RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima]
25.10.2011 - (COM(2010)0611 – C7‑0343/2010 – 2010/0303(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Knut Fleckenstein
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima]
(COM(2010)0611 – C7‑0343/2010 – 2010/0303(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0611),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0343/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011[1],
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, kif ukoll tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0372/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jenfasizza li l-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda għandu japplika għall-estensjoni tal-funzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima; jenfasizza li kull deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur din it-tip ta' estensjoni ta' dawn il-kompiti għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 stabbilixxa Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima] (minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”) sabiex ikun żgurat livell għoli, uniformi u effettiv ta’ sikurezza marittima u ta’ prevenzjoni ta’ tniġġis mill-bastimenti. |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002, li ġie adottat wara d-diżastru tat-tanker taż-żejt 'Erika' u t-tniġġis taż-żejt devastanti li huwa ħoloq, stabbilixxa Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”) sabiex ikun żgurat livell għoli, uniformi u effettiv ta’ sikurezza marittima u ta’ prevenzjoni ta’ tniġġis mill-bastimenti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dan il-punt għandu jiġi ppreċiżat biex dawk il-persuni li iktar ’il quddiem jistgħu jirreferu għal dan id-dokument b’mod xjentifiku jkunu jafu x’kienet il-kawża li tat bidu għall-inizjattivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1a) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 ġie emendat wara d-diżastru tat-tanker taż-żejt “Prestige”, b’tali mod li żdiedu l-kompetenzi tal-Aġenzija fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dan il-punt għandu jiġi ppreċiżat biex dawk il-persuni li iktar ’il quddiem jistgħu jirreferu għal dan id-dokument b’mod xjentifiku jkunu jafu x’kienet il-kawża li tat bidu għall-inizjattivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(2) Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, fl-2007 il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija kkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, f’Ġunju 2008 huwa ħareġ rakkomandazzjonijiet rigward bidliet fir-Regolament (KE) Nru 1406/2002, fl-Aġenzija u fil-prattiki ta’ ħidma tagħha. |
(2) Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, fl-2007 il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija (minn hawn 'l isfel imsejjaħ Bord Amministrattiv) ikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, f’Ġunju 2008 huwa ħareġ rakkomandazzjonijiet rigward bidliet fir-Regolament (KE) Nru 1406/2002, fl-Aġenzija, fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha u fil-prattiki ta’ ħidma tagħha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-modifika ta’ dan ir-Regolament tipprevedi l-allokazzjoni ta’ kompetenzi ġodda lill-Aġenzija u għalhekk tittratta d-definizzjoni mill-ġdid tal-oqsma ta’ reazzjoni tagħha. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-evalwazzjoni esterna, tar-rakkomandazzjonijiet mill-Bord Amministrattiv u tal-istrateġija multiannwali, uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandhom jiġu ċċarati u aġġornati. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tirċievi numru ta’ kompiti addizzjonali li jirriflettu l-iżvilupp tal-politika dwar is-sikurezza marittima fuq il-livell tal-UE u dak internazzjonali. Huma meħtieġa sforzi konsiderevoli ta’ eżamijiet bir-reqqa u ta’ riallokazzjoni sabiex tkun iggarantita l-effiċjenza fl-infiq u fil-baġit. Dan għandu jippermetti li terz mill-ħtiġijiet addizzjonali f’termini ta’ persunal għall-kompiti l-ġodda jkunu koperti mill-Aġenzija permezz ta’ riallokazzjoni interna. |
(3) Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-evalwazzjoni esterna, tar-rakkomandazzjonijiet mill-Bord Amministrattiv u tal-istrateġija multiannwali li huwa adotta f'Marzu 2010, uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandhom jiġu ċċarati u aġġornati. Filwaqt li tikkonċentra fuq il-missjonijiet ta’ prijorità tagħha relatati mas-sigurtà marittima, l-Aġenzija għandha, barra minn hekk, tirċievi numru ta’ kompiti addizzjonali li jirriflettu l-iżvilupp tal-politika dwar is-sikurezza marittima fuq il-livell tal-UE u dak internazzjonali. Fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji tal-UE, huma meħtieġa sforzi konsiderevoli ta’ eżamijiet bir-reqqa u ta’ riallokazzjoni sabiex tkun iggarantita l-effiċjenza fl-infiq u fil-baġit u biex tiġi evitata s-sovrappożizzjoni. Il-ħtiġijiet f’termini ta’ persunal għall-kompiti l-ġodda għandhom kemm jista’ jkun ikunu koperti mill-Aġenzija permezz ta’ riallokazzjoni interna. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kapaċitajiet finanzjarji tal-Aġenzija biex tintervjeni b’mod effikaċi fil-qasam tas-sigurtà marittima m’għandhomx jiġu allokati għal missjonijiet ġodda. Għalhekk, ġestjoni tal-baġit rigoruża hija kundizzjoni indispensabbli għat-twessigħ tal-kompetenzi tal-Aġenzija. Il-kompiti l-ġodda, fil-limitu ta’ dak li hu possibbli, permezz ta’ riallokazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 3 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) Din ir-riallokazzjoni għandha tkun ikkoordinata mal-aġenziji fl-Istati Membri. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riallokazzjoni tkun iktar effikaċi u iktar vijabbli jekk tkun akkumpjanata minn koordinazzjoni msaħħa. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 3 b (gdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3b) L-Aġenzija diġà wriet li ċerti kompiti, bħas-sistemi ta' monitoraġġ satellitari, jistgħu jsiru b'mod aktar effiċjenti fil-livell Ewropew. Meta dawn is-sistemi jistgħu jiġu applikati għall-appoġġ ta' objettivi politiċi oħrajn, dan joffri l-possibilità lill-Istati Membri li jiffrankaw mill-baġits nazzjonali tagħhom u jirrappreżentaw valur miżjud Ewropew ġenwin. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fid-dawl tal-kriżi ekonomika, huwa ċar li l-baġits pubbliċi qegħdin taħt pressjoni fil-livell Ewropew, nazzjonali u statali. Madankollu, l-argument li kull organizzazzjoni pubblika għandha tiffriża l-baġits tagħha ftit jagħmel sens jekk l-investiment f'livell wieħed jista' jippermetta ffrankar aktar estensiv f'livelli governattivi oħrajn. B'mod partikulari, jekk l-Aġenzija tista' tuża s-sistemi eżistenti tagħha biex tikkontribwixxi għal objettivi politiċi addizzjonali, b'żieda ċkejkna fir-riżorsi, l-effett nett ikun it-tnaqqis tal-infiq pubbliku Ewropew peress li l-amministrazzjonijiet nazzjonali jinħelsu minn dawn il-kompiti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 3 c (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3c) Sabiex il-kompiti l-ġodda fdati lill-Aġenzija b’dan ir-Regolament jitwettqu korrettament, jeħtieġ li jiżdiedu r-riżorsi tagħha, anke b’mod limitat fir-riżorsi li hija teħtieġ. Dan se jirrikjedi li tingħata attenzjoni partikolari lil dan il-punt matul il-proċedura baġitarja. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fil-kuntest ta’ kriżi ekonomika kbira, jista’ jkun jeħtieġ li jsir investiment, anke jekk ikun wieħed limitat, fir-riżorsi tal-Aġenzija inkwantu l-kompiti l-ġodda fdati lilha għandhom jgħinu biex jitnaqqsu l-ispejjeż fil-livell nazzjonali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 4 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4a) Il-ħatriet tal-Bord Amministrattiv għandhom iqisu bis-sħiħ l-importanza li tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi. L-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President ukoll għandha ssegwi dan l-objettiv, kif ukoll l-għażla tar-rappreżentanti minn pajjiżi terzi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(5) L-Aġenzija għandha taġixxi fl-interess tal-Unjoni. Dan għandu jinkludi li l-Aġenzija tkun tista’ taġixxi barra mit-territorju tal-UE fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha. |
(5) L-Aġenzija għandha taġixxi fl-interess tal-Unjoni u ssegwi l-linji gwida tal-Kummissjoni. Dan għandu jinkludi li l-Aġenzija tkun tista’ taġixxi barra mit-territorju tal-UE fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha, filwaqt li tippromwovi politika ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni permezz ta’ kooperazzjoni teknika u xjentifika mal-pajjiżi terzi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha f’isem il-Kummissjoni Ewropea, li tiddeċiedi dwar l-implimentazzjoni tal-istandards leġiżlattivi u l-prinċipji tal-Unjoni. B'dan il-mod, l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-kompiti tekniċi u operattivi tagħhom kull meta jkunu jeħtieġu għajnuna. L-Aġenzija ma ngħatatx is-setgħat li toħloq kompetenzi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 5 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5a) L-Aġenzija tappoġġja, fuq talba ta’ Stat Membru, u permezz ta’ mezzi addizzjonali u b’mod effiċjenti fl-infiq, il-ġlieda kontra t-tniġġis marittimu, inkluż dak ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass fil-baħar. F’każ ta’ tniġġis marittimu f’pajjiż terz, hija għandha tintervjeni fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 6 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(6) L-Aġenzija għandha ttejjeb l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni rigward l-attivitajiet ta’ riċerka relatati mal-qasam tal-kompetenzi tagħha. Madankollu, għandu jkun evitat xogħol doppju mal-qafas ta’ riċerka eżistenti tal-UE. B’mod partikolari, l-Aġenzija m’għandhiex tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-proġetti ta’ riċerka. |
