RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Qafas tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka u attivitajiet ta’ taħriġ nukleari (2012 - 2013)
17.10.2011 - (COM(2011)0072 – C7‑0077/2011 – 2011/0046(NLE)) - *
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Jan Březina
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Qafas tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka u attivitajiet ta’ taħriġ nukleari (2012 - 2013)
(COM(2011)0072 – C7‑0077/2011 – 2011/0046(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0072),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom, li skontu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C7–0077/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0360/2011),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Iqis li l-ammont tar-referenza ewlenija indikat fil-proposta leġiżlattiva mhuwiex kompatibbli mal-limitu massimu tal-Intestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali 2007-2013 (MFF); jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni[1] biex jiġi rivedut l-MFF attwali abbażi tal-punti 21 sa 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod[2] (IIA) sabiex jiġi akkomodat finanzjament addizzjonali mhux previst għall-ITER għas-snin 2012 u 2013; lest li jidħol f'negozjati mal-fergħa l-oħra tal-awtorità baġitarja, fuq il-bażi tal-mezzi kollha pprovduti fl-IIA, bl-għan li jintlaħaq ftehim rapidu dwar il-finanzjament tal-programm tar-riċerka tal-Euratom sal-aħħar tal-2011; ifakkar li huwa kontra kull forma ta' riallokazzjoni mis-Seba' Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)[3] kif propost fil-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq;
3. Jistieden lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta tagħha kif jixraq, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom;
4. Jistieden lill-Kunsill jinforma lill-Parlament jekk għandux il-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
5. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsulta lill-Parlament jekk għandux il-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 4 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Id-disinn u l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Qafas (2012 - 2013) għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tas-sempliċità, l-istabbiltà, it-trasparenza, iċ-ċertezza legali, il-konsistenza, l-eċċellenza u l-fiduċja bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew fir-Rapport tiegħu dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas dwar ir-Riċerka. |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) It-titjib tas-sikurezza nukleari u, fejn ikun rilevanti, l-aspetti tas-sigurtà, għandhom ikunu prijoritizzati, minħabba l-impatt transkonfinali li l-inċidenti nukleari jistgħu jikkawżaw. |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 6 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) L-Inizjattiva Ewropea għall-Industrija Nukleari Sostenibbli (ESNII) għandha bħala l-għan tagħha l-iżvilupp tar-Reatturi ta' Newtroni Rapidi tal-Ġen-IV b'ċiklu tal-fjuwil magħluq bejn l-2035 u l-2040. Hija ssegwi tliet linji ta’ żvilupp teknoloġiku u tinkludi erba’ proġetti ewlenin: il-prototip ASTRID (imkessaħ bis-sodju), il-mudell sperimentali ALLEGRO (imkessaħ bil-gass), id-dimostratur ALFRED (imkessaħ biċ-ċomb) u, infrastruttura u appoġġ rigward l-aħħar teknoloġija msemmija, l-impjant ta’ irradjazzjoni ta’ newtroni rapidi MYRRHA (imkessaħ biċ-ċomb-bismut). |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 6 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6b) Tliet inizjattivi ewlenin ta’ kooperazzjoni Ewropea fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija nukleari ġew imnedija fi żmien is-Seba' Programm Qafas tal-Euratom (2007 sal-2011). Dawn huma l-Pjattaforma tat-Teknoloġija tal-Enerġija Nukleari Sostenibbli (SNETP), il-Pjattaforma ta’ Implimentazzjoni tat-Teknoloġija tar-Rimi Ġeoloġiku (IGDTP) u l-Inizjattiva Multidixxiplinarja Ewropea ta' Doża Baxxa (MELODI). Kemm l-SNETP kif ukoll l-IGDTP jikkorrispondu mal-objettivi tal-Pjan SET. |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 6 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6c) Fid-dawl tal-inċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-Ġappun li rriżulta mit-terremot u mit-tsunami tal-11 ta’ Marzu 2011, jeħtieġ li ssir aktar ħidma fir-riċerka fil-qasam tas-sikurezza tal-fissjoni nukleari sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu aċċertati li s-sikurezza tal-impjanti nukleari bbażati fl-Unjoni tibqa’ tilħaq l-ogħla standards internazzjonali. It-tali ħidma addizzjonali tirrikjedi żieda fl-allokazzjoni baġitarja għall-fissjoni nukleari. |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 9 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Ftehim fuq finanzjament addizzjonali tal-ITER permezz ta' trasferimenti biss ta' marġni tal-2011 tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) u mingħajr tqassim mill-ġdid mis-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka tal-UE għall-Programm Qafas Euratom (2007-2013) għall-Programm Qafas (2012-2013) ikun jippermetti adozzjoni rapida tal-programm fl-2011. |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħtieġa għal ħiliet fil-qasam nukleari, adottati fil-laqgħa tagħha li saret fl-1 u t-2 ta’ Diċembru 2008, jirrikonoxxu li huwa essenzjali li jinżamm fi ħdan il-Komunità livell għoli ta’ taħriġ fil-qasam nukleari. |
