Proċedura : 2010/0303(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0372/2011

Testi mressqa :

A7-0372/2011

Dibattiti :

PV 14/12/2011 - 15
CRE 14/12/2011 - 15

Votazzjonijiet :

PV 15/12/2011 - 9.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0581

RAPPORT     ***I
PDF 1228kWORD 877k
25.10.2011
PE 464.908v03-00 A7-0372/2011

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima]

(COM(2010)0611 – C7‑0343/2010 – 2010/0303(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Knut Fleckenstein

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima]

(COM(2010)0611 – C7‑0343/2010 – 2010/0303(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0611),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0343/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011(1),

–   wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, kif ukoll tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0372/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jenfasizza li l-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda għandu japplika għall-estensjoni tal-funzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima; jenfasizza li kull deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur din it-tip ta' estensjoni ta' dawn il-kompiti għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 stabbilixxa Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima] (minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”) sabiex ikun żgurat livell għoli, uniformi u effettiv ta’ sikurezza marittima u ta’ prevenzjoni ta’ tniġġis mill-bastimenti.

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002, li ġie adottat wara d-diżastru tat-tanker taż-żejt 'Erika' u t-tniġġis taż-żejt devastanti li huwa ħoloq, stabbilixxa Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”) sabiex ikun żgurat livell għoli, uniformi u effettiv ta’ sikurezza marittima u ta’ prevenzjoni ta’ tniġġis mill-bastimenti.

Ġustifikazzjoni

Dan il-punt għandu jiġi ppreċiżat biex dawk il-persuni li iktar ’il quddiem jistgħu jirreferu għal dan id-dokument b’mod xjentifiku jkunu jafu x’kienet il-kawża li tat bidu għall-inizjattivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 ġie emendat wara d-diżastru tat-tanker taż-żejt “Prestige”, b’tali mod li żdiedu l-kompetenzi tal-Aġenzija fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis.

Ġustifikazzjoni

Dan il-punt għandu jiġi ppreċiżat biex dawk il-persuni li iktar ’il quddiem jistgħu jirreferu għal dan id-dokument b’mod xjentifiku jkunu jafu x’kienet il-kawża li tat bidu għall-inizjattivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, fl-2007 il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija kkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, f’Ġunju 2008 huwa ħareġ rakkomandazzjonijiet rigward bidliet fir-Regolament (KE) Nru 1406/2002, fl-Aġenzija u fil-prattiki ta’ ħidma tagħha.

(2) Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, fl-2007 il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija (minn hawn 'l isfel imsejjaħ Bord Amministrattiv) ikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, f’Ġunju 2008 huwa ħareġ rakkomandazzjonijiet rigward bidliet fir-Regolament (KE) Nru 1406/2002, fl-Aġenzija, fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha u fil-prattiki ta’ ħidma tagħha.

Ġustifikazzjoni

Il-modifika ta’ dan ir-Regolament tipprevedi l-allokazzjoni ta’ kompetenzi ġodda lill-Aġenzija u għalhekk tittratta d-definizzjoni mill-ġdid tal-oqsma ta’ reazzjoni tagħha.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-evalwazzjoni esterna, tar-rakkomandazzjonijiet mill-Bord Amministrattiv u tal-istrateġija multiannwali, uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandhom jiġu ċċarati u aġġornati. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tirċievi numru ta’ kompiti addizzjonali li jirriflettu l-iżvilupp tal-politika dwar is-sikurezza marittima fuq il-livell tal-UE u dak internazzjonali. Huma meħtieġa sforzi konsiderevoli ta’ eżamijiet bir-reqqa u ta’ riallokazzjoni sabiex tkun iggarantita l-effiċjenza fl-infiq u fil-baġit. Dan għandu jippermetti li terz mill-ħtiġijiet addizzjonali f’termini ta’ persunal għall-kompiti l-ġodda jkunu koperti mill-Aġenzija permezz ta’ riallokazzjoni interna.

(3) Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-evalwazzjoni esterna, tar-rakkomandazzjonijiet mill-Bord Amministrattiv u tal-istrateġija multiannwali li huwa adotta f'Marzu 2010, uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandhom jiġu ċċarati u aġġornati. Filwaqt li tikkonċentra fuq il-missjonijiet ta’ prijorità tagħha relatati mas-sigurtà marittima, l-Aġenzija għandha, barra minn hekk, tirċievi numru ta’ kompiti addizzjonali li jirriflettu l-iżvilupp tal-politika dwar is-sikurezza marittima fuq il-livell tal-UE u dak internazzjonali. Fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji tal-UE, huma meħtieġa sforzi konsiderevoli ta’ eżamijiet bir-reqqa u ta’ riallokazzjoni sabiex tkun iggarantita l-effiċjenza fl-infiq u fil-baġit u biex tiġi evitata s-sovrappożizzjoni. Il-ħtiġijiet f’termini ta’ persunal għall-kompiti l-ġodda għandhom kemm jista’ jkun ikunu koperti mill-Aġenzija permezz ta’ riallokazzjoni interna.

