noti għall-Anness I – paragrafu 19 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

19a. Żjut essenzjali u sustanzi simili (1000/5000)

 

Applikabbli għaż-żjut essenzjali u għas-sustanzi simili stipulati mill-istandard ISO 9235 minbarra dawk li jagħmlu parti mill-klassijiet ta’ periklu tossiku akut Kategorija 1, ir-rotot ta’ esponiment kollha, Kategorija 2, ir-rotot ta’ esponiment kollha u Kategorija 3 assorbiment mill-ġilda jew minn inalazzjoni (ara nota 7), kif ukoll dawk li jagħmlu parti mill-klassi ta’ periklu tossiku speċifiku għal ċerti organi fil-mira (STOT) - esponiment uniku Kategorija 1.

Ġustifikazzjoni

Il-limiti ta’ periklu għall-ambjent akkwatiku ma jikkunsidrawx il-bidliet fil-klassifikazzjoni tar-Regolament 1272/2008. Il-limiti ta’ 1000 / 5000 T huma aktar adattati għal dawn il-prodotti ta’ oriġini agrikola, ippakkjati u maħżuna f’kartelli ta’ 180kg netti, mingħajr riskju ta’ effett domino, sakemm din il-ħażna tkun f’żona magħluqa sew u kumpatta. Numru ta’ intrapriżi, ta’ spiss SMEs li jispeċjalizzaw fi produzzjoni, ħażna, distribuzzjoni jew taħlita ta’ żjut essenzjali se jkunu għaldaqstant klassifikati f’Seveso mingħajr ma jippreżentaw riskji ġodda ta’ inċidenti kbar.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) deskrizzjoni tal-post u l-ambjent tiegħu inklużi l-lokazzjoni ġeografika, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, ġeoloġiċi, idrografiċi u, jekk ikun meħtieġ, l-istorja tal-post;

(a) deskrizzjoni tal-post, valutazzjoni adegwata tar-riskji naturali li dan għandu u l-ambjent tiegħu inklużi l-lokazzjoni ġeografika, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, ġeoloġiċi, idrografiċi u, jekk ikun meħtieġ, l-istorja tal-post;

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Anness II – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) identifikazzjoni ta’ stabbilimenti fil-qrib, kif ukoll siti, żoni u żviluppi oħrajn li jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir u ta’ effetti domino;

(c) identifikazzjoni ta’ stabbilimenti fil-qrib, kif ukoll siti, żoni u żviluppi oħrajn li jistgħu jkunu s-sors ta', jew li jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir u ta’ effetti domino, anke fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet;

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 6(1)(g) dwar in-"Notifika", wieħed għandu jirrikonoxxi l-fatt li l-operaturi mhux dejjem ikollhom il-possibilitajiet legali biex jiksbu l-informazzjoni u li jista’ jkun li l-għoti tal-informazzjoni jkollu jsir mill-awtoritajiet jew fuq inizjattiva tagħhom.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) deskrizzjoni tal-attivitajiet ewlenin u l-prodotti tal-partijiet tal-istabbiliment li huma importanti mill-perspettiva ta’ sikurezza, is-sorsi ta’ riskji ta’ inċidenti kbar u l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jseħħ inċident kbir bħal dan, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-miżuri preventivi proposti;

(a) deskrizzjoni tal-attivitajiet ewlenin u l-prodotti tal-partijiet tal-istabbiliment, u identifikazzjoni tas-subkuntratturi, li huma importanti mill-perspettiva ta’ sikurezza, is-sorsi ta’ riskji ta’ inċidenti kbar u l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jseħħ inċident kbir bħal dan, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-miżuri preventivi proposti;

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Anness II – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) deskrizzjoni tal-proċessi, partikolarment il-metodi tal-operat;

(b) deskrizzjoni tal-proċessi, partikolarment il-metodi tal-operat skont l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali;

Ġustifikazzjoni

Il-konformità mal-BAT għandha tkun parti mid-deskrizzjoni tal-proċess.

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Anness II – paragrafu 4 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) riskji esterni u sorsi ta’ periklu, mill-effetti domino u minn siti, żoni u żviluppi oħra li jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir;

(ii) riskji esterni u sorsi ta’ periklu, mill-effetti domino u minn siti, żoni u żviluppi oħra li jistgħu jkunu s-sors ta’, jew li jistgħu jżidu r-riskju jew il-konsegwenzi ta’ inċident kbir;

Ġustifikazzjoni

Siti oħra wkoll jistgħu jkunu s-sors tar-riskju.

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 5 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) deskrizzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt finanzjarju ta' inċident li jinvolvi sustanzi perikolużi u l-miżuri meħuda biex dan jiġi affrontat, b'mod partikolari permezz ta' kuntratt ta' assigurazzjoni speċifiku u/jew permezz ta' livell ta' kapital xieraq.

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Anness III – punt b – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) kultura ta' sikurezza — miżuri biex tiġi vvalutata u mtejba l-kultura tas-sikurezza;

(v) iż-żamma ta' livell kontinwament għoli ta' protezzjoni — miżuri biex jiġi żgurat kontinwament livell għoli ta' protezzjoni fir-rigward ta' perikli ta' inċident kbir;

Ġustifikazzjoni

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Anness III – punt b – punt vii a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(viia) Is-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-operaturi għandhom jikkunsidraw il-potenzjal tal-aqwa teknoloġija tal-monitoraġġ u l-kontroll disponibbli biex jonqos ir-riskju ta’ falliment tas-sistema u biex jiġu evitati inċidenti kbar.

Ġustifikazzjoni

L-Anness III tal-abbozz ta' proposta jelenka r-rekwiżiti tas-sikurezza kif ukoll l-indikaturi ta' prestazzjoni tas-sikurezza u jirreferi għall-monitoraġġ tal-impjanti. L-aqwa teknoloġija disponibbli għandha titqies bħala mod biex tiġi ottimizzata s-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-operaturi.

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Anness III – punt b – punt viii a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(viiia) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni dwar l-aqwa teknoloġiji disponibbli għall-kontroll tal-emissjonijiet f’impjanti industrijali stabbilita fid-Dokumenti ta’ Referenza tal-Aqwa Teknoloġija Disponibbli skont id-Direttiva 2010/75/UE sa fejn ikun possibbli.

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Anness IV – Parti 1 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) Arranġamenti għal tħarriġ tal-persunal fid-doveri li huma jkunu mistennija li jwettqu, u fejn ikun meħtieġ, il-koordinazzjoni ta' dan ma' servizzi ta' emerġenza lil hinn mis-sit.

Ġustifikazzjoni

Kien obbligatorju li tiġi inkluża informazzjoni dwar it-tħarriġ tal-persunal fil-pjanijiet ta' emerġenza skont id-Direttiva Seveso II (96/82/KE), skont il-punt (f) tat-Parti I tal-Anness IV mad-Direttiva. Il-Kummissjoni ma inkludietx dan fl-Anness IV mad-Direttiva Seveso III. Peress li t-taħriġ huwa essenzjali għandu jiġi inserit mill-ġdid fl-Anness.

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Spjegazzjoni f’termini sempliċi tal-attività jew l-attivitajiet imwettqa fl-istabbiliment.

3. Spjegazzjoni f'termini sempliċi tal-attività jew l-attivitajiet li jkunu twettqu fl-istabbiliment u tas-sustanzi perikolużi involuti.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-informazzjoni pprovduta lill-pubbliku tinftiehem tajjeb u tkun ippreżentata f'termini sempliċi, inkluża l-informazzjoni dwar sustanzi perikolużi. Aktar informazzjoni teknika tista' f'xi każi tkun kunfidenzjali għal raġunijiet ekonomiċi jew ta' sikurezza. Huwa f'idejn l-Istati Membri jiddeċiedu jekk iridux itllegħu wkoll l-isimijiet tekniċi u l-informazzjoni teknika fuq l-internet, b'konformità mal-emenda għall-Anness V, Parti 2a (ġdida), paragrafu 1, jew jekk iqisux li dan ma għandux isir għal raġunijiet ekonomiċi jew ta' sikurezza.

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-ismijiet komuni jew, fil-każ tas-sustanzi perikolużi koperti bil-Parti 1 tal-Anness 1, l-ismijiet ġeneriċi jew il-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi u t-taħlitiet involuti fl-istabbiliment li jistgħu jikkawżaw inċident kbir, b’indikazzjoni tal-karatteristiċi perikolużi prinċipali tagħhom.

4. L-ismijiet komuni u, fil-każ tas-sustanzi perikolużi koperti bil-Parti 1 tal-Anness 1, l-ismijiet ġeneriċi u l-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi u t-taħlitiet involuti fl-istabbiliment li jistgħu jikkawżaw inċident kbir, b’indikazzjoni tal-karatteristiċi perikolużi prinċipali tagħhom f'termini sempliċi.

Emenda  134

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 1 – punt 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Informazzjoni adegwata dwar kif il-popolazzjoni konċernata se tiġi mwissija u tinżamm infurmata mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-uffiċċji lokali tagħhom f’każ ta’ inċident kbir.

Emenda  135

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 1 – punt 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Informazzjoni adegwata pprovduta mill-awtoritajiet dwar l-azzjonijiet li l-popolazzjoni konċernata għandha tieħu, u dwar l-imġiba li din trid tadotta, f’każ ta’ inċident kbir.

Emenda  136

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Dettalji fil-qosor dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru skont l-Artikolu 19 u tas-sejbiet prinċipali mill-konklużjonijiet tal-ispezzjoni l-aktar reċenti, flimkien ma’ referenza jew/link għall-pjan ta’ spezzjoni relatat.

6. Informazzjoni dwar meta twettqu l-aħħar spezzjonijiet skont l-Artikolu 19, u informazzjoni dwar minn fejn tista' ssir talba għas-sejbiet prinċipali tal-ispezzjonijiet u għall-pjan ta' spezzjoni relatat.

Emenda  137

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Informazzjoni adegwata dwar kif il-popolazzjoni konċernata għandha tiġi mwissija u tibqa' infurmata f’każ ta’ inċident kbir.

imħassar

Emenda  138

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Informazzjoni adegwata dwar l-azzjonijiet li l-popolazzjoni konċernata trid tieħu, u dwar l-imġiba li din trid tadotta, f’każ ta’ inċident kbir.

imħassar

Emenda  139

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 2 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Informazzjoni xierqa mill-pjan estern ta’ emerġenza li tinġabar biex jiġi ttrattat kwalunkwe effett minn inċident barra mis-sit. Din għandha tinkludi parir biex ikun hemm kooperazzjoni ma’ kwalunkwe struzzjonijiet jew talbiet mis-servizzi tal-emerġenza waqt inċident.

imħassar

Emenda  140

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 2 – punt 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Pjanijiet esterni ta’ emerġenza

Emenda  141

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 2 – punt 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Sommarji mhux tekniċi tar-rapport dwar is-sikurezza

Emenda  142

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 2 a (ġdida) – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Informazzjoni li għandha ssir disponibbli minn tal-inqas fuq talba għall-istabbilimenti kollha koperti minn din id-Direttiva:

Emenda  143

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 2 a (ġdida) – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1. Dettalji fil-qosor dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru skont l-Artikolu 19 u tas-sejbiet prinċipali mill-konklużjonijiet tal-ispezzjoni l-aktar reċenti, flimkien mal-pjan ta’ spezzjoni relatat.

Emenda  144

Proposta għal direttiva

Anness VI – Parti I – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe nar jew splużjoni jew skariku aċċidentali ta’ sustanza perikoluża li tinvolvi kwantità ta’ mill-anqas 1 % tal-kwantità li tikkwalifika stabbilita fil-kolonna 3 tal-Anness I.

Kwalunkwe nar jew splużjoni jew skariku aċċidentali ta’ sustanza perikoluża li tinvolvi kwantità ta’ mill-anqas 5 % tal-kwantità li tikkwalifika stabbilita fil-kolonna 3 tal-Anness I.

Ġustifikazzjoni

L-istrettezza akbar proposta ma twassal għal ebda kisba fis-sikurezza. Il-prattika wriet li n-notifika skont il-limitu ta’ 5% hija perfettament suffiċjenti. Għall-kuntrarju, il-proposta tal-Kummissjoni tfisser ammont għoli b’mod sproporzjonat ta’ dokumentazzjoni kemm għall-operaturi u kemm għall-awtoritajiet.

Emenda  145

Proposta għal direttiva

Anness VII

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

KRITERJI GĦAL DEROGI SKONT L-ARTIKOLU 4

KRITERJI GĦAL DEROGI SKONT L-ARTIKOLU 4

 

Deroga b'konformità mal-Artikolu 4(1) u 4(3) tista' tiġi konċessa jekk jiġi ssodisfat mill-inqas wieħed mill-kriterji ġeneriċi li ġejjin:

 

1. L-għamla fiżika tas-sustanza

 

Is-sustanzi fl-għamla solida, hekk illi, kemm taħt kundizzjonijiet normali kif ukoll taħt kull kundizzjoni anormali li jistgħu jiġu previsti raġonevolment, ma jkunx possibbli r-rilaxx tal-materjal jew tal-enerġija, li jista' joħloq riskju ta' inċident kbir.

 

2. Il-kontenut u l-kwantitajiet

 

Is-sustanzi ppakkjati jew miżmuma f'din il-manjiera u fil-kwantitajiet illi r-rilaxx massimu possibbli f'kull ċirkostanza ma jistax joħloq riskju ta' inċident kbir.