(11) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħtieġa għal ħiliet fil-qasam nukleari, adottati fil-laqgħa tiegħu li saret fl-1 u t-2 ta’ Diċembru 2008, jirrikonoxxu li huwa essenzjali li jinżamm fi ħdan il-Komunità livell għoli ta’ taħriġ, u kundizzjonijiet ta’ xogħol xierqa, fil-qasam nukleari. |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Premessa 14 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Il-Kummissjoni, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jibdew proċess biex ikun emendat it-Trattat Euratom, biex jissaħħu d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar id-drittijiet tal-informazzjoni u tal-koleġiżlazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kwistjonijiet rigward ir-riċerka Euratom u l-protezzjoni ambjentali biex ikunu ffaċilitati, fost l-oħrajn, proċeduri baġitarji futuri. |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi, għall-perjodu sħiħ tal-Programm Qafas (2012-2013), pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. |
(16) Din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi, għall-perjodu sħiħ tal-Programm Qafas (2012-2013), pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (IIA), għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. Biex jiġi akkomodat il-Programm Qafas (2012-2013) fl-MFF għas-snin 2012 u 2013, jeħtieġ li l-MFF jiġi emendat billi jiżdied il-livell massimu tal-Intestatura 1a. Jekk l-ebda marġni ieħor tal-MFF tal-2011 ma jkun disponibbli biex ikun trasferit fl-2012 u fl-2013, l-Istrument tal-Flessibbiltà, kif previst fil-punt 27 tal-IIA, għandu jkun mobilizzat. |
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Premessa 16 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Għall-MFF tal-2014-2020, ir-riżorsi finanzjarji ddedikati għall-proġett ITER għandhom ikunu stabbiliti għall-perjodu kollu tal-programmar sabiex kull ammont li jaqbeż il-limitu tal-ispiża tas-sehem tal-UE ta' EUR 6.6 biljuni għall-perjodu ta' kostruzzjoni tal-ITER, attwalment ippjanat biex ikun finalizzat fl-2020, ikun iffinanzjat barra l-limiti massimi tal-MFF ('id-delimitazzjoni tal-fondi'). |
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Id-dimensjoni internazzjonali u globali tal-attivitajiet ta’ riċerka Ewropej hija importanti bil-għan li jinkisbu benefiċċji reċiproki. Il-Programm Qafas (2012-2013) għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li kkonkludew il-ftehimiet meħtieġa għal dan il-għan, u għandu jkun miftuħ, fil-livell tal-proġett u fuq il-bażi ta’ benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet minn pajjiżi terzi u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika. |
(18) Id-dimensjoni internazzjonali u globali tal-attivitajiet ta’ riċerka Ewropej hija importanti bil-għan li jinkisbu benefiċċji reċiproki. Il-Programm Qafas (2012-2013) għandu jkun għalhekk fuq naħa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li kkonkludew il-ftehimiet meħtieġa għal dan il-għan, u għandu jkun miftuħ, fil-livell tal-proġett u fuq il-bażi ta’ benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet minn pajjiżi terzi u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika. Mill-banda l-oħra, dan ifisser ukoll li, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam mal-proġett ITER, is-sħab internazzjonali għandhom jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi finanzjarji tagħhom. |
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Programm Qafas (2012-2013) għandu jsegwi l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(a) tat-Trattat, filwaqt li jikkontribwixxi lejn il-ħolqien tal-Unjoni tal-Innovazzjoni u msejjes fuq iż-Żona ta’ Riċerka Ewropea. |
1. Il-Programm Qafas (2012-2013) għandu jsegwi l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(a) tat-Trattat, b'enfasi partikulari fuq is-sikurezza nukleari, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni, filwaqt li jikkontribwixxi lejn il-ħolqien tal-Unjoni tal-Innovazzjoni u msejjes fuq iż-Żona ta’ Riċerka Ewropea. |
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Programm Qafas (2012-2013) għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan SET. L-azzjonijiet tiegħu għandhom jikkunsidraw l-Aġenda ta' Riċerka Strateġika tat-tliet pjattaformu tekonoloġiċi Ewropej eżistenti dwar l-enerġija nukleari: l-SNETP, l-IGDTP u l-MELODI. |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm bżonn li jkun hemm aktar enfasi fuq il-bżonn ta' koerenza bejn ir-riċerka u l-attivitajiet ta' taħriġ li għandhom jiġu segwiti fl-2012-2013 u l-aġendi ta’ riċerka strateġika tat-tliet inizjattivi ewlenin ta' kooperazzjoni Ewropea li ġew varati skont is-7 programm qafas tal-Euratom: l-Inizjattiva Ewropea għall-Industrija Nukleari Sostenibbli skont il-Pjan SET (li tkopri l-Pjattaforma tat-Teknoloġija tal-Enerġija Nukleari Sostenibbli – SNETP - u l-Pjattaforma ta’ Implimentazzjoni tat-Teknoloġija tar-Rimi Ġeoloġiku - IGDTP) u l-Inizjattiva Multidixxiplinarja Ewropea dwar Dożi Baxxi (MELODI). | |
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-ammont massimu għall-implimentazzjoni tal-Programm Qafas (2012-2013) għandu jkun ta’ EUR 2 560 270 000. Dan l-ammont għandu jitqassam skont kif ġej (f’EUR): |
L-ammont massimu għall-implimentazzjoni tal-Programm Qafas (2012-2013) għandu jkun ta’ EUR 2.100.270.000. Dan l-ammont għandu jitqassam skont kif ġej (f’EUR): |
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni 2 208 809 000; |
riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni 1 748 809 000; |
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
fissjoni nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni 118 245 000; |