Ġustifikazzjoni

Il-kapaċitajiet finanzjarji tal-Aġenzija biex tintervjeni b’mod effikaċi fil-qasam tas-sigurtà marittima m’għandhomx jiġu allokati għal missjonijiet ġodda. Għalhekk, ġestjoni tal-baġit rigoruża hija kundizzjoni indispensabbli għat-twessigħ tal-kompetenzi tal-Aġenzija. Il-kompiti l-ġodda, fil-limitu ta’ dak li hu possibbli, permezz ta’ riallokazzjoni.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Din ir-riallokazzjoni għandha tkun ikkoordinata mal-aġenziji fl-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Ir-riallokazzjoni tkun iktar effikaċi u iktar vijabbli jekk tkun akkumpjanata minn koordinazzjoni msaħħa.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 3 b (gdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3b) L-Aġenzija diġà wriet li ċerti kompiti, bħas-sistemi ta' monitoraġġ satellitari, jistgħu jsiru b'mod aktar effiċjenti fil-livell Ewropew. Meta dawn is-sistemi jistgħu jiġu applikati għall-appoġġ ta' objettivi politiċi oħrajn, dan joffri l-possibilità lill-Istati Membri li jiffrankaw mill-baġits nazzjonali tagħhom u jirrappreżentaw valur miżjud Ewropew ġenwin.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-kriżi ekonomika, huwa ċar li l-baġits pubbliċi qegħdin taħt pressjoni fil-livell Ewropew, nazzjonali u statali. Madankollu, l-argument li kull organizzazzjoni pubblika għandha tiffriża l-baġits tagħha ftit jagħmel sens jekk l-investiment f'livell wieħed jista' jippermetta ffrankar aktar estensiv f'livelli governattivi oħrajn. B'mod partikulari, jekk l-Aġenzija tista' tuża s-sistemi eżistenti tagħha biex tikkontribwixxi għal objettivi politiċi addizzjonali, b'żieda ċkejkna fir-riżorsi, l-effett nett ikun it-tnaqqis tal-infiq pubbliku Ewropew peress li l-amministrazzjonijiet nazzjonali jinħelsu minn dawn il-kompiti.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 3 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c) Sabiex il-kompiti l-ġodda fdati lill-Aġenzija b’dan ir-Regolament jitwettqu korrettament, jeħtieġ li jiżdiedu r-riżorsi tagħha, anke b’mod limitat fir-riżorsi li hija teħtieġ. Dan se jirrikjedi li tingħata attenzjoni partikolari lil dan il-punt matul il-proċedura baġitarja.

Ġustifikazzjoni

Fil-kuntest ta’ kriżi ekonomika kbira, jista’ jkun jeħtieġ li jsir investiment, anke jekk ikun wieħed limitat, fir-riżorsi tal-Aġenzija inkwantu l-kompiti l-ġodda fdati lilha għandhom jgħinu biex jitnaqqsu l-ispejjeż fil-livell nazzjonali.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-ħatriet tal-Bord Amministrattiv għandhom iqisu bis-sħiħ l-importanza li tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi. L-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President ukoll għandha ssegwi dan l-objettiv, kif ukoll l-għażla tar-rappreżentanti minn pajjiżi terzi.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-Aġenzija għandha taġixxi fl-interess tal-Unjoni. Dan għandu jinkludi li l-Aġenzija tkun tista’ taġixxi barra mit-territorju tal-UE fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha.

(5) L-Aġenzija għandha taġixxi fl-interess tal-Unjoni u ssegwi l-linji gwida tal-Kummissjoni. Dan għandu jinkludi li l-Aġenzija tkun tista’ taġixxi barra mit-territorju tal-UE fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha, filwaqt li tippromwovi politika ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni permezz ta’ kooperazzjoni teknika u xjentifika mal-pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha f’isem il-Kummissjoni Ewropea, li tiddeċiedi dwar l-implimentazzjoni tal-istandards leġiżlattivi u l-prinċipji tal-Unjoni. B'dan il-mod, l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-kompiti tekniċi u operattivi tagħhom kull meta jkunu jeħtieġu għajnuna. L-Aġenzija ma ngħatatx is-setgħat li toħloq kompetenzi.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-Aġenzija tappoġġja, fuq talba ta’ Stat Membru, u permezz ta’ mezzi addizzjonali u b’mod effiċjenti fl-infiq, il-ġlieda kontra t-tniġġis marittimu, inkluż dak ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass fil-baħar. F’każ ta’ tniġġis marittimu f’pajjiż terz, hija għandha tintervjeni fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-Aġenzija għandha ttejjeb l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni rigward l-attivitajiet ta’ riċerka relatati mal-qasam tal-kompetenzi tagħha. Madankollu, għandu jkun evitat xogħol doppju mal-qafas ta’ riċerka eżistenti tal-UE. B’mod partikolari, l-Aġenzija m’għandhiex tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-proġetti ta’ riċerka.

(6) L-Aġenzija għandha ttejjeb l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri rigward l-attivitajiet ta’ riċerka relatati mal-qasam tal-kompetenzi tagħha. Madankollu, għandu jkun evitat xogħol doppju mal-qafas ta’ riċerka eżistenti tal-UE. B’mod partikolari, l-Aġenzija m’għandhiex tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-proġetti ta’ riċerka. Fl-estensjoni tal-kompiti tal-Aġenzija, għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li l-kompiti jkunu deskritti b’mod ċar u preċiż, u li ma jkunx hemm duplikazzjoni u li tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Fid-dawl tal-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ġodda u servizzi innovattivi u tat-titjib tal-applikazzjonijiet diġà eżistenti, ibbażati fuq l-istabbiliment ta’ spazju marittimu Ewropew mingħajr konfini, l-Aġenzija għandha tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tal-programmi EGNOS, Galileo u GMES.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a) L-Aġenzija tipprovdi lill-Istati Membri b'informazzjoni dettaljata dwar il-każi ta' tniġġis minn vapuri biex tippermettilhom iwettqu r-responsabilitajiet tagħhom skont id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1. Madankollu, l-effikaċja tal-infurzar u tas-sanzjonijiet tvarja ħafna minkejja li t-tniġġis ta' dan it-tip potenzjalment jista' jispiċċa f'ilmijiet nazzjonali oħrajn.