 

3. Il-lokazzjoni u l-kwantitajiet

 

Is-sustanzi preżenti fil-kwantitajiet u fid-distanzi minn sustanzi oħra perikolużi (fl-istabbiliment jew x'imkien ieħor) li la jistgħu joħolqu riskju ta' inċident kbir minnhom infushom u lanqas jagħtu bidu għal riskju ta' inċident kbir li jinvolvi sustanzi perikolużi.

 

4. Il-klassifikazzjoni

 

Is-sustanzi li huma ddefiniti bħala perikolużi bis-saħħa tal-klassifikazzjoni ġenerika tagħhom fil-Parti 1 tal-Anness I ma' din id-Direttiva, imma li ma jistgħux joħolqu riskju ta' inċident kbir, u li għalihom il-klassifikazzjoni ġenerika mhix għalhekk approprjata għal dan il-għan.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-kriterji fl-Anness VII jiddefinixxu l-ambitu tad-derogi, fl-Artikolu 4(1) u 4(3) jiffurmaw parti essenzjali minn din id-Direttiva. Għalhekk m'għandhomx jiġu stabbiliti b'atti ta' delega. Mhuwiex aċċettabbli li l-Anness jitħalla kompletament vojt matul il-proċedura leġiżlattiva. Din l-emenda tinkludi kriterji eżistenti kif speċifikat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/433/KE tas-26 ta' Ġunju 2008. Il-Kummissjoni mistiedena tressaq proposta għal kriterji ġodda, biex ikunu jistgħu jiġu inklużi fl-att bażiku.

(1)

              ĠU C […], […], p. […].

(2)

              Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

1. Kuntest

Inċidenti industrijali kbar, bħal dawk li ġraw f'Seveso (l-Italja, 1976), f'Bhopal (l-Indja, 1984), fi Schweizerhalle (l-Isvizzera, 1986), f'Enschede (il-Pajjżi l-Baxxi, 2000), f'Toulouse (Franza, 2001) u f'Buncefield (ir-Renju Unit, 2005), ikkaġunaw ħafna mwiet, qerdu proprjetajiet pubbliċi u privati u għamlu l-ħsara lill-ambjent, bir-riżultat li kellhom jintefqu biljuni ta’ euro. Sabiex tnaqqas il-probabbiltà u l-konsegwenzi ta' inċidenti bħal dawn, l-UE l-ewwel adottat id-Direttiva 82/501/KEE (id-Direttiva Seveso I) u aktar tard id-Direttiva 96/82/KE attwali (id-Direttiva Seveso II); emendata bid-Direttiva 2003/105/KE, li tkopri madwar 10 000 stabbiliment fejn sustanzi perikolużi (jew taħlitiet tagħhom) huma preżenti fi kwantitajiet kbar biżżejjed li joħolqu l-periklu ta' inċident kbir. Fiha hemm obbligi għall-operaturi u għall-awtoritajiet tal-Istati Membri marbuta mal-prevenzjoni tal-inċidenti u mat-trażżin tal-konsegwenzi tagħhom. Hemm approċċ maqsum f'diversi livelli għal-livell tal-obbligi tal-operaturi, fejn aktar ma jkunu kbar il-kwantitajiet tas-sustanzi, aktar ikunu stretti r-regoli. L-operaturi kollha tal-istabbilimenti li jaqgħu taħt l-ambitu tad-direttiva għandhom jibagħtu notifika lill-awtorità kompetenti u jistabbilixxu politika għall-prevenzjoni tal-inċidenti kbar. Barra minn hekk, operaturi tal-hekk imsejħa "stabbilimenti tal-livelli ogħla" għandhom jistabbilixxu rapport ta' sikurezza, sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u pjan ta' emerġenza.

Għaliex għandha tiġi rieżaminata d-Direttiva Seveso II?

Ir-Regolament CLP tal-UE (Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi), jimplimenta s-Sistema Armonizzata Globalment tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ittikkettar tas-Sustanzi Kimiċi (GHS). Ir-regoli ġodda CLP se jsiru definittivi b'effett mill-1 ta' Ġunju 2015.

L-Anness I għad-Direttiva Seveso II jelenka s-sustanzi perikolużi li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tagħha, li jirreferi għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi preċedenti ta' klassifikazzjoni 67/548/KEE u 1999/45/KE. Peress li r-Regolament CLP jissostitwixxi dawn id-Direttivi, l-integrazzjoni tar-regoli ġodda CLP fid-Direttiva Seveso II hija għalhekk kwistjoni ta' leġiżlazzjoni marbuta mal-istadji aktar 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni.

L-approċċ adottat mill-Kummissjoni

Fid-dawl tal-komformità CLP meħtieġa, il-Kummissjoni ddeċidiet fl-2008 li tniedi rieżami aktar wiesa' tad-Direttiva Seveso. Abbażi ta' dan ir-rieżami l-Kummissjoni kkonkludiet li b'mod ġenerali d-dispożizzjonijiet eżistenti huma adattati għall-fini kkonċernat u l-ebda tibdil maġġuri ma hu meħtieġ rigward l-istruttura bażika u d-dispożizzjonijiet prinċipali.

Il-Kummissjoni madanakollu xorta pproponiet tibdiliet sostanzjali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali u rigward l-użu aktar frekwenti tal-internet. Barra minn hekk il-Kummissjoni pproponiet li ssaħħaħ r-rekwiżiti eżistenti fir-rigward tal-ispezzjonijiet.

2. Prinċipji ta' gwida

Għall-emendi tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni, ir-Rapporteur uża l-prinċipji ta' gwida li ġejjin:

- Id-Direttiva attwali tidher li tiffunzjona tajjeb; ir-Rapporteur ma jarax għalfejn għandhom isiru tibdiliet maġġuri fl-istruttura bażika u d-dispożizzjonijiet prinċipali.

- Ir-rieżami huwa neċessarju minħabba l-allinjament meħtieġ mar-Regolament CLP.

- Peress li l-ebda traduzzjoni għal kull każ mhi possibbli, il-metodu ta' allinjament użat għandu minn tal-inqas iżomm l-istess livell ta' protezzjoni bħad-Direttiva attwali.

- Mekkaniżmi ta' korrezzjoni huma neċessarji biex jiġu indirizzati tibdilet bla ħsieb fl-ambitu.

- Diġà kien hemm qbil dwar ċerti obbligi li jitqajmu mir-reġistrazzjoni u l-klassifikazzjoni tas-sustanzi skont ir-Regolamenti REACH u CLP; għalhekk ir-rieżami ma għandux jintuża biex jerġgħu jinfetħu diskussjonijiet dwar tali obbligi (pereżempju it-twettiq ta' testijiet fil-laboratorji).

- It-tibdiliet għad-Direttiva attwali għandhom itejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar u b'hekk iżidu l-kundizzjonijiet ekwi u fejn possibbli jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-industrija.

- L-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika u t-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja huma essenzjali għall-iżgurar ta' livell għoli ta' protezzjoni;

- Għandhom jiġu żgurati kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni bla xkiel bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-siti fil-qrib biex jiġu evitati effetti domino possibbli.

3. Kwistjonijiet ewlenin

a) L-allinjament tal-Anness I mar-Regolament CLP

Ir-Regolament CLP jintroduċi sistema ta' klassifikazzjoni ġdida u aktar sofistikata b'mod partikolari fir-rigward tar-relazzjoni tal-kawża u l-effett bejn il-kuntatt tal-bniedem ma' sustanzi perikolużi u l-perikli għas-saħħa li jirriżultaw.

Skont is-sistema ta' klassifikazzjoni preċedenti, il-livell ta' tossiċità ta' sustanza partikolari kien espress permezz ta' żewġ klassijiet ta' tossiċità biss (T u T+), u ma kienx possibbli li ssir distinzjoni bejniethom ibbażata fuq it-tip ta' kuntatt mas-sustanza perikoluża.

Is-sistema ta' klassifikazzjoni l-ġdida tintroduċi tliet klassijiet ta' tossiċità (Tossika Akuta 1, 2 u 3) li jistgħu jiġu rfinuti aktar permezz ta' 5 rotot ta' ta' esponiment possibbli (orali; dermali; gass li jittieħed bin-nifs fwar li jittieħed bin-nifs; aerosol li jittieħed bin-nifs).

Il-valur miżjud tas-sistema l-ġdida huwa metodu ta' identifikazzjoni aktar eżatt tat-theddida diretta għas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, fejn jitqiesu l-fatturi li ġejjin:

in-natura tal-kuntatt bejn il-bniedem u sustanzi perikolużi permezz ta' rotot ta' esponiment differenti,

il-livell ta' riskju tas-sustanza perikoluża għall-ħajja tal-bniedem, espress mill-klassi ta' tossiċità akuta tas-sustanza kkonċernata (li tirriżulta minn analiżi tad-Doża Letali jew tal-parametru ta' Konċentrazzjoni Letali tas-sustanza).

Minħabba li l-evidenza xjentifika turi li t-tliet klassijiet ta' tossiċità msemmija hawn fuq jirrappreżentaw livell ta' riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, minħabba l-konsegwenzi letali tagħhom jew minħabba d-danni fit-tul li jikkaġunaw għas-saħħa tal-bniedem, sustanzi rilevanti għal Seveso li jaqgħu taħt dawn il-kategoriji se jkunu koperti mid-Direttiva.

Skont l-informazzjoni attwali disponibbli jidher li l-proposta tal-Kummissjoni żżomm l-istess livell ta' protezzjoni u tirriżulta biss f'tibdil żgħir fin-numru tal-istabbilimenti involuti. Ir-Rapporteur għalhekk għażel li ma jagħmel ebda emenda fil-metodoloġija proposta.

b) Il-qafas tad-derogi

Il-mekkaniżmu propost mill-Kummissjoni għal derogi fih deroga għas-sustanzi li tapplika għall-UE kollha u deroga speċifika għall-istabbilimenti li tinbeda fuq livell tal-Istat Membru u hija bbażata fuq kriterji armonizzati. Il-Kummissjoni tipproponi li tistabbilixxi t-tnejn li huma permezz ta' atti ta' delega. Ir-Rapporteur ma jappoġġjax dan l-approċċ, għar-raġunijiet li ġejjin:

- Il-kriterji armonizzati għal derogi għandhom ikunu definiti diġà fl-att leġiżlattiv bażiku u mhux permezz ta' atti ta' delega.

- Il-possibbiltà li l-awtorità kompetenti tħassar l-obbligi kollha mnissla mill-Artikoli 7 sa 19 tista' tnaqqas il-livell ta' protezzjoni; għalhekk, il-proposta hija biex l-awtorità kompetenti titħalla tneħħi biss dawk ir-rekwiżiti indirizzati lejn l-istabbilimenti tal-livelli ogħla fir-rigward ta' informazzjoni (Artikoli 9, (10(b), 11, 13(2)).

Għandu jiġi enfasizzat li fil-proposta mir-Rapporteur, id-deroga għas-sustanzi ma tirriżultax fl-eżenzjoni sħiħa ta' sustanza partikolari; mhijiex "qed taqla' sustanza" 'l-barra mill-ambitu. Imma tiddefinixxi ċirkostanzi speċifiċi (pereżempju l-forma ta' imballaġġ) li taħthom dik is-sustanza ma tirrappreżentax periklu sinifikanti.

c) L-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja

Ir-Rapporteur jappoġġja l-Kummissjoni rigward it-titjib fil-livell u l-kwalità tal-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fil-proċess għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja. Il-pubbliku għandu jkun infurmat sew u jkollu aċċess immedjat għal informazzjoni rilevanti għall-parteċipazzoni fil-proċess għat-teħid tad-deċiżjonijiet u għal aġir fil-każ ta' inċident. Fl-istess ħin l-informazzjoni żvelata għandha madanakollu, tkun komprensibbli. Fejn neċessarju u xieraq, għal raġunijiet ekonomiċi u ta' sikurezza, il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni għandha tkun żgurata. L-Anness V fih il-punti ta' informazzjoni li għandhom ikunu disponibbli b'mod permanenti għall-pubbliku permezz tal-internet. Il-Punt 4 (informazzjoni tenknika dwar is-sustanzi perikolużi) u l-punt 6 (sejbiet tal-ispezzjonijet) jistgħu potenzjalment ikunu ddettaljati u tekniċi wisq u jistgħu joħolqu problemi ta' kunfidenzjalità. Ir-Rapporteur għalhekk jipproponi rekwiżit li bih tingħata spjega tas-sustanzi perikolużi f'termini sempliċi fuq l-internet u jitniżżel meta stabbiliment ikun ġie spezzjonat. L-informazzjoni aktar speċjalizzata u ddettaljata dwar is-sustanzi perikolużi u l-ispezzjonijiet għandha tkun disponibbli fuq talba. Imbagħad l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu waħedhom jekk huwiex xieraq li tittella' wkoll l-informazzjoni aktar dettaljata u teknika fuq l-internet.

d) Spezzjonijiet

Il-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rekwiżiti eżistenti b'rabta mal-ispezzjonijiet. L-istess frekwenza hija segwita fl-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (DEI) 2010/75/UE, fejn il-perjodu bejn iż-żjarat fuq żewġ siti ma għandux ikun aktar minn sena fir-rigward tal-installazzjonijiet li jirrappreżentaw l-akbar riskji u 3 snin għal dawk li jirrappreżentaw l-iċken riskji. Il-Grupp ta' Livell Għoli tal-Partijiet Interessati Indipendenti dwar il-Piżijiet Amministrattivi stabbilit mill-Kummissjoni kkalkula, fl-opinjoni tiegħu dwar il-qasam ta' prijorità 'Ambjent', li madwar nofs l-installazzjonijiet li jaqgħu taħt d-Direttiva Seveso II jaqgħu ukoll taħt d-DEI. Il-koordinament jew l-integrazzjoni bejn dawn it-tipi ta' spezzjonijiet inaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-preparazzjoni u l-preżenza tal-ispetturi kif ukoll mas-segwitu. Għalhekk, ir-Rapporteur iħeġġeġ l-Istati Membri jiffaċilitaw tali koordinament. Id-dispożizzjonijiet proposti dwar l-ispezzjonijiet jikkontribwixxu għal implimentazzjoni mtejba u b'hekk iżidu l-livell ta' protezzjoni u l-kundizzjonijiet ekwi.