– fissjoni nukleari, speċjalment is-sikurezza, it-titjib tal-ġestjoni tal-iskart nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni 118 245 000; |
Emenda 17 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b - inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
attivitajiet nukleari tal-JRC 233 216 000. |
– attivitajiet nukleari tal-JRC li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà nukleari, il-ħarsien tal-ambjent u d-dekummissjonar ta' 233 216 000 |
Emenda 18 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-iżvilupp ta’ arranġamenti kuntrattwali li jnaqqsu r-riskju tan-nuqqas ta’ prestazzjoni, kif ukoll ir-riallokazzjoni tar-riskji u tal-ispejjeż matul iż-żmien. |
Emenda 19 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-inizjattivi li jkunu anċillari għar-riċerka nukleari fundamentali, b’mod partikulari fir-rigward tal-investiment fil-kapital uman u ta’ kundizzjonijiet adegwati tax-xogħol u l-azzjonijiet maħsuba biex jindirizzaw ir-riskju ta’ nuqqas ta’ ħiliet fis-snin li ġejjin. |
Emenda 20 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu eżami tal-kompetenzi, taħriġ u kwalifiki professjonali tal-Unjoni fil-qasam nukleari, li jippermetti perspettiva totali tas-sitwazzjoni attwali u jippermetti li jiġu identifikati u implimentati s-soluzzjonijiet xierqa. |
Emenda 21 Proposta għal deċiżjoni Anness 1 – parti I.A – punt 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Programm iffukat dwar il-fiżika u t-teknoloġija ser jisfrutta t-Torus Konġunt Ewropew (Joint European Torus - JET) u strumenti oħrajn relevanti ta’ konteniment tal-manjetiżmu ta’ ITER. Dan ser jivvaluta teknoloġiji speċifiċi ewlenin ta’ ITER, jikkonsolida għażliet ta’ proġetti ta’ ITER, u jħejji għat-tħaddim ta’ ITER. |
Programm iffukat dwar il-fiżika u t-teknoloġija ser jisfrutta t-Torus Konġunt Ewropew (Joint European Torus - JET) u strumenti oħrajn relevanti ta’ konteniment tal-manjetiżmu ta’ ITER (inkluż, potenzjalment, permezz ta’ esperimenti ġodda li għandhom jiġu implimentati u mwettqa b’mod parallel ma’ ITER). Dan ser jivvaluta teknoloġiji speċifiċi ewlenin ta’ ITER, jikkonsolida għażliet ta’ proġetti ta’ ITER, u jħejji għat-tħaddim ta’ ITER. |
Emenda 22 Proposta għal deċiżjoni Anness I – parti I.B – Objettiv | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-istabbiliment ta’ bażi xjentifika u teknika soda sabiex jiġu aċċelerati l-iżviluppi prattiċi għall-immaniġġjar aktar sigur ta’ skart radjuattiv b’ħajja twila, li jtejjeb b’mod partikolari s-sikurezza, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-kosteffettività tal-enerġija nukleari u jiżgura sistema ta’ protezzjoni robusta u soċjalment aċċettabbli għall-bniedem u l-ambjent kontra l-effetti tar-radjazzjoni jonizzanti. |
L-istabbiliment ta’ bażi xjentifika u teknika soda sabiex jiġu aċċelerati l-iżviluppi prattiċi għall-immaniġġjar aktar sigur ta’ skart radjuattiv b’ħajja twila, li jtejjeb b’mod partikolari s-sikurezza, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-kosteffettività tal-enerġija nukleari u jiżgura sistema ta’ protezzjoni robusta u soċjalment aċċettabbli għall-bniedem u l-ambjent kontra l-effetti tar-radjazzjoni jonizzanti. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-iskart nukleari b’ħajja twila fid-dekummissjonar ta' sistemi qodma. |
Emenda 23 Proposta għal deċiżjoni Anness I – parti I.B – taqsima 3 - punt 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Appoġġ għaż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri ta’ kompetenza xjentifika u kapaċità umana sabiex tiġi ggarantita d-disponibbiltà ta’ riċerkaturi, inġiniera u impjegati kkwalifikati b’mod adegwat fis-settur nukleari fuq medda ta’ żmien aktar fit-tul. |
Appoġġ kontinwu għaż-żamma u l-iżvilupp ta' persunal kwalifikat meħtieġ biex tinżamm l-indipendenza nukleari tal-Unjoni, u kostantement tiġi żgurata s-sigurtà nukleari, u jittejjeb il-livell tagħha. Hu kruċjali li tinżamm ħila esperta fl-Unjoni dwar il-qasam nukleari, fir-rigward tal-protezzjoni mir-radjazzjoni u ż-żarmar tal-impjanti nukleari, minħabba li l-enerġija nukleari se tiżvolġi rwol importanti fit-taħlita tal-enerġija tal-UE, inklużi d-dekummissjonar u l-attivitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart li għandu ħajja twila. |
Emenda 24 Proposta għal deċiżjoni Anness I – parti II – taqsima 2 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sabiex jintlaħaq dan l-għan, hemm bżonn ċar li jiġu żviluppati l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza sabiex jiġu pprovduti l-aktar teknoloġija xjentifika avvanzata meħtieġa, ħila esperta indipendenti u affidabbli li tappoġġa l-politiki tal-Unjoni fl-oqsma tas-sikurezza tar-reattur nukleari u ċ-ċikli tal-fjuwil, u s-salvagwardji u s-sigurtà nukleari. L-appoġġ immexxi mill-klijenti lejn il-politika tal-Unjoni enfasizzata fil-missjoni tal-JRC ser jiġi kkumplimentat bi rwol proattiv fi ħdan iż-Żona ta’ Riċerka Ewropea fit-twettiq ta’ attivitajiet ta’ riċerka ta’ kwalità għolja f’kuntatt mill-qrib mal-industrija u korpi oħrajn u sabiex jiġu żviluppati netwerks ma’ istituzzjonijiet pubbliċi u privati fl-Istati Membri. |
Sabiex jintlaħaq dan l-għan, hemm bżonn ċar li jiġu żviluppati l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza sabiex jiġu pprovduti l-aktar teknoloġija xjentifika avvanzata meħtieġa, ħila esperta indipendenti u affidabbli li tappoġġa l-politiki tal-Unjoni fl-oqsma tas-salvagwardji u s-sigurtà nukleari. Il-missjoni tal-JRC ser jiġi kkumplimentat bi rwol proattiv fi ħdan iż-Żona ta’ Riċerka Ewropea fit-twettiq ta’ attivitajiet ta’ riċerka ta’ kwalità għolja f’kuntatt mill-qrib mal-industrija u korpi oħrajn u sabiex jiġu żviluppati netwerks ma’ istituzzjonijiet pubbliċi u privati fl-Istati Membri. Ir-rwol tiegħu bħala fornitur ta’ informazzjoni lill-pubbliku se jissaħħaħ. |
Emenda 25 Proposta għal deċiżjoni Anness I – parti II – taqsima 3 – punt 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Is-sigurtà nukleari, ser tkompli tappoġġa it-twettiq tal-impenji tal-Komunità, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ metodi għall-kontroll tal-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil, l-implimentazzjoni tal-protokoll addizzjonali inkluż it-teħid ta’ kampjuni ambjentali u salvagwardji integrati, u l-prvenzjoni tad-diverżjoni ta’ materjali nukleari u radjuattivi assoċjati ma’ traffikar illeċitu ta’ tali materjali inkluża l-forensika nukleari. |
3. Is-sigurtà nukleari, ser tkompli tappoġġa it-twettiq tal-impenji tal-Komunità, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ metodi għall-kontroll tal-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil, l-implimentazzjoni tal-protokoll addizzjonali inkluż it-teħid ta’ kampjuni ambjentali u salvagwardji integrati, u l-prvenzjoni tad-diverżjoni ta’ materjali nukleari u radjuattivi assoċjati ma’ traffikar illeċitu ta’ tali materjali inkluża l-forensika nukleari. Hu neċċessarju li jintużaw l-aħjar strumenti ta' monitoraġġ tal-attivitajiet nukleari ċivili kollha inkluż l-operazzjonijiet ta' trasport jew il-post fejn jinħażen kwalunkwe materjal radjuattiv. |
Emenda 26 Proposta għal deċiżjoni Anness II – punt 2 – punt a – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Proġetti kollaborattivi |
1. Proġetti kollaborattivi |
Appoġġ għal proġetti ta’ riċerka mwettqa minn konsorzja ma’ parteċipanti minn pajjiżi differenti, immirati biex jiżviluppaw għarfien ġdid, teknoloġija ġdida, prodotti jew riżorsi komuni għar-riċerka. Id-daqs, l-ambitu u l-organizzazzjoni interna tal-proġetti jistgħu jvarjaw bejn qasam u ieħor u bejn suġġett u ieħor. Il-proġetti jistgħu jvarjaw minn azzjonijiet ta’ riċerka ffukati fuq skala żgħira jew medja għal proġetti ta’ integrazzjoni akbar li jimmobilizzaw volum sinifikanti ta’ riżorsi għall-kisba ta’ objettiv iddefinit. L-appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp fil-karriera tar-riċerkaturi ser jiġi inkluż fil-pjanijiet ta’ ħidma tal-proġett. |
Appoġġ għal proġetti ta’ riċerka mwettqa minn konsorzja ma’ parteċipanti minn pajjiżi differenti, immirati biex jiżviluppaw għarfien ġdid, teknoloġija ġdida, prodotti jew riżorsi komuni għar-riċerka. Id-daqs, l-ambitu u l-organizzazzjoni interna tal-proġetti jistgħu jvarjaw bejn qasam u ieħor u bejn suġġett u ieħor. Il-proġetti jistgħu jvarjaw minn azzjonijiet ta’ riċerka ffukati fuq skala żgħira jew medja għal proġetti ta’ integrazzjoni akbar li jimmobilizzaw volum sinifikanti ta’ riżorsi għall-kisba ta’ objettiv iddefinit. L-appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp fil-karriera tar-riċerkaturi ser jiġi inkluż fil-pjanijiet ta’ ħidma tal-proġett. Attivitajiet ta' standardizzazzjoni se jkunu inklużi fil-programm ta' ħidma tal-proġett. |
Emenda 27 Proposta għal deċiżjoni Anness II – punt 2 – punt a – punt 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Koordinazzjoni u azzjonijiet ta’ appoġġ |
3. Koordinazzjoni u azzjonijiet ta’ appoġġ |
L-appoġġ għal attivitajiet biex tiġi kkoordinata riċerka ta’ koordinazzjoni jew appoġġ (netwerking, skambji, aċċess transnazzjonali għal infrastrutturi ta’ riċerka, studji, konferenzi, kontribuzzjonijiet matul il-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ġdida, eċċ.) jew biex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ riżorsi umani (eż. netwerking u stabbiliment ta' skemi ta' taħriġ). Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu implimentati wkoll b'mezzi oħra apparti minn sejħiet għal proposti. |
L-appoġġ għal attivitajiet biex tiġi kkoordinata riċerka ta’ koordinazzjoni jew appoġġ (netwerking, skambji, aċċess transnazzjonali għal infrastrutturi ta’ riċerka, studji, konferenzi, parteċipazzjoni fil-korpi ta' standardizzazzjoni, kontribuzzjonijiet matul il-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ġdida, eċċ.) jew biex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ riżorsi umani (eż. netwerking u stabbiliment ta' skemi ta' taħriġ). Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu implimentati wkoll b'mezzi oħra apparti minn sejħiet għal proposti. |
Emenda 28 Proposta għal deċiżjoni Anness II – introduzzjoni – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-ġestjoni tal-finanzjament tar-riċerka Ewropea għandha tkun ibbażata aktar fuq il-fiduċja u tkun aktar tolleranti għar-riskji fir-rigward tal-parteċipanti fil-fażijiet kollha tal-proġetti, filwaqt li tiġi ggarantita r-responsabbiltà, b'regoli flessibbli tal-Unjoni biex tkun aktar konformi, fejn hu possibbli, mar-regolamenti nazzjonali differenti eżistenti u prattiki ta’ kontabbiltà rikonoxxuti. |
Emenda 29 Proposta għal deċiżjoni Anness II – introduzzjoni – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ bejn il-fiduċja u l-kontroll – bejn it-teħid tar-riskju u l-perikli li r-riskju jġib miegħu – biex tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda tal-fondi tal-Unjoni għar-riċerka. |
NOTA SPJEGATTIVA
Fis-7 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni ppubblikat il-pakkett leġiżlattiv ta' proposti għat-tkomplija tar-riċerka nukleari Euratom u l-attivitajiet ta' taħriġ matul is-snin 2012 u 2013.
Il-pakkett leġiżlattiv jikkonsisti fl-abbozz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill għall-Programm Qafas, Programmi speċifiċi għall-azzjonijiet diretti u indiretti, u r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet fl-azzjonijiet skont il-programm qafas u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka.
1. Ir-Rapporteur jilqa’ u jappoġġa l-iskema ġenerali tal-proposta:
Il-pakkett leġiżlattiv għandu l-għan li jkompli jappoġġa l-azzjonijiet tar-R&Ż fil-qasam nukleari mwettqa skont is-7 Programm Qafas tal-Euratom (2007-2011). Il-proposti se jkopru biss sentejn (2012-13), skont il-perspettivi finanzjarji attwali (2007-2013) u b'konformità mal-perjodu ta' żmien tas-7 Programm Qafas (2007-2013).
Ir-riċerka kofinanzjata mill-Euratom għandha rwol importanti fit-titjib tas-sikurezza, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-kosteffikaċja tal-fissjoni nukleari u użi oħrajn tar-radjazzjoni fl-industrija u l-mediċina, u wħud mill-proġetti ta' riċerka qegħdin jiżvolġu rwol ewlieni ta' inizjazzjoni fi ħdan l-Inizjattiva Industrijali Nukleari Sostenibbli Ewropea (European Sustainable Nuclear Industrial Initiative - ESNII) li ġiet imnedija m'ilux, u li hija waħda mis-sitt inizjattivi industrijali Ewropej imnedija skont il-Pjan Strateġtiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija (Pjan SET) fl-2010.
Il-proposti għall-Programm Qafas tal-Euratom huma marbuta b’mod ċar mal-objettivi tal-istrateġiji Ewropa 2020 u Enerġija 2020. Il-programm se jikkontribwixxi għall-inizjattiva ewlenija Unjoni ta' Innovazzjoni billi jappoġġa riċerka prekummerċjali u jiffaċilita l-proċess ta’ trasferiment tat-teknoloġija bejn il-qasam akkademiku u l-industrija u lejn l-inizjattiva ewlenija Ewropa effiċjenti fl-użu tar-Riżorsi billi jżid bil-kbir is-sostenibbiltà ġenerali tal-enerġija nukleari. Billi jpoġġi enfasi fuq it-taħriġ fl-attivitajiet kollha tiegħu, jagħti spinta lill-kompetittività fl-industrija nukleari preżenti u joħloq settur ġdid ta’ industrija b’teknoloġija avvanzata b’mod partikolari għall-enerġija mill-fużjoni, il-programm Euratom se jwassal għal tkabbir u impjiegi ġodda f’firxa wiesgħa ta' dixxiplini.
2. Ir-Rapporteur hawnhekk jixtieq jenfasizza l-punti li ġejjin li jiddeskrivu l-prijoritajiet ewlenin tiegħu:
Ø Il-konsegwenzi ta' Fukushima
Ir-Rapporteur hu tal-opinjoni li wara l-konsegwenzi tad-diżastru ta' Fukushima l-Ewropa għandha bżonn aktar riċerka nukleari u żvilupp (R&Ż), mhux anqas. Irrispettivament mill-fatt li xi Stati Membri ddeċidew li gradwalment ineħħu l-użu tal-enerġija nukleari, hu importanti li titkompla r-R&Ż nukleari fuq livell Ewropew sabiex tissaħħaħ is-sikurezza tal-fissjoni nukleari, biex jitħaddmu l-faċilitajiet eżistenti, il-ġestjoni tal-iskart, il-proċessi taż-żarmar u d-dekummissjonar u użi oħrajn ta' radjazzjoni fl-industrija u l-mediċina, kif ukoll biex tissaħħaħ is-sigurtà nukleari (is-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu u l-forensika nukleari).
Ir-riċerka nukleari konġunta fil-qasam tar-riċerka u t-taħriġ huma essenzjali biex jitrawmu l-kompetittività Ewropea, it-tkabbir ekonomiku u l-eċċellenza xjentifika. Il-koordinazzjoni xierqa u l-kondiviżjoni tal-għarfien jistgħu juru l-implimentazzjoni effiċjenti tar-riżultati tar-R&Ż fl-impjanti tal-enerġija nukleari wara fehim aħjar tal-fenomenoloġija tal-inċidenti. Għaldaqstant, il-programm EURATOM b'enfasi fuq is-sigurtà jista' jkun ta' valur għall-programmi nukleari fl-Ewropa, ir-Russja u l-Istati Uniti tal-Amerika flimkien ma' żviluppi rapidi kontinwi fl-ekonomiji li qegħdin jiżviluppaw (parikolarment fl-Asja). Dan eventwalment ikun jista' joħloq suq kbir għall-industriji nukleari, fejn l-industrija nukleari Ewropea tibbenefika mill-appoġġ mill-attivitajiet u l-programmi tal-EURATOM u ġġib lura l-kredibbiltà fil-livell tas-sigurtà fl-istallazzjonijiet.
Ø Ir-riċerka dwar il-fissjoni
L-enerġija nukleari tiżvolġi rwol fit-twettiq tal-objettivi stabbiliti fil-Pjan Strateġiku Ewropew (Pjan SET), jiġifieri emissjonijiet tal-karbonju mnaqqsa, aktar sikurezza tal-provvista, anqas dipendenza fuq il-kunsinna ta' sorsi ta' enerġija minn reġjuni fid-dinja li mhumiex stabbli, u aktar kompetittività industrijali. Il-fissjoni nukleari attwalment qed tipprovdi kważi terz mill-elettriku tal-Ewropa.