 

________________

 

1. ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2005/35, kif emendata mid-Direttiva 2009/123, tagħti lill-Istati Membri r-responsabilità li jipprevedu sanzjonijiet kriminali fir-rigward ta' tnixxijiet ta' sustanzi li jniġġsu li għalihom tapplika d-Direttiva. Lill-Aġenzija tagħtiha wkoll rwol kruċjali fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi u l-forniment ta' assistenza teknika. Madankollu, s'issa l-Istati Membri wrew livelli ta' entużjażmu estremament differenti fit-twettiq tar-responsabilitajiet tagħhom.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Avvenimenti reċenti enfasizzaw ir-riskji tal-attivitajiet ta’ esplorazzjoni għal u ta’ produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu. L-użu tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-Aġenzija għandhom ikunu estiżi b’mod espliċitu sabiex ikopru r-reazzjoni għat-tniġġis li toriġina minn attivitajiet ta’ din ix-xorta. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjon biex tanalizza s-sikurezza tal-installazzjonijiet mobbli tal-gass u taż-żejt lil hinn mix-xtut, ħalli jkunu identifikati d-dgħufijiet possibbli, billi tibbaża l-kontribuzzjoni tagħha fuq il-kompetenza li żviluppat rigward is-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u r-reazzjoni għat-tniġġis marin.

(8) Avvenimenti reċenti enfasizzaw ir-riskji tal-attivitajiet ta’ esplorazzjoni għal u ta’ produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu. L-użu tal-kapaċitajiet tal-Aġenzija għandhom ikunu estiżi b’mod espliċitu sabiex ikopru t-tniġġis li joriġina minn attivitajiet ta’ din ix-xorta. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjon biex tanalizza s-sikurezza tal-installazzjonijiet tal-gass u taż-żejt lil hinn mix-xtut, ħalli jkunu identifikati d-dgħufijiet possibbli, billi tibbaża l-kontribuzzjoni tagħha fuq il-kompetenza li żviluppat rigward is-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u r-reazzjoni għat-tniġġis marittimu. Dan ir-rwol addizzjonali, li joffri valur miżjud Ewropew billi juża l-għarfien u l-kompetenza eżistenti tal-Aġenzija, għandu jkun akkumpanjat mir-riżorsi finanzjarji u tal-persunal xierqa.

Ġustifikazzjoni

Waqt li l-Aġenzija toffri soluzzjoni kost-effikaċi minħabba l-kompetenza u s-sistemi tekniċi tagħha, mhuwiex realistiku li dak li jkun jimmaġina li l-kompiti ġodda jistgħu jiġu assorbiti mingħajr xi riżorsi addizzjonali. Jekk il-baġit jiġi ffriżat b'mod strett, dan jhedded il-ħila tal-Aġenzija li twettaq ir-responsabilitajiet eżistenti tagħha fir-rigward tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-bastimenti u r-reazzjoni għalih.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) B'mod partikulari, is-sistema CleanSeaNet, li attwalment tintuża biex tipprovdi provi fotografiċi tat-tixrid taż-żejt minn bastimenti, għandha tintuża wkoll biex jiġi identifikat u rreġistrat it-tixrid mill-installazzjonijiet mal-kosta u lil hinn mix-xtut.

Ġustifikazzjoni

Permezz ta’ din l-emenda, il-kontroll isir integrali fuq wiċċ l-ilma, indipendentement mis-sors tat-tniġġis.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 8 b (gdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Biex jinkiseb suq intern, għandu jiġi ottimizzat ir-rikors għall-kabotaġġ marittimu u għandhom jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi tal-bastimenti. Il-proġett “Blue Belt” jikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-formalitajiet tar-rappurtar applikabbli għall-bastimenti kummerċjali meta jkunu deħlin jew ħerġin mill-portijiet tal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

It-tbaħħir tal-bastimenti bejn portijiet differenti tal-UE huwa meqjus bħala vjaġġar internazzjonali, u jimplika spejjeż amministrattivi askapitu tat-trasport intermodali. Id-Direttiva 2010/65/UE dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar applikabbli għall-bastimenti li jkunu deħlin u/jew ħerġin mill-portijiet tal-Istati Membri (li d-data tat-traspożizzjoni tagħha hija d-19 ta’ Mejju 2012) tissemplifika u tarmonizza proprju l-proċeduri amministrattivi għat-trasport marittimu permezz tat-trażmissjoni elettronika tad-data.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-Unjoni stabbiliet strateġija komprensiva għat-trasport marittimu sal-2018, li tinkludi l-kunċett marittimu-e. Barra minn hekk, qed tiżviluppa netwerk ta’ sorveljanza marittima tal-UE. L-Aġenzija għandha sistemi u applikazzjonijiet marittimi disponibbli li huma ta’ interess għat-twettiq ta’ dawn il-politiki. Għalhekk, l-Aġenzija għandha tqiegħed is-sistemi u d-dejta għad-dispożizzjoni tas-sħab interessati.

(9) L-Unjoni stabbiliet strateġija komprensiva għat-trasport marittimu sal-2018, li tinkludi l-kunċett marittimu-e. Barra minn hekk, qed tiżviluppa netwerk ta’ sorveljanza marittima tal-UE. L-Aġenzija għandha sistemi u applikazzjonijiet marittimi disponibbli li huma ta’ interess għat-twettiq ta’ dawn il-politiki u b'mod partikolari għall-proġett "Blue Belt".. Għalhekk, l-Aġenzija għandha tqiegħed is-sistemi u d-dejta għad-dispożizzjoni tas-sħab interessati.

Ġustifikazzjoni

Il-proġett Blue Belt joffri lill-awtoritajiet doganali l-assigurazzjoni li bastiment li jiddikjara merkanzija intra-UE jkun żar biss portijiet tal-UE. Joffri mod li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq it-trasport bil-baħar fil-qasir waqt li jżomm il-livelli eżistenti ta' kontroll. Min-naħa tiegħu, dan jippromwovi l-użu ta' mod ta' trasport li joħloq anqas ħsara ambjentali mit-trasport bit-toroq.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Għall-fini tal-promozzjoni tal-istabbiliment ta’ spazju marittimu Ewropew uniku, il-prevenzjoni tat-tniġġis marittimu u l-ġlieda kontra dan it-tniġġis, għandhom jinħolqu sinerġiji bejn l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-infurzar tal-liġi, speċjalment is-servizzi nazzjonali u/jew reġjonali tal-gwardja tal-kosta.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 9 b (gdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) L-Aġenzija tgħin lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-UE marittima elettronika, bl-għan li ttejjeb l-effiċjenza tas-settur marittimu permezz tal-aqwa użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni, bla ħsara għall-oqsma ta' responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti.