4. Konklużjoni

Ir-rieżami propost tad-Direttiva Seveso II huwa neċessarju u l-Kummissjoni ġustament għażlet li żżomm l-istess livell ta' protezzjoni u li tevita tibdiliet kbar fl-ambitu. Ir-Rapporteur jappoġġja l-metodoloġija li ntgħażlet mill-Kummissjoni għall-allinjament mad-Direttiva CLP. B'konformità mar-riżultat tar-rieżami u tal-proposta tal-Kummissjoni, l-ebda tibdil maġġuri rigward l-istruttura bażika u d-dispożizzjonijiet prinċipali tad-Direttiva attwali huwa meħtieġ. Wieħed mill-elementi ta' tħassib prinċipali tar-Rapporteur huwa l-proposta mill-Kummissjoni li jintużaw atti ta' delega għal tibdiliet fl-Anness I, li jiddefinixxi l-ambitu tad-Direttiva. Peress li l-Anness I huwa parti essenzjali tad-Direttiva, ir-Rapporteur jipproponi li l-modifiki għandhom isiru biss bl-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Iż-żieda ta' sustanzi oħra tista' twassal għal tibdiliet sostanzjali fl-ambitu b'impatti ekonomiċi potenzjalment kbar. Il-Parlament Ewropew għandu jkun kapaċi jeżerċita s-setgħat kollha tiegħu fil-proċess għal deċiżjoni fuq tali żidiet.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (28.9.2011)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi

(COM(2010)0781 – C7‑0011/2011 – 2010/0377(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jacky Hénin

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-Direttiva 96/82/KE, magħrufa bħala id-"Direttiva Seveso II", għandha bħala għan il-prevenzjoni ta' inċidenti li jinvolvu sustanzi perikolużi, il-limitazzjoni tal-konsegwenzi ta' inċidenti bħal dawn għall-bniedem u għall-ambjent permezz tal-analiżi ta' riskji u l-adozzjoni ta' miżuri ta' prekawzjoni xierqa.

Is-sustanzi li jaqgħu taħt l-iskop tad-Direttiva jikkonċernaw b'mod partikolari l-industrija kimika. Din il-leġiżlazzjoni tapplika għall-istabbilimenti fejn is-sustanzi perikolużi previsti mid-Direttiva jkunu preżenti f'livelli ogħla mil-limiti preskritti. (Hemm madwar 10 000 stabbiliment industrijali fl-UE)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża r-reviżjoni tad-Direttiva, meħtieġa minħabba l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ fil-ġejjieni (1 ta' Ġunju 2015) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (iktar 'il quddiem ir-"Regolament CLP") li tirreferi għalih id-Direttiva, sabiex teżamina mill-ġdid ukoll l-istruttura u d-dispożizzjonijiet essenzjali tad-Direttiva li għadhom qatt ma ġew emendati mill-adozzjoni tagħhom.

Il-bidliet l-aktar importanti jikkonċernaw il-perikli għas-saħħa. Il-kategorija preċedenti "Tossika ħafna" ġiet sostitwita mill-kategorija l-ġdida "Tossika Akuta 1" u l-kategorija preċedenti "Tossika" ġiet diviża f"Tossika Akuta 2" (mill-esponiment) u "Tossika Akuta 3" (mill-ġilda u min-nifs).

Diversi kategoriji ta' perikli fiżiċi aktar speċifiċi introdotti mir-Regolament CLP u li ma kinux jeżistu qabel qed jissostitwixxu l-kategoriji aktar ġenerali ta’ qabel li jikkorrispondu għas-sustanzi esplożivi, ossidanti u fjammabbli. Il-Kummissjoni tipproponi, bħal fil-każ tal-kategorija ta' periklu għall-ambjent, traspożizzjoni sempliċi mingħajr ħafna bidliet.

Fost il-proposti l-oħra ta' bidliet, hemm regoli ġodda dwar l-aċċess għall-informazzjoni relatata mas-sikurezza, l-aċċess għall-ġustizzja u l-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur:

Il-mistoqsija li l-Parlament qed jaffaċċja hija sempliċi:

Din il-bidla hija biss superfiċjali? Jew, fid-dawl tal-inċidenti u tal-katastrofi naturali li seħħew mill-1996, tikkonsisti f'aktar siġurtà għall-bnedmin, l-ambjent, is-soċjetà, mingħajr ostakoli inutli għall-industrija?

Osservazzjonijiet speċifiċi:

1) It-test jagħti lill-Istati Membri possibbiltajiet ta' deroga wiesgħin wisq li jistgħu jagħtu l-opportunità li dawn jduru mal-prinċipji ta' prevenzjoni u jkun tajjeb li l-portata tiġi limitata.

2) Il-prerograttivi mogħtija lill-impjegati, lill-korpi eletti u lill-organizzazzjonijiet tagħhom tnaqqsu sal-minimu. Tħalla spazju xieraq għall-informazzjoni pubblika u għall-konsultazzjoni ma' kemm il-pubbliku (Artikoli 12 u 13) kif ukoll l-NGOs, b'mod partikolari fl-Artikolu 22 li jittratta dwar l-aċċess għall-ġustizzja. Dan huwa importanti. Madankollu, la l-korpi konġunti u lanqas l-organizzazzjonijiet tat-trejdjunjons ma jissemmew. Hemm biss riferiment b'mod inċidentali għall-persunal fl-Artikolu 11 li jittratta dwar il-pjanijiet ta' kontinġenza.

Tali "nuqqas" fir-rigward tal-impjegati għandu jiġi kkorreġut, tal-anqas għal żewġ raġunijiet: dawn huma l-aktar ikkonċernati u għandhom għarfien fil-"post" tal-funzjonament tal-istallazzjonijiet potenzjalment perikolużi, li jikkostitwixxi element fundamentali ta' kwalunkwe politika ta' prevenzjoni effikaċi.

3) Id-Direttiva ma tagħmel l-ebda riferiment għar-riskji marbuta mal-użu tas-sottokuntrattar. Hemm bżonn li jiġi mfakkar il-għala splodiet il-fabbrika AZF Total ta' Toulouse? Minkejja dan, id-Direttiva ma tittratta bl-ebda mod il-kwistjoni tal-effikaċja ta' din ir-relazzjoni kummerċjali f'termini ta' prevenzjoni ta' riskji. Hija tipprevedi biss, fl-Artikolu 11(4) tagħha, il-konsultazzjoni tas-sottokuntrattati fit-tul fl-abbozz tal-pjanijiet ta' kontinġenza interna.

4) Il-proposta għal direttiva tirreferi għall-koordinament tal-awtoritajiet kompetenti, iżda x'iġri, pereżempju, jekk l-awtoritajiet ta' spezzjoni tax-xogħol joħorġu rapport li jqiegħdu inkwistjoni l-organizzazzjoni tax-xogħol jew anki s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza?

Barra minn hekk, l-arranġamenti ta' emerġenza u ta' superviżjoni (kemm riżorsi umani kif ukoll finanzjarji) mhumiex trattati biżżejjed.

5) Ir-riskji naturali: Il-katastrofu riċenti ta' Fukushima wera sew li t-teħid inkunsiderazzjoni tar-riskji teknoloġiċi biss mhuwiex biżżejjed sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-istallazzjonijiet, tal-impjegati u tan-nies jekk din ma tħallix jittieħed kont tat-totalità tar-riskji naturali.

6) Fid-Direttiva SEVESO III l-ġdida għandu jsir riferiment għat-trasport ta' materjal perikoluż. It-trasport ta' materjal perikoluż huwa, sfortunatament, xi drabi użat sabiex jitnaqqqsu l-kwantità stabbilita tal-impriżi SEVESO.

Huwa għalhekk neċessarju li l-materjal perikoluż ittrasportat mill-faċilitajiet b'dan il-mod ikun inkluż fl-istokks stabbiliti u jittieħed inkunsiderazzjoni għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni korrispondenti. Din il-miżura se tikkontribwixxi biex ix-xerrejja jkunu konxji tar-responsabilitajiet tagħhom u biex tissaħħaħ is-sikurezza tat-trasport.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-inċidenti kbar ħafna drabi jkollhom konsegwenzi serji, kif seħħ bl-inċidenti ta’ Seveso, Bhopal, Schweizerhalle, Enschede, Toulouse u Buncefield. Barra minn hekk, l-impatt jista’ jestendi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Dan jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li tittieħed azzjoni ta' prekawzjoni xierqa li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha għaċ-ċittadini, il-komunitajiet u l-ambjent.

(2) L-inċidenti kbar ħafna drabi jkollhom konsegwenzi serji, kif seħħ bl-inċidenti ta’ Seveso, Bhopal, Schweizerhalle, Enschede, Toulouse u Buncefield. Barra minn hekk, l-impatt jista’ jestendi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Dan jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li tittieħed azzjoni ta' prekawzjoni xierqa li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha għaċ-ċittadini, il-komunitajiet u l-ambjent. Għalhekk, huwa importanti li jinżammu u, sa fejn hu possibbli, li jittejbu l-livelli għolja ta’ protezzjoni eżistenti.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-impriżi subkuntrattati ta' spiss ikunu s-sors ta' inċidenti kbar jew ikunu involuti fis-seħħ tagħhom.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Għaldaqstant huwa xieraq li d-Direttiva 96/82/KE tiġi ssostitwita sabiex jiġi żgurat li l-livelli ta’ protezzjoni eżistenti jinżammu u jitjiebu aktar, billi d-dispożizzjonijiet isiru aktar effettivi u effiċjenti u, fejn ikun possibbli, jitnaqqsu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa billi jiġu ssemplifikati mingħajr ma tiġi kompromessa s-sikurezza. Fl-istess waqt, id-dispożizzjonijiet ġodda għandhom ikunu ċari, koerenti u faċli biex tifhimhom ħalli jgħinu biex jitjiebu l-implimentazzjoni u l-infurzar.

(4) Għaldaqstant huwa xieraq li d-Direttiva 96/82/KE tiġi ssostitwita sabiex jiġi żgurat li l-livelli ta’ protezzjoni eżistenti jinżammu u jitjiebu aktar, billi d-dispożizzjonijiet isiru aktar effettivi u effiċjenti u, fejn ikun possibbli, jitnaqqsu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa billi jiġu ssemplifikati mingħajr ma tiġi kompromessa s-sikurezza. Fl-istess waqt, id-dispożizzjonijiet il-ġodda għandhom ikunu ċari, koerenti u faċli biex tifhimhom ħalli jgħinu biex jitjiebu l-implimentazzjoni u l-infurzar, u l-livell ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent għandu jinżamm u anki jogħla.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Inċidenti kbar jista’ jkollhom konsegwenzi lil hinn mill-fruntieri, u l-kost ekoloġiku u ekonomiku ta’ inċident tiġġarrab mhux biss mill-istabbiliment affettwat, iżda wkoll mill-Istat Membru konċernat. Għalhekk, huwa meħtieġ li jittieħdu miżuri li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha.

(6) Inċidenti kbar jista’ jkollhom konsegwenzi lil hinn mill-fruntieri, u l-kost ekoloġiku u ekonomiku ta’ inċident jiġġarrab mhux biss mill-istabbiliment affettwat, iżda wkoll mill-Istat Membru konċernat. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti u applikati miżuri ta' sikurezza u ta' tnaqqis ta' riskji, sabiex jiġu evitati l-inċidenti eventwali, li jitnaqqas ir-riskju ta' inċidenti u li jittaffew il-konsegwenzi eventwali, sabiex ikun jista' jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha. L-Istati Membri għandhom kemm jista' jkun jiskambjaw l-aħjar prattika.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-operaturi jrid ikollhom obbligu ġenerali li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw inċidenti kbar u li jtaffu l-konsegwenzi tagħhom. Fejn il-kwantità ta' sustanzi perikolużi preżenti fi stabbilimenti tkun ogħla minn ċerti kwantitajiet, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’informazzjoni suffiċjenti biex din tkun tista’ tidentifika l-istabbiliment, is-sustanzi perikolużi preżenti u l-perikli potenzjali. L-operatur irid ifassal ukoll u jibgħat lill-awtorità kompetenti politika ta’ prevenzjoni għal inċidenti kbar li tistabbilixxi l-metodu ġenerali u l-miżuri tal-operatur, inklużi sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza xierqa, biex jikkontrolla l-perikli ta’ inċidenti kbar.