Ir-Rapporteur jisħaq fuq l-importanza tal-attivitajiet nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) fl-oqsma tas-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni, il-ġestjoni tal-iskart, is-sikurezza tal-istallazzjonijiet nukleari u ċ-ċiklu tal-fjuwil, ir-radjuattività fl-ambjent u l-protezzjoni mir-radjazzjoni. Biex tinkiseb din il-mira, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza jeħtieġ li jiġu aġġornati kontinwament, sabiex jipprovdu l-għarfien xjentifiku espert l-aktar modern meħtieġ fl-oqsma tas-sikurezza tar-reatturi nukleari u s-sigurtà nukleari. L-attivitajiet kollha previsti għall-JRC iridu jinżammu fl-ogħla livell.
B'konformità mal-Inizjattiva Ewropea għall-Industrija Nukleari Sostenibbli (ESNII), ir-Rapporteur iqis essenzjali l-iżvilupp tat-teknoloġiji l-ġodda bħat-teknoloġiji tar-Reatturi ta' Newtroni Rapidi tal-Ġenerazzjoni IV. Is-sistemi nukleari tal-lum jużaw anqas minn 1% tal-enerġija potenzjali fir-riżorsi tal-uranju. Bis-sistemi tal-Ġenerazzjoni IV, li jimmiraw għal sigurtà u effiċjenza ogħla, l-użu tar-riżorsi tal-uranju se jkun kważi 50 darba aktar effiċjenti u suffiċjenti għal eluf ta' snin b'hekk jitnaqqas l-ammont ta' skart radjuattiv, u tinżamm il-kontribuzzjoni fit-tul tal-enerġija nukleari għal eknomija b'livell baxx ta' karbonju.
Ø Ir-riċerka dwar il-fużjoni
Ir-Rapporteur jikkunsidra li l-ITER (Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali) hu proġett Ewropew b'valur miżjud ċar u b'perspettivi mifruxa importanti fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni. Il-proġett ta' riċerka ITER għandu valur bħala wieħed mis-sorsi ta' enerġija sikura, sostenibbli, ambjentalment responsabbli, u ekonomikament vijabbli, li hu possibbli tal-futur għall-Ewropa u l-finanzjament tiegħu m'għandux jitwaqqaf.
Hu importanti li tingħata assigurazzjoni finanzjarja lill-proġett ITER u l-programmi R&Ż li jakkumpanjawh, inkluż il-faċilità JET, li attwalment hi l-akbar Tokamak fid-dinja li tinstab fiċ-Ċentru tax-Xjenza ta' Culham fir-Renju Unit. Il-JET hi parti integrali biex jiġi żgurat li l-ITER ikun suċċess u jiġi żgurat li l-ITER jingħata b'mod kosteffiċenti (ħafna mill-materjali u l-komponenti għall-ITER qed jiġu ttestjati fil-JET). Il-kuntratt attwali għall-JET jiskadi fl-aħħar ta' din is-sena u ma jistax jiġi implimentat ieħor ġdid sakemm l-Euratom FP 2012-201 ikun adottat. Meta tikkunsidra dan, jidher b'mod ċar li hu importanti li jiġi żgurat li l-finanzjament għall-JET isir fl-2012 u li dan jiġi mgħarraf kmieni kemm jista' jkun.
Ø Bilanċ bejn il-fużjoni u l-fissjoni
Ir-rapporteur jikkunsidra li għalkemm huwa ċar li għandha titkompla r-riċerka dwar il-produzzjoni tal-enerġija mill-fużjoni, id-data sa meta hemm mnejn jintlaħaq l-istadju ta' esplojtazzjoni kummerċjali m'għandiex tkun aktar kmieni minn tmiem dan is-seklu. B'kuntrast, is-sistemi ta' enerġija mill-fissjoni nukleari diġà wrew li jaħdmu b'mod affidabbli fuq skala kummerċjali u s-sistemi l-ġodda, bħal ĠEN IV, iwiegħdu modi kif jiġu ssodisfati l-bżonnijiet għall-enerġija b'mod aktar sikur, aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u li jipproduċi anqas skart fil-perjodu sal-2050 u mbagħad sal-2100.
Il-komunità tal-fissjoni tista' tipprovdi kontributi importanti għall-fużjoni f'għadd ta' oqsma u viċi versa, l-iżvilupp tas-sistemi ta' fissjoni tal-Ġenerazzjoni IV tieħu f'idejha l-kontroll tal-isfidi teknoloġiċi simili għal dawk tal-ITER jew ta' impjant tal-enerġija mill-fużjoni. Meta wieħed jikkunsidra dan, is-sinerġiji bejn ir-riċerka dwar il-fissjoni u l-fużjoni għandhom jibqgħu jiġu segwiti u hemm bżonn li jiġu stabbiliti skemi xierqa biex jidentifikaw u jinkuraġġixxu riċerki konġunti mill-komunitajiet tal-fissjoni u l-fużjoni fil-programmi qafas tal-futur.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (22.9.2011)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Qafas tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka u attivitajiet ta’ taħriġ nukleari (2012 - 2013)
(COM(2011)0072 – C7‑0077/2011 – 2011/0046(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Carl Haglund
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ir-Rapporteur tal-Kumitat għall-Baġits
- Huwa tal-fehma li l-proġett ta' riċerka ITER hu prezzjuż bħala wieħed mis-sorsi possibbli tal-enerġija fl-Ewropa fil-futur u li l-iffinanzjar tiegħu m'għandux jieqaf;
- Iqis li l-ITER huwa proġett b'valur miżjud Ewropew ċar u li l-komponent Ewropew tiegħu għandu jkompli jkun ibbażat fuq il-Komunità, b'perspettivi importanti tal-effetti f'termini ta' riċerka u innovazzjoni;
- Josserva li l-proġett għaddej bħalissa; jilqa' t-tibdil sinifikanti tal-istrutturi ta' governanza, ta' kontroll u ta' awditjar tal-ITER u tal-F4E f'dawn l-aħħar 12-il xahar; jistenna l-impenji tat-tmexxija tal-ITER u tal-F4E vis-à-vis il-Parlament biex ikunu implimentati fiż-żmien opportun; jistenna revizjoni tal-proċessi kollha bil-ħsieb li jinħoloq ambjent stabbli ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' tmexxija kosteffikaċi;
- Jirrakkomanda li, fuq il-bażi tal-ispiża ġenerali ta' EUR 6.6 biljuni għal-linja bażi tal-ITER għall-fażi ta' kostruzzjoni, il-finanzjament għandu jkun iżolat sabiex ikun garantit il-finanzjament għall-ITER mingħajr ma jitħawdu l-prijoritajiet l-oħra tal-UE bħalma hu l-Programm Qafas għar-Riċerka;
- Jirrakkomanda li l-finanzjament għandu jkun rilaxxat ladarba jintlaħqu l-kriterji l-ġejjin:
• informazzjoni regolari lill-Parlament u garanziji b'saħħithom tat-trasparenza,
