RAPPORT dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

24.10.2011 - (2011/2052(INI))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Frédéric Daerden


Proċedura : 2011/2052(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0370/2011

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

(2011/2052(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 9, 148, 160 u 168 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 1, 16, 21, 23, 24, 25, 30, 31 u 34[1] tagħha,

–       wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta, b'mod partikolari l-Artikolu 30 tagħha (id-dritt għall-protezzjoni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali), l-Artikolu 31 tagħha (id-dritt għall-akkomodazzjoni) u l-Artikolu 16 tagħha (id-dritt tal-familja għal protezzjoni soċjali, legali u ekonomika),

–       wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali[2],

–       wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/78/KE, tas-27 ta' Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol[3],

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010)[4],

–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur" tal-1 u t-8 ta' Ġunju 2010 fuq is-suġġett: "Ekwità u Saħħa fil-Linji ta' Politika Kollha: Is-Solidarjetà fis-Saħħa"[5],

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2010 dwar "Is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Naħdmu flimkien biex niġġieldu l-faqar fl-2010 u lil hinn minnha"[6],

–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill "Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur" (EPSCO) tas-7 ta' Marzu 2011[7],

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-15 ta' Frar 2011 tal-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali - Inizjattiva ewlenija tal-istrateġija Ewropa 2020[8],

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-10 ta' Frar 2011 tal-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali bit-titolu "SPC Assessment of the social dimension of the Europe 2020 Strategy"[9],

–       wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali bit-titolu "Is-Solidarjetà fis-saħħa": dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE"[10],

–       wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali[11],

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali[12],

–       wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies li huma esklużi mis-suq tax-xogħol[13],

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Is-Solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE" (COM(2009)0567),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Strateġija għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea" (COM(2010)0573),

–       wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli (COM(2010)0636),

–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma sal-2020" (COM(2011) 173),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2001 dwar in-Nazzjonijiet Uniti: Jum Internazzjonali għall-Qerda tal-Faqar[14],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, fl-UE[15],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol[16],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-ekonomija soċjali[17],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar l-istrateġija tal-UE 2020[18],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta' Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta' Lisbona u tal-istrateġija EU 2020[19],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta' min jitħarreġ, tal-internship u l-apprendistat[20];

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-8 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-Politika tal-Impjiegi tal-Istati Membri: It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020,[21]

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: Rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu[22],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-rwol tad-dħul minimu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni ta' soċjetà inklużiva fl-Ewropa[23],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni "Lejn sistemi ta' pensjonijiet Ewropej adegwati, sostenibbli u siguri"[24],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-aspett tal-faqar tan-nisa fl-Unjoni Ewropea[25],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar ir-rwol tan-nisa f'soċjetà li qed tixjieħ[26],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar l-Iskema tad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni[27],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma ( 2010/2276(INI)[28],

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet bil-miktub tat-22 April 2008 dwar it-tmiem tal-problema ta' persuni li m'għandhomx fejn joqogħdu u tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar strateġija tal-UE għall-persuni bla dar,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet finali tal-Konferenza Ewropea ta' Kunsens dwar il-Persuni Bla Dar tad-9 u l-10 ta' Diċembru 2010,

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2001 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar[29],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ... dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020[30],

–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perjodu 2011-2020[31],

–       wara li kkunsidra l-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 (COM(2010)0491),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja[32],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju dwar il-futur tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali[33],

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar ħaddiema nisa prekarji[34],

–       wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-EUROSTAT tal-2010 "Combating poverty and social exclusion - A statistical portrait of the European Union 2010",

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali" (COM (2010) 0758),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0370/2011),

Figuri

A.     billi 116-il miljun persuna fl-Unjoni Ewropea huma mhedda mill-faqar u billi 42 miljun (jiġifieri 8%) jgħixu “f'kondizzjonijiet ta' tiċħid materjali estrem u ma jistgħux iħallsu għal numru ta' neċessitajiet li huma kkunsidrati essenzjali biex wieħed jgħix ħajja deċenti fl-Ewropa”[35] u billi l-faqar jirrifletti, b'mod inaċċettabbli, distribuzzjoni inugwali tal-ġid, tad-dħul u tar-riżorsi f'ekonomija Ewropea prosperuża, billi l-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli, bħall-anzjani u l-persuni b'diżabilità, intlaqtu l-aktar mill-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali; billi l-miżuri ta' awsterità meħuda jew li se jittieħdu fl-Unjoni Ewropea ma jistgħux ikunu ta' ħsara għall-impjiegi u għall-protezzjoni soċjali, u jaggravaw is-sitwazzjoni tal-persuni l-aktar żvantaġġati u jheddu li joħolqu l-qgħad, l-prekarjetà jew il-faqar ta' miljuni ta' persuni li kien għadhom qed jirnexxilhom jgħixu jew iħallsu għall-bżonnijiet u l-eżistenza tagħhom permezz ta' xogħolhom jew tal-pensjoni tagħhom, b'mod partikolari minħabba tnaqqis fil-baġit fil-qasam tas-servizzi pubbliċi u tal-għajnuniet soċjali; billi minħabba li ħraxu l-kundizzjonijiet u s-sanzjonijiet fil-politiki ta' attivazzjoni soċjali bħala rispons għall-kriżi, dan iżid id-diffikultajiet għall-persuni l-aktar vulnerabbli, filwaqt li jiġu offruti ftit impjiegi deċenti; billi d-diskrepanza bejn is-sinjuri u l-fqar qed tkompli tikber bħala konsegwenza tal-kriżi,

Ksur tad-drittijiet fundamentali

B.     billi l-istrateġija l-ġdida għall-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mill-Kummissjoni, liema Karta għandha l-għan b'mod partikolari li żżid l-aċċess għad-drittijiet fundamentali tal-persuni l-aktar żvantaġġati; billi din il-Karta għandha tiġi rispettata kollha kemm hi u billi l-faqar kbir jirrappreżenta ksur tad-drittijiet tal-bniedem u theddida serja għad-dinjità tal-bniedem, u jġib miegħu l-istigmatizzazzjoni u l-inġustizzji; billi l-objettiv kruċjali tal-iskemi ta' appoġġ għad-dħul għandu jkun li dwan il-persuni jinħarġu mill-faqar u jitħallew jgħixu b'dinjità,

Impenji li ġewx irrispettati

C.       billi l-faqar u l-esklużjoni soċjali żdiedu u involvew kategoriji soċjali ġodda mill-2000 sal-2008 minkejja l-impenji tal-Unjoni dwar l-objettiv tal-qerda tal-faqar fl-UE minn issa sal-2010 adottat waqt is-Samit ta' Lisbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 jew dwar il-progress li għandu jsir miftiehem waqt il-Kunsill Ewropew ta' Nice tas-7 u d-9 ta' Diċembru 2000; billi l-faqar u l-esklużjoni ma jistgħux jitnaqqsu u jew jiġi xprunat it-tkabbir inklussiv, mingħajr ma jiġu miġġielda l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjonijiet, jew mingħajr il-garanzija tal-iżvilupp tal-ekonomiji nazzjonali u tas-solidarjetà mal-aktar gruppi dgħajfa tas-soċjetà, jiġifieri tqassim ġust u adegwat tal-ġid tal-pajjiż,

D.     billi r-riskju tal-faqar jolqot direttament iż-żoni rurali u b'mod partikolari l-azjendi agrikoli żgħar u l-bdiewa żgħażagħ mhedda mill-effetti tal-kriżi ekonomika kif ukoll mill-varjazzjoni eċċessiva tal-prezzijiet tal-materja prima;

20 miljun

E.     billi l-istrateġija tal-Europa 2020 għandha, fost il-ħames objettivi prinċipali tagħha, bħal objettiv mhux strett, jiġifieri mingħajr il-possibilità ta' sanzjonijiet, it-tnaqqis ta' 20 miljun ta' persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar, fuq il-bażi ta' tliet indikaturi stabbiliti mill-Istati Membri (ir-rata tar-riskju ta' faqar wara t-trasferiment soċjali, l-indiċi tat-tiċħid materjali estrem u l-persentaġġ ta' persuni li jgħixu f'unitajiet domestiċi b'intensità baxxa ħafna ta' xogħol jew f'unitajiet domestiċi bla xogħol), u billi meta mqabbel mal-116-il miljun persuna li jinsabu f'riskju ta' faqar u mat-42 miljun persuna li jgħixu f'sitwazzjoni ta' tiċħid materjali estrem, dan l-objettiv, li ċertament, jirrikonoxxi l-importanza tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, jirrappreżenta sa mill-bidu l-istat ta' abbandun ta' miljuni ta' persuni fl-Ewropa, bil-periklu tal-effetti tal-limiti li jħallu l-aktar persuni dgħajfa barra mill-politiki li għandhom l-għan li jiksbu riżultati kwantitattivi; billi jekk ma nibdewx mis-sitwazzjonijiet l-aktar diffiċli biex tinstab soluzzjoni għalihom, il-politiki implimentati mhux se jsolvuhom; billi l-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar tikkostitwixxi waħda mis-seba' inizjattivi ewlenin tal-istrateġija UE 2020;

F.     billi ż-żieda fl-inugwaljanzi soċjali f'ċerti Stati Membri tirriżulta, b'mod partikolari, mill-inugwaljanza ekonomika fit-tqassim tad-dħul u tal-ġid, l-inugwaljanzi fis-suq tax-xogħol, u ġġib magħha prekarjetà soċjali, l-inugwaljanza fl-aċċess għas-servizzi soċjali tal-Istat, bħas-sigurtà soċjali, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-ġustizzja, eċċ.;

Ir-relazzjoni bejn l-ekonomija u l-faqar

G.     billi l-faqar, li ilu fl-livell għoli fl-Istati Membri tal-UE għal snin twal, għandu impatt dejjem aktar konsiderevoli fuq l-ekonomija, huwa ta' detriment għat-tkabbir, iżid id-defiċit tal-baġits pubbliċi u jnaqqas il-kompetittività Ewropea, u billi dawn il-fatturi minnhom infushom joħolqu l-faqar u l-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fit-tul, li jaffettwa terz mill-persuni qiegħda, u din is-sitwazzjoni hija agħar fil-pajjiżi b'ekonomija aktar vulnerabbli; billi ż-żamma tad-drittijiet soċjali fl-Unjoni hija fundamentali fil-ġlieda kontra l-faqar,

H.     billi l-faqar, li jista' jitqabbel ma' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, juri li għad fadal sforzi x'isiru biex jintlaħqu l-għanijiet msemmija fl-Artikolu 3(3) tat-Trattat tal-UE,

I.      billi kull politika rigoruża għandha tkun intelliġenti u tippermetti l-investiment kontroċikliku fil-prijoritajiet politiċi ewlenin;

J.      billi l-adozzjoni ta' riformi strutturali hija essenzjali biex tiġi żgurata l-kompetittività tal-Ewropa, jinħolqu impjiegi u jiġi miġġieled il-faqar,

Il-faqar multidimensjonali

K.     billi l-faqar huwa fenomenu b'diversi aspetti li jeħtieġ reazzjoni integrata, li tieħu kont tal-fażijiet tal-ħajja u tal-bżonnijiet multidimensjonali tal-persuni, u tkun ibbażata wkoll fuq l-iżgurar ta' aċċess għad-drittijiet, ir-riżorsi u s-servizzi, kif riflessi fl-Objettivi Komuni tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali (2006), sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet bażiċi u tiġi evitata l-esklużjoni soċjali,

L.     billi s-Sena Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali (2010) kien ta' suċċess fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u fil-ksib ta' impenn politiku;

Xogħol diċenti/ħaddiema fqar

M.    billi t-tkabbir u l-impjiegi, anki ta' kwalità, weħedhom mhumiex biżżejjed sabiex il-persuni ma jibqgħux fqar, billi s-suq tax-xogħol qed isir aktar u aktar frammentat, billi l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol marru ħafna għall-agħar, b'mod partikolari fil-qalba tal-kriżi finanzjarja, billi l-prekarjetà tax-xogħol, li għandha tkun miġġielda, qed tiżdied b'mod serju u billi l-problema tal-ħaddiema foqra ġiet rrikonoxxuta f'dawn l-aħħar snin iżda tibqa' problema li tidher li mhux qed jittieħed kont tagħha kif suppost fid-dawl tal-isfidi li din toħloq fis-soċjetajiet tagħna u billi n-numru ta' dawn il-ħaddiema żdied sew, bi 8% tal-ħaddiema li jgħixu fil-faqar u bi 22% tal-persuni li għandhom xogħol li jinsabu f'riskju tal-faqar[36]; billi l-fatt li wieħed ikollu aċċess għal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u ugwali huwa pass 'il quddiem biex jitwaqqfu l-faqar u l-esklużjoni soċjali tal-familji u l-persuni waħedhom;

N.     billi, madankollu, il-persuni b'livell baxx ta' kwalifiki, jew mingħajr kwalifiki, huma l-aktar esposti għar-riskji tas-suq tax-xogħol, għax-xogħol prekarju u li mhux imħallas tajjeb u għall-faqar,

Nies bla dar

O.     billi l-problema tan-nies mingħajr dar tirrappreżenta waħda mill-aktar forom estremi ta' faqar, u problema li tibqa' mhix solvuta fl-Istati Membri kollha tal-UE, billi, minħabba diversi raġunijiet, hemm diversi persuni bla dar fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, u dan il-fatt jitlob miżuri speċifiċi għall-integrazzjoni soċjali tagħhom; billi, skont l-Ewrobarometru, kważi persuna waħda minn kull erba' persuni Ewropej tqis li waħda mir-raġunijiet prinċipali tal-faqar huwa l-prezz eċċessiv tal-akkomodazzjonijiet deċenti, u billi kważi disa' minn kull għaxar persuni Ewropej iqisu li l-faqar jipprevjeni l-aċċess għal akkomodazzjoni deċenti, billi meta l-awtoritajiet pubbliċi jitilfu kull kuntatt maċ-ċittadini tagħhom meta dawn tal-aħħar jitilfu l-akkomodazzjoni tagħhom, dan mhux biss huwa ta' ħsara għal kwalunkwe inizjattiva ta' għajnuna għal dawn tal-aħħar, iżda barra minn hekk jindika stadju ta' avvanz estrem fil-proċess tal-esklużjoni tal-individwu;

P.     billi l-faqar huwa wkoll milqut mill-aċċessibilità u l-kwalità tas-servizzi soċjali bħas-saħħa, il-kultura, l-akkomodazzjoni u l-edukazzjoni;

Q.     billi n-nuqqas ta' akkomodazzjoni jew l-akkomodazzjonijiet mhux deċenti jitqiesu bħala theddida serja ħafna għad-dinjità tal-bniedem u l-konsegwenzi tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem huma konsiderevoli;

Basket ta' bżonnijiet u servizzi fundamentali

R.     billi l-limitu massimu tal-faqar ta' 60% tad-dħul medjan nazzjonali huwa indikatur urġenti, utli u neċessarju tal-faqar relattiv, iżda għandu jkun ikkumplimentat minn indikaturi oħra bħall-kunċett u l-kalkulazzjoni ta' "basket ta' prodotti u servizzi fundamentali" (li jikkostitwixxi biss rispons immedjat għas-sitwazzjoni speċifika tal-persuni fqar) u dawk stabbiliti mill-Kunsill "Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur" (EPSCO) f'Ġunju 2010 (riskju ta' faqar, privazzjoni materjali u unitajiet domestiċi b'intensità baxxa ħafna ta' xogħol) sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet pubbliċi,