(11) L-operaturi jrid ikollhom obbligu ġenerali li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw inċidenti kbar u li jtaffu l-konsegwenzi tagħhom. Fejn il-kwantità ta' sustanzi perikolużi preżenti fi stabbilimenti tkun ogħla minn ċerti kwantitajiet, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’informazzjoni suffiċjenti biex din tkun tista’ tidentifika l-istabbiliment, is-sustanzi perikolużi preżenti u l-perikli potenzjali. L-operatur irid ifassal ukoll u jibgħat lill-awtorità kompetenti politika ta’ prevenzjoni għal inċidenti kbar, li tindika l-impriżi subkuntrattati, u li tistabbilixxi l-metodu ġenerali u l-miżuri tal-operatur, inklużi sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza xierqa, biex jikkontrolla l-perikli ta’ inċidenti kbar.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11 a) L-operaturi għandhom ikunu f'pożizzjoni li jipprovdu prova tal-kapaċità tagħhom li jaffrontaw il-konsegwenzi ta' inċident li jinvolvi sustanzi perikolużi, pereżempju permezz ta' kuntratt ta' assigurazzjoni speċifiku minn kumpanija b'kredibilità ta’ kreditu jew permezz ta' livell ta' kapital xieraq. Għandu jittieħed kont ta' din il-kunsiderazzjoni sabiex il-konsegwenzi ta' inċident li jinvolvi sustanzi perikolużi ma jaqgħux fuq l-infiq pubbliku u jkunu inklużi fil-prezz tal-kost.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12 a) Sabiex jiġu limitati r-riskju ta' inċidenti kbar u l-"effetti domino", huwa neċessarju li jittieħed kont b'mod dovut tal-interazzjonijiet bejn is-sorsi naturali ta' perikolu inerenti mas-sit tal-kumpanija jew l-istabbiliment u s-sorsi ta' periklu assoċjati mat-teknoloġiċi użati fihom.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex żoni residenzjali, żoni ta’ użu pubbliku sostanzjali u dawk ambjentali inklużi żoni ta’ interess jew sensittività naturali partikolari, jiġu pprovduti bi protezzjoni akbar huwa meħtieġ li l-politiki tal-użu tal-art jew oħrajn rilevanti li jiġu applikati fl-Istati Membri jikkunsidraw il-ħtieġa, fuq medda ta’ żmien twil, li tinżamm distanza xierqa bejn dawn iż-żoni u l-istabbilimenti li jippreżentaw perikli bħal dawn u, fejn l-istabbilimenti eżistenti huma kkonċernati, li jikkunsidraw ukoll il-miżuri tekniċi addizzjonali sabiex ir-riskju għall-persuni ma jiżdiedx. Informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji u l-parir tekniku dwar dawn ir-riskji iridu jiġu kkunsidrati meta jittieħdu d-deċiżjonijiet. Fejn ikun possibbli, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, il-proċeduri għandhom jiġu integrati magħhom taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

(15) Sabiex żoni residenzjali, żoni ta’ użu pubbliku sostanzjali u dawk ambjentali inklużi żoni ta’ interess jew sensittività naturali partikolari, jiġu pprovduti bi protezzjoni akbar huwa meħtieġ li l-politiki tal-użu tal-art jew oħrajn rilevanti li jiġu applikati fl-Istati Membri jikkunsidraw il-ħtieġa, fuq medda ta’ żmien twil, li tinżamm distanza xierqa bejn dawn iż-żoni u l-istabbilimenti li jippreżentaw perikli bħal dawn u, fejn l-istabbilimenti eżistenti huma kkonċernati, li jikkunsidraw ukoll il-miżuri tekniċi addizzjonali sabiex ir-riskju għall-persuni ma jiżdiedx. Informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji u l-parir tekniku dwar dawn ir-riskji jridu jiġu kkunsidrati meta jittieħdu d-deċiżjonijiet. Fejn ikun possibbli, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, il-proċeduri u l-miżuri għandhom jiġu integrati ma' dawk kontenuti f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri ta’ reazzjoni xierqa jekk iseħħ inċident kbir, l-operatur għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti u jikkomunikalhom l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw l-impatt ta’ dak l-inċident.

(19) Sabiex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri ta’ reazzjoni xierqa jekk iseħħ inċident kbir, l-operatur għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet lokali u jikkomunikalhom l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw l-impatt ta’ dak l-inċident dwar is-saħħa tal-persuni, il-proprjetà tagħhom u l-ambjent, u sabiex jiġi evitat li jkun hemm inċident ieħor bħal dan.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 22 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Kull adattament għall-progress tekniku tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandu jiġi segwit minn valutazzjoni sistematika tal-ħtieġa li jiġi adattat l-Anness I ta' din id-Direttiva. Dan jippermetti li tiġi stabbilita rabta funzjonali bejn iż-żewġ dokumenti leġiżlattivi u jiġi żgurat li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-adozzjoni ta’ kriterji għal derogi u emendi għall-Annessi ta’ din id-Direttiva.

(23) Biex din id-Direttiva tiġi adattata għall-progress tekniku u xjentifiku, il-poter li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' emendi għall-Parti 3 tal-Anness I, u għall-Annessi II sa VI ta' din id-Direttiva. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, anki fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti ta' delega, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa, tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tallinja l-premessa mal-klawżoli standard il-ġodda dwar l-atti ta' delega. Tikkjarifika wkoll il-fatt li għandu jkun possibbli li jiġu emendati l-Parti 3 tal-Anness I (li tbiddel l-ambitu, iżda għal sitwazzjonijiet speċifiċi ħafna biss) u l-Annessi II sa VI permezz ta' atti ta' delega. Madankollu, l-emendi għall-Parti I u l-Parti 2 tal-Anness I u għall-Anness II jista' jkollhom impatti kbar fuq l-ambitu u għalhekk għandhom jiġu ttrattati permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Għandha ssir valutazzjoni tal-impatt qabel kull estensjoni ulterjuri tal-ambitu ta' din id-Direttiva.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. 'stabbiliment ġdid' tfisser stabbiliment li għadu kif inbena jew li għad irid jibda jiffunzjona;

4. 'stabbiliment ġdid' tfisser stabbiliment li beda jiffunzjona wara l-31 ta' Mejju 2015;

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 18 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

18a. 'distanza ta' sikurezza xierqa" tfisser id-distanza minima li minnha ma jista' jiġi osservat l-ebda effett detrimentali għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent f'każ ta' inċident kbir;

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 18 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

18b. 'effett domino' tfisser il-possibbiltà li jseħħ inċident kbir fi stabbiliment minħabba inċident ieħor li jseħħ fil-viċinanza tiegħu, kemm fi stabbiliment ieħor, kemm f'sit li ma jidħolx fl-ambitu ta' din id-Direttiva.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn jintwera, fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, li sustanzi partikolari koperti bil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I ma jkunux kapaċi joħolqu periklu ta’ inċident kbir, b’mod partikolari minħabba l-forma fiżika, il-proprjetajiet, il-klassifikazzjoni jew l-imballaġġ ġeneriku tagħhom, il-Kummissjoni tista’ telenka dawk is-sustanzi fil-Parti 3 tal-Anness I permezz ta’ atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

1. Fejn jintwera, fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VII ta' din id-Direttiva, li sustanzi jew taħlitiet partikolari koperti bil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I ma jkunux kapaċi joħolqu periklu ta’ inċident kbir, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, minħabba l-forma fiżika, il-proprjetajiet, il-klassifikazzjoni, il-konċentrazzjoni jew l-imballaġġ ġeneriku tagħhom, u għalhekk għandhom jibbenefikaw minn deroga, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24 sabiex telenka dawk is-sustanzi u t-taħlitiet flimkien mal-kundizzjonijiet applikabbli fil-Parti 3 tal-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat li l-Paragrafu 1 mhuwiex intiż biex jeskludi kompletament is-sustanzi u t-taħlitiet mill-ambitu, iżda japplika għal dawk il-każijiet fejn is-sustanzi u t-taħlitiet, taħt kundizzjonijiet speċifikati b'mod ċar, mhumiex kapaċi joħolqu periklu ta' inċident kbir, minħabba l-forma fiżika, il-proprjetajiet, il-klassifikazzjoni, il-konċentrazzjoni jew l-imballaġġ ġeneriku tagħhom. Is-sustanzi u taħlitiet jistgħu jaqgħu taħt deroga biss jekk il-kundizzjonijiet msemmija fil-Parti 3 tal-Anness I jiġu sodisfatti.  Peress li tali dispożizzjoni tikkonċerna sitwazzjonijiet speċifiċi ħafna biss, huwa aċċettabbli li jintużaw atti ta' delega.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn jintwera għas-sodisfazzjon ta’ awtorità kompetenti, fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, li sustanzi partikolari li jkunu preżenti fi stabbiliment individwali jew fi kwalunkwe parti minnu u elenkati fil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I ma jkunux kapaċi joħolqu periklu ta’ inċident kbir, minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi li jkun hemm fl-istabbiliment, bħalma huma n-natura tal-imballaġġ u t-trażżin tas-sustanza jew il-post u l-kwantitajiet involuti, l-Istat Membru tal-awtorità kompetenti jista’ jiddeċiedi li ma japplikax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 19 ta’ din id-Direttiva għall-istabbiliment ikkonċernat.

3. Bla ħsara għall-Paragrafu 1, fejn jintwera fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fl-Anness VII, li sustanzi partikolari li jkunu preżenti fi stabbiliment individwali jew fi kwalunkwe parti minnu u elenkati fil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I ma jkunux kapaċi joħolqu periklu ta’ inċident kbir, minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi li jkun hemm fl-istabbiliment għal dak li jirrigwarda n-natura tal-imballaġġ u t-trażżin tas-sustanza jew il-post u l-kwantitajiet involuti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista' tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9, f'punt (b) tal-Artikolu 10, fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 13(2) ta’ din id-Direttiva għall-istabbiliment ikkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-Paragrafu 1 jippermetti derogi fil-livell tal-Unjoni għal sustanzi speċifiċi u taħt ċirkustanzi speċifiċi biss, l-Artikolu 4(3) jippermetti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tawtorizza derogi fil-livell ta' stabbilimenti individwali. Billi l-livell ta' protezzjoni ma għandux jonqos, qed jiġi propost li fil-każijiet kollha jinżammu tal-anqas ir-rekwiżiti ta' livell l-aktar baxx kif ukoll li jiġu permessi biss derogi għar-rekwiżiti ta' informazzjoni għall-istabbilimenti tal-livelli ogħla.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti kkonċernati, inkluż l-inventarju tas-sustanzi perikolużi konċernati. L-Istat Membru konċernat għandu jagħti r-raġunijiet għall-esklużjoni.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu l-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti kkonċernati, inkluż l-inventarju tas-sustanzi perikolużi konċernati u n-natura tal-kundizzjonijiet speċifiċi applikati. L-Istat Membru konċernat għandu jagħti r-raġunijiet għall-esklużjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-kundizzjonijiet applikati għandhom jiġu speċifikati b'mod ċar.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi kull sena l-listi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-forum imsemmi fl-Artikolu 17(2) għall-informazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi regolarment l-listi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-forum imsemmi fl-Artikolu 17(2) għall-informazzjoni.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sat-30 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24 sabiex tistabbilixxi kriterji li jridu jintużaw għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu rispettivament, u biex temenda l-Anness VII skont dan.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Peress li l-kriterji tal-Anness VII jiddefinixxu l-kamp ta' applikazzjoni tad-derogi fl-Artikolu 4.1 u 4.3 dawn jifformaw parti essenzjali ta' din id-Direttiva. Għalhekk ma għandhomx jiġu stabbiliti b'atti ta' delega. Mhuwiex aċċettabbli li l-Anness jitħalla kompletament vojt matul il-proċedura leġiżlattiva. L-emenda proposta għall-Anness VII tinkludi l-kriterji eżistenti, li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/433/KE tas-26 ta' Ġunju 2008. Il-Kummissjoni hija mistiedena tressaq proposta għal kriterji ġodda, b'mod li dawn ikunu għad jistgħu jiġu inklużi fl-att bażiku.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista’ telenka s-sustanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta dan il-paragrafu fil-Parti 1 jew fil-Parti 2 tal-Anness I permezz ta’ atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

F'każ li l-Kummissjoni tqis li s-sustanza perikoluża mhux elenkata li wasslet għal miżura prevista fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun elenkata fil-Parti 1 jew il-Parti 2 tal-Anness I, hija għandha tippreżenta għal dan l-għan proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Għall-kuntrarju tal-Paragrafu 1, li jirrigwarda każijiet speċifiċi ħafna u definiti sew, iż-żieda ta' sustanzi fil-Parti 1 jew il-Parti 2 tista' twessa' b'mod sostanzjali l-kamp ta' applikazzjoni, b'impatti ekonomiċi potenzjalment kbar. Peress li l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa jekk iqisu li sustanza perikoluża tirrappreżenta periklu ta' inċident kbir, dawn jistgħu jaġixxu kull kif jekk ikun meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membru l-oħra. Madankollu, kull bidla ulterjuri tal-kamp ta' applikazzjoni għall-Unjoni kollha għandha ssir permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operatur jibgħat lill-awtorità kompetenti notifika li jkollha d-dettalji li ġejjin:

1. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-operatur jibgħat lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet lokali notifika li jkollha d-dettalji li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) l-isem, l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-impriżi subkuntrattati;

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) ċertifikat mill-maniġment tal-istabbiliment li l-operatur huwa kapaċi jaffronta l-konsegwenzi ta' inċident li jinvolvi sustanzi perikolużi.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-notifika għandha tinbagħat lill-awtorità kompetenti f’dawn il-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

2. In-notifika għandha tinbagħat lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet lokali f’dawn il-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat,

(a) għal stabbilimenti ġodda, tal-anqas sitt xhur qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat;

Ġustifikazzjoni

Din saret sabiex jiġi kkjarifikat l-att leġiżlattiv.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-operatur għandu jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti dwar il-każijiet li ġejjin:

4. L-operatur għandu jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti u l-awtoritajiet lokali dwar il-każijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-operatur għandu jirrevedi regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna n-notifika, tal-anqas kull ħames snin. L-operatur għandu jibgħat in-notifika aġġornata lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-operatur għandu jirrevedi regolarment u, fejn ikun meħtieġ, jaġġorna n-notifika, tal-anqas kull ħames snin. L-operatur għandu jibgħat in-notifika aġġornata lill-awtorità kompetenti u l-awtoritajiet lokali mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur biex ifassal dokument li jistabbilixxi l-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar (minn hawn’il quddiem: "MAPP") u li jiżgura li din tiġi implimentata kif xieraq. L-MAPP għandha tiġi stabbilita bil-miktub. Din għandha tkun imfassla biex tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Din għandha tkun proporzjonata għall-perikli ta’ inċidenti kbar. Hija għandha tinkludi l-għanijiet ġenerali u l-prinċipji ta’ azzjoni tal-operatur, ir-rwol u r-responsabbiltà tal-ġestjoni, u għandha tindirizza kultura ta’ sikurezza rigward il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar.