• pjan ċar tad-direzzjoni tal-proġett, inklużi l-objettivi u l-istadji ewlenin, inklużi l-valutazzjoni ex-ante u l-kontrolli ta' konformità ex-post,
• rapporti regolari fuq il-bżonnijiet finanzjarji tal-proġett, speċjalment fid-dawl tal-modifikazzjonijiet tad-disinn, iż-żidiet fl-ispejjeż tal-materja prima, it-tibdiliet fl-iskeda tal-ITER minħabba t-terremot tal-Ġappun u l-konsegwenzi tiegħu għal ċerta installazzjoni Ġappuniża marbuta mal-proġett ITER u d-diffikultajiet misjuba minn Partijiet oħra tal-ITER,
• allinjament tar-regolament finanazjarju F4E mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew espressa fir-rapport ta' kwittanza u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, espressa fl-opinjoni tagħha Nru 4/2008,
• trasparenza sħiħa u aċċess għall-Parlament Ewropew għad-dokumentazzjoni tal-awditjar intern;
- Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-proċeduri mhux trasparenti użati fil-kalkolu mill-ġdid tal-ispiża tal-proġett ITER fejn kienu involuti l-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri, ilkoll irrappreżentati fil-Kunsill ITER, filwaqt li l-Parlament Ewropew ma kienx ikkonsultat, liema parteċipazzjoni tiegħu, bħala wieħed mill-fergħat tal-awtorità baġitarja, hija meħtieġa għal kull proċess ta' teħid ta' deċiżjoni rigward il-finanzjament tal-ITER;
- Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri jibdew proċess biex ikun emendat it-Trattat Euratom biex jissaħħu d-dispożizzjonijiet tat-trattat dwar id-drittijiet tal-informazzjoni u tal-koleġiżlazzjoni tal-Parlament anki dwar il-kwistjonijiet ta' riċerka Euratom biex ikunu ffaċilitati, fost l-oħrajn, proċeduri baġitarji futuri;
- Ifakkar li l-Kummissjoni fl-20 ta' April 2011 ippreżentat proposta bbażata fuq punti 21 sa 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali attwali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (IIA) li se sservi bħala l-bażi għan-negozjati; jafferma li ftehim fuq il-finanzjament tal-ITER permezz ta' trasferimenti addizzjonali għall-Intestatura 1a tal-MFF jippermetti adozzjoni rapida tal-programm ta' riċerka tal-Euratom fl-2011;
- Għandu opinjoni soda dwar il-fatt li finanzjament addizzjonali tal-ITER ma jistax ikun solvut permezz ta' tqassim mill-ġdid ta' Intestatura 1a bil-qtugħ ta' fondi mill-FP7 ta' EUR 100 miljun fl-2012 u b'EUR 360 miljun fl-2013, minħabba li dan inaqqas sinifikattivament il-kontribuzzjonijiet tal-FP7 għall-ksib tal-objettivi ewlenin u jimplimenta l-inizjattivi ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020;
- Jinsisti biex tidher id-determinazzjoni biex ikun protett il-finanzjament tal-FP7; ma jarax soluzzjoni oħra għal dan ħlief li jinqata' proviżorjament il-finanzjament ITER b'460 miljun fl-2012 u fl-2013 sabiex tkun stabbilita sew il-pożizzjoni tal-Parlament u, għalhekk, jitrawmu negozjati interistituzzjonali biex jaslu għal ftehim aċċettabbli minn kulħadd dwar il-finanzjament sħiħ tal-ITER fl-2012 u fl-2013 malajr kemm jista' jkun;
- Jindika l-fatt li huwa lest jinnegozja mal-Kummissjoni u l-Kunsill fuq emenda supplimentari tal-MFF għas-snin 2012 u 2013 billi jżid il-limitu massimu ta' Intestatura 1a fl-2012 u fl-2013 għall-finanzjament tal-ITER abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2011 ibbażata fuq Punti 21 u 23 tal-IIA attwali;
- Jenfasizza l-importanza speċifika li jkun evitat kull kunflitt ta' interessi ta' persuni involuti fl-istrutturi tal-ġestjoni tal-ITER u tal-F4E mal-kuntratturi tal-proġett;
- Jesprimi n-nuqqas ta' qbil tiegħu mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tneħħija tal-valutazzjoni tal-impatt anki f'sitwazzjoni fejn il-finanzjament annwali ġenerali tal-programm huwa propost li jirdoppja meta mqabbel mal-programm tal-2007-2011 li għandha tidher bħala bidla sostanzjali;
- Jenfasizza l-ħtieġa għat-tisħiħ tal-aspetti tas-sikurezza nukleari u l-protezzjoni tar-radjazzjoni, u b'hekk jitlob it-tqassim mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet għas-sikurezza nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni filwaqt li jkun irrispettat il-limitu massimu ġenerali tal-programm propost mill-Kummissjoni;
- Jafferma wkoll l-importanza tal-imsieħba internazzjonali tal-proġett ITER biex jikkontribwixxu bis-sħiħ kemm finanzjarjament kif ukoll mod ieħor għall-proġett ITER fil-kuntest tal-obbligi tagħhom skont il-ftehim internazzjonali tal-ITER;
- Jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur il-Programm Qafas Euratom għandu jkun mingħajr ħsara għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura annwali baġitarja.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Iqis li l-ammont ta’ referenza ewlenija indikat fil-proposta leġiżlattiva mhuwiex kompatibbli mal-limitu massimu tal-Intestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali 2007-13 (MFF); jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni tal-20.04.2011 (COM (2011)0226) biex jiġi rivedut l-MFF attwali abbażi tal-punti 21 sa 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA) sabiex jiġi akkomodat finanzjament addizzjonali mhux previst għall-ITER għas-snin 2012-2013; lest li jidħol f'negozjati mal-fergħa l-oħra tal-awtorità baġitarja, fuq il-bażi tal-mezzi kollha pprovduti fil-IIA, bl-għan li jintlaħaq ftehim rapidu dwar il-finanzjament tal-programm tar-riċerka tal-Euratom sal-aħħar tal-2011; ifakkar li huwa kontra kull forma ta' riallokazzjoni mis-Seba' Programm Qafas għar-riċerka kif propost fil-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq; |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 14 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Il-Kummissjoni, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jibdew proċess biex ikun emendat it-Trattat Euratom, biex jissaħħu d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar id-drittijiet tal-informazzjoni u tal-koleġiżlazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kwistjonijiet ta' riċerka Euratom biex ikunu ffaċilitati, fost l-oħrajn, proċeduri baġitarji futuri. |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi, għall-perjodu sħiħ tal-Programm Qafas (2012-2013), pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. |