(6) L-Aġenzija għandha ttejjeb l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri rigward l-attivitajiet ta’ riċerka relatati mal-qasam tal-kompetenzi tagħha. Madankollu, għandu jkun evitat xogħol doppju mal-qafas ta’ riċerka eżistenti tal-UE. B’mod partikolari, l-Aġenzija m’għandhiex tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-proġetti ta’ riċerka. Fl-estensjoni tal-kompiti tal-Aġenzija, għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li l-kompiti jkunu deskritti b’mod ċar u preċiż, u li ma jkunx hemm duplikazzjoni u li tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 6 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6a) Fid-dawl tal-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ġodda u servizzi innovattivi u tat-titjib tal-applikazzjonijiet diġà eżistenti, ibbażati fuq l-istabbiliment ta’ spazju marittimu Ewropew mingħajr konfini, l-Aġenzija għandha tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tal-programmi EGNOS, Galileo u GMES. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 7 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7a) L-Aġenzija tipprovdi lill-Istati Membri b'informazzjoni dettaljata dwar il-każi ta' tniġġis minn vapuri biex tippermettilhom iwettqu r-responsabilitajiet tagħhom skont id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1. Madankollu, l-effikaċja tal-infurzar u tas-sanzjonijiet tvarja ħafna minkejja li t-tniġġis ta' dan it-tip potenzjalment jista' jispiċċa f'ilmijiet nazzjonali oħrajn. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 2005/35, kif emendata mid-Direttiva 2009/123, tagħti lill-Istati Membri r-responsabilità li jipprevedu sanzjonijiet kriminali fir-rigward ta' tnixxijiet ta' sustanzi li jniġġsu li għalihom tapplika d-Direttiva. Lill-Aġenzija tagħtiha wkoll rwol kruċjali fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi u l-forniment ta' assistenza teknika. Madankollu, s'issa l-Istati Membri wrew livelli ta' entużjażmu estremament differenti fit-twettiq tar-responsabilitajiet tagħhom. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 8 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(8) Avvenimenti reċenti enfasizzaw ir-riskji tal-attivitajiet ta’ esplorazzjoni għal u ta’ produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu. L-użu tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-Aġenzija għandhom ikunu estiżi b’mod espliċitu sabiex ikopru r-reazzjoni għat-tniġġis li toriġina minn attivitajiet ta’ din ix-xorta. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjon biex tanalizza s-sikurezza tal-installazzjonijiet mobbli tal-gass u taż-żejt lil hinn mix-xtut, ħalli jkunu identifikati d-dgħufijiet possibbli, billi tibbaża l-kontribuzzjoni tagħha fuq il-kompetenza li żviluppat rigward is-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u r-reazzjoni għat-tniġġis marin. |
(8) Avvenimenti reċenti enfasizzaw ir-riskji tal-attivitajiet ta’ esplorazzjoni għal u ta’ produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu. L-użu tal-kapaċitajiet tal-Aġenzija għandhom ikunu estiżi b’mod espliċitu sabiex ikopru t-tniġġis li joriġina minn attivitajiet ta’ din ix-xorta. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjon biex tanalizza s-sikurezza tal-installazzjonijiet tal-gass u taż-żejt lil hinn mix-xtut, ħalli jkunu identifikati d-dgħufijiet possibbli, billi tibbaża l-kontribuzzjoni tagħha fuq il-kompetenza li żviluppat rigward is-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u r-reazzjoni għat-tniġġis marittimu. Dan ir-rwol addizzjonali, li joffri valur miżjud Ewropew billi juża l-għarfien u l-kompetenza eżistenti tal-Aġenzija, għandu jkun akkumpanjat mir-riżorsi finanzjarji u tal-persunal xierqa. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Waqt li l-Aġenzija toffri soluzzjoni kost-effikaċi minħabba l-kompetenza u s-sistemi tekniċi tagħha, mhuwiex realistiku li dak li jkun jimmaġina li l-kompiti ġodda jistgħu jiġu assorbiti mingħajr xi riżorsi addizzjonali. Jekk il-baġit jiġi ffriżat b'mod strett, dan jhedded il-ħila tal-Aġenzija li twettaq ir-responsabilitajiet eżistenti tagħha fir-rigward tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-bastimenti u r-reazzjoni għalih. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 8 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8a) B'mod partikulari, is-sistema CleanSeaNet, li attwalment tintuża biex tipprovdi provi fotografiċi tat-tixrid taż-żejt minn bastimenti, għandha tintuża wkoll biex jiġi identifikat u rreġistrat it-tixrid mill-installazzjonijiet mal-kosta u lil hinn mix-xtut. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Permezz ta’ din l-emenda, il-kontroll isir integrali fuq wiċċ l-ilma, indipendentement mis-sors tat-tniġġis. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 8 b (gdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8b) Biex jinkiseb suq intern, għandu jiġi ottimizzat ir-rikors għall-kabotaġġ marittimu u għandhom jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi tal-bastimenti. Il-proġett “Blue Belt” jikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-formalitajiet tar-rappurtar applikabbli għall-bastimenti kummerċjali meta jkunu deħlin jew ħerġin mill-portijiet tal-Istati Membri. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-tbaħħir tal-bastimenti bejn portijiet differenti tal-UE huwa meqjus bħala vjaġġar internazzjonali, u jimplika spejjeż amministrattivi askapitu tat-trasport intermodali. Id-Direttiva 2010/65/UE dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar applikabbli għall-bastimenti li jkunu deħlin u/jew ħerġin mill-portijiet tal-Istati Membri (li d-data tat-traspożizzjoni tagħha hija d-19 ta’ Mejju 2012) tissemplifika u tarmonizza proprju l-proċeduri amministrattivi għat-trasport marittimu permezz tat-trażmissjoni elettronika tad-data. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 9 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(9) L-Unjoni stabbiliet strateġija komprensiva għat-trasport marittimu sal-2018, li tinkludi l-kunċett marittimu-e. Barra minn hekk, qed tiżviluppa netwerk ta’ sorveljanza marittima tal-UE. L-Aġenzija għandha sistemi u applikazzjonijiet marittimi disponibbli li huma ta’ interess għat-twettiq ta’ dawn il-politiki. Għalhekk, l-Aġenzija għandha tqiegħed is-sistemi u d-dejta għad-dispożizzjoni tas-sħab interessati. |
(9) L-Unjoni stabbiliet strateġija komprensiva għat-trasport marittimu sal-2018, li tinkludi l-kunċett marittimu-e. Barra minn hekk, qed tiżviluppa netwerk ta’ sorveljanza marittima tal-UE. L-Aġenzija għandha sistemi u applikazzjonijiet marittimi disponibbli li huma ta’ interess għat-twettiq ta’ dawn il-politiki u b'mod partikolari għall-proġett "Blue Belt".. Għalhekk, l-Aġenzija għandha tqiegħed is-sistemi u d-dejta għad-dispożizzjoni tas-sħab interessati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-proġett Blue Belt joffri lill-awtoritajiet doganali l-assigurazzjoni li bastiment li jiddikjara merkanzija intra-UE jkun żar biss portijiet tal-UE. Joffri mod li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq it-trasport bil-baħar fil-qasir waqt li jżomm il-livelli eżistenti ta' kontroll. Min-naħa tiegħu, dan jippromwovi l-użu ta' mod ta' trasport li joħloq anqas ħsara ambjentali mit-trasport bit-toroq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 9 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9a) Għall-fini tal-promozzjoni tal-istabbiliment ta’ spazju marittimu Ewropew uniku, il-prevenzjoni tat-tniġġis marittimu u l-ġlieda kontra dan it-tniġġis, għandhom jinħolqu sinerġiji bejn l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-infurzar tal-liġi, speċjalment is-servizzi nazzjonali u/jew reġjonali tal-gwardja tal-kosta. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 9 b (gdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9b) L-Aġenzija tgħin lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-UE marittima elettronika, bl-għan li ttejjeb l-effiċjenza tas-settur marittimu permezz tal-aqwa użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni, bla ħsara għall-oqsma ta' responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-teknoloġija tal-informazzjoni u dik satellitari jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għaż-żieda fil-livelli ta’ sigurtà marittima u għat-titjib fl-effiċjenza tas-settur. F’dan ir-rigward, jidher xieraq li tiġi enfasizzata l-importanza tal-inizjattiva marittima elettronika li jmiss tal-Kummissjoni, filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjoni u/jew sovrappożizzjonijiet mal-kompetenzi tal-korpi nazzjonali u reġjonali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 9 c (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9c) Meta titqies l-importanza li l-Ewropa tkompli tiġbed baħħara ġodda ta' kwalità għolja biex tissostitwixxi l-ġenerazzjoni li se tirtira, l-Aġenzija għandha tappoġġa lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-promozzjoni tagħhom tat-taħriġ marittimu. B'mod partikolari għandha taħdem biex taqsam l-aħjar prattika u tiffaċilita skambji bejn istituzzjonijiet ta' taħriġ marittimu bbażati fuq il-mudell tal-Erasmus. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 10 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(10) L-Aġenzija stabbiliet ruħha bħala l-fornitriċi awtorevoli ta’ dejta dwar it-traffiku marittimu fuq il-livell tal-UE li hija ta’ interess u ta’ rilevanza f’attivitajiet oħrajn tal-UE. Permezz tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari rigward il-kontroll mill-istat tal-port, il-monitoraġġ tat-traffiku marittimu u tar-rotot tat-tbaħħir kif ukoll l-assistenza biex jiġu ntraċċati n-niġġiesa possibbli, l-Aġenzija għandha tagħti kontribuzzjoni biex jissaħħu s-sinerġiji fuq il-livell tal-UE rigward ċerti operazzjonijiet tal-gwardja tal-kosta. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ ġbir tad-dejta tal-Aġenzija għandhom ukoll jiġbru informazzjoni bażika dwar it-theddid potenzjali għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu mill-esplorazzjoni għal u mill-produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut. |