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur biex ifassal dokument li jistabbilixxi l-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar (minn hawn’il quddiem: "MAPP") u li jiżgura li din tiġi implimentata kif xieraq. L-MAPP għandha tiġi stabbilita bil-miktub. Din għandha tkun imfassla biex tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Din għandha tkun proporzjonata għall-perikli ta’ inċidenti kbar. Hija għandha tinkludi l-għanijiet ġenerali u l-prinċipji ta’ azzjoni tal-operatur u r-rwol u r-responsabbiltà tal-ġestjoni rigward il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar.

Ġustifikazzjoni

It-termini "kultura ta' sikurezza" ma jirreferux għal rekwiżiti operattivi.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-MAPP għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

2. L-MAPP għandha tinbagħat lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet lokali fil-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat;

a) għal stabbilimenti ġodda, tal-anqas sitt xhur qabel il-bidu tal-kostruzzjoni;

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 8 Din saret sabiex jiġi kkjarifikat l-att leġiżlattiv.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti, li tuża l-informazzjoni li tkun irċeviet mingħand l-operaturi skont l-Artikoli 6 u 9 jew permezz ta’ spezzjonijiet skont l-Artikolu 19, tidentifika l-istabbilimenti kollha tal-livelli aktar baxxi u tal-livelli ogħla ta’ stabbilimenti, fejn il-probabbiltà u l-possibbiltà jew il-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar jistgħu jiżdiedu minħabba l-post u l-viċinanzi ta’ stabbilimenti bħal dawn, kif ukoll l-inventarji tas-sustanzi perikolużi tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti, li tuża l-informazzjoni li tkun irċeviet mingħand l-operaturi skont l-Artikoli 6 u 9 jew permezz ta’ spezzjonijiet skont l-Artikolu 19, tidentifika l-istabbilimenti kollha tal-livelli aktar baxxi u tal-livelli ogħla jew gruppi ta’ stabbilimenti, fejn il-probabbiltà u l-possibbiltà jew il-konsegwenzi ta’ inċidenti kbar jistgħu jiżdiedu minħabba l-post u l-viċinanzi ta’ stabbilimenti bħal dawn, jew ir-riskji inerenti mal-pożizzjoni ġeografika tagħhom, kif ukoll l-inventarji tas-sustanzi perikolużi tagħhom.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tqis l-effett domino waqt it-tfassil ta' pjanijiet esterni ta’ emenrġenza.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-limiti ta’ żmien li ġejjin:

3. Ir-rapport dwar is-sikurezza għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet lokali fil-limiti ta’ żmien li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport aġġornat dwar is-sikurezza għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

Ir-rapport aġġornat dwar is-sikurezza għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet lokali mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-awtoritajiet maħtura għal dak il-għan mill-Istat Membru jfasslu pjan estern ta’ emerġenza għall-miżuri li jridu jittieħdu barra l-istabbiliment fi żmien sena minn mindu dawn ikunu rċevew l-informazzjoni mill-operatur skont il-punt (b).

c) l-awtoritajiet maħtura għal dak il-għan mill-Istat Membru jfasslu pjan estern ta’ emerġenza għall-miżuri li jridu jittieħdu barra l-istabbiliment fi żmien sentejn minn mindu dawn ikunu rċevew l-informazzjoni mill-operatur skont il-punt (b).

Ġustifikazzjoni

L-iskadenza ta’ sena mhijiex fattibbli minħabba n-natura tax-xogħol meħtieġ u minħabba t-termini ta' żmien tal-proċedura li ma jistgħux jitqassru (xahrejn għall-konsultazzjoni pubblika, notifika, approvazzjoni...). L-iskadenzi għall-proċedura amministrattiva u għal dik ta’ konsultazzjoni waħedhom jieħdu aktar minn 6 xhur.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) li jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti lill-impriżi subkuntrattati tas-sit;

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet interni ta’ emerġenza previsti f’din id-Direttiva jitfasslu f’konsultazzjoni mal-persunal li jaħdem ġewwa l-istabbiliment, inkluż il-persunal rilevanti li jkun subkuntrattat għal perjodu twil, u li l-pubbliku jiġi kkonsultat dwar il-pjanijiet esterni ta’ emerġenza meta dawn jiġu stabbiliti jew aġġornati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsultazzjoni mal-pubbliku ssir skont l-Artikolu 14.

4. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet interni ta’ emerġenza previsti f’din id-Direttiva jitfasslu f’konsultazzjoni mal-persunal li jaħdem ġewwa l-istabbiliment, inkluż il-persunal rilevanti li jkun subkuntrattat għal perjodu twil, u li l-entitajiet lokali tat-territorju li fih l-impriża tkun stabbilita u l-pubbliku jiġu kkonsultati dwar il-pjanijiet esterni ta’ emerġenza meta dawn jiġu stabbiliti jew aġġornati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsultazzjoni mal-pubbliku ssir skont l-Artikolu 14.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tal-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jipprovdu, fuq talba tal-awtorità kompetenti, informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riskji li jkunu ġejjin mill-istabbiliment li tkun meħtieġa għall-ippjanar tal-użu tal-art.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tal-istabbilimenti tal-livelli aktar baxxi jipprovdu, fuq talba tal-awtorità kompetenti u l-awtoritajiet lokali, l-informazzjoni li huma jqisu neċessarja dwar ir-riskji li jkunu ġejjin mill-istabbiliment li tkun meħtieġa għall-ippjanar tal-użu tal-art.

Ġustifikazzjoni

Hija l-awtorità kompetenti li għandha tiddeċiedi l-kwantità u l-kwalità tal-informazzjoni neċessarja ħalli jkollha idea preċiża dwar il-livell tas-sikurezza miksub fl-istabbiliment. Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Anness V tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi permanenti, inkluż f’format elettroniku. L-informazzjoni għandha tiġi riveduta u, fejn ikun meħtieġ, aġġornata mill-anqas kull sena.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-Parti 1 u l-Parti 2 tal-Anness V tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi permanenti, inkluż f’format elettroniku u li l-informazzjoni msemmija fil-Parti 3 tal-Anness V ssir disponibbli għall-pubbliku fuq talba. L-informazzjoni għandha tiġi riveduta u, fejn ikun meħtieġ, aġġornata mill-anqas kull sena.

Ġustifikazzjoni

Rigward ir-rapport ta' spezzjoni u l-inventarju tas-sustanzi perikolużi, jista' jkun hemm raġunijiet ekonomiċi u ta' sigurtà biex l-informazzjoni tingħata lill-pubbliku fuq talba biss. Imbagħad l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu huma stess jekk iqisux li jkunx xieraq li l-operaturi jintalbu jqiegħdu din l-informazzjoni anki fuq l-internet. Kif indikat fl-emendi għall-Anness V, l-operaturi għandhom ikunu obbligati jispjegaw fuq l-internet f'termini sempliċi minħabba x'hiex huma perikolużi s-sustanzi u jindikaw meta stabbiliment ikun ġie spezzjonat u mingħand min jistgħu jinkisbu r-rapporti dwar l-ispezzjonijiet.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-talbiet għall-aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(a), (b) u (c) għandhom jiġu ttrattati skont l-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3. L-aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi ġestit skont id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(a) għandha tkun ikkomunikata mingħajr talba speċifika, mhuwiex korrett li tintuża l-frażi "talbiet għall-aċċess" f'dan il-paragrafu. Barra minn hekk, il-paragrafi 1 u 2 fl-intier tagħhom għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 2003/4/KE fl-intier tagħha.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jinforma lill-awtoritajiet kompetenti;

(a) jinforma lill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet lokali;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, fl-interess taċ-ċittadini, li l-operaturi jżommu l-awtoritajiet lokali informati u jikkollaboraw magħhom.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) jistabbilixxi mill-ġdid, fil-każ li jseħħ dannu għall-ambjent u fejn dan ikun possibbli, is-sitwazzjoni ambjentali oriġinali u jikkumpensa b'mod xieraq il-popolazzjoni affettwata, hekk kif stabbilit fid-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta'April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali1;

 

_______________

 

1 ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolo 15 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex jinforma l-vittmi dwar id-drittijiet tagħhom; u

Ġustifikazzjoni

Il-vittmi għandhom jiġu rikonoxxuti u appoġġati. Dan huwa l-iskop tal-Artikolu 15(a)-il ġdid li għandu jiġi introdott sabiex jirregola d-drittijiet tal-vittmi qabel ma tiġi implimentata din id-direttiva.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-parteċipazzjoni tal-operatur fl-iskema ta’ ekoġestjoni u awditjar tal-Unjoni (EMAS), skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(c) il-parteċipazzjoni tal-operatur fl-iskema ta’ ekoġestjoni u awditjar tal-Unjoni (EMAS), skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew skema ta’ ekoġestjoni ekwivalenti rikonoxxuta.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun possibbli wkoll li jintużaw skemi ta' ekoġestjoni rikonoxxuti, barra mill-EMAS, pereżempju tat-tip ISO, ta' spiss użati mill-impriżi ta' livell internazzjonali. Din it-talba hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punt a) tal-Anness III ta' din il-proposta għal direttiva.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Kull meta jkun possibbli l-ispezzjonijiet għandhom jiġu kkoordinati mal-ispezzjonijiet li jsiru skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, fejn xieraq, dawn għandhom ikunu kkombinati.

8. L-ispezzjonijiet għandhom jiġu kkoordinati mal-ispezzjonijiet li jsiru skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)1, u, sa fejn hu possibbli, dawn għandhom ikunu kkombinati;

 

______________

 

1 ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-talbiet għall-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva jistgħu jiġu miċħuda meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE jkunu ssodisfati.

2. L-aċċess għall-informazzjoni skont din id-Direttiva jista' jiġi ristrett meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE jkunu ssodisfati.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, sabiex jiġu adattati l-Annessi I sa VII għall-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, sabiex jiġu adattati l-Annessi I sa VII għall-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24. Fis-sitt xhur mill-adozzjoni ta' att li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għall-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-Anness I jeħtiġlux jiġi adattat fid-dawl tal-perikolu potenzjali ta' inċident kbir li jista' jkollha sustanza u tal-kriterji ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4.

Ġustifikazzjoni

L-adattament tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva Seveso għal dak tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (CLP) u l-aġġustamenti tiegħu għandhom isiru proċess kontinwu, minħabba li, min-natura tiegħu stess, ir-Regolament CLP jikkostitwixxi proċess dinamiku.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, sabiex jiġu adattati l-Annessi I sa VII għall-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, sabiex jiġu adattati l-Parti 3 tal-Anness I u l-Annessi II sa VI għall-progress tekniku u xjentifiku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun possibbli li jiġu emendati l-Parti 3 tal-Anness I (li tbiddel l-kamp ta' applikazzjoni, iżda għal sitwazzjonijiet speċifiċi ħafna biss) u l-Annessi II sa VI permezz ta' atti ta' delega. Madankollu, emendi għall-Parti I u 2 tal-Anness I u għall-Anness VII jista' jkollhom impatt kbir fuq il-kamp ta' applikazzjoni u għalhekk għandhom jiġu trattati bl-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Anness I – Parti 1 – Taqsima P – ringiela 1

Test propost mill-Kummissjoni

P1a SPLUSSIVI (ara n-nota 8)

-....Splussivi mhux stabbli jew

-....Splussivi, Diviżjoni 1.1, 1.2, 1.3, 1.5 jew 1.6, jew

-...Sustanzi jew taħlitiet li jkollhom proprjetajiet esplżivi skont il-metodu A.14 tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 (ara n-nota 9) u li ma jappartjenux għall-klassijiet ta’ periklu Perossidi organiċi jew Sustanzi u taħlitiet awtoreattivi

10

50

Emenda mill-Parlament

P1a SPLUSSIVI (ara n-nota 8)

-....Splussivi mhux stabbli jew

-....Splussivi, Diviżjoni 1.1, 1.2, 1.3, 1.5 jew 1.6, jew

-...Għas-sustanzi u t-taħlitiet li mhumiex ikklassifikati fil-klassi 1 skont ir-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża kontenuti fil-Manwal ta’ Testijiet u Kriterji tal-Nazzjonijiet Uniti: sustanzi jew taħlitiet li jkollhom proprjetajiet splussivi skont il-metodu A.14 tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 (ara n-nota 9) u li ma jappartjenux għall-klassijiet ta' perikli Aġenti ossidanti, Perossidi organiċi jew sustanzi u taħlitiet awtoreattivi

10

50

Ġustifikazzjoni

Din il-kategorija tinkludi l-prodotti kklassifikati bħala splussivi skont ir-Regolament CLP iżda wkoll is-sustanzi u t-taħlitiet li jkollhom proprjetajiet splussivi skont il-metodu A.14 tar-Regolament (KE) Nru 440/2008. Għall-koerenza u ċ-ċarezza, ikun aħjar jekk wieħed jillimita ruħu għall-kriterji ta’ klassifikazzjoni skont is-CLP għall-isplussivi, l-istess bħalma jiġri għall-kategoriji l-oħra, u li ma jiġux ikkunsidrati metodi oħrajn ta’ klassifikazzjoni.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Anness I – Parti 1 – Taqsima E – ringieli 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Taqsima ‘E’ – PERIKLI AMBJENTALI

 

 

E1 Perikoluża għall-Ambjent Akkwatiku fil-Kategorija Akuta 1 jew Kronika 1

100

200

E2 Perikoluża għall-Ambjent Akkwatiku fil-Kategorija

Kronika 2

200

500

Emenda mill-Parlament

Taqsima ‘E’ – PERIKLI AMBJENTALI

 

 

E1 Perikoluża għall-Ambjent Akkwatiku fil-Kategorija

Akuta 1 jew Kronika 1 (sustanzi b’M ≥ 10)

100

200

E2 Perikoluża għall-Ambjent Akkwatiku fil-Kategorija

Akuta 1 u Kronika 1 (sustanzi b’M=1 u taħlita)

500

1000

E3 Perikoluża għall-Ambjent Akkwatiku fil-Kategorija

Kronika 2

1000

2500

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet fil-klassifikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (CLP) mhumiex riflessi b’mod adegwat fil-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-perikli għall-ambjent. Konsegwentement, aktar stabbilimenti se jaqgħu b’mod artifiċjali fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva Seveso għalkemm ma jippreżentaw ebda riskju ġdid ta’ inċidenti kbar. Ċerti bidliet fil-limiti minimi għall-perikoli għall-ambjent ma ġewx adattati għall-bidliet tar-regoli ta’ klassifikazzjoni, b’mod partikolari t-tieni Adattament għall-Progress Tekniku (ATP) tar-Regolament CLP.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Anness I – Parti 2 – ringiela 37 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

 

Emenda mill-Parlament

Żjut essenzjali u sustanzi simili (Nota 19a):

 

1000

5000

Ġustifikazzjoni

Il-limiti tal-periklu tal-ambjent akkwatiku jonqos milli jikkunsidra l-bidliet tal-klassifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Limiti ta' 1000 / 5000 jkunu iktar adegwati għal dawn il-prodotti ta' oriġini agrikola mballati u maħżuna f'tankijiet ta' 180 kg nett, li bihom mhemm l-ebda riskju ta' effett domino peress li jkunu maħżuna f'żona unika ssiġillata. Numru kbir ta' impriżi - li l-biċċa l-kbira tagħhom huma SMEs li jispeċjalizzaw fil-produzzjoni, ħażna, distribuzzjoni jew distillazzjoni ta' żjut essenzjali - se jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet Seveso mingħajr ma jkunu ta' periklu ġdid ta' inċidenti kbar.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Anness I – Noti għall-Anness I – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Waqt id-determinazzjoni tal-limiti minimi, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni t-taħlitiet ikklassifikati bħala perikli għall-ambjent fit-taqsimiet E1 u E2, tal-Parti 2, jekk ikunu ppakkjati fi kwantitajiet limitati (l-imballaġġ intern sa 5 litri/5kg u l-imballaġġ kombinat sa 30 kg).

Ġustifikazzjoni

Bħal fil-każ tat-trasport, l-imballaġġ jikkostitwixxi mod ta' kif jitnaqqas ir-riskju ta' rilaxx aċċidentali tal-prodott fl-ambjent. Din l-emenda tqiegħed din id-Direttiva f'konformità mar-regoli diġà stabbiliti fil-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti perikolużi bit-triq (ADR 2011).

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Anness I – Noti għall-Anness I – punt 19 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

19a. Żjut essenzjali u sustanzi simili (1000/5000)

 

Din tapplika għal żjut essenzjali u sustanzi simili kif definiti mill-istandard ISO 9235, bl-eċċezzjoni ta' dawk fil-kategorija ta' tossiċità akuta 1 – kull xorta ta' esponiment, kategorija 2 – kull xorta ta' esponiment u kategorija 3 – esponiment mill-ġilda u mill-inalazzjoni (ara n-Nota 7), u tossiċità speċifika għal ċerti organi fil-mira (STOT) – esponiment uniku, kategorija 1.

Ġustifikazzjoni

Il-limiti tal-periklu tal-ambjent akkwatiku jonqos milli jikkunsidra l-bidliet tal-klassifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Limiti ta' 1000 / 5000 jkunu iktar adegwati għal dawn il-prodotti ta' oriġini agrikola mballati u maħżuna f'tankijiet ta' 180 kg nett, li bihom mhemm l-ebda riskju ta' effett domino peress li jkunu maħżuna f'żona unika ssiġillata. Numru kbir ta' impriżi - li l-biċċa l-kbira tagħhom huma SMEs li jispeċjalizzaw fil-produzzjoni, ħażna, distribuzzjoni jew distillazzjoni ta' żjut essenzjali - se jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet Seveso mingħajr ma jkunu ta' periklu ġdid ta' inċidenti kbar.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) deskrizzjoni tal-post u l-ambjent tiegħu inklużi l-lokazzjoni ġeografika, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, ġeoloġiċi, idrografiċi u, jekk ikun meħtieġ, l-istorja tal-post;

a) deskrizzjoni tal-post, valutazzjoni adegwata tar-riskji naturali tiegħu u l-ambjent tiegħu inklużi l-pożizzjoni ġeografika, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, ġeoloġiċi, idrografiċi u, jekk ikun meħtieġ, l-istorja tal-post;

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) deskrizzjoni tal-attivitajiet ewlenin u l-prodotti tal-partijiet tal-istabbiliment li huma importanti mill-perspettiva ta’ sikurezza, is-sorsi ta’ riskji ta’ inċidenti kbar u l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jseħħ inċident kbir bħal dan, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-miżuri preventivi proposti;

a) deskrizzjoni tal-attivitajiet ewlenin u l-prodotti tal-partijiet tal-istabbiliment, u l-identifikazzjoni tal-impriżi sottokuntrattati, li huma importanti mill-perspettiva ta’ sikurezza, is-sorsi ta’ riskji ta’ inċidenti kbar u l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jseħħ inċident kbir bħal dan, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-miżuri preventivi proposti;

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 5 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) deskrizzjoni tal-valutazzjoni tal-konsegwenzi finanzjarji ta' inċident li jinvolvi sustanzi perikolużi u l-miżuri meħuda biex dawn jiġu affrontati, b'mod partikolari b'polza ta' assigurazzjoni speċifika u/jew permezz ta' livell ta' kapital xieraq.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Anness III – punt b – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) kultura ta' sikurezza — miżuri biex tiġi vvalutata u mtejba l-kultura tas-sikurezza;

(v) il-kontroll tar-riskji marbuta mad-deterjorament tat-tagħmir: inventarju tat-tagħmir tal-istabbiliment; deskrizzjoni tal-istat inizjali tat-tagħmir fl-1 ta’ Ġunju 2015 jew dakinhar li jibdew jintużaw jekk il-ġurnata tkun wara d-data msemmija; il-preżentazzjoni ta’ strateġija stabbilita għall-kontroll tal-istat tat-tagħmir (modalitajiet, frekwenza, metodi, eċċ.) u għad-determinazzjoni tas-segwitu mogħti għal dawn il-kontrolli (metodoloġija ta’ analiżi tar-riżultati, kriterji biex jiġu stabbiliti azzjonijiet korrettivi ta’ tiswija jew ta’ sostituzzjonijiet, eċċ.); Evidenza relatata ma' dawn l-aspetti għandha tkun provduta skont il-modi ta’ kif it-tagħmir jista' jiddeterjora; Il-preżentazzjoni ta’ metodoloġija ta’ segwitu tar-riżultati tal-kontroll u tas-segwitu mogħti għal dawn il-kontrolli; metodoloġija ta' interventi possibbli li jitwettqu fid-dawl ta’ dawn ir-riżultati;

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal taqsima ġdida fis-sistemi tal-ġestjoni ta' sikurezza maħsubin għall-kultura ta' sikurezza tidher vaga. Il-park industrijali Ewropew għadda ż-żmien minn fuqu u ftit li xejn sarulu innovazzjonijiet. Sikurezza tajba teħtieġ it-teħid ta' miżuri ta’ adattament (sorveljanza msaħħa, sostituzzjoni tal-aktar partijiet użati, ...) fl-operat ta' kuljum meta mqabbel mal-prattiki użati meta l-fabbriki kienu għadhom ġodda.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Anness IV – Parti 1 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) Arranġamenti għal tħarriġ tal-persunal fid-doveri li huma jkunu mistennija li jwettqu, u fejn ikun meħtieġ il-koordinazzjoni ta' dawn id-doveri mas-servizzi ta' emerġenza esterni.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Dettalji fil-qosor dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru skont l-Artikolu 19 u tas-sejbiet prinċipali mill-konklużjonijiet tal-ispezzjoni l-aktar reċenti, flimkien ma’ referenza jew/link għall-pjan ta’ spezzjoni relatat.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Huwa indispensabbli li din id-dispożizzjoni titħassar, meta jitqiesu r-riskji għolja marbuta mal-pubblikazzjoni tan-nuqqasijiet iddikjarati fuq is-siti Seveso, minħabba l-użu potenzjali għal skopijiet terroristiċi u riskji ta’ intelliġenza ekonomika.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Anness V – Parti 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dettalji fil-qosor dwar it-tipi ewlenin ta’ xenarji ta’ inċidenti kbar u t-tipi ewlenin ta’ avvenimenti li jista’ jkollhom sehem biex jikkawżaw kull wieħed minn dawn ix-xenarji.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għall-istess raġunijiet imsemmija fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness, jidher li huwa indispensabbli li ma jiġux ippubblikati x-xenarji prinċipali tal-inċidenti kbar, aktar u aktar is-sorsi li jikkawżaw tali xenarji. L-unika informazzjoni li tista’ tiġi diffuża hija s-sommarju mhux tekniku tal-istudju tal-periklu.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Anness VI – Parti 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) sitt persuni korruti fl-istabbiliment u jinżammu fl-isptar mill-anqas għal 24 siegħa;

(b) tal-anqas żewġ persuni korruti fl-istabbiliment u jinżammu fl-isptar mill-anqas għal 24 siegħa;

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Anness VII – paragrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kull sustanza jew kull taħlita tossika jew tossika ħafna għall-organiżmi akwatiċi, maħżuna f’unità ta’ ħażna (tank, eċċ.) li ma taqbiżx iż-0.2% ta’ tunnellaġġ, jew li hija ekwivalenti għal dan l-ammont, indikat fil-Kolonna 2 tal-Parti 1 tal-Anness I (jiġifieri 400 kilogramma u 200 kilogramma rispettivament għas-sustanzi u taħlitiet tossiċi/tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi) ma tintgħaddx fil-kwantità totali attwali jekk il-pożizzjoni tal-ħażna fl-istabbiliment hija tali li r-rilaxx inċidentali tal-kontenut ma jkunx jista’ jikkawża inċident kbir f’xi parti oħra tas-sit b’effett domino, u ladarba din il-ħażna tkun miżmuma f’żona ssiġilata.

Ġustifikazzjoni

Il-ħażna ta’ inventarju żgħir ta’ sustanza tossika għall-ambjent ma għandhiex tiġi kkunsidrata, meta titqies il-kwantità rilaxxata: Rilaxx ta’ sustanza tossika fl-ambjent, liema sustanza tkun maħżuna f’inventarju limitat, ma għandux l-istess konsegwenza fuq l-ambjent bħalma jkollu rilaxx f’post tal-ħażna.