Il-ħarsien soċjali

S.     billi l-ħarsien soċjali, inklużi s-sistemi ta' dħul minimu, huwa element fundamentali tad-demokraziji moderni li jiggarantixxu b'mod sustanzjali d-dritt ta' kull bniedem għall-parteċipazzjoni soċjali, ekonomika, politika u kulturali fis-soċjetà u għandu rwol ewlieni fl-istabbilizzazzjoni tal-ekonomija billi jillimita l-impatt tal-kriżi kif ukoll rwol fid-distribuzzjoni mill-ġdid f'kull stadju tal-ħajja, filwaqt li jipprovdi protezzjoni kontra r-riskji soċjali u jipprevjeni u jnaqqas il-faqar u l-esklużjoni soċjali f'kull stadju tal-ħajja;

T.     billi, skont l-OECD, il-proporzjon tal-benefiċċji soċjali mhux ikklejmjati huwa bejn 20 u 40%,

Is-saħħa

U.     billi l-faqar u l-esklużjoni soċjali jibqgħu l-fatturi soċjali ewlienin li jiddeterminaw is-saħħa[37] u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, inkluż l-medja ta' għomor il-bniedem, b'mod partikolari l-fid-dawl tal-impatt tal-faqar tat-tfal fuq is-saħħa u l-benesseri tat-tfal, u billi għad hemm distakk sinifikanti bejn is-sinjuri u l-fqar fil-qasam ta' aċċess għas-servizzi tas-saħħa bi prezzijiet raġonevoli, kif ukoll fid-dħul u l-ġid, u dan qed ikompli jikber fir-rigward ta' ċerti oqsma,

V.     Billi ċerti gruppi tas-soċjetà, bħall-familji b'ġenitur wieħed, in-nisa anzjani, il-minoranzi, il-persuni b'diżabilità u dawk bla dar, huma fost l-aktar vulnerabbli li jinsabu fir-riskju tal-faqar;

W.    billi l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni jitqies bħala l-bażi fundamentali tad-drittijiet fundamentali, inkluża d-diskriminazzjoni minħabba l-oriġini soċjali,

L-anzjani

X.     billi, minħabba t-tixjiħ tas-soċjetà tagħna, in-numru ta' persuni dipendenti se jiżdied b'mod konsiderevoli fil-futur qrib; billi l-anzjani, b'mod partikolari n-nisa, huma esposti għal riskju ogħla ta' faqar mill-popolazzjoni ġenerali, f'diversi pajjiżi, minħabba t-telf ta' dħul tagħhom meta jirtiraw kif ukoll minħabba fatturi oħra bħad-dipendenza fiżika, is-solitudni u l-esklużjoni soċjali; billi l-qtugħ tar-rabta soċjali bejn il-ġenerazzjonijiet huwa problema maġġuri tas-soċjetajiet tagħna,

Y.     billi l-politiki tal-pensjoni jitqiesu bħala fundamentali fil-ġlieda kontra l-faqar,

Is-sessi

Z.     billi n-nisa għandhom b'mod ġenerali riskju akbar mill-irġiel ta' faqar minħabba diversi fatturi bħad-diskriminazzjoni bejn is-sessi fil-qasam professjonali, li tirriżulta f'differenzi persistenti ta' pagi bejn is-sessi, differenzi fil-pensjoni li konsegwentement jirriżultaw minn dawk, iżda wkoll l-interuzzjonijiet fil-karriera sabiex jieħdu ħsieb dipendenti jew id-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol; billi 63% biss tan-nisa jaħdmu fl-Ewropa meta mqabbla ma' 76% tal-irġiel, u billi n-nuqqas ta' netwerks ta' appoġġ u ta' miżuri konkreti intiżi biex jgħinu l-persuni li jaħdmu biex jirrikonċiljaw il-ħajja tal-familja ma' dik professjonali, b'mod partikolari s-servizzi ta' kura bi prezzijiet raġonevoli,

AA.  billi l-faqar għandu impatt differenti fuq in-nisa u l-irġiel, is-subien u l-bniet fqar, peress li n-nisa u l-bniet fqar ta' spiss isibuha aktar diffiċli li jkollhom aċċess għal servizzi soċjali u dħul xierqa;

AB.  billi din il-Pjattaforma ma tqisx l-aspetti relatati speċifikament mal-ġeneri li jolqtu lin-nisa u l-irġiel u ma tingħatax biżżejjed attenzjoni għall-femminizzazzjoni tal-faqar;

AC.  billi l-effett tad-distakk fil-salarji bejn il-ġeneri fuq id-dħul tul il-ħajja jindika li n-nisa se jkollhom pensjonijiet aktar baxxi u billi, bħala riżultat in-nisa huma aktar milquta mill-irġiel b'faqar persistenti u estrem: 22% tan-nisa ta' 65 sena u aktar huma fir-riskju tal-faqar meta mqabbla ma' 16% tal-irġiel,

AD.  billi 20% tat-tfal jinsabu f'riskju ta' faqar meta mqabbel mas-17% tal-popolazzjoni globali Ewropea, u familji bi dħul baxx huma fost il-kategoriji l-aktar esposti għall-faqar

AE.   billi l-politiki tal-familja huma essenzjali fil-qafas tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali,

AF.   billi l-ewwel sinjali ta' waqfien mill-iskola jitqiesu bħala sinjali importanti taċ-ċirku vizzjuż tal-faqar;

Iż-żgħażagħ

AG.  billi l-qgħad għaż-żgħażagħ, diġà għoli meta mqabbel ma' dak tal-gruppi tal-età l-oħra, sploda fl-UE minħabba l-kriżi u qabeż l-20%, u issa laħaq livell kritiku fl-Istati Membri kollha, ħaġa li tqegħedhom f'riskju li jispiċċaw f'sitwazzjoni ta' faqar sa minn età żagħżugħa; billi din is-sitwazzjoni preokkupanti teħtieġ reazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali urġenti u flimkien mal-bidliet demografiċi se żżid in-nuqqas ta' ħiliet; billi t-taħriġ professjonali jista' jkollu rwol fundamentali fl-għajnuna għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema bi ftit kwalifiki biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, iżda billi fl-istess ħin l-fatt li ssib impjieg ma jfissirx li se taħrab mill-faqar, u billi ż-żgħażagħ huma l-aktar suxxettibbli li jaqgħu f'din il-kategorija ta' ħaddiema foqra,

Migranti

AH.  billi l-migranti u l-minoranzi etniċi huma ħaddiema partikolarment vulnerabbli u ntlaqtu ħafna mill-kriżi ekonomika, u konsegwentement miż-żieda tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, minħabba l-impjiegi prekarji li huma x'aktarx ikollhom minħabba l-provenjenza, l-oriġini jew il-kwalifiki tagħhom, billi huwa meħtieġ, għall-ħaddiema migranti, li dawn jibbenefikaw mill-istess kundizzjonijiet ta' xogħol, pagi, aċċess għat-taħriġ u protezzjoni soċjali bħaċ-ċittadini tal-pajjiżi fejn jeżerċitaw l-attività tagħhom,

AI.    billi r-rata ta' faqar tal-persuni b'diżabbiltà hija 70% ogħla mill-medja, dawn għandhom jitqiegħdu fiċ-ċentru ta' strateġija intiża biex tenfasizza l-valur miżjud meta jiġu integrati fis-suq tax-xogħol

AJ.   billi r-rata ta' faqar tal-persuni b'diżabbiltà hija 70% ogħla mill-medja,

Ir-Roma

AK.  billi parti sinifikattiva tar-Roma tal-Ewropa hija emarġinata u tgħix f'kundizzjonijiet soċjoekonomiċi terribbli, u spiss hija suġġetta għal diskriminazzjoni serja u segregazzjoni fl-oqsma kollha tal-ħajja, bħall-komunitajiet marginalizzati oħra,

AL.   billi l-faqar li dejjem qed jiżdied fl-UE huwa attwalment aggravat bil-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew fil-kuntest tal-fdal tal-ikel kważi ineżistenti fl-UE, u 43 miljun persuna huma attwalment fir-riskju tal-faqar alimentari; billi l-Iskema għat-tqassim tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni, imwaqqfa fl-1987, tipprovdi attwalment għajnuna alimentari lill-13-il miljun persuna f'kundizzjoni ta' faqar f'19-il Stat Membru u tinvolvi xi 240 bank tal-ikel u organizzazzjonijiet tal-karità fil-ktajjen tad-distribuzzjoni; billi s-sentenza reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja T-576/08, li tqis illegali x-xiri tal-ikel fis-suq għall-Iskema, tipperikola l-għajnuna alimentari għal dawk l-aktar fil-bżonn, minħabba d-dipendenza dejjem tiżdied tal-Iskema fuq ix-xiri mis-suq, u billi l-annullament mill-QEĠ tal-Artikolu 2 tar-Regolament 983/2008 jidher li għandu impatt negattiv immedjat fuq l-Iskema fl-2012 u fis-snin li ġejjin, li jwassal għal waqfien f'daqqa tal-għajnuna alimentari għall-aktar ċittadini fil-bżonn f'19-il Stat Membru,

AM. billi l-partiti tal-baġit mhux insinifikanti tal-akkomodazzjoni u tal-enerġija tal-unitajiet domestiċi li żdiedu matul l-aħħar għaxar snin għandhom jiġu kkunsidrati bħala fatturi ewlenin tar-riskju tal-faqar;

AN.  billi dawk li jieħdu ħsieb il-familja jipprovdu l-akbar proporzjoni ta' kura fl-UE,

AO.  billi n-nuqqas ta' kapaċità għall-persuni li jinsabu f'sitwazzjoni ta' faqar biex jaċċedu għas-servizzi bankarji bażiċi, bħall-ġbid ta' flus, it-trasferimenti jew il-ħlasijiet ifixkel b'mod notevoli l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà;

Il-parteċipazzjoni

1.      Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-involviment, fit-tfassil ta' strateġija Ewropea fil-livelli ta' governanza kollha (Ewropea, nazzjonali, reġjonali u lokali) tas-soċjetà ċivili organizzata u tal-partijiet interessati kollha, bħall-NGOs, l-organizzazzjonijiet ta' ekonomija soċjali, il-fornituri ta' servizzi, l-esperti tal-innovazzjoni soċjali u l-imsieħba soċjali, kif ukoll il-persuni li huma stess jinsabu f'sitwazzjoni ta' faqar, fi sħubija mal-assoċjazzjonijiet li fi ħdanhom huma jesprimu ruħhom b'mod ħieles, u li kisbu esperjenza u għarfien, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta' pjattaformi nazzjonali kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali f'kull Stat Membru; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-involviment tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u l-Istituzzjonijiet Ewropej, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew; iqis li s-sinerġiji għandhom jikkonċernaw l-atturi kollha, inklużi l-SMEs u l-kapijiet tal-intrapriżi; jitlob l-estensjoni ta' djalogi ma' persuni li jinsabu f'sitwazzjoni ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali fil-livell nazzjonali u l-formalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Konvenzjoni annwali dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-kontribut tagħhom għaliha bħala element fondamentali tagħha u jitlob li jkun hemm segwitu xieraq u regolari tar-rakkomandazzjonijiet żviluppati b'dan il-mod;

2.      Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex ikollha rwol ta' koordinatur u tiggwida lill-Istati Membri biex jintlaħqu l-isfidi eżistenti u jiġu miġġielda il-faqar u l-esklużjoni soċjali, filwaqt li ma jintesiex li l-ġlieda kontra l-faqar hija primarjament ir-responsabilità tal-politiki nazzjonali, filwaqt li tintwera' s-solidarjetà meħtieġa u tingħata l-assistenza teknika;

3.      Jitlob li l-pjattaforma tal-ġlieda kontra l-faqar isservi wkoll biex jingħaqdu, fil-livell Ewropew, l-organizzazzjonijiet nazzjonali li jirrappreżentaw il-gruppi l-aktar vulnerabbli li jinsabu f'riskju tal-faqar li għadhom m'għamlux dan;

Taħriġ konġunt

4.      Jitlob li jiġu organizzati seminars ta' trawwim tal-għarfien dwar il-faqar fil-livell tal-istituzzjonijiet Ewropej u tal-gvernijiet tal-Istati Membri, minn organizzazzjonijiet li għandhom esperjenza konkreta fil-ġlieda kontra l-faqar jorganizzaw u li ssir esperimentazzjoni bit-tagħlim konġunt dwar il-kwistjonijiet tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali, fost l-uffiċjali Ewropej u l-persuni li għandhom l-esperjenza “mill-ħajja” tal-ġlieda kontra l-faqar;

5.      Jistieden lill-Istati Membri biex it-tgawdija tal-patrimonju kulturali jagħmluha aċċessibbli għas-setturi kollha tas-soċjetà u jevitaw li jnaqqsu r-riżorsi f'dan is-settur, li jiggarantixxi l-inklużjoni soċjali u jipprovdi impjiegi ta' kwalità;

6.      Itenni r-rwol kruċjali tal-volontarjat u ċ-ċittadinanza attiva bħala strument ta' koeżjoni u azzjoni għall-ġlieda kontra d-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali, billi jinkoraġġixxi liċ-ċittadini jinvolvu ruħhom fil-ħajja pubblika permezz tal-prattika tal-isport, il-kultura, l-arti, l-attiviżmu soċjali u dak politiku;

7.      Jitlob li jiġi garantit aċċess għall-programmi ta' mobilità għall-edukazzjoni u x-xogħol lill-persuni żvantaġġati, u li jiżdied is-sehem tal-baġit imwarrab għal tali programmi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li "Żgħażagħ Attivi" għandu jippromwovi l-mobilità għall-apprentisti, it-trainees u l-studenti kollha u għar-rikonoxximent tal-ħiliet professjonali li nkisbu b'mod mhux formali u informali;

8.      Jinkoraġġixxi inizjattivi anki interġenerazzjonali biex jitnaqqas id-distakk diġitali tal-persuni żvantaġġati, billi jkunu pprovduti b'aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, bi qbil mal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa;

9.      Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu t-tagħlim ta' teknoloġiji ġodda sa mill-bidu nett bħala parti mill-kurrikulu edukattiv;