Ġustifikazzjoni

It-teknoloġija tal-informazzjoni u dik satellitari jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għaż-żieda fil-livelli ta’ sigurtà marittima u għat-titjib fl-effiċjenza tas-settur. F’dan ir-rigward, jidher xieraq li tiġi enfasizzata l-importanza tal-inizjattiva marittima elettronika li jmiss tal-Kummissjoni, filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjoni u/jew sovrappożizzjonijiet mal-kompetenzi tal-korpi nazzjonali u reġjonali.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 9 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c) Meta titqies l-importanza li l-Ewropa tkompli tiġbed baħħara ġodda ta' kwalità għolja biex tissostitwixxi l-ġenerazzjoni li se tirtira, l-Aġenzija għandha tappoġġa lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-promozzjoni tagħhom tat-taħriġ marittimu. B'mod partikolari għandha taħdem biex taqsam l-aħjar prattika u tiffaċilita skambji bejn istituzzjonijiet ta' taħriġ marittimu bbażati fuq il-mudell tal-Erasmus.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Aġenzija stabbiliet ruħha bħala l-fornitriċi awtorevoli ta’ dejta dwar it-traffiku marittimu fuq il-livell tal-UE li hija ta’ interess u ta’ rilevanza f’attivitajiet oħrajn tal-UE. Permezz tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari rigward il-kontroll mill-istat tal-port, il-monitoraġġ tat-traffiku marittimu u tar-rotot tat-tbaħħir kif ukoll l-assistenza biex jiġu ntraċċati n-niġġiesa possibbli, l-Aġenzija għandha tagħti kontribuzzjoni biex jissaħħu s-sinerġiji fuq il-livell tal-UE rigward ċerti operazzjonijiet tal-gwardja tal-kosta. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ ġbir tad-dejta tal-Aġenzija għandhom ukoll jiġbru informazzjoni bażika dwar it-theddid potenzjali għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu mill-esplorazzjoni għal u mill-produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut.

(10) L-Aġenzija stabbiliet ruħha bħala l-fornitriċi awtorevoli ta’ data dwar it-traffiku marittimu fuq il-livell tal-UE li hija ta’ interess u ta’ rilevanza f’attivitajiet oħrajn tal-UE. Permezz tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari rigward il-kontroll mill-istat tal-port, il-monitoraġġ tat-traffiku marittimu u tar-rotot tat-tbaħħir kif ukoll l-assistenza biex jiġu ntraċċati n-niġġiesa possibbli, l-Aġenzija għandha tagħti kontribuzzjoni biex jissaħħu s-sinerġiji fuq il-livell tal-UE rigward l-operazzjonijiet relatati mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-tniġġis marittimu, filwaqt li tippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni u prattiki tajba bejn id-diversi servizzi tal-gwardja tal-kosta. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ ġbir tad-dejta tal-Aġenzija għandhom ukoll jiġbru informazzjoni bażika pereżempju dwar il-piraterija u dwar it-theddid potenzjali għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu mill-esplorazzjoni għal u mill-produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut u tat-trasport tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-għan prinċipali tas-servizzi tal-gwardja tal-kosta huwa li jiżguraw is-sigurtà marittima nazzjonali. Għalhekk, l-intervent tagħhom huwa definit minn strateġija li hija responsabbiltà tal-Istati Membri. Fuq talba tagħhom, l-Aġenzija tista’ teżerċita l-kompetenzi tagħha iżda m’għandhiex tiżgura l-koordinazzjoni bejn id-diversi servizzi tal-gwardja tal-kosta fil-qasam tas-sigurtà marittima. Min-naħa l-oħra iżda, l-involviment tagħha fil-ġbir komuni ta’ mezzi għall-ġlieda kontra t-tniġġis marittimu huwa leġittimu u għandu jissaħħaħ.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Biex jiġi miġġieled ir-riskju tal-piraterija li żdied fil-Golf ta’Aden u fil-Punent tal-Oċean Indjan, l-Aġenzija għandha tikkomunika lill-Operazzjoni Atalanta tal-Forza Navali tal-UE l-pożizzjoni preċiża tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-UE li jkunu qed ibaħħru f’dawn iż-żoni magħrufa bħala żoni ta’ periklu kbir. Sal-lum, mhux l-Istati Membri kollha taw l-approvazzjoni tagħhom għal din l-attività. Dan ir-Regolament għandu jobbligahom jagħmlu dan, biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija fil-ġlieda kontra l-piraterija.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Fil-qasam tal-kontroll tal-istat tal-port, l-Unjoni qed taħdem mill-qrib mal-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi dwar il-Kontroll tal-Istat tal-Port. Sabiex l-effiċjenza tiġi mmassimizzata, l-Aġenzija u s-Segretarjat tal-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi dwar il-Kontroll tal-Istat tal-Port għandhom jikkoperaw mill-aktar qrib possibbli, waqt li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-alternattivi kollha għal kisbiet ulterjuri fl-effiċjenza.

Ġustifikazzjoni

Fi żmien ta' dixxiplina baġitarja, hu essenzjali li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-istrutturi u li x-xogħol jiġi assenjat lill-istituzzjoni li tkun l-aktar kapaċi li tagħmlu b'mod effiċjenti u kost-effikaċi.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 11 b (gdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) Il-kompetenza tal-Aġenzija fl-oqsma tat-tniġġis u r-rispons għall-inċidenti fl-ambjent marittimu tista’ wkoll tkun prezzjuża fl-iżvilupp ta’ gwida dwar l-għoti ta’ liċenzji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass. L-Aġenzija għandha għalhekk tgħin lill-Kummissjoni u l-Istati Membri f’dan ix-xogħol.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-preparazzjoni tal-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija rigward l-ispezzjonijiet. Sakemm il-miżuri li jikkonċernaw dawk il-metodi ta’ ħidma ma jkunux daħlu fis-seħħ, l-Aġenzija għandha ssegwi l-prattika eżistenti għat-twettiq tal-ispezzjonijiet.

