RAKKOMANDAZZJONI dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li ltaqgħu fil-Kunsill dwar il-konklużjonijiet tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha u l-Ġeorġja

13.10.2011 - (09185/2011 – C7‑0124/2011 – 2010/0186(NLE)) - ***

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Thomas Ulmer
PR_NLE-AP_art90

Proċedura : 2010/0186(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0344/2011
Testi mressqa :
A7-0344/2011
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li ltaqgħu fil-Kunsill dwar il-konklużjonijiet tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha u l-Ġeorġja

(09185/2011 – C7‑0124/2011 – 2010/0186(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09185/2011),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (14370/2010),

–   wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0124/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0344/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Repubblika tal-Ġeorġja.

NOTA SPJEGATTIVA

Dan il-ftehim jittratta dwar ftehim internazzjonali għar-regolazzjoni tar-relazzjonijiet fil-qasam tal-avjazzjoni bejn l-UE, is-27 Stat Membru tagħha u l-Ġeorġja.

L-għan tal-ftehim huwa l-istabbiliment ta’ Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja. Il-ftehimiet bilaterali li kien hemm sal-lum, li jirregolaw is-servizzi tat-trasport bl-ajru bejn iż-żewġ partijiet, għandhom jiġu sostitwiti bil-ftehim il-ġdid. Dan il-pass qed isir fuq l-isfond tal-politika tal-viċinat tal-UE, li wkoll għandha l-għan li jiġi stabbilit spazju komuni għall-avjazzjoni bejn l-UE u l-ġirien tagħha.

Il-Kunsill iffirma l-ftehim fit-2 ta' Diċembru 2010. Il-ftehim se jiġi applikat provviżorjament sa ma jidħol fis-seħħ.

Fid-dettall:

Il-ftehim se jestendi lill-Ġeorġja d-dispożizzjonijiet u r-regolamenti tas-suq intern tal-avjazzjoni fl-UE u se jistabbilixxi kundizzjonijiet qafas li huma standard għall-impriżi kollha tal-avjazzjoni fl-UE u fil-Ġeorġja. Permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li attwalment japplikaw għas-sigurtà tal-ajru u tal-avjazzjoni u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fuq il-Ġeorġja, se jintlaħaq aċċess reċiproku għas-suq u se tkun faċilitata l-parteċipazzjoni tal-atturi ekonomiċi kollha, bla diskriminazzjoni, fl-ispazju komuni għall-avjazzjoni. Fil-futur, permezz ta' dan, it-trasportaturi bl-ajru kollha fl-UE u fil-Ġeorġja se jkunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom minn kull lokazzjoni fl-UE u lejn kull post fil-Ġeorġja.

Wieħed jassumi li l-ftuħ reċiproku tas-suq se jġib miegħu l-parteċipazzjoni ta' parteċipanti ġodda tas-suq, it-tħaddim ta' ajruporti inqas moqdija u l-konsolidazzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-UE. Skont il-Kummissjoni, l-istabbiliment gradwali ta' Spazju Komuni bejn l-UE u l-Ġeorġja se jiġġenera żieda li hija stmata li tlaħħaq 25 000 passiġġier u total ta' madwar EUR 17-il miljun f'benefiċċji għall-konsumaturi fl-ewwel sena.

Din id-deċiżjoni tal-Kunsill tapprova l-ftehim (Artikolu 1). Barra minn hekk, il-Kunsill adotta arranġamenti proċedurali fil-każ tat-terminazzjoni tal-ftehim (Artikolu 2), dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-Kumitat konġunt (Artikolu 3) li ġie maħtur għall-implimentazzjoni tal-ftehim, għar-riżoluzzjoni tat-tilwim (Artikolu 4), kif ukoll għall-obbligu ta' tagħrif tal-Istati Membri lill-Kummissjoni, li jinkludi l-affarijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni u tal-ajru (Artikolu 5).

Hemm qbil li l-kooperazzjoni tar-regolazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja, li għandha importanza ċentrali għal tħaddim sikur u effikaċi tal-avjazzjoni, tista' tiġi żgurata biss fil-livell tal-UE, u li b'hekk il-konklużjoni tal-ftehim mill-UE hija konformi mar-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarità.

Il-konklużjoni ta’ dan il-ftehim internazzjonali, skont l-Artikolu 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hu suġġett għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Skont l-Artikolu 81 tar-regoli ta' proċedura tiegħu, il-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal ftehim internazzjonali permezz ta' votazzjoni waħda, u ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-mejda.

Abbażi tad-dettalji ta’ hawn fuq, ir-rapporteur jirrakomanda lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu biex jagħti l-approvazzjoni tiegħu sabiex jiġi konkluż dan il-ftehim.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

11.10.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Ryszard Czarnecki, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Riquet, Laurence J.A.J. Stassen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken