Proċedura : 2011/0111(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0357/2011

Testi mressqa :

A7-0357/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2011 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0482

RAPPORT     *
PDF 162kWORD 74k
17.10.2011
PE 470.077v03-00 A7-0357/2011

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li temporanjament jissospendi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji

(COM(2011)0259 – C7‑0146/2011 – 2011/0111(CNS))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Danuta Maria Hübner

(Proċedura simplifikata - Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li temporanjament jissospendi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji

(COM(2011)0259 – C7‑0146/2011 – 2011/0111(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0259),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0146/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0357/2011),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Fil-memorandun ta’ spjegazzjoni tagħha, il-Kummissjoni Ewropea tinforma lill-Kunsill u l-Parlament li r-Renju ta’ Spanja f’isem l-awtoritajiet tal-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji, talab is-sospensjoni temporanja tad-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji, sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-operaturi ekonomiċi lokali u sabiex isiru stabbli l-impjiegi f’dawn ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni.

Sabiex ikun żgurat li l-prodotti importati mingħajr dazju – materja prima, partijiet, komponenti u oġġetti tal-produzzjoni – ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni, ser jiġu soġġetti għal kontrolli fil-punt tal-użu aħħari li jiżguraw l-użu tagħhom minn kumpaniji legali f’dawn il-gżejjer. Rigward l-oġġetti tal-produzzjoni, dawn għandhom jintużaw minn kumpaniji lokali fil-Gżejjer Kanarji għal perjodu ta’ mill-anqas sentejn qabel ma jkunu jistgħu jinbiegħu liberament lil kumpaniji li jinsabu f'partijiet oħra tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-materja prima, il-partijiet u l-komponenti għandhom jintużaw għat-trasformazzjoni industrijali u l-manutenzjoni fil-Gżejjer Kanarji sabiex jibbenefikaw mis-sospensjoni tad-dazji.

Mhux possibbli li ssir Evalwazzjoni tal-impatt ta' dawn il-miżuri minħabba li huma parti integrali minn sensiela ta' miżuri adattati għall-problemi speċifiċi ta' dawn il-gżejjer. Madankollu, il-miżuri se jkollhom impatt fuq ir-riżorsi proprji / l-introjtu tal-Unjoni.

Huwa evidenti li l-effetti ta' din is-sospensjoni proposta se jkunu limitati għar-reġjuni kkonċernati u se jassistu lill-SMEs u lill-bdiewa lokali jinvestu u joħolqu l-impjiegi f’dan ir-reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni. Minħabba t-tnaqqis attwali fir-ritmu tal-ekonomiju, il-bżonn li jittieħdu miżuri speċifiċi biex tiġi stimolata l-attività ekonomika u jiġu stabbilizzati l-impjiegi fuq terminu medju, jistgħu jitqiesu bħala li jidħlu sew fil-pjan ta' rkupru ekonomiku Ewropew u mal-miżuri meħtieġa biex jiġu indirizzati l-problemi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni.

Fid-dawl ta’ dan kollu, u l-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri kollha li jistgħu jagħtu lok li jiġi megħjun l-irkupru ekonomiku, ir-Rapporteur jipproponi li din il-proposta tiġi adottata mingħajr emendi.


PROĊEDURA

Titolu

Sospensjoni temporanja tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji

Referenzi

COM(2011)0259 – C7-0146/2011 – 2011/0111(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

30.5.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

7.6.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

7.6.2011

IMCO

7.6.2011

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

23.5.2011

IMCO

11.7.2011

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Danuta Maria Hübner

21.6.2011

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

5.10.2011

Eżami fil-kumitat

5.10.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

5.10.2011

 

 

 

Data tat-tressiq

17.10.2011

Avviż legali - Politika tal-privatezza