(13) Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jippreparaw mill-iktar fis possibbli l-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija rigward l-ispezzjonijiet. Sakemm il-miżuri li jikkonċernaw dawk il-metodi ta’ ħidma ma jkunux daħlu fis-seħħ, l-Aġenzija għandha ssegwi l-prattika eżistenti għat-twettiq tal-ispezzjonijiet.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14. Ir-rekwiżiti għall-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija għat-twettiq tal-ispezzjonijiet għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill [1999/468/KE] tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni.

(14) Sabiex jiġu adottati r-rekwiżiti għall-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija għat-twettiq tal-ispezzjonijiet, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tirrifletti l-hekk imsejħa "proċedura ta' komitoloġija" prevista mit-Trattati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Għaldaqstant hu xieraq li l-arranġamenti jiġu aġġornati u li jiġi rikonoxxut li ż-żewġ fergħat leġiżlattivi għandhom rwoli ugwali.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Dawn il-miżuri kollha, kif ukoll l-azzjoni tal-Aġenzija, b’koordinazzjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, għandhom jaħdmu favur l-iżvilupp ta’ dak li tabilħaqq ikun spazju marittimu Ewropew.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 14 b (gdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għandhom jitqiesu r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1 (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, u l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda2 (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 47 tiegħu.

 

________________

 

1 ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

 

2 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir referenza għar-Regolament Finanzjarju u għall-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-ġestjoni baġitarja u d-dixxiplina baġitarja bħala l-bażi legali.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bl-assistenza teknika u xjentifika meħtieġa kif ukoll b’livell għoli ta’ kompetenza, sabiex tgħinhom japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b’mod xieraq fl-oqsma tas-sikurezza marittima, tas-sigurtà marittima u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti, sabiex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħha u jevalwaw l-effikaċja tal-miżuri stabbiliti.

2. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bl-assistenza teknika u xjentifika meħtieġa kif ukoll b’livell għoli ta’ kompetenza, sabiex tgħinhom japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b’mod xieraq bl-għan li jiżguraw livell ta' sigurtà marittima għoli, uniformi u effiċjenti, permezz tal-użu tal-kapaċitajiet eżistenti tagħhom ta' assistenza, billi jipprevjenu u jiffaċċjaw it-tniġġis marittimu, inkluż minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass fil-baħar, jiżviluppaw spazju marittimu Ewropew mingħajr ostakoli, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħha u jevalwaw l-effikaċja tal-miżuri stabbiliti.

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni "tniġġis marittimu" tikkorrispondi mal-proposta tal-Kummissjoni għall-Artikolu 1(3) (dwar ir-reazzjoni għat-tniġġis).

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sabiex ikun żgurat li l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 jintlaħqu b’mod xieraq, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fl-oqsma tas-sikurezza marittima u tas-sigurtà marittima, tal-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u tar-reazzjoni għat-tniġġis marin.

1. L-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 jikkostitwixxu r-responsabilitajiet ewlenin tal-Aġenzija u għandhom jintlaħqu billi jitqiesu bħala prijorità. L-attribuzzjoni lill-Aġenzija tal-kompiti msemmija fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu għandha tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi u tkun soġġetta għall-prestazzjoni xierqa tal-kompiti b'rabta mas-sigurtà u s-sikurezza marittima, mal-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u mar-reazzjoni għat-tniġġis marittimu fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija hija rilevanti sakemm din jirnexxielha twettaq il-missjonijiet ta’ prijorità tagħha bl-istess rigorożità. L-emenda dwar il-prevenzjoni tat-tniġġis hija waħda ta' allinjament mal-proposta tal-Kummissjoni għall-Artikolu 1(3) li tippermetti li l-EMSA tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-tniġġis minn sorsi marittimi apparti l-bastimenti (speċifikament ir-riggijiet taż-żejt u tal-gass).

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) fil-forniment ta' assistenza teknika lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti ta' monitoraġġ assenjati lilha skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva (KE) Nru 65/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1;

 

_____________

 

1 ĠU L 310, 25.11.2005, p 28.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tippermetti li l-Aġenzija tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri tad-Direttiva dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-portijiet. Hu ċar li r-rwol tal-Aġenzija jkun limitat għall-aspetti fejn ikollha kapaċità teknika rilevanti; il-Kummissjoni ma jkollha ebda obbligu li tfittex assistenza u jkun improbabbli li tagħmel dan sakemm ma tqisx li l-Aġenzija se tipprovdi konsulenza siewja.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fl-għoti tal-assistenza teknika meħtieġa sabiex tieħu sehem fil-ħidma tal-korpi tekniċi tal-IMO, tal-ILO, tal-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali rilevanti oħrajn;

(c) fl-aġġornament u l-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tieħu sehem fil-ħidma tal-korpi tekniċi tal-IMO, tal-ILO, tal-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali rilevanti oħrajn;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE relatati mal-kompiti tal-Aġenzija bħall-Awtostradi tal-Baħar, l-ispazju marittimu Ewropew mingħajr ostakoli, il-qasam marittimu-e, il-passaġġi interni tal-ilma, id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, it-tibdil fil-klima u fl-analiżi tas-sikurezza tal-installazzjonijiet mobbli tal-gass u taż-żejt lil hinn mix-xtut;