(16) Din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi, għall-perjodu sħiħ tal-Programm Qafas (2012-2013), pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (IIA), għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. Fl-20 ta' April 2011, il-Kummissjoni ppreżentat proposta (COM (2011)0206) biex tirrivedi l-MFF.2007-13 attwali fuq il-bażi tal-punti 21 sa 23 tal-IIA, sabiex jiġu akkomodati l-bżonnijiet finanzjarji addizzjonali mhux previsti għall-ITER għas-snin 2012 u 2013 billi jiżdied il-limitu massimu tal-Intestatura 1a. Dik il-proposta għandha sservi bħala bażi għal ftehim bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja li għandu jiġi konkluż b'rikors għall-mezzi kollha previsti fil-IIA u mingħajr tqassim mis-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka għall-Programm Qafas tal-Euratom; |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 16 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Għall-MFF tal-2014-2020, ir-riżorsi finanzjarji ddedikati għall-proġett ITER għandhom ikunu fissi għall-perjodu kollu tal-ipprogrammar sabiex kull qabża fil-limitu tal-ispiża tas-sehem tal-UE ta' EUR 6.6 biljuni għall-perjodu ta' kostruzzjoni tal-ITER, attwalment ippjanat biex ikun finalizzat fl-2020, għandha tkun iffinanzjata 'l barra mil-limiti massimi tal-MFF ('id-delimitazzjoni'). |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Id-dimensjoni internazzjonali u globali tal-attivitajiet ta’ riċerka Ewropej hija importanti bil-għan li jinkisbu benefiċċji reċiproki. Il-Programm Qafas (2012-2013) għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li kkonkludew il-ftehimiet meħtieġa għal dan il-għan, u għandu jkun miftuħ, fil-livell tal-proġett u fuq il-bażi ta’ benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet minn pajjiżi terzi u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika. |
(18) Id-dimensjoni internazzjonali u globali tal-attivitajiet ta’ riċerka Ewropej hija importanti bil-għan li jinkisbu benefiċċji reċiproki. Il-Programm Qafas (2012-2013) għandu jkun għalhekk fuq naħa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li kkonkludew il-ftehimiet meħtieġa għal dan il-għan, u għandu jkun miftuħ, fil-livell tal-proġett u fuq il-bażi ta’ benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet minn pajjiżi terzi u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika. Mill-banda l-oħra, dan ifisser ukoll li, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam mal-proġett ITER, l-imsieħba internazzjonali għandhom jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi finanzjarji tagħhom. |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-ammont massimu għall-implimentazzjoni tal-Programm Qafas (2012-2013) għandu jkun ta’ EUR 2.560.270.000. Dan l-ammont għandu jitqassam skont kif ġej (f’EUR): |
L-ammont massimu għall-implimentazzjoni tal-Programm Qafas (2012-2013) għandu jkun ta’ EUR 2.100.270,000. Dan l-ammont għandu jitqassam skont kif ġej (f’EUR): |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni 2,208,809,000; |
– riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni 1.748.809.000; dawn iċ-ċifri jinkludu l-fondi neċessarji għall-kontinwazzjoni tal-programm JET f'Culham; |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
fissjoni nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni |
– fissjoni nukleari, speċjalment is-sikurezza, it-titjib tal-ġestjoni tal-iskart nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni 118.245.000; |
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
22.9.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 0 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Francesca Balzani, Reimer Böge, James Elles, Göran Färm, Eider Gardiazábal Rubial, Ivars Godmanis, Carl Haglund, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Angelika Werthmann |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Mulder |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Kinga Gál |
||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
6.10.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
41 6 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Christian Ehler, Ioan Enciu, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Jacky Hénin, Edit Herczog, Romana Jordan Cizelj, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Béla Kovács, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Jaroslav Paška, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Michael Theurer, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Niki Tzavela, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Antonio Cancian, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Werner Langen, Vladko Todorov Panayotov, Mario Pirillo, Catherine Trautmann |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Werner Schulz |
||||