(10) L-Aġenzija stabbiliet ruħha bħala l-fornitriċi awtorevoli ta’ data dwar it-traffiku marittimu fuq il-livell tal-UE li hija ta’ interess u ta’ rilevanza f’attivitajiet oħrajn tal-UE. Permezz tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari rigward il-kontroll mill-istat tal-port, il-monitoraġġ tat-traffiku marittimu u tar-rotot tat-tbaħħir kif ukoll l-assistenza biex jiġu ntraċċati n-niġġiesa possibbli, l-Aġenzija għandha tagħti kontribuzzjoni biex jissaħħu s-sinerġiji fuq il-livell tal-UE rigward l-operazzjonijiet relatati mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-tniġġis marittimu, filwaqt li tippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni u prattiki tajba bejn id-diversi servizzi tal-gwardja tal-kosta. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ ġbir tad-dejta tal-Aġenzija għandhom ukoll jiġbru informazzjoni bażika pereżempju dwar il-piraterija u dwar it-theddid potenzjali għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu mill-esplorazzjoni għal u mill-produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut u tat-trasport tagħhom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-għan prinċipali tas-servizzi tal-gwardja tal-kosta huwa li jiżguraw is-sigurtà marittima nazzjonali. Għalhekk, l-intervent tagħhom huwa definit minn strateġija li hija responsabbiltà tal-Istati Membri. Fuq talba tagħhom, l-Aġenzija tista’ teżerċita l-kompetenzi tagħha iżda m’għandhiex tiżgura l-koordinazzjoni bejn id-diversi servizzi tal-gwardja tal-kosta fil-qasam tas-sigurtà marittima. Min-naħa l-oħra iżda, l-involviment tagħha fil-ġbir komuni ta’ mezzi għall-ġlieda kontra t-tniġġis marittimu huwa leġittimu u għandu jissaħħaħ. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 10 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10a) Biex jiġi miġġieled ir-riskju tal-piraterija li żdied fil-Golf ta’Aden u fil-Punent tal-Oċean Indjan, l-Aġenzija għandha tikkomunika lill-Operazzjoni Atalanta tal-Forza Navali tal-UE l-pożizzjoni preċiża tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-UE li jkunu qed ibaħħru f’dawn iż-żoni magħrufa bħala żoni ta’ periklu kbir. Sal-lum, mhux l-Istati Membri kollha taw l-approvazzjoni tagħhom għal din l-attività. Dan ir-Regolament għandu jobbligahom jagħmlu dan, biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija fil-ġlieda kontra l-piraterija. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 11 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(11a) Fil-qasam tal-kontroll tal-istat tal-port, l-Unjoni qed taħdem mill-qrib mal-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi dwar il-Kontroll tal-Istat tal-Port. Sabiex l-effiċjenza tiġi mmassimizzata, l-Aġenzija u s-Segretarjat tal-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi dwar il-Kontroll tal-Istat tal-Port għandhom jikkoperaw mill-aktar qrib possibbli, waqt li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-alternattivi kollha għal kisbiet ulterjuri fl-effiċjenza. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fi żmien ta' dixxiplina baġitarja, hu essenzjali li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-istrutturi u li x-xogħol jiġi assenjat lill-istituzzjoni li tkun l-aktar kapaċi li tagħmlu b'mod effiċjenti u kost-effikaċi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 11 b (gdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(11b) Il-kompetenza tal-Aġenzija fl-oqsma tat-tniġġis u r-rispons għall-inċidenti fl-ambjent marittimu tista’ wkoll tkun prezzjuża fl-iżvilupp ta’ gwida dwar l-għoti ta’ liċenzji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass. L-Aġenzija għandha għalhekk tgħin lill-Kummissjoni u l-Istati Membri f’dan ix-xogħol. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 13 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
(13) Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-preparazzjoni tal-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija rigward l-ispezzjonijiet. Sakemm il-miżuri li jikkonċernaw dawk il-metodi ta’ ħidma ma jkunux daħlu fis-seħħ, l-Aġenzija għandha ssegwi l-prattika eżistenti għat-twettiq tal-ispezzjonijiet. |
(13) Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jippreparaw mill-iktar fis possibbli l-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija rigward l-ispezzjonijiet. Sakemm il-miżuri li jikkonċernaw dawk il-metodi ta’ ħidma ma jkunux daħlu fis-seħħ, l-Aġenzija għandha ssegwi l-prattika eżistenti għat-twettiq tal-ispezzjonijiet. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 14 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
14. Ir-rekwiżiti għall-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija għat-twettiq tal-ispezzjonijiet għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill [1999/468/KE] tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni. |
(14) Sabiex jiġu adottati r-rekwiżiti għall-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija għat-twettiq tal-ispezzjonijiet, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-proposta tal-Kummissjoni tirrifletti l-hekk imsejħa "proċedura ta' komitoloġija" prevista mit-Trattati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Għaldaqstant hu xieraq li l-arranġamenti jiġu aġġornati u li jiġi rikonoxxut li ż-żewġ fergħat leġiżlattivi għandhom rwoli ugwali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 14 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(14a) Dawn il-miżuri kollha, kif ukoll l-azzjoni tal-Aġenzija, b’koordinazzjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, għandhom jaħdmu favur l-iżvilupp ta’ dak li tabilħaqq ikun spazju marittimu Ewropew. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 14 b (gdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Għandhom jitqiesu r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1 (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, u l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda2 (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 47 tiegħu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1 ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. | |||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandha ssir referenza għar-Regolament Finanzjarju u għall-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-ġestjoni baġitarja u d-dixxiplina baġitarja bħala l-bażi legali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 1 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-formulazzjoni "tniġġis marittimu" tikkorrispondi mal-proposta tal-Kummissjoni għall-Artikolu 1(3) (dwar ir-reazzjoni għat-tniġġis). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija hija rilevanti sakemm din jirnexxielha twettaq il-missjonijiet ta’ prijorità tagħha bl-istess rigorożità. L-emenda dwar il-prevenzjoni tat-tniġġis hija waħda ta' allinjament mal-proposta tal-Kummissjoni għall-Artikolu 1(3) li tippermetti li l-EMSA tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-tniġġis minn sorsi marittimi apparti l-bastimenti (speċifikament ir-riggijiet taż-żejt u tal-gass). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tippermetti li l-Aġenzija tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri tad-Direttiva dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-portijiet. Hu ċar li r-rwol tal-Aġenzija jkun limitat għall-aspetti fejn ikollha kapaċità teknika rilevanti; il-Kummissjoni ma jkollha ebda obbligu li tfittex assistenza u jkun improbabbli li tagħmel dan sakemm ma tqisx li l-Aġenzija se tipprovdi konsulenza siewja. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-proġett "Blue Belt" joffri lill-awtoritajiet doganali ċ-ċertezza li bastiment li jiddikajara beni interni għall-UE ikun daħal biss f'portijiet tal-UE. Huwa joffri mod kif jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq tbaħħir b'rotot qosra filwaqt li jinżammu l-livelli eżistenti ta' kontroll. Dan imbagħad jippromwovi l-użu ta' mezz ta' trasport li joħloq inqas dannu ambjentali mit-trasport bl-art. B'mod simili, jekk id-data dwar bastimenti li joperaw ukoll fuq l-ibħra, kif ukoll fix-xmajjar/kanali tkun tista' tgħaddi faċilment bejn iż-żewġ sistemi, dan inaqqas il-piż amministrattiv. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-istess kummenti bħal dawk tal-emenda relatata mal-Artikolu 2(3)(a). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-identifikazzjoni tat-temi ewlenin m’għandhiex tfisser kompitu għall-Aġenzija; istituzzjonijiet oħra tal-UE huma responsabbli għal dan. Id-duplikazzjoni għandha tiġi evitata. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f a (gdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt b a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Peress li l-Aġenzija diġà qed tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, jekk titħalla tappoġġa wkoll lill-Istati Membri, dan jiġġenera kisbiet fl-effiċjenza u jnaqqas il-pressjonijiet fuq il-baġits tal-Istati Membri. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt b b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandha tiġi definita aħjar l-assistenza pprovduta lill-Kummissjoni Ewropea mill-Aġenzija bl-għan li jiġu inklużi espressament id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) 391/2009, billi huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat ir-rispett ta’ dan ir-Regolament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c c (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c d (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-ġlieda kontra t-tniġġis marittimu, il-ħarsien tas-sigurtà marittima u l-protezzjoni tal-ambjent għandhom jingħataw attenzjoni partikolari fl-istandards dwar il-kostruzzjoni tal-“bastimenti tal-futur”. Fil-qasam tal-bini tal-bastimenti, l-Aġenzija tista’ għalhekk tikkontribwixxi bl-għarfien tagħha dwar dawn il-kwistjonijiet. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt a a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Aġenzija għandha strumenti u data, b’mod partikolari satellitari, li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri fl-ambitu tal-monitoraġġ tat-tbaħħir illegali. Bħalissa, skambji ta' informazzjoni mal-Operazzjoni Atalanta tal-Forza Navali tal-UE biex bastimenti li jtajru bandiera Ewropea jiġu protetti kontra l-piraterija meta jkunu qed ibaħħru miż-żona 'l barra mill-Qarn tal-Afrika huma partikolarment importanti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt a b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda titlob disponibilità akbar min-naħa tal-Istati Membri biex jikkooperaw, li xi kultant jistgħu jirrifjutaw jew idumu biex jagħtu l-appoġġ immedjat tagħhom. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 4 – b a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Peress li CleanSeaNet, bħala sistema eżistenti, tat prova tal-effikaċja tagħha, toffri reazzjoni kost-effikaċi ħafna għat-tħassib li qed jiżdied dwar ir-riskji tal-esplorazzjoni lil hinn mix-xtut, wara d-diżastru tad-Deepwater Horizon fil-Golf tal-Messiku. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt b b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt b c (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 - paragrafu 4 a (gdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-istudju ġenerali se jkun appoġġjat mill-bażi tad-data li l-Aġenzija qed tħejji bħalissa (ara l-Artikolu 17 u l-Anness II tad-Direttiva 2009/18 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu). Dan se jipprovdi ħarsa ġenerali xierqa fil-livell tal-UE u jipprovdi kontribut siewi biex jittieħdu iktar azzjonijiet mill-UE. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Aġenzija jista’ jkollha wkoll rwol fl-iskrutinju tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali (EIA) għal attivitajiet lil hinn mix-xtut biex jiġu evitati impatti ambjentali ta’ ħsara għall-ekosistemi tal-baħar sensittivi ħafna. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 3 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda meħtieġa biex jitqiesu d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u s-sostituzzjoni tal-proċeduri ta' komitoloġija preċedenti b'atti delegati u miżuri ta' implimentazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 3 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 5 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara li l-Aġenzija nnifisha ma tistax tikkunsidra dak li hu rilevanti għall-Parlament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 – punt a Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tħaddan fir-regolament il-fatt li l-Parlament għandu jiġi konsultat għall-adozzjoni tal-istrateġija multiannwali tal-aġenziji (IWG). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 10 – paragrafu 2– punt h | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għall-pussess u għal segwitu aħjar tar-riżultati tal-audit u tal-evalwazzjonijiet, il-Bord Amministrattiv, li d-Direttur irid jagħti rendikont lilu, għandu jiġi affidat espliċitament bil-monitoraġġ tagħhom bi qbil mar-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-Aġenziji. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid) Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandu jkun hemm dispożizzjoni bl-għan ta' prevenzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interessi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 c (ġdid) Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 11 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-tul tal-mandat tal-membri tal-Bord Amministrattiv għandu jkun konformi ma' dak ta' aġenziji oħra bi qbil mar-rakkomandazzjoni tal-IWG dwar l-Aġenziji. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 d Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 11 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fejn il-leġiżlatur jkun ta lir-rappreżentanti tal-Kummissjoni minoranza li tista' timblokka deċiżjonijiet kruċjali (bħall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma), dan m'għandux ikun jista' jinbidel mingħajr ma l-Parlament u l-Kunsill jerġgħu jintalbu għall-approvazzjoni tagħhom. Kieku l-pajjiżi terzi jingħataw d-dritt tal-vot, iż-żieda tan-numru ta' rappreżentanti tal-Kummissjoni ma tkunx meħtieġ; ikun preferibbli li tiġi aġġustata sistema ta' voti ppeżati differenti. (Ara l-emenda għall-Artikolu 14). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 e Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Meta l-Bord Amministratti kien jinkludi r-rappreżentanti ta' 15-il Stat Membru, maġġoranza ta' erbgħa minn kull ħamsa għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv kienet tirrikjedi l-appoġġ tal-Kummissjoni. Issa, b'27 Stat Membru dan m'għadux il-każ. Il-bilanċ istituzzjonali m'għandux jinbidel minn tkabbir passat jew futur. Għal din ir-raġuni, jidher li soluzzjoni strutturali li tinvolvi voti b'piżijiet differenti hi awspikabbli. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
F'konformità mal-prinċipju ta' lingwaġġ newtru fir-rigward tal-ġeneri, hu preferibbli li jinżamm l-użu tal-pronomi tar-Regolament eżistenti. Barra minn hekk, dan hu konsistenti mal-proposta tal-Kummissjoni għall-Artikolu 16(2). Minħabba s-sinifikat tal-istrateġija multiannwali, għal raġunijiet ta' bilanċ istituzzjonali, il-Parlament għandu jkun involut b'xi mod, flimkien mar-rappreżentanti tal-Istati Membri (fuq il-Bord Amministrattiv) u l-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
F'konformità mal-prinċipju ta' lingwaġġ newtru fir-rigward tal-ġeneri, hu preferibbli li jinżamm l-użu tal-pronomi tar-Regolament eżistenti. Barra minn hekk, dan hu konsistenti mal-proposta tal-Kummissjoni għall-Artikolu 16(2). Minħabba s-sinifikat tal-pjan multiannwali għall-politika dwar l-istaff, għal raġunijiet ta' bilanċ istituzzjonali, il-Parlament għandu jkun involut b'xi mod, flimkien mar-rappreżentanti tal-Istati Membri (fuq il-Bord Amministrattiv) u l-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 4 - punt (a) Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-istess punt fir-rigward ta' lingwaġġ newtru fir-rigward tal-ġeneri bħal dak għall-emendi għall-paragrafu 2 (a) u (aa). L-ewwel emenda hija skont il-prinċipji tal-ABM-ABB: il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija u r-rapport annwali tal-attività għandhom jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżorsi li ġew allokati għal attivitajiet li huma neċessarji biex jilħqu l-oġġettivi tal-Aġenzija. It-tieni għandha l-għan li tifformalizza l-prattika li jkun hemm skambju ta' ideat bejn id-Direttur u l-kumitat kompetenti dwar il-programm annwali ta' ħidma. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-istess punt fir-rigward ta' lingwaġġ newtru fir-rigward tal-ġeneri bħal dak għall-emendi għall-paragrafu 2, subparagrafi (a) u (aa). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 4 - punt (b) Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt d | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Konformi mal-prinċipji ta' ġestjoni bbażata fuq l-attività u baġietjar ibbażat fuq l-attività, il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija u r-rapport annwali tal-attività għandhom jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżorsi allokati għal attivitajiet li huma neċessarji biex jilħqu l-oġġettivi tal-Aġenzija u dwar il-prestazzjoni ġenerali biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 16 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandu jkun mgħarraf b'mod espliċitu li kull opinjoni tal-Parlament dwar il-kandidat magħżul għandha titqies qabel il-ħatra. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 16 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-tiġdid tal-mandat tad-Direttur għandu jkun għall-istess perjodu ta' żmien bħall-ewwel mandat. Għandu jkun mgħarraf b'mod espliċitu li kull opinjoni mogħtija mill-Parlament dwar il-kandidat magħżul għandha titqies qabel il-ħatra. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 16 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 6 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 18 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kif inhu konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni bbażata fuq l-attivitajiet u l-baġit skont l-attivitajiet (ABM-ABB), il-baġit tal-Aġenzija għandu jkun ibbażat espliċitament fuq l-għanijiet u l-attivitajiet tal-Aġenzija, filwaqt li jistabilixxi konnessjoni bejn il-Missjoni u l-objettivi u l-attivitajiet u r-riżorsi tal-Aġenzija. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 6 b (ġdid) Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 18 – paragrafi 7 u 8 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-ewwel parti tal-emenda tirreferi għall-applikazzjoni tan-nomenklatura tat-Trattat ta' Lisbona. It-tieni għandha l-għan li tipprovdi l-awtorità baġitarja b'informazzjoni adegwata meta l-istimi tal-Aġenzija ġew modifikati mill-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 6 c (ġdid) Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 18 – paragrafu 10 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dan għandu l-għan li jipprevjeni, f'każ ta' tnaqqis baġitarju sinifikanti, l-Aġenzija ssib ruħha li jkollha l-istess xogħlijiet u attivitajiet b'riżorsi mnaqqsa b'mod sinifikanti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 7 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 22 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 1 - punt 7a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 22 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandu jissemma li evalwazzjonijiet regolarji jistgħu jirriżultaw ukoll sabiex il-kompiti jew l-eżistenza tal-Aġenzija jiġu kkunsidrati mill-ġdid, jekk dan jirriżulta li hu meħtieġ. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 7 b Regolament (KE) Nru 1406/2002 Paragrafu 22 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 7c Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 22 b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Hu importanti li jingħata punt ta' rieżami biex jiġi analizzat kif qed jaħdem ir-Regolament rivedut u jekk humiex xierqa aġġustamenti ulterjuri. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 23 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Aġġornament biex jitqies id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Ir-rapport Szájer (adottat fis-sessjoni plenarja fil-5 ta' Mejju 2010) jgħid li l-Parlament għandu jkun fuq livell indaqs mal-Kunsill fir-rigward tal-aspetti kollha tas-setgħa ta' delega leġiżlattiva. Jitlob ukoll allinjament tal-leġiżlazzjoni eżistenti biex jiġu riflessi d-dispozizzjonijiet ġodda tat-Trattat. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 8 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 23 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 8 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1406/2002 Paragrafu 23 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda u t-tnejn li ġejjin jadotta l-istess approċċ bħar-rapport Sterckx dwar il-formalitajiet ta' rappurtar (Direttiva 2010/65/UE). Fi stadju aktar tard, l-emendi dwar l-atti delegati se jiġu allinjati mal-Ftehim Komuni dwar l-atti delegati. |
- [1] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
Daħla
L-EMSA twaqqfet bħala reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat meta għereq it-tanker taż-żejt "Erika". Bdiet topera f'Marzu 2003. Ir-Regolament li waqqafha ġie mmodifikat tliet darbiet. Din l-aħħar reviżjoni għandha timmira lejn bidliet li jdumu, anke jekk tieħu aktar żmien biex tiġi nnegozjata.
Il-proposta tal-Kummissjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni hi bbażata fuq konsultazzjoni tal-2008 mal-partijiet interessati tal-EMSA, evalwazzjoni esterna u valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni. Tirrifletti wkoll l-istrateġija tal-EMSA fuq 5 snin, adottata mill-Bord Amministrattiv tagħha (fejn huma rrappreżentati l-Istati Membri kollha). Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll rapport (COM(2011)0286) li juri li sistema tal-UE għall-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tat-tixrid taż-żejt tnaqqas l-ispejjeż b'madwar 20% meta mqabbla mas-sistemi nazzjonali.
L-EMSA diġà ngħatat kompiti ġodda bħala riżultat tal-implimentazzjoni tat-tielet pakkett dwar is-sikurezza marittima. Ikkonkludiet numru ta' "kuntratti dwar bastimenti ta' riżerva għar-reazzjoni għat-tixrid taż-żejt" li jaqilbu mill-attività regolari tagħhom għal modalità ta' reazzjoni għat-tniġġis fil-każ ta' emerġenza. Il-proposta tal-Kummissjoni tiċċara li l-bastimenti ta' dan it-tip jistgħu jintużaw ukoll biex jiġġieldu t-tniġġis minn sorsi oħrajn, inklużi r-riggijiet taż-żejt.
In-Norveġja u l-Islanda huma l-uniċi pajjiżi terzi li qed jieħdu sehem fl-EMSA. Il-Kummissjoni qed tirrakkomanda li l-possibilità ta' assistenza teknika tiġi estiża għall-pajjiżi ta' adeżjoni, is-sħab tal-Viċinat Ewropew u l-pajjiżi li jieħdu sehem fil-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi.
Il-pożizzjonijiet preċedenti tal-Parlament
Il-Parlament diġà stabbilixxa pożizzjoni dwar numru tal-kompiti addizzjonali possibbli għall-EMSA:
· ir-rapport de Grandes Pascual dwar it-tniġġis ikkawżat minn bastimenti u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur enfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw deterrent effikaċi tat-tniġġis ikkawżat minn vapuri;
· ir-rapport Wortmann-Kool dwar it-tniġġis ikkawżat minn bastimenti talab proposta tal-Kummissjoni biex tiġi stabbilita Gwardja tal-Kosta Ewropea komuni;
· ir-rapport Sterckx dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għal bastimenti qal li "[Il-kisba] ta' spazju Ewropew ta’ trasport marittimu mingħajr ostakli tirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib [...] fl-oqsma tas-servizzi doganali, tal-pulizija konfinali, tal-Europol, tas-saħħa pubblika u tat-trasport." Issuġġerixxa wkoll li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra sa fejn SafeSeaNet tista' tiġi integrata mas-Sistema ta' Informazzjoni dwar ix-Xmajjar;
· ir-rapport Meissner dwar Politika Marittima Integrata ħeġġeġ lill-Kummissjoni testendi l-mandat tal-EMSA fir-rigward tal-ispezzjonijiet ta' sikurezza tal-istallazzjonijiet lil hinn mill-kosta u t-tindif tat-tixrid taż-żejt. Ikkunsidra wkoll "li jeżisti potenzjal kbir biex l-EMSA jkun involut aktar fil-monitoraġġ taż-żoni kostali u biex jipprovdi iżjed appoġġ lill-Istati Membri biex isibu tniġġis fil-baħar".
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta' Ottubru 2010 qalet li l-mandat tal-EMSA "għandu jiġi estiż mill-bastimenti għall-istallazzjonijiet offshore"; jitlob li l-għoti ta' kompiti ġodda ta' dan it-tip jiġi rifless fil-baġit u fl-għadd ta' persunal tal-EMSA".
Il-pożizzjonijiet preċedenti tal-Kunsill
B'mod simili, il-Kunsill diġà adotta diversi konklużjonijiet rilevanti, b'mod partikulari fit-2-3 ta' Diċembru 2010 fejn stieden lill-Kummissjoni tevalwa "kif jista' jsir l-aħjar użu mill-protezzjoni ċivili eżistenti tal-UE, mir-rispons għall-emergenzi u mill-istrumenti/kapaċitajiet ta' sikurezza marittima ukoll fis-settur taż-żejt u l-gass fil-baħar". Matul l-istess laqgħa, il-Ministri tat-Trasport talbu integrazzjoni sħiħa tat-trasport bl-ilma fil-katini tat-trasport u loġistiċi tal-UE. B'mod partikolari, appoġġa "l-pjan tal-Kummissjoni li jitnieda proġett pilota, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), biex jiġi rfinut il-kunċett "Blue Belt"."
Kompiti addizzjonali għall-EMSA
Ġeneralment hu rikonoxxut li l-EMSA hi organizzazzjoni effikaċi, immexxija sew li toffri ffrankar sinifikati għall-Istati Membri peress li topera fil-livell Ewropew, bl-ekonomiji ta' skala li dan il-fatt jiġġenera. Ħafna minn din il-ħidma tinvolvi konsulenza lill-Kummissjoni u/jew lill-Istati Membri.
Hemm l-ambitu għall-espansjoni tal-attivitajiet tal-EMSA,, sabiex l-esperjenza u s-servizzi tekniċi tagħha jkunu jistgħu jiġu applikati għal firxa usa' ta' politiki. B'mod partikolari, is-sistemi tagħha għall-monitoraġġ tat-traffiku jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' spazju marittimu Ewropew mingħajr ostakli li jkun jippermetti li l-merkanzija u l-passiġġieri jiġu ttrasportati bil-baħar bejn l-Istati Membri bl-ebda aktar formalità milli kieku marru bit-triq. Dan jevita li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni favur modalità li tagħmel aktar ħsara lill-ambjent. B'mod simili l-EMSA għandha tagħti konsulenza lill-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-kompatibilità reċiproka ta' SafeSeaNet u s-Sistema ta' Informazzjoni dwar ix-Xmajjar biex tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi.
Waqt li r-Rapporteur mhux qed jipproponi l-ħolqien ta' Gwardja tal-Kosta Ewropea, in-nuqqas tal-Kummissjoni li twettaq l-istudju rikjest mid-Direttiva (KE) 2005/35 hu ta' min wieħed jiddispjaċih ħafna dwarha. Il-Kummissjoni għandha titfakkar li anke hi hi marbuta mil-leġiżlazzjoni Ewropea.
L-iċċarar li l-bastimenti ta' riżerva eżistenti għar-reazzjoni għat-tixrid taż-żejt jistgħu jintużaw ukoll fil-każ ta' tniġġis marittimu kkawżat mill-pjattaformi taż-żejt u tal-gass jidher li joffri alternattiva effikaċi u kost-effiċjenti. L-EMSA diġà tivverifika l-konformità tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni mar-rekwiżiti tal-UE għat-trasport bil-baħar. Uħud minn dawn is-soċjetajiet jaħdmu wkoll mal-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut. Ir-Regolament emendat dwar l-EMSA għandu għaldaqstant jagħmel l-aħjar użu possibbli tal-kapaċità tagħha sabiex tkun tista' tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-prevenzjoni tat-tniġġis mill-installazzjonijiet taż-żejt u l-gass lil hinn mix-xtut u fl-iżvilupp tar-rekwiżiti u l-gwida dwar l-għoti ta' liċenzji ta' tali esplorazzjoni u produzzjoni. Ir-Regolament għandu jipprevedi wkoll rwol imsaħħaħ għas-sistemi eżistenti għal CleanSeaNet, l-estensjoni tal-funzjonijiet ta' ispezzjoni tal-EMSA u l-eżami tal-potenzjal tagħha li twettaq rwol ta' audit indipendenti bil-liċenzji.
L-EMSA għanda tagħti wkoll pariri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara. Iż-żieda tal-attrazzjoni tax-xogħlijiet marittimi għaċ-ċittadini tal-UE hi objettivi li ilu kondiviżi għal żmien twil. L-EMSA diġà tassisti lill-Kummissjoni bi studju tal-impatt dwar l-infurzar tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittima permezz ta' leġiżlazzjoni tal-UE. Tkun ikkwalifikata wkoll biex tassisti bl-implimentazzjoni tal-Pakkett Soċjali Marittimu li ġej. L-EMSA għandha tiffaċilita netwerk tal-akkademji għat-taħriġ marittimu għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattika u l-iżgurar ta' standards għoljin.
Attwalment, l-EMSA taġixxi biss f'isem il-Kummissjoni fil-kontroll tal-prekundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti. Dawn l-audits ikopru r-rekwiżiti fir-rigward tal-konvenzjonijiet internazzjonali. Għaldaqstant jinvolvu kważi eżattament l-istess kwistjonijiet bħal dawk ivvalutati mill-Istati Membri. Jekk l-EMSA kellha wkoll twettaq l-audit rikjest f'isimhom, dan jirriżulta f'ekonomiji ta' skala. Ma jiġux esklużi rekwiżiti nazzjonali addizzjonali.
Fir-rigward tal-kontroll tal-istat tal-port, is-Segretarjat tal-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi hu entità separata li tkopri lir-Russja u l-Kanada apparti l-UE, imma l-EMSA tikkontribwixxi b'mod sustanzjali għal ħidmitu. It-tqassim mill-ġdid tal-kompiti jew fużjoni eventwali jwasslu għal kisbiet sinifikanti fl-effiċjenza.
Jidher li hu awspikabbli ħafna li l-EMSA tingħata portata akbar biex tassisti lill-pajjiżi ġirien inaqqsu r-riskji tat-tniġġis u jirreaġixxu għat-tniġġis. Ftit hemm dubju li, kieku kellu jkun hemm inċident ta' tniġġis fin-Nofsinhar tal-Mediterran, ftit miż-żejt jispiċċa fl-ilmijiet Ewropej. F'dan il-każ, hu ċar li aħjar wieħed jipprevjeni milli jikkura. L-aġġustament tar-Regolament biex isir espliċitu li l-EMSA tista' tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-korpi reġjonali għar-reazzjoni għat-tniġġis marittimu (eż. l-Konvenzjonijiet ta' Ħelsinki u ta' Barċellona) joffri benefiċċji fir-rigward taċ-ċertezza ġuridika u t-trasparenza.
L-aspetti tal-governanza
Kif tirrikonoxxi l-proposta tal-Kummissjoni, hemm potenzjal ta' kunflitt ta' interess għar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Bord Amministrattiv meta tkun qed tiġi stabbilita l-politika dwar iż-żjarat tal-EMSA peress li jkunu qed jistabbilixxu r-regoli li permezz tagħhom tkun se tiġi spezzjonata l-organizzazzjoni tagħhom stess. Madankollu, aktar milli jitħalla li l-metodi ta' ħidma operattiva tal-Aġenzija fil-qasam tal-ispezzjonijiet jiġu adottati bi proċedura ta' komitoloġija, għandha tintuża d-dispożizzjoni dwar l-"atti delegati" tat-Trattat ta' Lisbona.
Barra minn hekk, it-tkabbir tal-UE biddel il-bilanċ bejn ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u dawk tal-Kummissjoni. B'27 Stat Membru, minflok 15, huwa teorikament possibbli li jinħatar jew jitkeċċa Direttur kontra x-xewqat tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni. Sistema ta' voti ppeżati żżomm il-bilanċ istituzzjonali għal żmien twil.
Implikazzjonijiet baġitarji
Hu ċar li jekk ix-xogħol isir darba minn EMSA minflok f'kull amministrazzjoni nazzjonali, l-ispiża għall-kontribwenti Ewropej titnaqqas u jinħoloq valur miżjur Ewropew ta' vera. Dan diġà ntwera mis-sistemi ta' sorveljanza marittima tal-EMSA. Hu probabbli li l-użu ta' dawn is-sistemi għall-forniment ta' informazzjoni ta' valur għall-oqsma politiċi oħrajn ikun aktar kost-effikaċi mill-ħolqien ta' sistemi indipendenti.
Hemm bżonn li l-kompiti addizzjonali għall-EMSA jiġu riflessi b'mod realistiku fil-baġit u l-persunal tagħha. Inkella jkun hemm theddida għall-funzjoni fundamentali tagħha li tippromwovi s-sikurezza marittima.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (16.6.2011)
għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
(COM(2010)0611 – C7‑0343/2010 – 2010/0303(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-għan tal-miżura proposta huwa li temenda r-Regolament 1406/2002 billi tiċċara l-kompiti u r-rwol eżistenti tal-EMSA kif ukoll billi testendi l-kompiti tal-EMSA għal oqsma ġodda fuq il-livell internazzjonali u/jew tal-UE li għadhom qed jiġu żviluppati.
Aspetti ġenerali u l-grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar l-aġenziji
Ir-rapporteur ħadet nota tajba tal-estensjoni proposta tal-ħidmiet, u tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni li saret f'dan ir-rigward. Hija tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-kumitati BUDG u TRAN li għandhom isiru iktar valutazzjonijiet tal-impatt dwar l-opportunità u l-konsegwenzi ta' kull xogħol addizzjonali li jiġi propost mill-kumitat responsabbli (ara wkoll id-dokument tal-ħidma mir-rapporteur prinċipali u l-opinjoni tal-KESE), inkluż f'termini baġitarji u ta' persunal, skont l-Approċċ Komuni Interistituzzjonali għall-Valutazzjoni tal-Impatt (IA) li jirrigwarda emendi sostantivi.
Ir-rapporteur hija tal-opinjoni li l-avvanz tax-xogħlijiet tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali, jagħmilha possibli wkoll li jiġu integrati l-ewwel konklużjonijiet dwar kwistjonijiet ta' governanza li diġà jinstabu fl-opinjoni attwali. Dawn il-konklużjonijiet diġà ġew approvati minn tliet istituzzjonijiet fl-aħħar laqgħa tagħhom fit-23 ta' Marzu 2011. Huma rriżultaw fl-emendi li ġejjin li jittrattaw dwar:
- it-titjib tal-poteri ta' skrutinju tal-Parlament dwar l-istrateġija multiannwali tal-aġenzija (opinjoni) u l-programm annwali ta' ħidma,
- il-monitoraġġ tax-xogħlijiet tal-bord tal-ġestjoni u l-kompetenzi rispettivi meħtieġa tal-membri tiegħu,
- it-twaqqif ta' bord eżekuttiv,
- il-prevenzjoni ta' kunflitt tal-interessi fi ħdan il-bord tal-ġestjoni,
- l-istabbiliment ta' indikaturi biex jassessjaw il-prestazzjoni tal-aġenzija,
- l-evalwazzjoni regulari tal-aġenzija.
Kwistjonijiet baġitarji
Dwar kwistjonijiet baġitarji relatati, ir-rapporteur identifikat il-bżonn ta' aktar kjarifika fid-dikjarazzjoni finanzjarja u l-implikazzjonijiet baġitarji tal-proposta:
- Id-dikjarazzjoni finanzjarja tidher żbaljata peress li jissemma impjieg addizzjonali fid-DĠ MOVE li iżda diġà ġie assenjat lill-ġestjoni tal-attività. Ir-rapporteur se tiżgura li dan ma jirriżultax fi nfiq addizzjonali (l-impatt huwa xi EUR 0.5 miljun għal erbgħa snin).
- Rigward l-assenjazzjoni mill-ġdid ta' 6 membri tal-persunal fi ħdan l-aġenzija biex din tkun tista' tlaħħaq mal-kompiti l-ġodda, jeħtieġ ikun hemm iktar kjarfika dwar l-għażla taż-żmien u l-attivitajiet li minnhom ħa ssir l-assenjazzjoni mill-ġdid.
- Jeħtieġ li jkun hemm iktar informazzjoni dwar l-implikazzjoni preċiża tas-sors tal-kompiti l-ġodda tal-aġenziji li mhumiex inklużi fir-regolament: is-sezzjonijiet relatati mal-'element uman' u l-'e-maritime' fl-istrateġija multiannwali tal-bord amministrattiv.
- Finalment, se jiġi eżaminat x'wieħed jista' jistenna minn kollezzjoni ta' ħlasijiet li joriġinaw mill-iskambju ta' data marittima, u wkoll x'garanzija hemm li l-awtorità leġiżlattiva tkun tista' tiddeċiedi dwar xi sors ieħor ta' dħul għall-aġenzija, minkejja l-kliem ġenerali tad-dispożizzjoni l-ġdida.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a. Jenfasizza li l-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda għandu japplika għall-estensjoni tal-funzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima; jenfasizza li kull deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur din it-tip ta' estensjoni ta' dawn il-kompiti għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali; | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Biex tirrepeti l-prerogattivi baġitarji tal-Parlament. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-evalwazzjoni esterna, tar-rakkomandazzjonijiet mill-Bord Amministrattiv u tal-istrateġija multiannwali, uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandhom jiġu ċċarati u aġġornati. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tirċievi numru ta’ kompiti addizzjonali li jirriflettu l-iżvilupp tal-politika dwar is-sikurezza marittima fuq il-livell tal-UE u dak internazzjonali. Huma meħtieġa sforzi konsiderevoli ta’ eżamijiet bir-reqqa u ta’ riallokazzjoni sabiex tkun iggarantita l-effiċjenza fl-infiq u fil-baġit. Dan għandu jippermetti li terz mill-ħtiġijiet addizzjonali f’termini ta’ persunal għall-kompiti l-ġodda jkunu koperti mill-Aġenzija permezz ta’ riallokazzjoni interna. |
(3) Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-evalwazzjoni esterna, tar-rakkomandazzjonijiet mill-Bord Amministrattiv u tal-istrateġija multiannwali li ġiet adottata minn dak il-Bord f'Marzu 2010, uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandhom jiġu ċċarati u aġġornati. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tirċievi numru ta’ kompiti addizzjonali li jirriflettu l-iżvilupp tal-politika dwar is-sikurezza marittima fuq il-livell tal-UE u dak internazzjonali. Huma meħtieġa sforzi konsiderevoli ta’ eżamijiet bir-reqqa u ta’ riallokazzjoni sabiex tkun iggarantita l-effiċjenza fl-infiq u fil-baġit. Dan għandu jippermetti li terz mill-ħtiġijiet addizzjonali f’termini ta’ persunal għall-kompiti l-ġodda jkunu koperti mill-Aġenzija permezz ta’ riallokazzjoni interna. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-att legali għandu jkun preċiż biżżejjed meta jkun qed jirreferi għas-sors tal-kontenut. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Paragrafu 14 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(14a) Għandhom jitqiesu r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej 1 (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, u l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda 2 (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 47 tiegħu. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
1ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
2 ĠU L 139, 14.6.2006, p. 1. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għandha ssir referenza għar-Regolament Finanzjarju (art 185) u għall-Ftehim interistituzzjonali dwar il-ġestjoni baġitarja u d-dixxiplina baġitarja (Art. 47) bħala l-bażi legali għall-istabbiliment ta' aġenzija ġdida tal-UE. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 - punt a Regolament (KE)1406/2002 Artikolu 10 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-ewwel modifika għandha l-għan li tiċċara li l-Aġenzija nnifisha ma tistax tikkunsidra dak li hu relevanti għall-Parlament. It-tieni għandha l-għan li tħaddan fir-regolament il-fatt li l-Parlament għandu jiġi konsultat għall-adozzjoni tal-istrateġija multiannwali tal-aġenziji (IWG). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 - punt d a (ġdid) Regolament (KE)1406/2002 Artikolu 10 – paragrafu 2– punt (h) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għall-pussess u għal segwitu aħjar tas-sejbiet tal-verifika u tal-evalwazzjonijiet, il-Bord Amministrattiv, li d-Direttur irid jagħti rendikont lilu, għandu jiġi affidat espliċitament bil-monitoraġġ tagħhom (IWG). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid) Regolament (KE)1406/2002 Artikolu 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-ħiliet tal-membri tal-Bord Amministrattiv għandhom ikunu konformi mal-funzjonijiet li ġew assenjati lilhom. Minbarra dan, għandu jkun hemm dispożizzjoni bl-għan li tipprevjeni kull kunflitt tal-interess u d-dewmien tal-mandat għandu jkun skont l-aġenziji l-oħra' (IWG). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid) Regolament (KE)1406/2002 Paragrafu 14 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għandu jiġi stabbilit bord ta' tmexxija bl-għan li jinforza s-superiżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u baġitarja permezz tal-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv (IWG). | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 - punt (a) Regolament (KE)1406/2002 Artikolu 15 – paragrafu 2– punti (a) u (b) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-ewwel modifika għandha l-għan li tħaddan fir-regolament il-fatt li l-Parlament għandu jiġi konsultat sabiex jadotta l-istrateġija multiannwali tal-aġenziji (IWG). It-tieni hija skont il-prinċipji tal-ABM-ABB: il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija u r-rapport annwali tal-attività għandhom jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżorsi li ġew allokati għal attivitajiet li huma neċessarji biex jilħqu l-oġġettivi tal-Aġenzija. It-tielet għandha l-għan li tifformalizza l-prattika li jkun hemm skambju ta' ideat bejn id-Direttur u l-kumitat kompetenti dwar il-programm annwali ta' ħidma. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 - punt (b) Regolament (KE)1406/2002 Artikolu 15 – paragrafu 2– punt (d) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Konformi mal-prinċipji ta' ġestjoni bbażata fuq l-attività u baġetjar ibbażat fuq l-attività, il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija u r-rapport annwali tal-attività għandhom jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżorsi allokati għal attivitajiet li huma neċessarji biex jilħqu l-oġġettivi tal-Aġenzija u dwar il-prestazzjoni ġenerali biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE)1406/2002 Artikolu 16 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għandu jkun mgħarraf b'mod espliċitu li kull opinjoni tal-Parlament dwar il-kandidat magħżul għandha titqies qabel il-ħatra. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE)1406/2002 Artikolu 16 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
It-tiġdid tal-mandat tad-Direttur għandu jkun għall-istess perjodu ta' żmien bħall-ewwel mandat. Għandu jkun mgħarraf b'mod espliċitu li kull opinjoni mogħtija mill-Parlament dwar il-kandidat magħżul għandha titqies qabel il-ħatra. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 a (ġdid) Regolament (KE)1406/2002 Artikolu 18 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Kif inhu konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni bbażata fuq l-attivitajiet u l-baġit skont l-attivitajiet (ABM-ABB), il-baġit tal-Aġenzija għandu jkun ibbażat espliċitament fuq l-għanijiet u l-attivitajiet tal-Aġenzija, filwaqt li jistabilixxi konnessjoni bejn il-Missjoni u l-objettivi u l-attivitajiet u r-riżorsi tal-Aġenzija. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 b (ġdid) Regolament (KE)1406/2002 Artikolu 18 – paragrafi 7 u 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
L-ewwel parti tal-emenda tirreferi għall-applikazzjoni tan-nomenklatura tat-Trattat ta' Liżbona. It-tieni għandha l-għan li tipprovdi l-awtorità baġitarja b'informazzjoni adegwata meta l-istimi tal-Aġenzija ġew modifikati mill-Kummissjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 c (ġdid) Regolament (KE)1406/2002 Artikolu 18 – paragrafu 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Dan għandu l-għan li jipprevjeni, f'każ ta' qtugħ baġitarju sinifikanti, l-Aġenzija ssib ruħha li jkollha l-istess xogħlijiet u attivitajiet b'riżorsi mnaqqsa b'mod sinifikanti. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 Regolament (KE)1406/2002 Artikolu 22 – paragrafi 1 u 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Għandu jissemma li evalwazzjonijiet regolarji jistgħu jirriżultaw ukoll sabiex il-kompiti jew l-eżistenza tal-Aġenzija jiġu kkunsidrati mill-ġdid, jekk dan jirriżulta li hu meħtieġ. |
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima |
||||
Referenzi |
COM(2010)0611 – C7-0343/2010 – 2010/0303(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 10.11.2010 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 10.11.2010 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Jutta Haug 18.11.2010 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
15.6.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Damien Abad, Alexander Alvaro, Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Lajos Bokros, Andrea Cozzolino, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Estelle Grelier, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Claudio Morganti, Nadezhda Neynsky, Miguel Portas, László Surján, Helga Trüpel, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Frédéric Daerden, Edit Herczog, Jan Mulder, María Muñiz De Urquiza |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (19.4.2011)
għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzij[a] Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima]
(COM(2010)0611 – C7‑0343/2010 – 2010/0303(COD))
Rapporteur: Bart Staes
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
It-tixrid taż-żejt reċenti ta’ Deepwater Horizon fil-Golf tal-Messiku enfasizza l-bżonn li tingħata attenzjoni lill-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fl-ambjent marin tal-UE. Il-Parlament Ewropew beda jħares lejn dawn il-kwistjonijiet fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-azzjoni tal-UE għall-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt fl-UE (inizjalment imħeġġa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel).
Dan ir-Regolament propost li qed jemenda r-Regolament (KE) Nru.1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Protezzjoni Marittima (EMSA), jirrappreżenta l-ewwel opportunità leġiżlattiva għall-Parlament biex jiġu eżaminati mezzi ta’ tisħiħ tal-funzjonijiet eżistenti tal-EMSA sabiex jiżdiedu l-objettivi tal-protezzjoni ambjentali u l-kapaċità tar-rispons għal inċidenti fl-ilmijiet tal-UE.