(d) fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE relatati mal-kompiti tal-Aġenzija, partikolarment dawk fil-qasam tas-sigurtà marittima bħall-Awtostradi tal-Baħar, l-ispazju marittimu Ewropew mingħajr ostakoli, il-proġett "Blue Belt", il-qasam marittimu-e, id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, it-tibdil fil-klima, fl-analiżi tas-sikurezza tal-installazzjonijiet tal-gass u taż-żejt fil-baħar u l-ġlieda kontra t-tniġġis;

Ġustifikazzjoni

Il-proġett "Blue Belt" joffri lill-awtoritajiet doganali ċ-ċertezza li bastiment li jiddikajara beni interni għall-UE ikun daħal biss f'portijiet tal-UE. Huwa joffri mod kif jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq tbaħħir b'rotot qosra filwaqt li jinżammu l-livelli eżistenti ta' kontroll. Dan imbagħad jippromwovi l-użu ta' mezz ta' trasport li joħloq inqas dannu ambjentali mit-trasport bl-art. B'mod simili, jekk id-data dwar bastimenti li joperaw ukoll fuq l-ibħra, kif ukoll fix-xmajjar/kanali tkun tista' tgħaddi faċilment bejn iż-żewġ sistemi, dan inaqqas il-piż amministrattiv.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) fl-iskambju ta' informazzjoni rigward kwalunkwe politika oħra li tista' tkun adegwata meta jitqiesu l-qasam ta' kompetenza u l-għarfien espert tagħha;

Ġustifikazzjoni

L-istess kummenti bħal dawk tal-emenda relatata mal-Artikolu 2(3)(a).

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' politika li ttejjeb il-kwalità tat-taħriġ lill-baħħara Ewropej, u fil-promozzjoni ta' karrieri marittimi, billi titqies id-domanda għal xogħol ikkwalifikat ħafna fis-settur marittimu tal-UE.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) fl-analiżi tal-proġetti ta’ riċerka li għadhom għaddejjin u li tlestew li huma rilevanti għall-oqsma ta’ attività tal-Aġenzija; dan għandu jinkludi l-identifikazzjoni ta’ miżuri regolatorji ta’ segwitu possibbli li jirriżultaw minn proġetti speċifiċi ta’ riċerka u l-identifikazzjoni ta’ temi u ta’ prijoritajiet prinċipali għal iktar riċerka fuq il-livell tal-UE;

(f) fl-analiżi tal-proġetti ta’ riċerka li għadhom għaddejjin u li tlestew li huma rilevanti għall-oqsma ta’ attività tal-Aġenzija; dan għandu jinkludi l-identifikazzjoni ta’ miżuri regolatorji ta’ segwitu possibbli li jirriżultaw minn proġetti speċifiċi ta’ riċerka;

Ġustifikazzjoni

L-identifikazzjoni tat-temi ewlenin m’għandhiex tfisser kompitu għall-Aġenzija; istituzzjonijiet oħra tal-UE huma responsabbli għal dan. Id-duplikazzjoni għandha tiġi evitata.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 paragrafu 2 punt f a (gdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) fl-iżvilupp ta’ rekwiżiti jew kwalunkwe gwida relatata mal-għoti ta’ liċenzji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass fl-ambjent marittimu u, b’mod partikolari, l-aspetti ambjentali u tal-protezzjoni ċivili tagħha;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt b a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) tappoġġa l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jwettqu kompiti ta' ċertifikazzjoni f'isem l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/151 mingħajr ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istat tal-Bandiera;

 

________________

 

1 ĠU L 131, 28.05.2009, p. 147

Ġustifikazzjoni

Peress li l-Aġenzija diġà qed tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, jekk titħalla tappoġġa wkoll lill-Istati Membri, dan jiġġenera kisbiet fl-effiċjenza u jnaqqas il-pressjonijiet fuq il-baġits tal-Istati Membri.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt b b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) tgħin lill-Kummissjoni biex twettaq il-kompiti previsti fl-Artikoli 3, 5, 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) 391/20091, u tagħtiha pariri dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament;

 

________________

 

1 ĠU L 131, 28.05.2009, p. 11

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi definita aħjar l-assistenza pprovduta lill-Kummissjoni Ewropea mill-Aġenzija bl-għan li jiġu inklużi espressament id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) 391/2009, billi huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat ir-rispett ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tappoġġja b’mezzi addizzjonali u b’mod effiċjenti fl-infiq, permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE tal-Protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni 2007/779/KE, Euratom, l-azzjonijiet ta’ reazzjoni għat-tniġġis tagħhom f’każ ta’ tniġġis marin aċċidentali jew deliberat, meta tkun tressqet talba ta’ din ix-xorta; f’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istat Membru affetwat li l-operazzjonijiet ta’ tindif qed isiru taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

(c) tappoġġja b’mezzi addizzjonali u b’mod effiċjenti fl-infiq, permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE tal-Protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni 2007/779/KE, Euratom, l-azzjonijiet ta’ reazzjoni għat-tniġġis tagħhom f’każ ta’ tniġġis marittimu aċċidentali jew deliberat, meta tkun tressqet talba ta’ din ix-xorta; f’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istat Membru affetwat billi tipprovdi mezzi tekniċi xierqa, li l-operazzjonijiet ta’ tindif qed isiru taħt ir-responsabbiltà tiegħu;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) tiġbor u tanalizza d-data dwar il-kwalifiki u l-impjiegi tal-baħħara fil-livell nazzjonali, bl-għan li tkun tista’ ssir il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fit-taħriġ tal-baħħara fil-livell Ewropew;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) tippermetti l-koordinazzjoni xierqa tal-akkademji ta’ taħriġ bl-għan li jiġu armonizzati l-programmi ta’ taħriġ;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc) tiffaċilita l-ħolqien ta’ sistema ta’ skambji tat-tip Erasmus bejn l-akkademji għat-taħriġ marittimu.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd) tikkontribwixxi bl-għarfien tekniku tagħha fil-qasam tal-bini tal-bastimenti u ta’ kwalunkwe attività oħra relatata mat-traffiku marittimu li tiġġustifikah, biex jiġi żviluppat l-użu ta’ teknoloġiji li jirrispettaw l-ambjent u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà;