Mekkaniżmu ta' żvilupp

10.    Jitlob l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' żvilupp kritiku u regolari, li jinvolvi l-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, ibbażat fuq indikaturi preċiżi fil-livelli nazzjonali u Ewropej, li jippermettu li jiġu evalwati d-diversi dimensjonijiet tal-faqar u li jitkejjel il-progress tal-Istati Membri fil-kisba, fid-dawl tad-distribuzzjoni tal-faqar skont is-sess u l-età, tal-mira ta' tnaqqis tal-faqar u t-traspożizzjoni tiegħu f'sottomiri mill-Istati Membri, fil-każ fejn, fin-nuqqas ta' definizzjoni preċiża ta' faqar, l-Istati Membri jkollhom marġini ta' diskrezzjoni wisq wiesgħa u din toħloq riskju ta' interpretazzjonijiet diversi; jitlob lill-Kummissjoni t-titjib tal-indikaturi nazzjonali u Ewropew fir-rigward tal-komparabilità tal-istatistika nazzjonali dwar il-faqar tal-persuni vulnerabbli u jitlobha tħeġġeġ, flimkien mal-Eurostat, il-produzzjoni ta' statistika aktar eżatta bħala parti minn tabella ta' valutazzjoni kompleta dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali li tippermetti b'mod partikolari li jiġi ssorveljat in-numru ta' persuni li d-dħul medjan tagħhom huwa inqas minn 50% u 40%, u tistabbilixxi fuq din il-bażi valutazzjoni annwali tas-sitwazzjonijiet tal-faqar fi ħdan l-UE, biex b'hekk tissumplimenta l-approċċ statistiku b'approċċ kwalitattiv u parteċipattiv; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li kulħadd jibbenefika mill-politiki implimentati u mhux biss dawk il-persuni li jinsabu qrib il-limitu massimu tal-faqar;

11.    Jitlob biex il-Kummissjoni/Eurostat jiksbu tabella ta' valutazzjoni kompleta dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali, u jikkompletaw l-istatistika permezz ta' approċċ kwalitattiv u parteċipattiv skont is-sessi u l-età, sabiex tiġi enfasizzata l-problema tal-faqar fost in-nisa anzjani; jittama li l-Istitut għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi se jikkontribwixxi, malli jkun kompletament operattiv, għas-soluzzjoni tal-problema ta' data sistematika u komparattiva inadegwata, analizzata skont il-ġeneru;

12.    Jitlob it-titjib u t-tqabbil ta' statistika nazzjonali dwar il-faqar, bl-iżvilupp ta' indikaturi fil-livell Ewropew;

13.    Jitlob, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali tal-kriżi, it-tfassil urġenti ta' studju dettaljat u aġġornat tan-numru ta' persuni li jgħixu fil-faqar, u ta' dawk li jinsabu fir-riskju tal-faqar fix-xhur li ġejjin,

14     Jitlob lill-Kummissjoni tfassal u tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar il-progress li sar mill-Istati Membri fit-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali,

Klawsola soċjali orizzontali

15.    Jitlob lill-Kummissjoni li tieħu kont bis-sħiħ tal-klawsola soċjali orizzontali korretta kif previst fl-artikolu 9 tat-Trattat FUE li skontha l-Unjoni tikkunsidra r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, u li hi tippreċiża r-rwol tal-pjattaforma fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha; jitlob li l-valutazzjonijiet tal-impatt soċjali tal-politiki Ewropej ikunu aktar fid-dettall, anki meta dawn ma jinbdewx mill-Kummissjoni iżda mill-Kunsill Ewropew bħall-Patt Ewro Plus; iqis li dan it-tisħiħ tal-applikazzjoni ta' din il-klawsola għandu jippermetti li jiġi evitat li jisfaxxaw l-istandards soċjali fl-Ewropa u jiffaċilita l-iżvilupp ta' bażi soċjali komuni fl-Ewropa; jitlob li din il-valutazzjoni tal-impatt soċjali ssir flimkien ma' assoċjazzjonijiet li huma involuti fil-ġleda kontra l-faqar billi tuża bħala referenza s-sitwazzjonijiet tal-iktar persuni fqar fl-Ewropa; iqis li dawn l-istudji għandhom jinvolvu l-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u s-servizzi tal-Kummissjoni inkarigati mill-kwistjonijiet soċjali taħt ir-responsabilità ta' direttur ġenerali impjegat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea;

Il-baġit

16.    Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika b'mod aktar preċiż il-linji baġitarji rilevanti għall-Pjattaforma, b'mod partikolari fir-rigward tal-FSE u tal-kontribut tiegħu għal din l-inizjattiva ewlenija, permezz tal-finanzjament tal-prijoritajiet politiċi bħall-prevenzjoni tal-waqfien mill-iskola u l-ġlieda kontra l-faqar tat-tfal, in-nisa, l-anzjani u l-ħaddiema migranti kif ukoll l-allokazzjoni baġitarja tagħhom;   jitlob lill-Kummissjoni biex tindika l-proposti tagħha fil-qasam tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-qafas baġitarju multiannwali għall-2014-2020 biex jiġi żgurat finanzjament adegwat tal-inizjattivi mnedija għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-għajnuna finanzjarja meħtieġa għall-prijoritajiet tematiċi maqbula u titlob lill-Istati Membri jappoġġjaw finanzjarjament l-atturi tas-soċjetà ċivili involuti fil-livell nazzjonali fil-programmi ta' riforma nazzjonali, il-Pjattaforma Ewlenija u l-istrateġiji nazzjonali għall-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali; Jirrakkomanda t-tkomplija u ż-żieda tal-appoġġ baġitarju għall-programmi Ewropej li jippermettu li jingħata kontribut għad-diversi aspetti tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, il-faqar u l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi – inklużi l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa (programm ta' qafas għar-riċerka, programm PROGRESS);

17.    Jieħu nota li fl-abbozz ta' baġit għall-2012 għall-inizjattiva ewlenija għal Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar, il-Kummissjoni Ewropea kkalkulat żieda ta' 3.3%, meta mqabbel mas-sena ta' qabel; jitlob lill-Kummissjoni tagħti spjegazzjoni ulterjuri dwar il-kontribut tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għal din l-inizjattiva ewlenija u dwar miżuri speċifiċi li jindirizzaw il-prijoritajiet bħall-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal, in-nisa, l-anzjani u l-ħaddiema migranti u l-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola; f'dan il-kuntest, jiddispjaċih għan-nuqqas ta' ċarezza u s-sovrapożizzjoni tal-istrumenti u l-linji baġitarji differenti li permezz tagħhom għandhom jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020 permezz tal-baġit tal-UE;

Programm ta' għajnuna għall-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn

18.    Jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi u tnaqqas, minn EUR 500 miljun għal EUR 113.5 miljun, il-baġit allokat għall-programm tal-2012 tat-tqassim tal-prodotti tal-ikel lill-persuni fqar li jgħixu fl-Unjoni Ewropea. jikkundanna bis-sħiħ din is-sitwazzjoni li hemm fil-kuntest attwali ta' kriżi ekonomika u soċjali serja; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill isibu mezz għat-tkomplija tal-Iskema MDP għas-sentejn li fadal tal-pjan ta' finanzjament (2012 u 2013) u għall-perjodu l-ġdid ta' finanzjament 2014-2020 fuq bażi legali li ma tistax tiġi kkontestata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, billi jinżamm il-limitu finanzjarju annwali ta' EUR 500 miljun biex jiġi żgurat li l-persuni dipendenti fuq l-għajnuna għall-ikel ma jsofrux minn faqar alimentari;

Il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni (MMK) soċjali

19.    Jitlob li l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni soċjali jissaħħaħ u jiġi applikat b'mod korrett għall-qasam tal-faqar b'mod partikolari permezz ta' strateġiji nazzjonali ta' inklużjoni u ta' protezzjoni soċjali maħluqa, implimentati u vvalutati flimkien, fuq il-bażi tal-għanijiet definiti b'mod konġunt, permezz tal-pjattaformi nazzjonali kontra l-faqar, u permezz tal-iskambji tal-prattiki tajba dwar il-politiki ta' aċċess effettiv għad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Karta Soċjali riveduta (mhux ratifikata mill-Istati Membri kollha), b'mod partikolari l-Artikoli 30 u 31; jenfasizza li f'dan l-ambitu, il-ħidma tal-Kumitat ta' Protezzjoni Soċjali tal-Kunsill għandha tkompli tiġi kkunsidrata; jitlob li l-Pjattaforma tippromwovi u tissorvelja l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali, tal-impriżi tal-ekonomija soċjali u atturi lokali oħra fit-tfassil u l-implimentazzjoni tar-rapporti strateġiċi nazzjonali;

Basket ta' bżonnijiet u servizzi fundamentali

20.    Jitlob lill-Kummissjoni, flimkien mal-Bank Ċentrali Ewropew, tipproponi l-prinċipji komuni ta' definizzjoni tal-"basket ta' bżonnijiet u servizzi fundamentali" neċessarji sabiex tiġi żgurata ħajja dinjituża lil kulħadd, u jfakkar li dawn il-bżonnijiet immedjati ma jistgħux jiġu separati mir-rispett tad-dinjità umana u aċċess effettiv għad-drittijiet fundamentali kollha - ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali – mingħajr eċċezzjoni; jitlob li jiġi kjarifikat l-objettiv ta' stabbilità tal-prezzijiet sabiex jiġi permess teħid inkunsiderazzjoni tal-partikolaritajiet nazzjonali li mhux bilfors għandhom impatt sinjifikattiv fuq l-indikaturi għall-ekosistema;

21.    Jitlob sabiex il-Kumitat għall-Impjieg tal-Parlament Ewropew jingħata rwol espliċitu fil-Pjattaforma, b'mod partikolari fis-sorveljanza tal-effettività tal-Pjattaforma, il-politiki tal-UE u tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020;

22.    Jitlob li l-Pjattaforma tippermetti li jiġi identifikat, bl-aktar mod preċiż possibbli, l-aċċess għal dawn il-ħtiġijiet (differenti skont il-postijiet u l-gruppi eżaminati) skont il-proviżjon ta' għajnuna differenti lill-persuni fqar;

23.    Jitlob lill-Kummissjoni biex tispeċifika l-għanijiet u l-kontenut tal-Konvenzjoni Annwali tal-Pjattaforma tal-ġlieda kontra l-faqar li jistgħu jkunu, fost l-oħrajn, l-iskambju tal-prattiki tajba u l-kunsiderazzjoni diretta tal-persuni f'sitwazzjoni ta' faqar; jirrakkomanda li din il-laqgħa ddum minn tal-inqas il-ġimgħa kollha, inkluż dakinhar tal-jum internazzjonali tal-ġlieda kontra l-faqar (is-17 ta' Ottubru);

24.    Iqis li t-titjib fil-kwalità u l-komparabilità tal-istatistika nazzjonali fi ħdan il-Pjattaforma biex jiġu evalwati t-tendenzi tal-inugwaljanzi u tal-iżvilupp tal-benessri huwa l-bażi tat-titjib tal-politiki tal-Unjoni fil-qasam;

25.    Jitlob lill-Kummissjoni biex il-Pjattaforma tikkunsidra r-riżultati tan-sena Ewropea tal-ġlieda kontra l-faqar (2010) u tat-tixjiħ attiv u tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet (2012);

Rakkomandazzjoni tal-2008

26.    Jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni ta' komunikazzjoni dwar it-twettiq tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2008 dwar l-istrateġija għall-inklużjoni attiva u jitlob li din tkun tinkludi skeda għat-twettiq tat-tliet taqsimiet tagħha, li tispeċifika programm ta' ħidma multiannwali fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea; hu mħasseb fuq il-posponiment sal-2012 tal-komunikazzjoni dwar l-inklużjoni attiva u jitlob lill-Kummissjoni tressaq 'il quddiem il-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni għas-sens 2011; Jitlob impenn espliċitu mill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlamenti biex jimmobilizzaw il-politiki kollha biex jonqos il-faqar, filwaqt li jiġi żgurat li l-politiki ekonomiċi, tal-impjieg u tal-inklużjoni soċjali jikkontribwixxu fil-qerda tal-faqar minflok fiż-żieda tiegħu;

27.    Ifakkar it-tliet taqsimiet tal-istrateġija Ewropea għall-inklużjoni attiva tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fl-2008:

-       riżorsi addizzjonali adegwati: l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu d-dritt fundamentali tal-persuna għal riżorsi u benefiċċji suffiċjenti fil-qafas ta' arranġament globali u koerenti tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali;

-       swieq tax-xogħol li jiffavorixxu l-inklużjoni: l-Istati Membri għandhom jipprovdu għajnuna effikaċi lill-persuni li s-sitwazzjoni tagħhom tippermettilhom jaħdmu biex isibu, jerġgħu isibu jew jippreservaw impjieg li jkun jikkorrispondi għall-kapaċitajiet professjonali tagħhom;

-       l-aċċess għal servizzi ta' kwalità: l-Istati Membri għandhom jiżguraw appoġġ adegwat lill-persuni kkonċernati biex tiġi promossa l-inklużjoni ekonomika u soċjali;

L-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali

28.    Jitlob li l-Pjattaforma tkun orjentata lejn l-eżerċizzju tad-drittijiet li jiggarantixxu ħajja dnjituża għal kulħadd, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjieg, l-akkomodazzjoni, il-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà soċjali u livell ta' għajxien suffiċjenti, il-ġustizzja, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-kultura, il-protezzjoni tal-familja u tat-tfal; jitlob li l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali twettaq studju dwar l-aċċess reali tal-iktar persuni fqar għad-drittijiet fundamentali u dwar id-diskriminazzjoni li jsofru u drittijiet oħra li jinsabu fil-konvenzjonijiet u testi internazzjonali ffirmati mill-Istati Membri, fi sħubija mal-NGOs li, fi ħdanhom, il-persuni li jinsabu f'sitwazzjoni ta' esklużjoni soċjali jesprimu ruħhom b'mod ħieles, u filwaqt li żżomm f'moħħha li r-rispett tad-dritt għall-akkomodazzjoni huwa meħtieġ biex jiġu rrispettati għalkollox drittijiet fundamentali oħra, inklużi d-drittijiet politiċi u soċjali;

Nies bla dar

29.    Jemmen li teħtieġ attenzjoni partikulari u miżuri addizzjonali għall-persuni bla dar, kemm mill-Istati Membri u kemm mill-Kummissjoni, bil-ħsieb li dawn jiġu integrati fis-soċjetà bis-sħiħ sal-2015 u dan jimplika l-ġbir ta' dejta kumparabbli u ta' statistika affidabbli fil-livell Komunitarju, kif ukoll il-pubblikazzjoni annwali tagħhom, flimkien ma' rendikont tal-progress miksub u tal-objettivi definiti fl-istrateġiji Komunitarji u nazzjonali għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa urġentement strateġija tal-UE dwar il-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar li timxi mar-Rapport Konġunt tal-2010 tal-Kummissjoni u l-Kunsill dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, ir-rakkomandazzjonijiet finali tal-Konferenza Ewropea ta' Kunsens dwar il-Kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar (2010) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Istrateġija tal-UE dwar il-Kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa pjan direzzjonali dettaljat għall-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija għall-perjodu 2011-2020; jitlob li l-pjattaforma tiffavorixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki sabiex jiġi evitat it-telf ta' kuntatt tal-istituzzjonijiet pubbliċi mal-persuni bla dar;

30.    Jistieden lill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali biex jissorvelja l-progress li jsir kull sena min-naħa tal-Istati Membri fir-rigward tal-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar fuq il-bażi tar-rapporti tematiċi nazzjonali dwar il-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar (2009) u b'mod konformi mar-Rapport Konġunt tal-2010 tal-Kummissjoni u l-Kunsill dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali,

Edukazzjoni/Taħriġ

31.    Iqis li metodu ta' ħruġ effettiv u komplut mill-faqar jista' jsir biss jekk iż-żieda neċessarja fl-effikaċja tal-istrumenti tal-protezzjoni soċjali ssir flimkien ma' tisħiħ sinifikanti tal-mogħdijiet ta' edukazzjoni u taħriġ fil-livelli kollha; jappoġġa l-iżvilupp ta' sistemi edukattivi aktar inklużivi li jgħinu fil-ġlieda kontra l-waqfien mill-iskola u jippermettu l-aċċess taż-żgħażagħ, li ġejjin minn gruppi żvantaġġati, għal livelli akkademiċi ogħla biex titkompla l-ġlieda kontra t-trażmissjoni tal-faqar minn ġenerazzjoni għall-oħra; jappoġġa l-aċċess għall-validazzjoni tal-kisba tal-esperjenza u għat-tagħlim tul il-ħajja fit-tnaqqis tal-faqar permezz tal-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-impjiegi dinjitużi ta' kwalità; iqis, għaldaqstant, essenzjali l-implimentazzjoni tajba u t-tisħiħ tal-programmi ta' tagħlim tul il-ħajja kif ukoll il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-oqsma tal-edukazzjoni u tat-taħriġ professjonali u l-proviżjon ta' għajnuna individwalizzata għat-tfittxija ta' impjiegi u jenfasizza li dawn l-azzjonijiet għandhom jissaħħu għall-persuni l-aktar vulnerabbli; jirrakkomanda l-iżvilupp ta' strateġija tal-UE biex tindirizza l-faqar fost dawk li jaħdmu u toħloq impjiegi ta' kwalità u sabiex ikun hemm qbil dwar il-prinċipji għal xogħol ta' kwalità,

Xogħol diċenti/ħaddiema fqar

32.    Ifakkar li l-proliferazzjoni tal-kuntratti tax-xogħol prekarji fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandha tendenza li taggrava l-frammentazzjoni tas-suq tax-xogħol u li tnaqqas il-protezzjoni tal-persuni l-aktar vulnerabbli; jenfasizza, għaldaqstant, li lil hinn mit-taħriġ professjonali u l-edukazzjoni kontinwa, il-ħolqien ta' impjiegi ġodda għandu jsir fir-rispett tal-prinċipji fundamentali tal-ILO, permezz tal-konretizzazzjoni tal-kunċett ta' xogħol deċenti u ta' impjiegi ta' kwalità (kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, id-dritt għax-xogħol, is-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema, il-protezzjoni soċjali, il-kapaċità tar-rappreżentanza u ta' djalogu mal-impjegati), kif ukoll permezz tal-implimentazzjoni tal-ugwaljanza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa u t-trattament ugwali bejn il-ħaddiema tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu legalment fit-territorju tal-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar sforzi fil-ġlieda essenzjali u effikaċi kontra l-fenomenu tax-xogħol mhux iddikjarat li, minbarra l-effetti negattivi kbar tiegħu fuq il-vijabilità tal-iskemi ta' sigurtà soċjali, mhuwiex kompatibbli mal-prinċipji tax-xogħol deċenti u jċaħħad lill-persuni l-aċċess għall-iskemi ta' sigurtà soċjali, u b'hekk joħloq żieda fir-riskju tal-faqar; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-fenomenu tal-ħaddiema fqar u tappoġġa l-ħolqien ta' impjiegi siguri u tiżgura l-applikazzjoni korretta ta' arranġamenti ta' kuntratti flessibbli sabiex ma jkunux jistgħu jiġu abbużati.

33.    Jenfasizza li t-tħassib ewlieni taż-żgħażagħ huwa li jkunu awtonomi, billi jkollhom aċċess għall-kura tas-saħħa u akkomodazzjoni deċenti għal prezz raġonevoli, filwaqt li jkunu kapaċi jħarrġu lilhom innifishom, jaħdmu u jilħqu s-sodisfazzjoni personali; jistieden għalhekk lill-Istati Membri biex ineħħu diskriminazzjoni relatata mal-età fir-rigward tal-aċċess għal skemi tal-introjtu minimu bħall-esklużjoni taż-żgħażagħ minn skemi tal-introjtu minimu minħabba nuqqas ta' kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali;

34.    Jinsisti dwar il-ħtieġa ta' benefiċċji speċifiċi addizzjonali għall-gruppi l-aktar żvantaġġati (persuni b'diżabilità jew li għandhom mard kroniku, familji b'ġenitur wieħed jew familji kbar) li jkopru l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mis-sitwazzjoni tagħhom, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ personali, l-użu ta' infrastrutturi speċifiċi, kura medika u appoġġ soċjali;

35.    Jitlob lill-Istati Membri jsaħħu l-effikaċja tal-awtoritajiet pubbliċi għall-impjieg, permezz, fost l-oħrajn, ta' identifikazzjoni aktar effikaċi tal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol, fid-dawl tal-fatt li l-impjieg jikkostitwixxi l-ewwel pass lejn il-prevenzjoni iżda wkoll lejn il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

36.    Jenfasizza li t-tranżizzjoni mill-iskola, taħriġ vokazzjonali jew edukazzjoni ogħla għall-impjieg għandha tkun preparata aħjar u għandha ssegwi direttament mill-edukazzjoni jew mit-taħriġ, jenfasizza għandhekk l-importanza ewlenija li tiġi implimentata b'mod effettiv l-inizjattiva “Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ” u li ssir strument ta' integrazzjoni attiva fuq is-suq tax-xogħol; jemmen li l-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għandhom jiġu involuti fl-iżvilupp ta' strateġija sostenibbli biex jonqos il-qgħad taż-żgħażagħ, li għandha tinkludi rikonoxximent formali tal-kwalifiki miksuba;

37.    Jirrakkomanda lill-Istati Membri, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-flessigurtà fis-suq tax-xogħol, li jiżguraw, wara konsultazzjonijiet mal-imsieħba soċjali, li fil-prattika tingħata l-istess importanza lill-flessibilità daqskemm tingħata lis-sigurtà tal-ħaddiema u li jsaħħu, permezz ta' inċentivi, il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema kkonċernati fit-taħriġ professjonali;

38.    Ifakkar li r-riskju li wieħed jispiċċa fil-faqar estrem huwa ikbar għan-nisa milli għall-irġiel minħabba n-nuqqasijiet fis-sistemi ta' protezzjoni soċjali u l-fatt li d-diksriminazzjoni li tibqa' sseħħ, b'mod partikolari fis-suq tax-xogħol, fattur li jeħtieġ rispons politiku speċifiku u varjat skont is-sess u s-sitwazzjoni konkreta;

39.    Jitlob lill-Istati Membri t-tisħiħ tal-mezzi li jippermettu l-effikaċja tas-servizzi pubbliċi tal-impjieg;

40.     Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel inqas stretti r-regoli u l-proċeduri ta' kontroll tal-għoti ta' kumpens għat-twettiq ta' obbligi tas-servizz pubbliku li huma ta' piż kbir fuq l-awtoritajiet lokali li jistabbilixxu servizzi pubbliċi lokali biex jgħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn;

41.    Jappella biex l-għarfien, l-esperjenza, il-kompetenzi informali u l-ħiliet tal-persuni żvantaġġati f'sitwazzjonijiet ta' faqar u esklużjoni soċjali u/jew tal-komunitajiet tradizzjonali jiġu valorizzati u biex is-sistemi li jivvalidaw l-esperjenza miksuba f'taħriġ mhux formali u informali jiġu promossi, u barra minn hekk biex jiġi identifikat il-mod li bih dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

Migranti

42.    Jitlob, b'konformità sħiħa mal-prattiċi differenti, il-ftehimiet kollettivi jew il-liġi fl-Istati Membri differenti kif ukoll mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, ir-rispett tal-ugwaljanza tad-drittijiet u l-protezzjoni soċjali għal kilħadd fi ħdan kull Stat Membru, kemm jekk ikunu ċittadini tal-Unjoni kemm jekk ċittadini ta' Stati terzi; jitlob lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra x-xogħol illegali u mhux iddikjarat;

43.    Jappella, b'mod partikolari, għal miżuri mmirati għall-integrazzjoni kulturali u dik lingwistika fil-pajjiż ospitanti sabiex tingħeleb l-esklużjoni soċjali;

44.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kultura, bl-għan li jnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali f'pajjiżi bħal dawn, jappoġġaw l-iżvilupp u jevitaw l-immigrazzjoni mmexxija biss minn fatturi ekonomiċi.

45.    Jemmen li l-faqar li jolqot il-persuni li għandhom impjieg jimplika kundizzjonijiet tax-xogħol inġusti, u jitlob li jsiru sforzi sabiex tinbidel din is-sitwazzjoni permezz tar-remunerazzjoni b'mod ġenerali u pagi minimi b'mod partikulari li, kemm jekk dawn ikunu regolati mil-liġi, kemm jekk permezz ta' negozjar kollettiv, għandhom jippermettu l-iżgurar ta' livell ta' għajxien deċenti:

46.    Jinnota li impjieg mhuwiex biżżejjed biex dak li jkun joħroġ mill-faqar minħabba li huma meħtieġa azzjonijiet oħra sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu tal-ħaddiema fqar u jiġi żgurat l-aċċess għal impjieg sostenibbli u ta' kwalità;

47.    Jitlob lill-Istati Membri jippromwovu l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza fil-pagi u jagħtu iktar attenzjoni għall-kwistjoni tal-adegwatezza tal-pensjonijiet tan-nisa;

48.    Jirrakkomanda tassazzjoni adegwata tar-renumerazzjonijiet għoljin ħafna sabiex jingħata kontribut għall-finanzjament tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali u tad-dħul minimu u biex jitnaqqsu d-differenzi fid-dħul;

l-persuni b'diżabbiltà

49.    Jirrakkomanda lill-Istati Membri l-implimentazzjoni ta' miżuri ġodda intiżi għall-integrazzjoni ta' gruppi vulnerabblu u soċjalment esklużi, b'mod partikolari l-persuni b'diżabbiltà, fl-impriżi inklużi fl-impriżi tal-ekonomija soċjali u s-servizzi pubbliċi, sabiex tiġi promossa l-inklużjoni b'mod partikolari fir-reġjuni ekonomikament aktar dgħajfa u soċjlament aktar vulnerabbli, jew l-iżvilupp ulterjuri tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, bħad-Direttiva dwar l-Impjieg tal-2000; jirrakkomanda lill-Istati Membri biex jiżguraw li huma jipparteċipaw fl-edukazzjoni mindu jkunu żgħar ħafna billi jitneħħew l-ostakoli eżistenti u tingħatahom l-għajnuna; jirrakkomanda lill-Istati Membri biex jippromwovu ambjent aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u t-talba tagħhom li tingħata attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni tal-edukazzjoni u tal-kura fit-tfulija sabiex tiġi evitata l-esklużjoni definittiva u mingħajr tama ta' integrazzjoni mill-ġdid tat-tfal li jgħixu b'diżabilità sa minn twelidhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-iskambju tal-aħjar prattiki billi jimplimentaw il-miżuri b'diversi aspetti tal-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol; jirrakkomanda lill-Istati Membri biex jiggarantixxu lill-anzjani u dawk b'diżabilità l-aċċess għas-servizzi soċjali u ta' saħħa;

Is-sessi

50.    Jikkritika b'qawwa l-fatt li l-aspett relatat mal-ġeneru tal-faqar u l-esklużjoni soċjali hu kompletament injorat fil-Pjattaforma Ewropea tal-Kummissjoni kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali;

51.    Jisħaq fuq il-fatt li n-nisa fl-inħawi rurali ta' spiss mhumiex meqjusa bħala parti mill-forza tax-xogħol għalkemm il-kontribut tagħhom għall-ħidma agrikola ta' kuljum hu importanti daqs il-kontribut tal-irġiel, li jwassal biex jiġu esklużi soċjalment mid-drittijiet tagħhom bħala impjegati u huma vulnerabbli għall-faqar;

52.    Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jinkorporaw perspettiva speċifika għall-ġeneru bħala komponent kruċjali tal-politiki komuni u l-programmi nazzjonali kollha sabiex jeqirdu l-faqar u jiġġieldu l-esklużjoni soċjali; hu tal-opinjoni, barra minn hekk, li l-Istati Membri għandhom iqisu d-dimensjoni tal-ġeneri fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru mir-riċessjoni;

53.    Jinnota, fid-dawl tal-importanza tal-politiki tal-protezzjoni soċjali fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, li huwa importanti li jkun hemm benefiċċji soċjali effikaċi u suffiċjenti biex jingħata appoġġ lill-gruppi soċjali vulnerabbli (bħal pereżempju l-persuni b'diżabilità, il-familji b'ġenitur wieħed, il-persuni qiegħda, eċċ.) iżda wkoll lil kategoriji speċifiċi tal-popolazzjoni (bħal pereżempju l-familji kbar);

54.    Jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-protezzjoni mogħtija lill-impjegati li ma jkunux jistgħu jwettqu xogħolhom wara xi mard, inċident fuq il-post tax-xogħol jew mard okkupazzjonali, biex b'hekk jiġi evitat li dawn tal-aħħar jispiċċaw f'sitwazzjoni ta' inċertezza finanzjarja; jixtieq, għaldaqstant, li l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali jissaħħu sabiex l-obbligu ta' tfittxija ta' impjiegi ġdid ikun prekondizzjoni ta' kull kuntratt tax-xogħol li jiġi terminat;

55.    Jitlob biex il-Pjattaforma tikkontribwixxi għad-definizzjoni ta' stejtus speċifiku tal-ħaddiem b'diżabilità, li jiżguralu impjieg fit-tul;

56.    Jistieden lill-Istati Membri, fil-kuntest tat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni fix-xogħol, b'mod partikolari tan-nisa, biex isaħħu, permezz tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja ma' dik professjonali, l-aċċess għall-istrutturi ta' protezzjoni li jkunu ta' kwalità tajba u affordabbli mill-perspettiva finanzjarja, peress li parti sinifikanti taċ-ċittadini tal-Unjoni ma jagħmlux parti mis-suq tax-xogħol għax jieħdu ħsieb membru tal-familja tagħhom, u b'riżultat ta' dan jiżdied ir-riskju għalihom li jispiċċaw f'sitwazzjoni ta' faqar;

L-użu tal-fondi

57.    Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi vvalutat, sa fejn hu possibbli, l-effikaċja, l-impatt, il-koordinament u l-aħjar valur għall-flus tal-fondi Ewropej, b'mod partikolari tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), fir-ridward tal-ksib tal-objettiv ta' tnaqqis tal-faqar, anki jekk dawk mhuwiex l-objettiv primarju tagħhom billi jitnaqqsu d-diskrepanzi ekonomiċi, l-iżbilanċi tal-prosperità u d-differenzi fil-livelli tal-istandard tal-ħajja fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk billi tiġi promossa l-koeżjoni ekonomika u soċjali; iqis li għandha tingħata prijorità lill-proġetti li jinkludu objettivi u strateġiji ta' impjiegi iżda wkoll b'approċċi integrati ta' inklużjoni attiva, bħal pereżempju, proġetti intiżi biex isaħħu s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet fil-livelli reġjonali u lokali jew li jikkontribwixxu speċifikament għall-ugwaljanza tas-sessi u għall-inklużjoni attiva tal-gruppi vulnerabbli; jenfasizza l-importanza ta' miżuri effettivi ta' solidarjetà, inklużi dawk ta' tisħiħ, ta' antiċipazzjoni tat-trasferimenti u ta' tnaqqis min-naħa tal-Istati Membri fil-konfinanzjament tal-fondi baġitarji, sabiex jinħolqu impjiegi deċenti, jingħata appoġġ lis-setturi produttivi, titkompla il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u jiġu evitati kull dipendenza ġdida; jenfasizza l-importanza tal-appoġġ tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, għall-aċċess għal impjieg ta' kwalità u n-nondiskriminazzjoni, billi jiġi garantit dħul xieraq u billi jiġi promoss l-aċċess għal servizzi ta' kwalità;

58.    Jenfasizza r-rwol kruċjali mwettaq mill-politika ta' koeżjoni u mill-fondi strutturali fil-promozzjoni tal-impjieg u tal-esklużjoni soċjali u fil-ġlieda kontra l-faqar f'żoni urbani, fejn tgħix il-maġġoranza tal-persuni żvantaġġjati, kif ukoll f'żoni rurali; jenfasizza l-kontribut ewlieni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) fil-prevenzjoni tal-faqar fost il-ħaddiema milquta mill-kriżi u tal-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Progress fl-appoġġ tal-intraprenditorija; jitlob li tinżamm il-funzjoni partikolari ta' kull fond fi ħdan il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss (MFF);

59.    Jenfasizza l-fatt li l-Fond Soċjali Ewropew jibqa' l-istrument ewlieni mmirat speċifikament għall-inklużjoni soċjali u jqis li dan għandu jissaħħaħ sabiex tingħata risposta adegwata lill-objettivi ambizzjużi stabbiliti fl-istrateġija UE2020 u fil-pjattaforma kontra l-faqar;

60.    Iqis li l-istrumenti, bħall-istrument ta' mikrofinanzjament Progress u l-programm Grundtvig, għandhom rwol importanti fil-prevenzjoni tal-faqar u tal-esklużjoni sċojali u jqis li għandhom jiġu żviluppati fuq il-bażi ta' analiżi fid-dettall.

61.    Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tidentifika l-oqsma ta' prijorità għall-infiq tal-Unjoni Ewropea sabiex il-finanzjament jkun jista' jiġi mmirat b'mod aktar effettiv lejn il-mikroreġjuni u/jew il-viċinati fejn l-abitanti jintlaqtu aktar mill-faqar u l-esklużjoni soċjali;

62.    Iqis li l-azzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li jippermetti li tingħata għajnuna speċifika u individwalizzata lill-ħaddiema li tilfu xogħolhom minħabba l-kriżi jew il-globalizzazzjoni, għandha tkun waħda dejjiema li tmur lil hinn mill-2013 u li l-finanzjament ta' dan il-Fond għandu jiġi żgurat għalkollox fil-baġit Ewropew, kemm f'termini ta' impenji kif ukoll f'termini ta' ħlasijiet.

Governanza ekonomika/Semestru Ewropew

63.    Jistieden lill-Istati Membri jippreżentaw programmi nazzjonali ta' riforma konsistenti mal-objettiv tal-Pjattaforma u mal-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-iżvilupp soċjali u sostenibbli, u jappoġġa l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li l-faqar huwa "intollerabbli għall-Ewropa tas-seklu XXI", ma jiddubitawx mis-sistemi ta' indiċjar tal-pagi u tal-ftehimiet kollettivi globali, u ma jirristrinġux, b'mod irrazzjonali u mhux iġġustifikat, il-kapaċità ta' investiment u ta' nfiq soċjali tagħhom fil-kuntest tal-governanza ekonomika, filwaqt li jiggarantixxu s-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi u l-ħolqien ta' impjiegi mħallsa sew, fid-dawl tal-fatt li t-tnaqqis tal-faqar jeħtieġ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv; jitlob kjarifika dwar l-istejtus tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għall-inklużjoni soċjali u, b'mod partikolari, dwar il-kwistjoni tal-integrazzjoni tagħhom fil-programmi nazzjonali ta' riforma fl-ambitu tal-istrateġija tal-Ewropa 2020; jistieden lill-Kummissjoni tfassal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi sabiex jinkiseb l-objettiv tat-tnaqqis tal-faqar, speċjalment fil-każ ta' falliment, fid-dawl tal-fatt li t-tnaqqis tal-faqar jeħtieġ sforz ikbar u l-mobilizzazzjoni tal-partijiet kollha u tal-mezzi kollha biex il-faqar u l-faqar kbir jonqsu b'mod sinifikanti fit-terminu medju u biex jintlaħaq livell baxx u saħansitra jinqered il-faqar sa mhux aktar tard mill-2020; jipproponi li l-Kummissjoni tfassal, fil-livell Ewropew, linji gwida intiżi għall-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet territorjali u l-partijiet interessati l-oħra jipparteċipaw b'mod effettiv fit-tħejjija tal-programmi nazzjonali ta' riforma jinnota li l-“patti territorjali” jikkostitwixxu potenzjalment il-mekkaniżmu l-aktar komplet u koerenti ta' sħubija tal-awtoritajiet territorjali f'dan il-proċess, bħalma jipproponi l-ħames rapport dwar il-koeżjoni; iqis li l-objettiv tal-istrateġija tal-UE 2020 li n-numru ta' nies li jinsabu f'riskju ta' faqar jonqos b'20 miljun jista' jintlaħaq biss jekk il-miżuri meħuda jew li se jittieħdu fl-Unjoni ma jkunux ta' detriment għall-impjiegi u l-ħarsien soċjali, b'mod partikolari għall-persuni l-aktar żvantaġġati;

64.    Jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom jimmiraw biex jittrasformaw il-miri fuq it-tnaqqis tal-esklużjoni/tal-faqar soċjali f'miri nazzjonali u reġjonali ambizzjużi u għandhom jinkludu mira speċifika dwar il-faqar tat-tfal u strateġiji speċifiċi li jieħdu approċċ multidimensjonali għall-faqar tat-tfal u l-familji;

65.    Jitlob li l-NGOs u l-assoċjazzjonijiet iż-żgħar jiġu appoġġjati fil-ġlieda tagħhom favur id-drittijiet fundamentali sabiex jissaħħaħ l-investiment uman meħtieġ, tiġi permessa l-parteċipazzjoni tal-persuni li jinsabu f'sitwazzjoni ta' faqar u jiġu infurmati aħjar fir-rigward tal-aċċess tagħhom għad-drittijiet u għall-ġustizzja;

66.    Jilqa' l-proposta dwar għotjiet globali li jistgħu jgħinu numru ta' NGOs u assoċjazzjonijiet f'xoħlhom biex jiġġieldu kontra l-faqar;

67.    Iħeġġeġ l-Istati Membri jaċċettaw u jadottaw kemm jista' jkun malajr il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426); jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġa l-isforzi biex jingħelbu d-diffikultajiet tekniċi fil-Kunsill sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq ftehim malajr, u ssolvi n-nuqqasijiet eżistenti fil-leġiżlazzjoni li s'issa għadha ma tkoprix l-aspetti rilevanti kollha, sabiex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni soċjali;

68.    Jissuġġerixxi li l-azzjonijiet proposti fil-Pjattaforma jridu jirrikonoxxu l-konsegwenzi tad-diskriminazzjoni multipla u jintroduċu miżuri orjentati lejn politiki kif previst attwalment, pereżempju, fil-leġiżlazzjoni Spanjola u Rumena u, b'mod partikolari, il-kunċett tal-integrazzjoni tal-kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi għandu jiġi żviluppat bħala reazzjoni għad-diskriminazzjoni multipla;

69.    Jitlob l-istabbiliment ta' pagi ugwali bejn l-irġiel u n-nisa u t-trattament ugwali bejn il-ħaddiema tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi;

70.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkonsulta dwar liema hu l-aqwa mod biex tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni negattiva bbażata fuq l-oriġini soċjali;

L-ekonomija soċjali

71.    Jilqa' r-rieda tal-Kummissjoni li tieħu aktar kont, peremzz ta' diversi inizjattivi, ir-rwol tal-atturi tal-ekonomija soċjali – hekk kif definiti fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-19 ta' Frar 2009 fuq l-ekonomija soċjali – b'mod partikolari bl-impenn tagħha biex tikkjarifika l-kuntest ġuridiku applikabbli għall-impriżi tal-ekonomija soċjali (għall-impriżi mutwi, il-fondazzjonijiet u l-kooperattivi) sabiex ma jkunx hemm aktar ostakoli u jkunu jistgħu jikkontribwixxu bis-sħiħ u fiċ-ċertezza legali għat-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, billi jipproponu rispons innovattiv u sostenibbli għall-bżonnijiet taċ-ċittadini, filwaqt li jiġi enfasizzat li l-ekonomija soċjali mhijiex limitata għal dan il-qasam ta' attivitajiet biss; jinsab imħasseb, madankollu, dwar in-nuqqas ta' referenza għall-istatut tal-assoċjazzjoni Ewropea filwaqt li s-settur tal-assoċjazzjonijiet huwa attur ewlieni fil-ġlieda kontra l-faqar; jenfasizza, madankollu, li l-miżuri fir-rigward tal-ekonomija soċjali, b'mod partikolari l-assoċjazzjonijiet u l-impriżi mutwi, liema miżuri qed jiġu proposti attwalment, mhumiex fl-istess livell tal-kontribut tagħha għall-politika tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u għall-ekonomija Ewropea u l-mudell soċjali Ewropew u, b'mod ġenerali, mhumiex fl-istess livell tar-rispons tagħha għall-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u soċjali; jenfasizza, b'mod partikolari, it-talbiet u l-aspettattivi tiegħu fil-qasam tar-rikonoxximent tas-servizzi soċjali ta' interessi ġenerali (SSIĠ) kif affermati mill-ġdid fil-kuntest tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-futur tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali adottata fil-5 ta' Ġunju 2011 (A7-0239/2011); jieħu nota tal-proposti għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi u tal-għajnuna tal-Istat u jfakkar it-talba tiegħu biex jiġu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-missjonijiet mogħtija lill-SSIĠ u l-mod ta' kif jiġu organizzati; jappoġġa l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u l-proviżjon ta' għajnuna individwalizzata għat-tfittxija ta' impjiegi permezz tal-impriżi ta' integrazzjoni u l-impriżi tal-ekonomija soċjali għall-għarfien espert tagħhom fil-qasam tal-integrazzjoni soċjoprofessjonali tal-gruppi żvantaġġati; itenni t-talba tiegħu ta' inizjattivi leġiżlattivi settorjali fuq il-kwalità u l-aċċessibilità tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali, b'mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, it-trasport pubbliku, l-enerġija, l-ilma u l-komunikazzjoni;

72.    Jenfasizza l-importanza tas-servizzi soċjali, tas-saħħa, tal-kura u tal-edukazzjoni fit-tnaqqis tad-diskrepanzi tal-ħiliet, fil-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali tal-persuni u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; ifakkar il-potenzjal tagħhom biex joħolqu impjiegi ġodda u jitlob investiment b'saħħtu u sostenibbli kif ukoll żvilupp ta' dawn is-servizzi u l-infrastrutturi essenzjali; jistenna bil-ħerqa l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni biex tiġi indirizzata n-nuqqas fil-provvista tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa;

73.    Jtitlob direttiva ta' qafas dwar il-kwalità u l-aċċessibilità tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali, b'mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, it-trasport pubbliku, l-enerġija, l-ilma u l-komunikazzjoni;

74.    Jitlob appoġġ b'saħħtu biex jiġu żgurati l-kwalità u l-aċċessibilità tas-servizzi soċjali, speċjalment fis-saħħa, fil-kura fuq żmien twil, fl-edukazzjoni, it-trasport, l-enerġija, l-ilma u l-komunikazzjoni;

L-akkomodazzjoni

75.    Jirrakkomanda politika proattiva fil-qasam tal-akkomodazzjoni deċenti sabiex jiġi żgurat aċċess universali għal akkomodazzjoni ta' kwalità, li jiggarantixxi l-aċċess għas-servizzi essenzjali mill-aspett tas-saħħa u tas-sigurtà, bi prezz li jista' jintlaħaq jew bi prezz ta' xiri preferenzjali, u sabiex jiġi evitat it-telf tiegħu, billi n-nuqqas tiegħu huwa theddida serja għad-dinjità, kif ukoll politika proattiva fil-qasam tal-enerġija, billi jissaħħaħ l-użu ta' enerġijarinnovabbli u tiġi promossa l-effiċjenza fl-enerġija għall-ġlieda kontra l-prekarjetà tal-enerġija; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari, fil-qasam tal-akkomodazzjoni, lill-migranti, li huma ta' spiss sfruttati u sfurzati jgħixu f'bini li ma jixraqx għall-abitazzjoni; ifakkar l-eżistenza tal-Protokoll 26 tat-Trattat ta' Lisbona fil-qasam tad-djar soċjali u jitlob ir-rispett tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fih, b'mod partikolari fil-qasam tal-libertà tal-Istati Membri biex jorganizzawhom, inkluża l-kwistjoni tal-finanzjament; jinkoraġġixxi l-Istati Membri jimplimentaw programmi speċjali tal-akkomodazzjoni u opportunitajiet għal persuni bla dar, sabiex jiġu żgurati l-aktar standards tal-għajxien bażiċi għal dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà;

76.    Jirrakkomanda lill-Istati Membri biex jiżviluppaw l-offerta tad-djar soċjali u djar ta' emerġenza biex jiġi żgurat l-aċċess għal kulħadd u, b'mod partikolari għall-aktar persuni fqar, għal akkomodazzjoni deċenti bi prezz għal but ta' kulħadd; iqis li jiswa ħafna aktar flus lis-soċjetà u lill-awtoritajiet biex isibu akkomodazzjoni ġdida lill-persuni li tkeċċew minn darhom milli biex imantnuhom; jirrakkomanda, għaldaqstant, l-implimentazzjoni tal-politiki ta' prevenzjoni tat-tkeċċijiet mid-djar, b'mod partikolari billi l-awtorità pubblika tieħu ħsieb il-kera u l-ħlasijiet tal-kera b'lura ta' persuni mhedda li jitkeċċew minn darhom;

77.    Ifakkar ir-rabta bejn l-għajxien f'viċinati żvantaġġati, li żżid il-faqar u l-esklużjoni soċjali u ż-żieda fil-problemi tas-saħħa; iqis għalhekk l-interventi Ewropej fil-viċinati żvantaġġati bħala mod effikaċi biex tiġi miġġielda l-esklużjoni u titnaqqas in-nefqa tas-saħħa u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea issaħħaħ dawk l-interventi fil-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni li jmiss u programmi oħra tal-Unjoni Ewropea;

78.    Jitlob iż-żieda fil-baġit tal-FEŻR biex jiġu ffinanzjati l-miżuri ta' titjib fl-effikaċja tal-enerġija fid-djar soċjali sabiex tiġi miġġielda l-prekarjetà tal-enerġija;

79.    Jenfasizza l-isforzi kbar li għandhom jagħmlu l-Unjoni u l-Istati Membri biex inaqqsu l-prezz tal-enerġija fil-partiti tal-baġit tad-djar, fil-każ tal-UE billi tiżgura forniment sigur biex tipproteġi lilha nnifisha mill-varjazzjonijiet kbar fil-prezzijiet tas-suq tal-enerġija, u fil-każ tal-Istati Membri billi jsaħħu l-politiki ta' għajnuna tagħhom għall-effikaċja fl-enerġija fid-djar;

Ir-Roma

80.    Jitlob li r-Roma, u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom u jaħdmu magħhom, ikunu involuti b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma sal-2020, sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-mira tal-faqar tal-Unjoni; jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jimplimentaw, mill-aktar fis possibbli, l-istrateġija Ewropea għall-inklużjoni tar-Roma u jitlob lill-Istati Membri biex jipproponu, sa tmiem din is-sena, il-miżuri tagħhom għall-inklużjoni tar-Roma f'konformità mal-qafas Ewropew ta' koordinazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-inklużjoni tar-Roma, ippreżentat mill-Kummissjoni f'April 2011; jenfasizza li l-inklużjoni u l-integrazzjoni tar-Roma se jkunu jeħtieġu, l-istess bħall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, sforz ikbar biex, sal-2020, dawn jiġu inklużi għalkollox u jintemmu d-diversi tipi ta' diskriminazzjoni li tagħhom jisfaw vittmi; jitlob li l-komunitajiet marġinalizzati l-oħra bħall-immigranti jkunu involuti fil-politiki kollha tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-inklużjoni soċjali tagħhom;

81.    Jenfasizza l-importanza tas-servizzi soċjali, tas-saħħa, tal-kura u tal-edukazzjoni fit-tnaqqis tad-diskrepanzi tal-ħiliet, fil-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali tal-persuni u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; ifakkar il-potenzjal tagħhom biex joħolqu impjiegi ġodda u jitlob investiment b'saħħtu u sostenibbli kif ukoll l-iżvilupp ta' dawn is-servizzi u l-infrastrutturi essenzjali; qed jistenna bil-ħerqa l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' ħaddiema fis-settur tas-saħħa;

82.    Jitlob li l-interessi tal-popolazzjoni b'diżabilità jiġu kkunsidrati waqt il-programmazzjoni, l-użu u l-monitoraġġ tal-finanzjamenti Komunitarji, b'mod partikolari fil-qasam tal-promozzjoni tal-edukazzjoni, it-taħriġ, l-impjieg u l-awtonomija (it-trasport u l-komunikazzjoni);

It-tfal

83.    Jitlob li l-ġdieda kontra l-faqar tat-tfal tkun ikkonċentrata fuq il-prevenzjoni billi jiġi żgurat l-aċċess ugwali għas-servizzi ta' edukazzjoni u għal ċ-ċentri tal-ewwel snin ta' kwalità tajba, sabiex jiġi evitat li jibdew il-ħajja tal-iskola b'diversi żvantaġġi, u għal faċilitajiet oħra intiżi għat-tfal (ċentrei ta' attività waqt il-perjodu skolari u waqt il-perjodu tal-vakanzi eż. attivitajiet barra l-kurrikulu, kulturali, sportivi, eċċ. servizzi ta' kura matul il-jum), filwaqt li tiġi żgurata li n-netwerk ta' dawn is-servizzi u ċ-ċentri tkopri t-territorji kollha b'mod adegwat u jitlob appoġġ finanzjarju għas-servizzi li taw riżultati pożittivi kif ukoll integrazzjoni sistematika tal-politiki ta' appoġġ għall-familji fqar fl-oqsma rilevanti kollha ta' attività, billi jkun hemm approċċ univerali flimkien ma' miżuri mmirati għall-familji l-aktar vulnerabbli, b'mod partikolari l-familji ta' tfal b'diżabilità, il-familji b'ġenitur wieħed u l-familji l-kbar; jitlob li r-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal jingħataw attenzjoni partikolari fil-programmi tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, biex jiġi evitat li t-tfal jitqiegħdu fi stabbilimenti ta' kura jew arranġamenti simili b'konsegwenza tal-faqar kbir;

84.    Jenfasizza li t-tfal u ż-żgħażagħ kollha għandhom dritt għall-edukazzjoni skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, inklużi tfal u żgħażagħ li ma għandhomx permess ta' residenza fil-pajjiżi fejn jirrisjedu;

85.    Ifakkar li eluf ta' tfal jinfirdu minn mal-ġenituri tagħhom minħabba l-kundizzjonijiet ta' għajxien tagħhom (nuqqas ta' akkomodazzjoni) jew minħabba li l-ġenituri tagħhom, li jkunu jinsabu f'sitwazzjoni ta' faqar kbir (materjali, soċjali u kulturali), ma jkunux ngħataw l-appoġġ meħtieġ biex jerfgħu r-responsabilitajiet tagħhom ta' ġenituri;

86.    Jitlob li tingħata attenzjoni speċjali għall-futur taż-żgħażagħ u jitlob strateġija ċara biex jiġi promoss l-aċċess taż-żgħażagħ għal impjiegi inizjali deċenti skont il-livell ta' taħriġ tagħhom;

87.    Jinnota li l-ġlieda kontra l-faqar tinvolvi approċċ globali u monitoraġġ li jinkludu s-setturi kollha tal-politika; ifakkar, barra minn hekk, li huwa partikolarment importanti li jissaħħu l-azzjonijiet meħuda fil-livell kemm Ewropew kif ukoll nazzjonali fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fenomenu inkwistjoni;

88.    Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat approċċ aktar komplet għall-problema tal-faqar tat-tfal, filwaqt li jenfasizza fl-istess ħin ir-riżultati li nkisbu s'issa fl-istabbiliment tal-“prinċipji komuni”, kif indikat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Impjieg tas-6 ta' Diċembru 2010, li jitolbu li tingħata prijorità lill-ġlieda kontra l-faqar tat-tfal;

89.    Iħeġġeġ ir-rieda tal-Kummissjoni li tippreżenta rakkomandazzjoni dwar il-faqar tat-tfal matul is-sena 2012;

90.    Jappoġġja l-Konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO ta' Ġunju li jappoġġjaw strateġija integrata biex jiġi evitat il-faqar tat-tfal u promoss il-benessri tat-tfal, iffokata fuq dħul adegwat tal-familja, aċċess għas-servizzi, inkluż it-tagħlim bikri u l-kura tat-tfal u l-parteċipazzjoni tat-tfal; jitlob pjan direzzjonali dettaljat għall-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni proposta fl-2012;

91.    Jenfasizza l-importanza tal-fondi strutturali, b'mod partikolari il-Fond Soċjali Ewropew bħala strument ewlieni biex jgħin lill-Istati Membri jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jitlob lill-Istati Membri għal aktar azzjonijiet kofinanzjati biex jiġu appoġġjati s-servizzi bħall-faċilitajiet tal-kura tat-tfal, tal-anzjani u tal-persuni dipendenti;

92.    Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-politiki ta' awsterità miftehma mal-Istati Membri ma jimpedixxux jew ma jqiegħdux inkwistjoni l-kisba tal-miri UE 2020 tal-ħruġ ta' 20 miljun persuna mill-faqar;

93.    Jistieden biex niġġieldu kontra ċ-ċirku vizzjuż tal-faqar biex tiġi evitata t-tkomplija tal-faqar tul il-ġenerazzjonijiet;

94.    Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-valur veru tar-rwol tal-artisti fl-integrità soċjali u fil-ġlieda kontra l-faqar, b'mod partikolari billi jippromwovu l-ambjent tax-xogħol u l-istejtus tagħhom.

Id-dħul minimu

95.    Jixtieq li l-Kummissjoni, b'konformità sħiħa mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, tniedi konsultazzjoni dwar il-possibilità ta' inizjattiva leġiżlattiva fuq id-dħul minimu adegwat li jippermetti l-iżvilupp ekonomiku, jipprevjeni l-faqar u jipprovdi bażi sabiex persuna tkun tista' tgħix b'mod dinjituż, tipparteċipa bis-sħiħ u mingħajr restrizzjoni fis-soċjetà u tipproċedi għal impjieg jew taħriġ, u li jkollu rwol ta' stabbilizzazzjoni awtomatika għall-ekonomija, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prattiki differenti, il-ftehim kollettivi jew il-liġi fl-Istati Membri differenti, filwaqt li d-definizzjoni ta' dħul minimu tibqa' fid-diskrezzjoni ta' kull Stat Membru; jixtieq li l-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki fuq il-livelli ta' dħul minimu u jinkoraġġixxi l-Istati Membri jiżviluppaw skemi ta' dħul minimu bbażati fuq tal-anqas 60% tad-dħul medjan ta' kull Stat Memrbru;

Benefiċċji mhux kklejmjati

96.    Ifakkar li skont l-OECD 20 sa 40% tal-benefiċċji ma jiġux ikklejmjati; jistieden lill-Istati Membri jevalwaw is-sistemi ta' appoġġ tagħhom għad-dħul u ta' allokazzjonijiet soċjali biex jiġi evitat il-faqar moħbi, billi tiżdied it-traspraenza, jiġu infurmati l-benefiċjarji b'mod aktar effikaċi dwar id-drittijiet tagħhom, jiġu stabbiliti servizzi ta' konsulenza aktar effikaċi, jiġu ssemplifikati l-proċeduri u jiġu stabbiliti miżuri u politiki intiżi sabiex jiġġieldu l-istigmatizzazzjoni u d-diskriminazzjoni assoċjati mal-benefiċjarji tad-dħul minimu;

97.    Jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ, taħriġ u servizzi ta' assistenza temporanja adegwati lil dawk li jieħdu ħsieb il-familja sabiex l-anzjani u dawk li għandhom bżonn il-kura jibqgħu f'darhom u fil-komunitajiet tagħhom sakemm ikunu jixtiequ jagħmlu dan;

98.    Jitlob lill-Kummissjoni tevalwa b'liema mod is-sitwazzjonijiet ta' dejn kbir qed jikkontribwixxu għall-fenomenu tal-faqar, u tippromwovi l-iskambju ta' prattiki dwar il-metodi użati sabiex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet ta' dejn kbir fi ħdan il-Pjattaforma;

Anzjani - lif għal min jipprovdi l-kura

99.    Iqis li l-programmi ta' kura tal-anzjani, inkluża l-kura fid-dar, għandhom jiġu żviluppati u riveduti fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi evitat li huma jsiru esklużi jew fqar u jżied li l-kura tal-persuni anzjani mill-familja tagħhom stess għandha wkoll tiġi inkoraġġita finanzjarjament jekk ikun possibbli, skont l-objettiv tal-promozzjoni ta' soċjetà sostenibbli, bl-għan li jissaħħaħ b'mod partikolari l-appoġġ għat-tixjiħ attiv u għas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, li tiġi inkoraġġita l-aċċessibilità u s-solidarjetà u titjib il-kwalità tal-kura fit-tul; jitlob lill-Kummissjoni tevalwa jekk direttiva dwar lif għal min jipprovdi l-kura tistax tikkontribwixxi għal dan;

100.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel biżżejjed enfasi fuq l-iżvilupp tal-innovazzjoni soċjali, fuq il-promozzjoni tal-politika soċjali bbażata fuq il-fatti, kif ukoll fuq l-implimentazzjoni aktar bil-ħsieb tal-valutazzjonijiet tal-impatt bl-għan li jingħata valur miżjud reali u li jiġu proposti soluzzjonijiet innovattivi sostenibbli, f'konformità mat-tendenzi demografiċi;

101.  Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati proposti ta' politika fil-livell tal-Istat Membru sabiex jiġu indirizzati l-problemi assoċjati mal-faqar u l-esklużjoni, bħan-nies bla dar, id-dipendenza fuq id-droga u l-alkoħol; jitlob skambju aktar effettiv tal-aħjar prattiki f'dawn l-oqsma bejn l-Istati Membri;

102.  Jenfasizza l-importanza li jiġu proposti miżuri fir-rigward tas-simplifikazzjoni tal-aċċess tal-entitajiet li joperaw fis-settur tal-volontarjat għall-finanzjament Ewropew;

103.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra r-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-Green Paper dwar il-futur tal-pensjonijiet fl-Ewropa;

104.  Jirrakkomanda lill-Istati Membri jistabbilixxu pensjoni minima xierqa li tippermetti lill-anzjani jgħixu b'dinjità;

105.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal għadd ta' linji gwida u prinċipji qafas bil-ħsieb li jiġu żgurati arranġamenti għal pensjonijiet xierqa u sostenibbli, sabiex ir-riskju ta' faqar li jaffaċċjaw in-nisa bħala riżultat ta' impjiegi prekarji u sporadiċi u rimunerazzjoni baxxa jiġi miġġieled b'mod effikaċi; jinnota li hemm bżonn li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi soċjali jkunu jistgħu aktar adattati għaċ-ċirkustanzi tal-individwi u tal-familji filwaqt li jissaħħaħ il-valur marbut mal-maternità u l-għoti ta' kura;

106.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

  • [1]  ĠU C 303, 14.12.2007, p.1.
  • [2]  ĠU L 180, 19.07.2000, p. 22.
  • [3]  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
  • [4]  ĠU L 298, 7.11.2008, p.20.
  • [5]  Il-Kunsill tal-UE, stqarrija stampa 10560/10 (Stqarrija 156), it-3019 sessjoni tal-Kunsill "Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur", Lussemburgu, is-7 u t-8 ta’ Ġunju 2010.
  • [6]  Il-Kunsill tal-UE, it-3053 sessjoni tal-Kunsill "Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur", Brussell, is-6 ta' Diċembru 2010,
  • [7]  Il-Kunsill tal-UE, stqarrija stampa 7360/11 (Stqarrija 52), it-3073 laqgħa tal-Kunsill "Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur", Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.
  • [8]  Opinjoni tal-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali lill-Kunsill, Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 6491/11, SOC 124, il-15 ta' Frar 2011.
  • [9]  Rapport tal-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali lill-Kunsill, il-Kunsill tal-UE, ADD 1 SOC 135 ECOFIN 76 SAN 30, tat-18 ta' Frar 2011.
  • [10]  Opinjoni tal-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali lill-Kunsill, Kunsill tal-UE , 9960/10, SOC 357, SAN 122, 20 ta' Marzu 2011.
  • [11]  CdR 402/2010 final, http://toad.cor.europa.eu/corwipdetail.aspx?folderpath=ECOS-V/012&id=20923.
  • [12]  CESE, 1000/2011-SOC/405, il-15 ta' Ġunju 2011.
  • [13]  ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11.
  • [14]  GU C 87E, 11.4.2002, p. 253.
  • [15]  GU C 9E, 15.1.2010, p. 11.
  • [16]  ĠU C 292E, 5.8.2010, p. 23
  • [17]  ĠU C 76 E, 28.9.2010, p. 16.
  • [18]  Testi adottati, P7_TA(2010)0223.
  • [19]  Testi adottati, P7_TA(2010)0191.
  • [20]  Testi adottati, P7_TA(2010)0262.
  • [21]  Testi adottati, P7_TA(2010)0309.
  • [22]  Testi adottati, P7_TA(2010)0376.
  • [23]  Testi adottati, P7_TA(2010)0375.
  • [24]  Testi adottati, P7_TA(2011)0058.
  • [25]  Testi adottati, P7_TA(2011)0086.
  • [26]  Testi adottati, P7_TA(2010)0306.
  • [27]  Testi adottati, P7_TA(2011)0338.
  • [28]  Testi adottati, P7_TA(2011)0092.
  • [29]  Testi adottati, P7_TA-PROV(2011)0383.
  • [30]  Testi adottati, P7_TA(2011)0000. (Rapport A7-0263/2011 previst għall-adozzjoni f'Ottubru II)
  • [31]  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2011, Brussell.
  • [32]  P7_TA(2010)0231.
  • [33]  P7_TA(2011)0319.
  • [34]  P7_TA(2010)0365
  • [35]  Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (COM(2010) 758 finali
  • [36]  1 EUROSTAT (2009), Rapport SPC: SPC Valutazzjoni tad-dimensjoni soċjali tal-Istrateġija Ewropa 2020 (10 Feb 2011)
  • [37]  1 CSDH (2008). Neliminaw id-differenzi ta’ ġenerazzjoni: l-ugwaljanza fis-saħħa permezz ta’ azzjoni fuq il-fatturi soċjali li jiddeterminaw is-saħħa. Ir-Rapport Finali tal-Kummissjoni dwar il-Fatturi Soċjali li jiddeterminaw is-Saħħa. Ġinevra, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

NOTA SPJEGATTIVA

Għalkemm l-Unjoni Ewropea hija waħda mir-reġjuni l-aktar sinjuri fid-dinja, hemm aktar minn 80 miljun persuna li jinsabu f'riskju ta' faqar, li fosthom hemm 20 miljun tifel u 8% tal-popolazzjoni attiva.

Din is-sitwazzjoni hija inkompatibbli mal-valuri Ewropej ta' ġustizzja u solidarjetà li jinsabu fit-Trattati.

Madankollu, il-faqar u l-esklużjoni soċjali żdiedu dawn l-aħħar snin minkejja l-impenji tal-Unjoni biex tnaqqashom.

Il-kriżi tal-2008 u l-konsegwenzi tagħha komplew iżidu l-problema billi poġġew aktar pressjoni fuq il-gruppi l-aktar vulnerabbli.

Għalkemm il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali taqa' essenzjalment taħt ir-responsabbiltà tal-gvernijiet lnazzjonali, l-Unjoni jista' jkollha madankollu rwol importanti, fil-qasam tal-għarfien dwar is-sitwazzjoni, ta' koordinament u ta' finanzjament.

Sabiex jiġi żgurat tkabbir sostenibbli u inklussiv, huwa essenzjali li jiġu integrati l-kategoriji l-aktar vulnerabbli fi ħdan il-proġett Ewropew peress li t-tnaqqis tal-faqar jikkostitwixxi spinta ta' dan it-tkabbir futur.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċiedew li s-sena 2010 tiġi nominata bħala s-"Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali" sabiex jiġi affermat mill-ġdid u rrinforzat l-impenn politiku inizjali meħud mill-Unjoni Ewropea waqt it-tnedija tal-Istrateġija ta' Liżbona biex jitħalla "impatt deċiżiv fuq l-eradikazzjoni tal-faqar".

Matul din is-sena, il-Parlament adotta b'mod partikolari ir-rapport dwar ir-rwol tad-dħul minimu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni ta' soċjetà inklussiva fl-Ewropa.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea, min-naħa tagħha, ippubblikat fis-16 ta' Diċembru 2010, il-Kommunikazzjoni tagħha dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali.

Din hija waħda mis-seba' inizjattivi ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020. Din il-Pjattaforma se tipprovdi lill-Istati Membri b'"qafas ta' xogħol" li jinvolvi approċċ iddiversifikat sabiex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tal-istrateġija Ewropa 2020 jiġifieri biex 20 miljun ta'

persuni jegħlbu l-faqar minn issa sal-2020.

Bħala parti minn strateġija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva, il-Pjattaforma hija intiża sabiex tippromwovi b'mod partikolari l-innovazzjoni u l-isperimentazzjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar fil-form differenti li dan jista' jkollu, matul l-istadji kollha tal-ħajja, l-użu aħjar tal-fondi Ewropej u t-titjib tal-effettività tal-ħarsien soċjali.

Matul dawn ix-xhur li ġejjin, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-programm nazzjonali ta' riforma lill-Kummissjoni Ewropea billi jinkludu l-mod ta' kif se jiġġieldu l-esklużjoni soċjali u l-faqar. Huma se jirraportaw fuq l-inizjattivi tagħhom fil-kuntest tar-rapporti nazzjonali fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

Peress li l-faqar huwa fenomenu b'diversi aspetti, jeħtieġ reazzjoni integrata li tkun tinvolvi l-livelli differenti tas-setgħat pubbliċi, mill-livell Ewropew sal-livell lokali, bi sħab ma' dawk li qed jaħdmu fuq il-post.

Din hija r-raġuni fundamentali għal dan ir-rapport, li huwa bbażat ħafna fuq l-input tal-atturi kkonċernati, b'mod partikolari fil-livell tal-proposti mressqa minnu sabiex jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tal-pjaga li tikkonsisti fil-faqar u l-esklużjoni soċjali.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (13.7.2011)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali
(2011/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Andrea Cozzolino

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hi mira ewlenija tal-Ewropa 2020 u li konsegwentement tinsab fil-qalba tal-prijoritajiet tal-PE għall-Baġit tal-UE;

2.  Jieħu nota li fl-abbozz ta' baġit għall-2012 għall-inizjattiva ewlenija għal Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar, il-Kummissjoni Ewropea tikkalkula żieda ta' 3.3%, meta mqabbel mas-sena ta' qabel; jitlob lill-Kummissjoni tagħti spjegazzjoni ulterjuri dwar il-kontribut tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għal din l-inizjattiva ewlenija u dwar miżuri speċifiċi li jindirizzaw il-prijoritajiet bħall-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal, in-nisa, l-anzjani u l-ħaddiema migranti u li jipprevjenu t-tluq bikri mill-iskola; f'dan il-kuntest, jiddispjaċih għan-nuqqas ta' kjarifika u s-sovrapożizzjoni tal-istrumenti u l-linji baġitarji differenti li permezz tagħhom għandhom jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020 permezz tal-baġit tal-UE;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura fondi suffiċjenti tal-Baġit tal-UE biex jintlaħqu kemm l-objettivi ambizzjużi tal-inizjattivi ewlenin identifikati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali kif ukoll dawk tal-Istrateġija Ewropa 2020;

4.  Jinsab imħasseb ħafna bl-istqarrija tal-Kummissjoni Ewropea dwar tnaqqis qawwi fl-allokazzjonijiet tal-baġit għall-Programm ta' Tqassim tal-Ikel tal-UE għall-Persuni l-Aktar Żvantaġġjati fil-Komunità (MDP); jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill isibu mezz għat-tkomplija tal-Iskema MDP għas-snin li fadal tal-pjan ta' finanzjament (2012 u 2013) u għall-perjodu l-ġdid ta' finanzjament 2014-2020 fuq bażi legali li ma tistax tiġi kkontestata mill-Qorti tal-Ġustizzja (QTĠ), billi jinżamm il-limitu finanzjarju annwali ta' EUR 500 miljun biex jiġi żgurat li l-persuni dipendenti fuq l-għajnuna f'ikel ma jsofrux minn faqar alimentari;

5.  Jenfasizza r-rwol kruċjali mwettaq mill-politika ta' koeżjoni u mill-fondi strutturali fil-promozzjoni tal-impjieg u tal-esklużjoni soċjali u fil-ġlieda kontra l-faqar f'żoni urbani, fejn tgħix il-maġġoranza tal-persuni żvantaġġjati, kif ukoll f'żoni rurali; jenfasizza l-kontribut ewlieni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) fil-prevenzjoni tal-faqar fost il-ħaddiema milquta mill-kriżi, u tal-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Progress fl-appoġġ tal-intraprenditorija; jitlob li tinżamm il-funzjoni partikolari ta' kull fond fi ħdan il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss (MFF);

6.  Jitlob għal titjib fil-koordinament fost l-istrumenti Ewropej li jitrattaw il-faqar, jappoġġaw l-inklużjoni soċjali u l-impjiegi, kif ukoll li jtejbu l-koordinament bejnhom u r-riżorsi nazzjonali; barra minn hekk, jirrakkomanda s-semplifikazzjoni tar-regoli dwar il-fondi strutturali biex tiġi appoġġjata l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, filwaqt li jiġi żgurat approċċ orjentat lejn ir-riżultati, u jitlob ukoll kriterji ta' effikaċja trasparenti u kwantifikabbli;

7.  Jistieden lill-Istati Membri, wara li jikkonsultaw mas-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati, jistabbilixxu miri nazzjonali li jiddefinixxu l-kontribut tagħhom għal din il-mira tal-Ewropa 2020, biex jipprovdu informazzjoni dwar kif l-inizjattivi proposti jikkumplimentaw l-inizjattivi Ewropej, nazzjonali u lokali, u biex jinformaw lill-Kummissjoni b'mod annwali, fi ħdan il-proċedura tas-Semestru Ewropew, dwar l-ammont eżatt ta' riżorsi li sejrin jallokaw għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

13.7.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Alexander Alvaro, Andrea Cozzolino, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Estelle Grelier, Carl Haglund, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Barbara Matera, Claudio Morganti, Miguel Portas, László Surján, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Frédéric Daerden, Roberto Gualtieri, María Muñiz De Urquiza, Theodor Dumitru Stolojan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriel Mato Adrover

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (25.7.2011)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali
(2011/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Silvia Costa

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jikkonferma li l-edukazzjoni u l-kultura jikkontribwixxu konsiderevolment għat-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali kif ukoll għall-promozzjoni tal-ekwità soċjali u l-eliminazzjoni ta' atteġġjamenti diskriminatorji. iħeġġeġ bil-qawwa, għalhekk, lill-Istati Membri jinvestu b'mod aktar speċifiku fil-Pjanijiet Nazzjonali ta' Riforma (PNR) jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu wkoll edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità aċċessibbli għal kulħadd;

2.  Jistieden lill-Istati Membri biex fost il-prijoritajiet fil-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja imminenti tal-fondi strutturali jżommu l-investiment biex iwessgħu l-ambitu tal-opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ offruti u l-istrateġija ta' sostenn mit-taħriġ għax-xogħol;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu aktar sforz biex inaqqsu l-abbandun kmieni tal-iskola, filwaqt li jagħtu attenzjoni speċjali lit-tfal li ġejjin minn familji soċjalment żvantaġġati jew li għandhom problemi gravi ta' saħħa jew diżabilità, kif ukoll jiġi promoss il-bini ta' pontijiet bejn l-edukazzjoni u x-xogħol u bejn is-sistemi ta' taħriġ, bil-għan li tiġi eliminata l-emarġinazzjoni ekonomika, soċjali jew ta' kwalunkwe xorta oħra;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu l-bażi għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' politiki li jippermettu identifikazzjoni bikrija ta' dawk l-aktar probabbli li jkunu affettwati mill-abbandun kmieni tal-iskola;

5.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw il-programmi ta' tagħlim tul il-ħajja, ta' tagħlim mill-bogħod u ta' taħriġ professjonali u informali, u jiggarantixxu aċċess ugwali għal dawk il-programmi; jistieden ukoll lill-Istati Membri jipprovdu aktar rikonoxximent lill-edukazzjoni mhux formali kif ukoll jaċċeleraw l-implimentazzjoni tal-QEK (Qafas Ewropew tal-Kwalifiki), skont l-inizjattiva emblematika "Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda";

6.  Jinsisti dwar l-importanza tal-edukazzjoni preskolari għall-ġlieda kontra l-faqar. B'mod partikolari, l-edukazzjoni għandha tinkludi l-isport u l-edukazzjoni artistika – inkluż, meta jkun meħtieġ, l-istabbiliment tal-faċilitajiet u tal-istituti meħtieġa – bil-għan li jiġu żviluppati l-ħiliet tat-tfal, tgħinhom meta jiġu biex jieħdu deċiżjonijiet indipendenti u jitrawwem sens ta' responsabilità soċjali, biex jiġi evitat li l-faqar u l-esklużjoni soċjali jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra; jinsisti li aċċess liberu u ugwali għal tali edukazzjoni jkun garantit indipendentement mill-post ta' residenza tat-tfal jew tas-sitwazzjoni finanzjarja jew soċjali tal-familji tagħhom;

7.  Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-valur veru tar-rwol tal-artisti fl-integrità soċjali u fil-ġlieda kontra l-faqar, b'mod partikolari billi jippromwovu l-ambjent tax-xogħol u l-istatus tagħhom.

8.  Jenfasizza li t-tfal u ż-żgħażagħ għandhom dritt għall-edukazzjoni skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, inklużi tfal u żgħażagħ li ma għandhomx permess ta' residenza fil-pajjiżi fejn jirrisjedu;

9.  Jappella biex tiġi sostnuta edukazzjoni interkulturali u multilingwi bil-għan li tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali, tiġi faċilitata l-inklużjoni edukattiva u formattiva tal-komunitajiet żvantaġġati bħar-Rom u titrawwem integrazzjoni tal-minoranzi etniċi u tal-migranti; jitlob korsijiet ta' taħriġ u workshops għall-għalliema, għall-ħaddiema tal-istituti, għall-ħaddiema soċjali u għall-NGOs attivi f'dan il-qasam sabiex ikunu sensibilizzati u biex jikkonċentraw l-attenzjoni f'xogħolhom fuq l-eliminazzjoni tal-esklużjoni u/jew tal-emarġinazzjoni;

10. Jappella, b'mod partikolari, għal miżuri mmirati għall-integrazzjoni kulturali u dik lingwistika fil-pajjiż ospitanti sabiex tingħeleb l-esklużjoni soċjali;

11. Jistieden lill-Istati Membri biex it-tgawdija tal-patrimonju kulturali jagħmluha aċċessibbli għas-setturi kollha tas-soċjetà u jevitaw li jnaqqsu r-riżorsi f'dan is-settur, li jiggarantixxi inklużjoni soċjali u jipprovdi impjiegi ta' kwalità;

12. Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jitfasslu programmi integrati mmirati għall-komunitajiet ta' vjaġġaturi sabiex l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni, is-saħħa u s-sigurtà soċjali jkun iffaċilitat;

13. Itenni r-rwol kruċjali tal-volontarjat u ċ-ċittadinanza attiva bħala strument ta' koeżjoni u azzjoni għall-ġlieda kontra d-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali, billi jinkoraġġixxi liċ-ċittadini jinvolvu ruħhom fil-ħajja pubblika permezz tal-prattika tal-isport, il-kultura, l-arti, l-attiviżmu soċjali u dak politiku;

14. Jitlob li jiġi garantit aċċess għall-programmi ta' mobilità għall-edukazzjoni u x-xogħol lill-persuni żvantaġġati, u li jiżdied is-sehem tal-baġit imwarrab għal tali programmi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li "Żgħażagħ Attivi" għandu jippromwovi mobilità għall-apprentisti, it-trainees u l-studenti kollha u għar-rikonoxximent tal-ħiliet professjonali li nkisbu b'mod mhux formali u informali;

15. Jinkoraġġixxi inizjattivi anki interġenerazzjonali biex jitnaqqas id-distakk diġitali tal-persuni żvantaġġati, billi jkunu pprovduti b'aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, bi qbil mal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa;

16. Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu t-tagħlim ta' teknoloġiji ġodda sa mill-bidu nett bħala parti mill-kurrikulu edukattiv;