Ir-Regolament propost għandu jagħmel l-aħjar użu tal-esperjenza tal-Aġenzija u jsaħħaħ ir-rwol tagħha biex tgħin u tappoġġa l-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut u fl-iżvilupp tar-rekwiżiti u l-gwida dwar il-liċenzji tal-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass. Ir-Regolament propost għandu jipprevedi wkoll għal rwol miżjud għal sistemi bħal ma huma l-CleanSeaNet u s-sistema għall-iskoperta elettronika, użati mill-EMSA fil-ħidma eżistenti tagħha u għandu jestendi l-funzjonijiet ta’ spezzjoni tal-EMSA.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(6) L-Aġenzija għandha ttejjeb l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni rigward l-attivitajiet ta’ riċerka relatati mal-qasam tal-kompetenzi tagħha. Madankollu, għandu jkun evitat xogħol doppju mal-qafas ta’ riċerka eżistenti tal-UE. B’mod partikolari, l-Aġenzija m’għandhiex tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-proġetti ta’ riċerka. |
(6) L-Aġenzija għandha ttejjeb l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni rigward l-attivitajiet ta’ riċerka relatati mal-qasam tal-kompetenzi tagħha. Madankollu, għandu jkun evitat xogħol doppju mal-qafas ta’ riċerka eżistenti tal-UE. B’mod partikolari, l-Aġenzija m’għandhiex tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-proġetti ta’ riċerka. Fl-estensjoni tal-ħidmiet tal-Aġenzija, għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li l-ħidmiet ikunu deskritti b’mod ċar u preċiż, li ma jkunx hemm dupplikazzjoni u li tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni. | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 8 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(8) Avvenimenti reċenti enfasizzaw ir-riskji tal-attivitajiet ta’ esplorazzjoni għal u ta’ produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu. L-użu tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-Aġenzija għandhom ikunu estiżi b’mod espliċitu sabiex ikopru r-reazzjoni għat-tniġġis li toriġina minn attivitajiet ta’ din ix-xorta. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjon biex tanalizza s-sikurezza tal-installazzjonijiet mobbli tal-gass u taż-żejt lil hinn mix-xtut, ħalli jkunu identifikati d-dgħufijiet possibbli, billi tibbaża l-kontribuzzjoni tagħha fuq il-kompetenza li żviluppat rigward is-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u r-reazzjoni għat-tniġġis marin. |
(8) Avvenimenti reċenti enfasizzaw ir-riskji tal-attivitajiet ta’ esplorazzjoni għal u ta’ produzzjoni taż-żejt u tal-gass u l-attivitajiet ta’ trasport lil hinn mix-xtut għat-trasport marittimu, għall-ambjent marittimu u għaż-żoni kostali. L-użu tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-Aġenzija għandhom ikunu estiżi b’mod espliċitu sabiex ikopru l-prevenzjoni u r-reazzjoni għat-tniġġis li toriġina minn attivitajiet ta’ din ix-xorta. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjon biex tanalizza s-sikurezza tal-installazzjonijiet mobbli tal-gass u taż-żejt lil hinn mix-xtut (inklużi l-installazzjonijiet tat-trasport), ħalli jkunu identifikati d-dgħufijiet possibbli, billi tibbaża l-kontribuzzjoni tagħha fuq il-kompetenza li żviluppat rigward is-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u r-reazzjoni għat-tniġġis marin. L-Aġenzija għandha b’mod partikolari, permezz tal-immonitorjar tas-satelliti u s-servizz tas-sorveljanza eżistenti tagħha, tgħin lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex tagħraf u tittratta l-effetti tat-tixrid taż-żejt li jirriżultaw minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut. | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 8 a (gdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(8a) L-estensjoni tal-ħidmiet u r-responsabilitajiet tal-Aġenzija rigward l-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut għandha tiġi riflessa kif suppost fil-baġit adottat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru.1406/2002, u għandha tirriżulta f’żieda fin-numru tal-persunal tagħha u fil-kapaċità tar-rispons għal inċidenti tagħha, jekk hemm bżonn biex l-Aġenzija tkun permessa twettaq dawk il-ħidmiet tagħha b’mod effettiv. | ||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 8 b (gdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(8b) Is-sistema tal-iskoperta elettronika eżistenti tal-Aġenzija tista’ tintuża b’mod utli għal tipi addizzjonali ta’ bastimenti, meta jitqies il-potenzjal tagħha biex ittejjeb l-effiċjenza tat-trasport marittimu, u b’hekk tipprovdi inċentivi biex it-tagħbija titmexxa mit-trasport fuq it-toroq għal dak bil-baħar. | ||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 10 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(10) L-Aġenzija stabbiliet ruħha bħala l-fornitriċi awtorevoli ta’ dejta dwar it-traffiku marittimu fuq il-livell tal-UE li hija ta’ interess u ta’ rilevanza f’attivitajiet oħrajn tal-UE. Permezz tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari rigward il-kontroll mill-istat tal-port, il-monitoraġġ tat-traffiku marittimu u tar-rotot tat-tbaħħir kif ukoll l-assistenza biex jiġu ntraċċati n-niġġiesa possibbli, l-Aġenzija għandha tagħti kontribuzzjoni biex jissaħħu s-sinerġiji fuq il-livell tal-UE rigward ċerti operazzjonijiet tal-gwardja tal-kosta. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ ġbir tad-dejta tal-Aġenzija għandhom ukoll jiġbru informazzjoni bażika dwar it-theddid potenzjali għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu mill-esplorazzjoni għal u mill-produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut. |
(10) L-Aġenzija stabbiliet ruħha bħala l-fornitriċi awtorevoli ta’ dejta dwar it-traffiku marittimu fuq il-livell tal-UE li hija ta’ interess u ta’ rilevanza f’attivitajiet oħrajn tal-UE. Permezz tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari rigward il-kontroll mill-istat tal-port, il-monitoraġġ tat-traffiku marittimu u tar-rotot tat-tbaħħir kif ukoll l-assistenza biex jiġu ntraċċati n-niġġiesa possibbli, l-Aġenzija għandha tagħti kontribuzzjoni biex jissaħħu s-sinerġiji fuq il-livell tal-UE rigward ċerti operazzjonijiet tal-gwardja tal-kosta. Barra minn hekk, għandu jsir studju biex jiġi eżaminat jekk l-Aġenzija, li taġixxi bħala servizz tal-gwardja tal-kosta Ewropew, għandhiex fil-futur tieħu f’idejha dawn il-ħidmiet sabiex tippermetti azzjoni aktar mgħaġġla u aktar effettiva mill-awtoritajiet. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ ġbir tad-dejta tal-Aġenzija għandhom ukoll jiġbru informazzjoni bażika dwar it-theddid potenzjali għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu mill-esplorazzjoni għal u mill-produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut u tat-trasport tagħhom. | ||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 11 a (gdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(11a) Il-kompetenza tal-Aġenzija fl-oqsma tat-tniġġis u r-rispons għall-inċidenti fl-ambjent marin tista’ wkoll tkun prezzjuża fl-iżvilupp ta’ gwida dwar l-għoti ta’ liċenzji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass. L-Aġenzija għandha għalhekk tgħin lill-Kummissjoni u l-Istati Membri f’dan ix-xogħol. | ||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 12 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(12) L-Aġenzija twettaq spezzjonijiet sabiex tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-UE. Ir-rwoli tal-Aġenzija, tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-Bord Amministrattiv għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar. |
(12)L-Aġenzija twettaq spezzjonijiet sabiex tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-UE. Ir-rwoli tal-Aġenzija, tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-Bord Amministrattiv għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar. B’mod partikolari, l-Aġenzija għandha tagħmel spezzjonijiet f’pajjiżi terzi fir-reġjuni tal-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-Baħar Baltiku li fl-ilmijiet tagħhom qed isiru l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass, u tgħin dawk il-pajjiżi terzi biex isaħħu l-kapaċità tagħhom li jtejbu s-sikurezza tal-operazzjonijiet tagħhom lil hinn mix-xtut. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi biex isiru l-ħidmiet għandha tissaħħaħ sabiex tiġi permessa azzjoni aktar mgħaġġla. | ||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 - punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Article 1 - paragraph 2 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 - punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 1 - paragrafu 3 a (gdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 - punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 1 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 - paragrafu 2 - punt f a (gdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 - punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 - paragrafu 3 - punt c a (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt c a (gdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 - punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Gustifikazzjoni | |||||||||||||
L-EMSA jista’ jkollha wkoll rwol fl-iskrutinju tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali (EIA) għal attivitajiet lil hinn mix-xtut biex jiġu evitati impatti ambjentali ta’ detriment għall-ekosistemi marini verament sensittivi. | |||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 - punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 3 – paragrafu 3 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 - punt 2 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 5 – paragrafu 3 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 16 – paragrafu 1 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 Regolament (KE) Nru 1406/2002 Artikolu 16 – paragrafu 4 | |||||||||||||
|
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzij[a] Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima] |
|||||||
Referenzi |
COM(2010)0611 – C7-0343/2010 – 2010/0303(COD) |
|||||||
Kumitat(i) responsabbli |
TRAN |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 10.11.2010 |
|
|
|
||||
Rapporteur Data tal-ħatra |
Bart Staes 30.11.2010 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
16.3.2011 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
19.4.2011 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
58 2 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
János Áder, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Paolo Bartolozzi, Sergio Berlato, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Julie Girling, Nick Griffin, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Paul Nuttall, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Carl Schlyter, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
João Ferreira, Matthias Groote, Jutta Haug, Michèle Rivasi, Birgit Schnieber-Jastram, Renate Sommer, Bart Staes, Struan Stevenson, Eleni Theocharous, Marianne Thyssen, Giommaria Uggias, Anna Záborská |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
George Sabin Cutas |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzij[a] Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima] |
||||
Referenzi |
COM(2010)0611 – C7-0343/2010 – 2010/0303(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
28.10.2010 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 10.11.2010 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 10.11.2010 |
ENVI 10.11.2010 |
ITRE 10.11.2010 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 1.12.2010 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Knut Fleckenstein 7.12.2010 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
12.4.2011 |
21.6.2011 |
10.10.2011 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
11.10.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
35 5 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Ryszard Czarnecki, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Dominique Riquet, Laurence J.A.J. Stassen |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Margrete Auken, Peter Simon |
||||
Data tat-tressiq |
25.10.2011 |
||||