PROĊEDURA

Titolu

Il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi

Referenzi

COM(2010)0781 – C7-0011/2011 – 2010/0377(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

18.1.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

18.1.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Jacky Hénin

14.3.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.5.2011

30.6.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

26.9.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Bendt Bendtsen, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Christian Ehler, Ioan Enciu, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Jacky Hénin, Edit Herczog, Romana Jordan Cizelj, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Patrizia Toia, Ioannis A. Tsoukalas, Marita Ulvskog, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Francesco De Angelis, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Gunnar Hökmark, Bernd Lange, Alajos Mészáros, Algirdas Saudargas


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (13.7.2011)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi

(COM(2010)0781 – C7‑0011/2011 – 2010/0377(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Małgorzata Handzlik

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għanijiet tal-proposta

Id-Direttiva 96/82/KE dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-Direttiva SEVESO II) hija mmirata biex tipprevjeni l-inċidenti kbar li jinvolvu kwantitajiet kbar ta’ sustanzi perikolużi (jew taħlitiet tagħhom), kif elenkat fl-Anness I tagħha, u biex trażżan il-konsegwenzi ta’ dawn l-inċidenti għall-bniedem u l-ambjent.

Rimarki ġenerali dwar il-modifiki tad-Direttiva SEVESO II

Il-modifiki proposti għad-Direttiva SEVESO II jirriżultaw mill-ħtieġa li jiġi adattat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet. FL-okkażjoni ta' dan l-adattament il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel modifiki limitati għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn tad-Direttiva, dejjem waqt li żżomm l-elementi ewlenin tas-sistema SEVESO. Ir-Rapporteur għal opinjoni tqis li approċċ fuq żewġ livelli (billi ssir distinzjoni bejn l-operaturi li jutilizzaw limiti minimi baxxi u għoljin) hu infatti ġġustifikat u meħtieġ għall-preżervazzjoni tal-istabilità u l-prevedibilità tas-sistema attwali. Ladarba l-modifika għad-Direttiva SEVESO II jirriżultaw mill-ħtieġa li tiġi adattata għar-Regolament dwar il-klassifikazzjoni, u mhux minn żieda fl-għadd ta' inċidenti kbar, ir-Rapporteur għal opinjoni tqis li l-bidla fl-approċċ globali tas-soluzzjonijiet adottati fid-Direttiva SEVESO II mhix ġustifikata.

Rimarki dwar il-modifiki tal-Anness I

L-Anness I tad-Direttiva SEVESO II jikkostitwixxi element kruċjali minnha; jistabbilixxi l-lista ta' sustanzi perikolużi u ta' limiti minimi baxxi u għoljin. Hemm bżonn għaldaqstant li l-Anness I jitqies bħala element kruċjali biex jiġi stabbilit l-ambitu tad-Direttiva u, b'hekk, l-għadd ta' operaturi milquta mid-dispożizzjonijiet tagħha. Fl-Artikolu 4 tal-proposta tagħha, il-Kummissjoni qed tipproponi mekkaniżmi ta' modifika tal-Anness I permezz ta' mekkaniżmu ta' deroga applikabbli għall-Ewropa kollha u li jippermettu li jiġu esklużi sustanzi jew taħlitiet mill-Anness I, kif ukoll mekkaniżmu ta' klawżola ta' salvagwardja li jippermetti li jiżdiedu sustanzi jew taħlitiet ġodda fl-Anness I. Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-modifiki għall-Anness I isiru permezz ta' atti delegati. Ir-Rapporteur għal opinjoni ma tappoġġax dan l-approċċ u tqis li l-modifiki għall-anness imsemmi għandhom isiru permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Għall-istess raġuni, hi qed tipproponi li anke l-Anness VII, li jiddefinixxi l-lista tal-kriterji ta' deroga skont l-Artikolu 4, jiġi adottat permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Rimarki tar-Rapporteur għal opinjoni fir-rigward tal-modifiki l-oħrajn

Ir-Rapporteur għal opinjoni tilqa' b'mod favorevoli d-dispożizzjonijiet il-ġodda intenzjonati biex jikkompletaw id-Direttiva SEVESO II u l-ispeċifikazzjonijiet li l-Kummissjoni għamel għal parti kbira ta' dawn id-dispożizzjonijiet diġà eżistenti, u b'mod partikulari għad-dispożizzjonijiet dwar: l-informazzjoni lill-pubbliku (Artikolu 13), il-konsultazzjoni pubblika u l-parteċipazzjoni għat-teħid tad-deċiżjonijiet (Artikolu 14), l-aċċess għall-ġustizzja (Artikolu 22) u l-iskambji kif ukoll is-sistema ta' informazzjoni (Artikolu 20).

F'dak li jirrigwards s-sistemi ta' skambju ta' informazzjoni, ir-Rapporteur għal opinjoni tifraħ b'mod partikolari bil-ftuħ għall-pubbliku tas-sistema għat-tiftix ta' informazzjoni dwar l-istallazzjonijiet SEVESO (SPIRS), bl-istabbiliment ta' dewmien massimu ta' sena għat-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar l-inċidenti kbar, u bit-tnaqqis tal-limiti minimi li jeħtieġu notifika minn 5% għal 1% tal-kwantità indikata fil-kolonna 3 tal-Anness I. Minħabba dan it-tnaqqis tal-limiti minimi li jeħtieġ notifika, in-numru ta' inċidenti kbar li jiġu rrapportati se jiżdied imma dan jippermetti li, b'mod parallel, l-operaturi l-oħra jisiltu tagħlim għall-ġejjieni u jitgħallmu mill-iżbalji ta' ħaddieħor. Madankollu, hu importanti li l-informazzjoni integrata fis-sistemi SPIRS u MARS tkun kompluta. S'issa, l-informazzjoni tas-sistema MARS sfortunatament fiha ħafna nuqqasijiet. Ir-Rapporteur għal opinjoni qed tipproponi li l-Kummissjoni titrażmetti b'mod regolari, kull 4 snin, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-inċidenti kbar li jseħħu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea kif ukoll it-tagħlim li wieħed jista' jislet minnhom għall-effikaċità tad-Direttiva SEVESO II.

L-informazzjoni lill-pubbliku tikkostitwixxi element estremament importanti biex titqanqal il-fiduċja, imma anke biex is-soċjetà tiġi edukata fir-rigward tal-attitudni li għandha tadotta fil-każ li jseħħ inċident kbir. Hu importanti li l-pubbliku ma jegħriqx f'informazzjoni li ma jkollux bżonn, u li jirċievi informazzjoni mfassla bi preċiżjoni u li tkun tinftiehem, informazzjoni li ma toħloqx paniku bla bżonn fil-każ ta' nuqqas ta' theddida imma li tiggarantixxi li jittieħdu l-miżuri xierqa fil-każ ta' inċident kbir. Din l-informazzjoni għandha tasal lill-iktar grupp estensiv possibbli ta' persuni li huma mhedda mill-konsegwenzi eventwali ta' inċident kbir. L-operaturi għandhom qabel kollox jagħmlu ħilithom biex jinformaw regolarment u attivament lill-pubbliku, u biex jaġġornaw b'mod sistematiku l-informazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll f'forma elettronika. Apparti din l-informazzjoni bażika, għandu jkun ukoll possibbli għall-pubbliku li jikseb informazzjoni aktar fil-fond. Għal raġunijiet, fost l-oħrajn, ta' sigurtà u ta' kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali u industrijali, kif ukoll tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, ċerta informazzjoni għandha tingħata biss fuq talba.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Inċidenti kbar jista’ jkollhom konsegwenzi lil hinn mill-fruntieri, u l-kost ekoloġiku u ekonomiku ta’ inċident jiġġarrab mhux biss mill-istabbiliment affettwat, iżda wkoll mill-Istat Membru konċernat. Għalhekk, huwa meħtieġ li jittieħdu miżuri li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha.

(6) Inċidenti kbar jista’ jkollhom konsegwenzi lil hinn mill-fruntieri, u l-kost ekoloġiku u ekonomiku ta’ inċident jiġġarrab mhux biss mill-istabbiliment affettwat, iżda wkoll mill-Istat Membru konċernat. Għalhekk, huwa meħtieġ li jittieħdu miżuri li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u, għal din ir-raġuni, bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali, sabiex jiġu evitati l-inċidenti transkonfinali u tiġi żgurata reazzjoni koordinata għall-inċidenti l-kbar.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-operaturi jrid ikollhom obbligu ġenerali li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw inċidenti kbar u li jtaffu l-konsegwenzi tagħhom . Fejn il-kwantità ta' sustanzi perikolużi preżenti fi stabbilimenti tkun ogħla minn ċerti kwantitajiet, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’informazzjoni suffiċjenti biex din tkun tista’ tidentifika l-istabbiliment, is-sustanzi perikolużi preżenti u l-perikli potenzjali. L-operatur irid ifassal ukoll u jibgħat lill-awtorità kompetenti politika ta’ prevenzjoni għal inċidenti kbar li tistabbilixxi l-metodu ġenerali u l-miżuri tal-operatur, inklużi sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza xierqa, biex jikkontrolla l-perikli ta’ inċidenti kbar.

(11) L-operaturi jrid ikollhom obbligu ġenerali li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw inċidenti kbar, itaffu l-konsegwenzi tagħhom u jieħdu miżuri ta’ rkupru. Fejn il-kwantità ta' sustanzi perikolużi preżenti fi stabbilimenti tkun ogħla minn ċerti kwantitajiet, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’informazzjoni suffiċjenti biex din tkun tista’ tidentifika l-istabbiliment, is-sustanzi perikolużi preżenti u l-perikli potenzjali. L-operatur irid ifassal ukoll u jibgħat lill-awtorità kompetenti politika ta’ prevenzjoni għal inċidenti kbar li tistabbilixxi l-metodu ġenerali u l-miżuri tal-operatur, inklużi sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza xierqa, biex jikkontrolla l-perikli ta’ inċidenti kbar.

Ġustifikazzjoni

Ir-responsabilità għat-teħid ta’ miżuri ta’ rkupru wara li jkun seħħ xi inċidenti għandha tkun tal-operaturi.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex jiġi promoss l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent, skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, li kienet approvata f’isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, il-livell u l-kwalità tal-informazzjoni għall-pubbliku għandhom jitjiebu. B’mod partikolari, persuni li x’aktarx ikunu affettwati minn inċident kbir għandhom jingħataw informazzjoni suffiċjenti biex tinformahom dwar l-azzjoni korretta li trid tittieħed f’dik l-eventwalità. Barra li tipprovdi informazzjoni b’mod attiv, mingħajr ma l-pubbliku jkollu għalfejn jagħmel talba, u mingħajr ma jiġu evitati forom oħra ta’ tixrid, din trid tkun ukoll disponibbli b’mod permanenti u tinżamm aġġornata fuq l-internet. Fl-istess waqt irid ikun hemm salvagwardji ta’ kunfidenzjalità xierqa, biex jindirizzaw problemi relatati mas-sikurezza, fost ħwejjeġ oħra.

(16) Sabiex jiġi promoss l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent, skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, li kienet approvata f’isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, il-livell u l-kwalità tal-informazzjoni għall-pubbliku għandhom jitjiebu. B’mod partikolari, persuni li x’aktarx ikunu affettwati minn inċident kbir għandhom jingħataw informazzjoni suffiċjenti biex tinformahom dwar l-azzjoni korretta li trid tittieħed f’dik l-eventwalità. L-informazzjoni mxerrda lill-pubbliku għandha titqiegħed fi kliem ċar u li jinftiehem. Barra li tipprovdi informazzjoni b’mod attiv, mingħajr ma l-pubbliku jkollu għalfejn jagħmel talba, u mingħajr ma jiġu evitati forom oħra ta’ tixrid, din trid tkun ukoll disponibbli b’mod permanenti u tinżamm aġġornata fuq l-internet. Sabiex tintlaħaq trasparenza akbar, informazzjoni aktar dettaljata u komprensiva, inkluż fil-forma ta' dokumenti, għandha ssir disponibbli għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li titlobha. Fl-istess waqt irid ikun hemm salvagwardji ta’ kunfidenzjalità xierqa, biex jindirizzaw problemi relatati mas-sikurezza, fost ħwejjeġ oħra.

 

 

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li jirrispetta s-salvagwardji tal-kunfidenzjalità, l-aċċess għal informazzjoni jew dokumenti addizzjonali fuq talba minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika se jtejjeb it-trasparenza u l-fiduċja tal-pubbliku fis-sikurezza tal-istallazzjonijiet industrijali.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Sabiex jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni u sabiex jiġu evitati inċidenti fil-futur ta’ natura simili, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni rigward inċidenti kbar li jseħħu fit-territorju tagħhom, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tanalizza l-perikli involuti, u tħaddem sistema għad-distribuzzjoni ta’ informazzjoni dwar, b’mod partikolari, inċidenti kbar u t-tagħlimiet li jkunu ttieħdu minnhom. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkopri wkoll inċidenti li 'kważi seħħew' li l-Istati Membri jqisu li huma ta’ interess tekniku partikolari biex jiġu evitati inċidenti kbar u jiġu ristretti l-konsegwenzi tagħhom.

(20) Sabiex jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni u sabiex jiġu evitati inċidenti fil-futur ta’ natura simili, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni rigward inċidenti kbar li jseħħu fit-territorju tagħhom, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tanalizza l-perikli involuti, u tħaddem sistema għad-distribuzzjoni ta’ informazzjoni dwar, b’mod partikolari, inċidenti kbar u t-tagħlimiet li jkunu ttieħdu minnhom. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkopri wkoll inċidenti li 'kważi seħħew' li l-Istati Membri jqisu li huma ta’ interess tekniku partikolari biex jiġu evitati inċidenti kbar u jiġu ristretti l-konsegwenzi tagħhom. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħabirku ħalli jiżguraw li l-informazzjoni merfugħa fis-sistemi ta' informazzjoni stabbiliti bil-għan li jiffaċilitaw l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-inċidenti kbar tkun kompluta.