Ġustifikazzjoni

Il-ġlieda kontra t-tniġġis marittimu, il-ħarsien tas-sigurtà marittima u l-protezzjoni tal-ambjent għandhom jingħataw attenzjoni partikolari fl-istandards dwar il-kostruzzjoni tal-“bastimenti tal-futur”. Fil-qasam tal-bini tal-bastimenti, l-Aġenzija tista’ għalhekk tikkontribwixxi bl-għarfien tagħha dwar dawn il-kwistjonijiet.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt a a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) fl-appoġġ tagħha tal-azzjonijiet li jwettqu fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffiku illegali u l-piraterija, billi tipprovdi data u informazzjoni li jistgħu jiffaċilitaw l-operazzjonijiet u, b'mod partikolari, billi tagħmel użu mis-Sistemi ta' Identifikazzjoni Awtomatika tagħha u mill-immaġni satellitari;

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija għandha strumenti u data, b’mod partikolari satellitari, li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri fl-ambitu tal-monitoraġġ tat-tbaħħir illegali. Bħalissa, skambji ta' informazzjoni mal-Operazzjoni Atalanta tal-Forza Navali tal-UE biex bastimenti li jtajru bandiera Ewropea jiġu protetti kontra l-piraterija meta jkunu qed ibaħħru miż-żona 'l barra mill-Qarn tal-Afrika huma partikolarment importanti.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt a b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) tiżviluppa u timplimenta politika makroreġjonali tal-Unjoni b’rabta mal-oqsma ta’ attività tal-Aġenzija;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) rigward l-investigazzjoni tal-aċċidenti marittimi skont id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; l-Aġenzija għandha tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fit-twettiq tal-investigazzjonijiet relatati ma’ aċċidenti marittimi serji u għandha twettaq analiżi tar-rapporti dwar l-investigazzjoni tal-aċċidenti sabiex ikun identifikat il-valur miżjud fuq il-livell tal-UE f’termini tal-lezzjonijiet li għandhom jiġu mitgħallma;

(b) rigward l-investigazzjoni tal-aċċidenti marittimi skont id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; l-Aġenzija, jekk tintalab tagħmel dan mill-Istati Membri kompetenti, għandha tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fit-twettiq tal-investigazzjonijiet relatati ma’ aċċidenti marittimi serji u għandha twettaq analiżi tar-rapporti dwar l-investigazzjoni tal-aċċidenti sabiex ikun identifikat il-valur miżjud fuq il-livell tal-UE f’termini tal-lezzjonijiet li għandhom jiġu mitgħallma. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tkun mistiedna tassisti lill-Istati Membri matul l-investigazzjonijiet fir-rigward tal-aċċidenti li għandhom x’jaqsmu mal-installazzjonijiet marittimi (mal-kosta u fil-baħar), inkluż inċidenti li jaffettwaw l-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass, filwaqt li l-Istati Membri għandhom ikunu mistiedna jikkooperaw b'mod sħiħ u kemm jista’ jkun f’waqtu mal-Aġenzija;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda titlob disponibilità akbar min-naħa tal-Istati Membri biex jikkooperaw, li xi kultant jistgħu jirrifjutaw jew idumu biex jagħtu l-appoġġ immedjat tagħhom.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 4 – b a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) rigward it-tixrid taż-żejt minn installazzjonijiet lil hinn mix-xtut, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni billi tuża s-servizz CleanSeaNet tagħha għall-monitoraġġ tal-firxa u l-impatt ambjentali ta' tixrid ta' dan it-tip;

Ġustifikazzjoni

Peress li CleanSeaNet, bħala sistema eżistenti, tat prova tal-effikaċja tagħha, toffri reazzjoni kost-effikaċi ħafna għat-tħassib li qed jiżdied dwar ir-riskji tal-esplorazzjoni lil hinn mix-xtut, wara d-diżastru tad-Deepwater Horizon fil-Golf tal-Messiku.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt b b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) fir-rigward tal-installazzjonijiet fil-baħar taż-żejt u tal-gass, fil-valutazzjoni tal-arranġamenti tal-Istati Membri dwar pjanijiet ta' azzjoni f'każijiet urġenti u ta' tħejjija f'każ ta' urġenza, u fil-koordinazzjoni tar-reazzjoni għat-tniġġis biż-żejt f'każ ta' inċident;

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt b c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc) fir-rigward tal-installazzjonijiet fil-baħar, fl-iżgurar ta' monitoraġġ indipendenti minn partijiet terzi ta' aspetti marittimi relatati mas-sikurezza, il-prevenzjoni, il-protezzjoni tal-ambjent u l-ippjanar ta' kontinġenza;