17. Jappoġġa l-promozzjoni ta' progetti edukattivi u ta' taħriġ tat-tieni ċans, kif ukoll l-iżvilupp ta' programmi semi-boarding u 'tutoraġġ' fl-iskejjel, anki mal-NGOs, permezz tal-Fondi Strutturali u permezz ta' forom ta' għajnuna u appoġġ barra l-kurrikulu għal dawk li huma għaddejjin mill-akbar diffikultajiet; itenni ir-rwol kruċjali tal-organizzazzjonijiet biex jimmotivaw liż-żgħażagħ jipparteċipaw fi programmi mmirati lejn l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza;

18. Jappella biex l-għarfien, l-esperjenza, il-kompetenzi informali u l-ħiliet tal-persuni żvantaġġati f'sitwazzjonijiet ta' faqar u esklużjoni soċjali u/jew tal-komunitajiet tradizzjonali jiġu valorizzati u biex is-sistemi ta' konvalida tal-esperjenza miksuba f'taħriġ mhux formali u informali jiġu promossi, u barra minn hekk biex jiġi identifikat il-mod li bih dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

19. Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu opportunitajiet ta' taħriġ u titjib tal-ħiliet għal nisa wara perjodu ta' żmien barra mix-xogħol biex ikun żgurat li jistgħu jerġgħu jintegraw fl-ambjent tax-xogħol u jitnaqqas ir-riskju li jitilfu l-impjiegi tagħhom;

20. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kultura, bl-għan li jnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali f'pajjiżi bħal dawn, jappoġġaw l-iżvilupp u jevitaw immigrazzjoni mmexxija biss minn fatturi ekonomiċi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

14.7.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Zoltán Bagó, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Santiago Fisas Ayxela, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marco Scurria, Hannu Takkula, László Tőkés, Helga Trüpel, Milan Zver

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Ivo Belet, Nadja Hirsch, Seán Kelly, Iosif Matula, Paul Nuttall, Georgios Papanikolaou

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Olle Schmidt

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (30.8.2011)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali
(2011/2052(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Anna Záborská,

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–   wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta, speċjalment l-Artikoli 16, 30 u 31 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, speċjalment l-Artikoli 15, 21, 31, 34 u 36 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar in-nisa u l-faqar fl-Unjoni Ewropea[1],

–    wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perjodu 2011-2020[2],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol[3],

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel 2010-2015[4],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-riċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja[5],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-futur tas-Servizzi Soċjali ta' Interess Ġenerali[6],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar ħaddiema nisa prekarji[7],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-aspett tal-faqar tan-nisa[8],

–   wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-EUROSTAT tal-2010 "Combating poverty and social exclusion - A statistical portrait of the European Union 2010",

A. billi l-faqar estrem jirrappreżenta ksur tad-drittijiet fundamentali u theddida serja għad-dinjità tan-nisa, tal-irġiel u tat-tfal;

B.  billi t-tnaqqis b'suċċess tal-faqar fis-soċjetajiet fir-reġjuni l-fqar jikseb riżultati pożittivi b'mod partikolari mill-involviment attiv tan-nisa u l-bniet fqar fil-proċess ta' żvilupp;

C. billi n-nisa b'diżabilitajiet isibu lilhom infushom maqbuda f'sitwazzjonijiet soċjalment vulnerabbli u esposti għal riskji serji ta' diskriminazzjoni, faqar u esklużjoni soċjali;

D. billi l-faqar għandu impatt differenti fuq in-nisa u l-irġiel, is-subien u l-bniet fqar, peress li n-nisa u l-bniet fqar ta' spiss isibuha diffiċli li jkollhom aċċess għal servizzi soċjali u dħul xierqa;

E.  billi l-għoti tas-setgħa lin-nisa billi jittejbu l-kundizzjonijiet ta' għajxien tagħhom u billi jitħallew jieħdu sehem attiv fil-ħajja soċjali u ekonomika ta' pajjiż hu kruċjali għal żvilupp sostenibbli fit-tul u l-affrontar tal-faqar;

F.  billi din il-Pjattaforma ma tqisx il-fatturi relatati speċifikament mal-ġeneru li jolqtu lin-nisa u l-irġiel u ma tingħatax biżżejjed attenzjoni għall-femminizzazzjoni tal-faqar;

G. billi l-faqar u l-esklużjoni soċjali jiksru d-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, waqt li l-objettiv kruċjali tal-iskemi ta' appoġġ għad-dħul hu li jinħarġu mill-faqar u jitħallew jgħixu b'dinjità, ħaġa li hi ta' importanza speċjali għan-nisa peress li huma dawk milquta l-agħar mill-faqar;

H. billi hemm tendenza li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom anqas inugwaljanza bejn is-sessi jkollhom rati ta' faqar aktar baxxi;

I.   billi l-effett tad-distakk fis-salarji bejn il-ġeneru fuq id-dħul tul il-ħajja jindika li n-nisa se jkollhom pensjonijiet aktar baxxi u billi, bħala riżultat, in-nisa huma aktar milquta mill-irġiel b'faqar persistenti u estrem: 22% tan-nisa ta' 65 sena u aktar huma fir-riskju tal-faqar meta mqabbla ma' 16% tal-irġiel;

J.   billi fl-aħħar 10 snin l-għadd ta' nisa li jgħixu fil-faqar żdied b'mod sproporzjonat fir-rigward tal-għadd ta' rġiel;

1.  Jitlob biex il-Kummissjoni/Eurostat tikseb tabella ta' valutazzjoni kompleta dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali, u tikkompleta l-istatistika permezz ta' approċċ kwalitattiv u parteċipattiv ibbażat fuq is-sessi u l-età, sabiex tenfasizza l-problema tal-faqar fost in-nisa anzjani; jittama li l-Istitut għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi se jikkontribwixxi, malli jkun kompletament operattiv, għas-soluzzjoni tal-problema ta' data sistematika u komparattiva inadegwata, analizzata skont il-ġeneru;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri għall-prevenzjoni tal-femminizzazzjoni tal-faqar billi jippromwovu l-impjiegi u l-imprenditorjat tan-nisa, jiġġieldu d-distakk fis-salarji bejn il-ġeneri, jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tad-dmirijiet tax-xogħol u tal-familja permezz tal-iżvilupp ta' faċilitajiet għall-kura tat-tfal, sistema ta' servizzi għall-persuni dipendenti, sehem indaqs ta' liv tal-ġenituri u promozzjoni ta' arranġamenti ta' xogħol flessibbli;

3.  Jinsisti li l-politiki soċjali identifikati fil-Pjattaforma għandhom jiġu implimentati flimkien ma' politiki kontra d-diskriminazzjoni, peress li għal ħafna individwi, l-għeruq tal-faqar ta' spiss jistgħu jinstabu fit-trażżin tal-opportunitajiet;

4.  Jikkritika b'qawwa l-fatt li l-aspett relatat mal-ġeneru tal-faqar u l-esklużjoni soċjali hu kompletament injorat fil-Pjattaforma Ewropea tal-Kummissjoni kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali;

5.  Jisħaq fuq il-fatt li n-nisa fl-inħawi rurali ta' spiss mhumiex meqjusa bħala parti mill-forza tax-xogħol għalkemm il-kontribut tagħhom għall-ħidma agrikola ta' kuljum hu importanti daqs il-kontribut tal-irġiel, li jwassal biex jiġu esklużi soċjalment mid-drittijiet tagħhom bħala impjegati u huma vulnerabbli għall-faqar;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreċiża l-prinċipji komuni tad-definizzjoni ta' “basket ta' prodotti u servizzi fundamentali” biex il-faqar u d-diskriminazzjoni jiġu vviżwalizzati abbażi tas-sess, età jew l-oriġini soċjali;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-Rakkomandazzjoni 92/441/KEE[9] u r-rikonoxximent tagħha tad-dritt bażiku ta' persuna għal biżżejjed riżorsi u assistenza soċjali biex tgħix b'mod kompatibbli mad-dinjità tal-bniedem, waqt li jfakkar li din hi kwistjoni vitali għan-nisa, kif ukoll waqt li jenfasizza li l-objettiv kruċjali tal-iskemi ta' appoġġ għad-dħul għandu jkun li joħorġu n-nies mill-faqar u jippermettulhom jgħixu b'dinjità, u dawn jinkludu l-pensjonijiet ta' invalidità u rtirar li jiżguraw din id-dinjità; minħabba dan l-objettiv, jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistabbilixxi metodu komuni biex jiġi kkalkulat limitu minimu għas-sussistenza f'termini tal-kost tal-għajxien ("qoffa" ta' prodotti u servizzi), sabiex tkun tista' tutilizza kejl komparattiv tal-livelli tal-faqar u tistabbilixxi l-mezzi ta' intervent soċjali, inkluża skema ta' dħul minimu;

8.  Iħeġġeġ biex il-programm Ewropew ta' għajnuna għall-ikel għal dawk l-aktar deprivati jinżamm bħala wieħed mill-elementi ta' politika integrata ambizzjuża intenzjonata biex tiġġieled il-faqar, waqt li ma jintesiex li n-nisa ta' spiss huma l-ewwel vittmi tal-faqar alimentari;

9.  Jitlob li r-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied tiġi soġġetta għal attenzjoni partikolari, pereżempju permezz ta' programmi li jkunu jinkludu miżuri konkreti mfassla speċifikament għar-rekwiżiti nazzjonali, bl-intenzjoni li jipprovdu l-assistenza massima u ottima għall-ġenituri jew kustodji fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom bħala ġenituri, biex jiġi evitat li t-tfal jitpoġġew f'istituzzjonijiet soċjali bħala konsegwenza ta' faqar kbir jew biex jiġi żgurat li miżura ta' dan it-tip tiġi prevista biss bħala l-aħħar soluzzjoni possibbli;

10. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw appoġġ xieraq għall-ġenituri waħedhom, peress li għandhom riskju ferm ogħla li jkunu esposti għall-faqar mill-familji fejn iż-żewġ ġenituri jkunu qed jaqilgħu dħul; f'dan il-kuntest, jistieden ukoll lill-Istati Membri jiżguraw l-appoġġ għall-ġenituri waħedhom billi jistabbilixxu biżżejjed istituzzjonijiet għall-kura tat-tfal u jiffaċilitaw l-aċċess għalihom mill-familji b'ġenitur waħdu;

11. Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu l-benefiċċji soċjali xierqa għan-nisa u l-irġiel li jieħdu ħsieb qraba anzjani, morda jew diżabbli, u lill-Kummissjoni biex iżżomm l-allokazzjoni finanzjarja ppjanata għall-użu fost l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiġġieldu u jrażżnu l-effetti tal-faqar fost in-nisa;

12. Jenfasizza li l-aċċess universali u servizzi ta' appoġġ ta' kwalità ekonomiċi, bħall-faċilitajiet għall-kura tat-tfal huma importanti għall-parteċipazzjoni indaqs tan-nisa u tal-irġiel fis-suq tax-xogħol u bħala mezz għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-faqar;

13. Jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi sett ta' linji gwida u prinċipji qafas bil-prospettiva li jiġu żgurati arranġamenti għal pensjonijiet xierqa u sostenibbli, sabiex ir-riskju ta' faqar li jaffaċċjaw in-nisa bħala riżultat ta' impjiegi prekarji u sporadiċi u rimunerazzjoni baxxa jiġi miġġieled b'mod effikaċi; jinnota li hemm bżonn jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi soċjali jkunu jistgħu jsiru aktar konformi maċ-ċirkustanzi tal-individwi u tal-familji waqt li jissaħħaħ il-valur marbut mal-maternità u l-għoti ta' kura;

14. Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħtu attenzjoni speċjali għall-problema tal-faqar fost in-nisa anzjani minħabba l-fatt li jirċievu pensjonijiet iżgħar li hu wkoll konsegwenza tal-perjodi ta' qagħad li kellhom jaffaċċjaw f'ħajjithom biex jieħdu ħsieb lil uliedhom u lil membri dipendenti oħra tal-familji tagħhom;

15. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jinkorporaw perspettiva speċifika għall-ġeneru bħala komponent kruċjali tal-politiki komuni u l-programmi nazzjonali kollha sabiex jeqirdu l-faqar u jiġġieldu l-esklużjoni soċjali; hu tal-opinjoni, barra minn hekk, li l-Istati Membri għandhom iqisu d-dimensjoni tal-ġeneri fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru mir-riċessjoni;

16. Jitlob biex il-valutazzjoni li għandha ssir fl-okkażjoni tad-Diskussjonijiet Ministerjali Simestrali fis-17 ta' Ottubru – il-Jum Dinji biex Jingħeleb il-Faqar Estrem – issir maċ-ċittadini kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet li jassistu lil min hu l-aktar deprivat f'perspettiva bbażata fuq is-sessi filwaqt li dawk l-aktar foqra fosthom jittieħdu bħala referenza;

17. Hu tal-fehma li l-ħidma volontarja tista' tiżvolġi rwol importanti ħafna fil-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanza bejn il-ġeneri; jirrimarka li l-2011 ġie identifikat bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat u jħeġġeġ lill-Istati Membri jintensifikaw l-iskambji tagħhom tal-aħjar prattiki u jieħdu azzjoni effikaċi għall-appoġġ tal-ħidma volontarja u jwessgħu l-ambitu tagħha;

18. Jissuġġerixxi li għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni u l-bżonnijiet speċifiċi tal-gruppi vulnerabbli ta' nisa li huma f'riskju ta' faqar (l-anzjani, id-diżabbli, dawk li jgħixu fi nħawi rurali, il-migranti, il-vittmi tal-vjolenza u tat-traffikar) u li għandhom jiġu żviluppati miżuri politiċi speċifiċi għall-ġeneri;

19. Jissuġġerixxi li l-azzjonijiet proposti fil-Pjattaforma għandhom jirrikonoxxu l-konsegwenzi tad-diskriminazzjoni multipla u jintroduċu miżuri orjentati politikament kif previst attwalment, pereżempju, fil-leġiżlazzjoni Spanjola u Rumena u, b'mod partikolari li l-kunċett tal-integrazzjoni tal-kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi għandu jiġi żviluppat bħala reazzjoni għad-diskriminazzjoni multipla;

20. Jappella lill-President tiegħu biex jitlob lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tagħmel, f'kooperazzjoni mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, studju dwar l-aċċess effettiv tal-persuni l-aktar foqra għad-drittijiet fundamentali fit-totalità tagħhom u dwar id-diskriminazzjoni li jiġu soġġetti għaliha, filwaqt li jiġu involuti l-organizzazzjonijiet li fihom il-persuni soċjalment esklużi jesprimu ruħhom liberament.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

30.8.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Andrea Češková, Tadeusz Cymański, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Zita Gurmai, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Constance Le Grip, Astrid Lulling, Barbara Matera, Elisabeth Morin-Chartier, Siiri Oviir, Raül Romeva i Rueda, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Marc Tarabella, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Lena Ek, Sylvie Guillaume, Mojca Kleva, Kartika Tamara Liotard, Katarína Neveďalová, Norica Nicolai, Antigoni Papadopoulou, Licia Ronzulli

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heide Rühle

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

6.10.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

5

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Pervenche Berès, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Frédéric Daerden, Karima Delli, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Thomas Händel, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Licia Ronzulli, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Raffaele Baldassarre, Philippe De Backer, Julie Girling, Richard Howitt, Gesine Meissner, Evelyn Regner, Birgit Sippel, Gabriele Zimmer