Ġustifikazzjoni

Is-sistemi għall-iskambju tal-informazzjoni huma estremament importanti għall-kondiviżjoni tal-esperjenza bejn l-Istati Membri u, fost ħwejjeġ oħra, biex l-operaturi jkunu jistgħu jitgħallmu lezzjonijiet meħtieġa. Madankollu, l-informazzjoni trid tkun kompluta u trid tagħmilha possibbli li l-kawżi tal-inċident jiġu identifikati.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-adozzjoni ta’ kriterji għal derogi u emendi għall-Annessi ta’ din id-Direttiva.

(23) Huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ delega konformement mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi II u VI ta' din id-Direttiva. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u trasparenti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, minn ħafna żmien qabel. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

L-Annessi I u VII tad-Direttiva fihom elementi fundamentali; għalhekk, kwalunkwe emendi ta’ dawk l-elementi għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Bil-għan li tiġi ggarantita t-trasparenza tal-konsultazzjonijiet u tad-dokumenti trażmessi, għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijiet mill-Qbil Komuni dwar il-Modalitajiet Prattiċi ta’ Utilizzazzjoni tal-Atti Delegati.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn jintwera, fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, li sustanzi partikolari koperti bil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I ma jkunux kapaċi joħolqu periklu ta’ inċident kbir, b’mod partikolari minħabba l-forma fiżika, il-proprjetajiet, il-klassifikazzjoni jew l-imballaġġ ġeneriku tagħhom, il-Kummissjoni tista’ telenka dawk is-sustanzi fil-Parti 3 tal-Anness I permezz ta’ atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

1. Fejn jintwera, fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, li sustanzi partikolari koperti bil-Partijiet 1 jew 2 tal-Anness I ma jkunux kapaċi joħolqu periklu ta’ inċident kbir, b’mod partikolari minħabba l-forma fiżika, il-proprjetajiet, il-klassifikazzjoni jew l-imballaġġ ġeneriku tagħhom, il-Kummissjoni tista’ tressaq proposta leġiżlattiva ħalli dawk is-sustanzi jiġu elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I.

Ġustifikazzjoni

L-Anness I tad-Direttiva jinkludi elementi fundamentali li jiddefinixxu l-ambitu tagħha. Għalhekk, l-emendi ta’ dak l-Anness għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarju u mhux għal atti delegati.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sat-30 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24 sabiex tistabbilixxi kriterji li jridu jintużaw għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu rispettivament, u biex temenda l-Anness VII skont dan.

4. Sat-30 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva sabiex tistabbilixxi kriterji li jridu jintużaw għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu rispettivament, u biex temenda l-Anness VII f’dan is-sens.

Ġustifikazzjoni

L-Anness VII fih elementi fundamentali. Għalhekk, l-emendi ta’ dak l-Anness għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarju u mhux għal atti delegati.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista’ telenka s-sustanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fil-Parti 1 jew fil-Parti 2 tal-Anness I permezz ta’ atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista’ tressaq proposta leġiżlattiva biex jiġu elenkati s-sustanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fil-Parti 1 jew fil-Parti 2 tal-Anness I.

Ġustifikazzjoni

L-Anness I tad-Direttiva fih elementi fundamentali li jiddefinixxu l-ambitu tagħha. Għalhekk, l-emendi ta’ dak l-Anness għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarju u mhux għal atti delegati.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-kwantità u l-forma fiżika tas-sustanzi perikolużi jew tas-sustanzi involuti;

(e) il-kwantità, in-natura u l-forma fiżika tas-sustanza jew sustanzi perikolużi involuti;

Ġustifikazzjoni

Taqbel mal-Artikolu 6(4)(a).

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għal stabbilimenti ġodda, perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew l-operat,

(Ma taffetwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’każ ta’ modifika ta’ stallazzjoni, stabbiliment, faċilità tal-ħażna, jew proċess jew fin-natura jew il-kwantità ta’ sustanzi perikolużi li jista’ jkollhom riperkussjonijiet sinifikanti fuq perikli ta’ inċidenti kbar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur:

F’każ ta’ modifika ta’ stallazzjoni, stabbiliment, faċilità tal-ħażna, jew proċess jew fin-natura jew fis-sura fiżika jew fil-kwantità ta’ sustanzi perikolużi li jista’ jkollhom riperkussjonijiet sinifikanti fuq perikli ta’ inċidenti kbar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur:

Ġustifikazzjoni

Taqbel mal-Artikolu 6(4)(a) u mal-Artikolu 6(1)(e).

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Anness V tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi permanenti, inkluż f’format elettroniku. L-informazzjoni għandha tiġi riveduta u, fejn ikun meħtieġ, aġġornata mill-anqas kull sena.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Anness V tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi permanenti, inkluż f’format elettroniku. Il-kliem ta’ dik l-informazzjoni għandu jitpoġġa b'mod ċar u li jista' jinftiehem mill-pubbliku. L-informazzjoni għandha tiġi rieżaminat u, fejn ikun meħtieġ, aġġornata mill-anqas darba fis-sena. Fuq talba minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni aktar dettaljata u addizzjonali li tmur lil hinn mill-informazzjoni msemmija fl-Anness V, u mingħajr ħsara għall-Artikolu 21, titqiegħed għad-disponibilità ta’ dik il-persuna.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-informazzjoni li tixtered għand il-pubbliku tkun iffurmata minn kliem poġġut b'mod li jinftiehem u ma tħalli l-ebda lok għal dubji fir-rigward tal-mod kif dak li jkun għandu jġib ruħu fil-każ ta' xi inċident.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati minn inċident kbir jirċievu regolarment u bl-iktar mod xieraq, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha, informazzjoni dwar il-miżuri tas-sikurezza u dwar l-imġiba meħtieġa f’każ ta’ inċident;

(a) il-persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati minn inċident kbir jirċievu regolarment u bl-iktar mod xieraq, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha, informazzjoni dwar il-miżuri tas-sikurezza u dwar l-imġiba meħtieġa f’każ ta’ inċident. Il-kliem ta’ dik l-informazzjoni għandu jitpoġġa b'mod ċar u li jista' jinftiehem mill-pubbliku;

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-informazzjoni li tiġi kkomunikata lil dawk il-persuni li huma potenzjalment mhedda jkollha l-kliem poġġut b’mod li jinftiehem u ma tħalli l-ebda lok għal dubji fir-rigward tal-mod kif dak li jkun għandu jġib ruħu fil-każ ta' xi inċident.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ir-rapport dwar is-sikurezza jkun disponibbli għall-pubbliku fuq talba soġġett għall-Artikolu 21(3); fejn l-Artikolu 21(3) japplika, rapport emendat fil-forma ta’ sommarju mhux tekniku, li għandu jinkludi tal-anqas informazzjoni ġenerali dwar il-perikli ta’ inċidenti kbar, l-effetti potenzjali u l-imġiba meħtieġa f’każ ta’ inċident, għandu jkun disponibbli;

(b) ir-rapport dwar is-sikurezza jkun disponibbli għall-pubbliku fuq talba soġġett għall-Artikolu 21(3); fejn japplika l-Artikolu 21(3), għandu jkun disponibbli rapport emendat fil-forma ta’ sommarju mhux tekniku, li għandu jinkludi tal-anqas informazzjoni ġenerali dwar il-perikli ta’ inċidenti kbar, l-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u l-imġiba meħtieġa f’każ ta’ inċident;

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi minn tal-anqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness V. Dik l-informazzjoni trid tiġi pprovduta wkoll lill-istabbilimenti kollha li jservu lill-pubbliku, inklużi skejjel u sptarijiet, u lill-istabbilimenti kollha fil-qrib fil-każ tal-istabbilimenti koperti bl-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tiġi pprovduta u li din tiġi riveduta u aġġornata regolarment tal-anqas kull ħames snin.

L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi minn tal-anqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness V. Dik l-informazzjoni trid tiġi pprovduta wkoll lill-istabbilimenti kollha li jservu lill-pubbliku, inklużi faċilitajiet preprimarji, skejjel u sptarijiet, kumditajiet pubbliċi oħra, u lill-istabbilimenti kollha fil-qrib fil-każ tal-istabbilimenti koperti bl-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tiġi pprovduta u li din tiġi eżaminata mill-ġdid u aġġornata regolarment tal-anqas kull ħames snin. Dik l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata partikolarment fil-każ li jsiru xi modifiki kif imsemmi fl-Artikolu 10.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li tiġi ggarantita s-sikurezza tal-persuni mhedda fil-każ ta' inċident, u jiġi żgurat li tali persuni jieħdu azzjoni xierqa, hu importanti li l-informazzjoni dwar emerġenza tasal għand l-akbar għadd possibbli tal-persuni li huma potenzjalment mhedda. Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata fil-każ li jsiru modifiki f’xi installazzjoni, stabbiliment jew faċilità ta' ħażna.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-Istat Membru konċernat ikun iddeċieda li stabbiliment qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor ma jkunx jista’ joħloq periklu ta’ inċident kbir lil hinn mill-konfini tiegħu għall-finijiet tal-Artikolu 11(6) u, għalhekk, ma jkunx meħtieġ li jipproduċi pjan estern ta’ emerġenza skont l-Artikolu 11(1), dan għandu jinforma lill-Istat Membru l-ieħor.

5. Meta l-Istat Membru konċernat ikun iddeċieda li stabbiliment qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor ma jkunx jista’ joħloq periklu ta’ inċident kbir lil hinn mill-konfini tiegħu għall-finijiet tal-Artikolu 11(6) u, għalhekk, ma jkunx meħtieġ li jipproduċi pjan estern ta’ emerġenza skont l-Artikolu 11(1), dan għandu jinforma lill-Istat Membru l-ieħor dwar dik id-deċiżjoni u dwar ir-raġunijiet għalfejn ħa dik id-deċiżjoni.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Rappurtar

 

Kull erba’ snin, fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16 u tal-informazzjoni merfugħa fil-bażijiet tad-dejta msemmija fl-Artikolu 20(3) u (5), il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-inċidenti l-kbar li jkunu seħħew fit-territorju tal-Unjoni u l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-funzjonament effiċjenti ta' din id-Direttiva. Madankollu, wara kwalunkwe inċident ikklassifikat bħala wieħed estremament serju f’dawk li huma għadd ta' vittmi jew dannu maġġuri lill-ambjent, għandu jitfassal rapport bil-għan li tiġi pprevenuta l-possibilità ta' dannu ġdid;

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu b'mod regolari informazzjoni dwar l-inċidenti l-kbar li jkunu seħħew fit-territorju tal-Unjoni Ewropea. Bħalissa, ma hemm l-ebda obbligu li jingħata rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi regolari.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-għan li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-għan, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent u li tissodisfa kwalunkwe ħtieġa skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies biżżejjed għall-finijiet tal-paragrafu 2(a).

Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-għan li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-għan, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent jew tas-saħħa pubblika u li tissodisfa kwalunkwe ħtieġa skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies biżżejjed għall-finijiet tal-paragrafu 2(a).

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, sabiex jiġu adattati l-Annessi I sa VII għall-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha jkollha l-poter li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24.

Sabiex l-Annessi II sa VI jiġu adattati għall-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24.

Ġustifikazzjoni

L-Annessi I u VII tad-Direttiva fihom elementi fundamentali; għalhekk, kwalunkwe emendi ta’ dawk l-elementi għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħat biex ikunu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4 u 23 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinit.

1. Is-setgħa biex ikunu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 23 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinit.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa minħabba t-tibdiliet magħmula fl-Artikolu 4.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-delega tal-poteri msemmija fl-Artikolu 24 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(Ma taffetwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

-

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard li tiġi speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada ta' meta tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard li tiġi speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-waqt eżatt. L-ifformular tal-kliem jikkonforma mal-klawżola proposta fil-Qbil Komuni dwar il-Modalitajiet Prattiċi ta’ Utilizzazzjoni tal-Atti Delegati.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar.

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

Ġustifikazzjoni

Konformi mal-Qil Komuni dwar il-Modalitajiet Prattiċi ta’ Utilizzazzjoni tal-Atti Delegati.

PROĊEDURA

Titolu

Il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi

Referenzi

COM(2010)0781 – C7-0011/2011 – 2010/0377(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

18.1.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

18.1.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Małgorzata Handzlik

10.2.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

13.4.2011

24.5.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

12.7.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adam Bielan, Lara Comi, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Eija-Riitta Korhola, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Hans-Peter Mayer, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Kyriacos Triantaphyllides, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

María Irigoyen Pérez, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Olle Schmidt, Wim van de Camp

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Prendergast


PROĊEDURA

Titolu

Il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi

Referenzi

COM(2010)0781 – C7-0011/2011 – 2010/0377(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

21.12.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

18.1.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

18.1.2011

IMCO

18.1.2011

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

János Áder

8.2.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

14.6.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

4.10.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Paolo Bartolozzi, Sergio Berlato, Nessa Childers, Chris Davies, Bairbre de Brún, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Sabine Wils

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Matthias Groote, Judith A. Merkies, Alojz Peterle, Marianne Thyssen, Marita Ulvskog, Kathleen Van Brempt

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Arlene McCarthy, Konrad Szymański

Data tat-tressiq

12.10.2011

Avviż legali - Politika tal-privatezza