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) meta tipprovdi statistiċi, informazzjoni u dejta oġġettivi, affidabbli u paragunabbli, l-Aġenzija għandha tagħti possibbiltà lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-passi meħtieġa ħalli jtejbu l-azzjonijiet tagħhom u jevalwaw l-effikaċja tal-miżuri eżistenti. Kompiti ta’ din ix-xorta għandhom jinkludu l-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-evalwazzjoni tad-dejta teknika, l-użu sistematiku tal-bażijiet tad-dejta eżistenti, fost l-oħrajn billi jiddakkru minn xulxin u, fejn ikun xieraq, l-iżvilupp ta’ bażijiet tad-dejta addizzjonali. Fuq il-bażi tad-dejta miġbura, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni relatata mal-bastimenti skont id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-Aġenzija għandha tassisti wkoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-attivitajiet tagħhom sabiex itejbu l-identifikazzjoni u l-insegwiment tal-bastimenti li jagħmlu rimi illegali fil-kuntest tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(c) meta tipprovdi statistiċi, informazzjoni u dejta oġġettivi, affidabbli u paragunabbli, l-Aġenzija għandha tagħti possibbiltà lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-passi meħtieġa ħalli jtejbu l-azzjonijiet tagħhom u jevalwaw l-effikaċja u l-kosteffiċjenza tal-miżuri eżistenti. Kompiti ta’ din ix-xorta għandhom jinkludu l-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-evalwazzjoni tad-dejta teknika, l-użu sistematiku tal-bażijiet tad-dejta eżistenti, fost l-oħrajn billi jiddakkru minn xulxin u, fejn ikun xieraq, l-iżvilupp ta’ bażijiet tad-dejta addizzjonali. Fuq il-bażi tad-dejta miġbura, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni relatata mal-bastimenti skont id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-Aġenzija għandha tassisti wkoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-attivitajiet tagħhom sabiex itejbu l-identifikazzjoni u l-insegwiment tal-bastimenti li jagħmlu rimi illegali fil-kuntest tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 - paragrafu 4 a (gdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Aġenzija għandha tiġbor studju ġenerali ta’ kull sena, imwettaq mill-korpi rilevanti tal-Istati Membri, dwar l-inċidenti u l-kważi inċidenti.

Ġustifikazzjoni

L-istudju ġenerali se jkun appoġġjat mill-bażi tad-data li l-Aġenzija qed tħejji bħalissa (ara l-Artikolu 17 u l-Anness II tad-Direttiva 2009/18 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu). Dan se jipprovdi ħarsa ġenerali xierqa fil-livell tal-UE u jipprovdi kontribut siewi biex jittieħdu iktar azzjonijiet mill-UE.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika rigward l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE lill-Istati li japplikaw biex jissieħbu fl-Unjoni, lill-pajjiżi kollha sħab tal-Viċinat Ewropew u lill-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port.

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika rigward l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE lill-Istati li japplikaw biex jissieħbu fl-Unjoni, lill-pajjiżi kollha sħab tal-Viċinat Ewropew, kif u meta applikabbli, u lill-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sabiex twettaq il-kompiti fdati lilha u sabiex tassisti lill-Kummissjoni biex twettaq dmirijietha skont it-Trattat, b’mod partikolari l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha twettaq spezzjonijiet fl-Istati Membri.

1. Sabiex twettaq il-kompiti fdati lilha u sabiex tassisti lill-Kummissjoni biex twettaq dmirijietha skont it-Trattat, b’mod partikolari l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tgħin lill-Kummissjoni fir-reviżjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u twettaq spezzjonijiet fl-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija jista’ jkollha wkoll rwol fl-iskrutinju tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali (EIA) għal attivitajiet lil hinn mix-xtut biex jiġu evitati impatti ambjentali ta’ ħsara għall-ekosistemi tal-baħar sensittivi ħafna.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija sabiex jitwettqu l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżiti li għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).

2. Il-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija sabiex jitwettqu l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżiti li għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(1).

Ġustifikazzjoni

Emenda meħtieġa biex jitqiesu d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u s-sostituzzjoni tal-proċeduri ta' komitoloġija preċedenti b'atti delegati u miżuri ta' implimentazzjoni.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn ikun xieraq, u jkun xi jkun il-każ meta jiġi konkluż ċiklu ta’ spezzjonijiet, l-Aġenzija għandha tanalizza r-rapporti minn dak iċ-ċiklu sabiex tidentifika sejbiet orizzontali u konklużjonijiet ġenerali dwar l-effikaċja tal-miżuri stabbiliti. L-Aġenzija għandha tippreżenta din l-analiżi lill-Kummissjoni għal iktar diskussjonijiet mal-Istati Membri.

3. Fejn ikun xieraq, u jkun xi jkun il-każ meta jiġi konkluż ċiklu ta’ spezzjonijiet, l-Aġenzija għandha tanalizza r-rapporti minn dak iċ-ċiklu sabiex tidentifika sejbiet orizzontali u konklużjonijiet ġenerali dwar l-effikaċja u l-kosteffiċjenza tal-miżuri stabbiliti. L-Aġenzija għandha tippreżenta din l-analiżi lill-Kummissjoni għal iktar diskussjonijiet mal-Istati Membri, u għandha tagħmilha disponibbli għall-pubbliku f’format li jkun faċilment aċċessibbli, inkluż fil-forma elettronika.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq talba tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv jista’ jiddeċiedi, bil-qbil tal-Istati Membri kkonċernati, li jistabbilixxi ċ-ċentri reġjonali meħtieġa sabiex il-kompiti tal-Aġenzija jitwettqu bl-iktar mod effiċjenti u effettiv.

3. Fuq talba tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv jista’ jiddeċiedi, bil-qbil u l-kooperazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati, li jistabbilixxi ċ-ċentri reġjonali meħtieġa sabiex il-kompiti tal-Aġenzija jitwettqu bl-iktar mod effiċjenti u effettiv, billi titħeġġeġ il-kooperazzjoni man-netwerks reġjonali u nazzjonali eżistenti diġà involuti fil-miżuri ta’ prevenzjoni. u billi jiġi definit l-ambitu preċiż tal-attivitajiet taċ-ċentru reġjonali filwaqt li jiġu evitati spejjeż finanzjarji mhux neċessarji.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) jadotta r-rapport annwali fuq l-attivitajiet tal-Aġenzija u jgħaddih l-iktar tard sal-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill- Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Istati Membri.

 

Kull sena l-Aġenzija għandha tgħaddi kull informazzjoni fir-rigward tar-riżultati tal-proċeduri tal-kalkoli lill-awtorità tal-baġit;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara li l-Aġenzija nnifisha ma tistax tikkunsidra dak li hu rilevanti għall-Parlament.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) (ca) jadotta strateġija multiannwali għall-Aġenzija li tkopri perjodu ta’ ħames snin bil-quddiem fejn jieħu inkunsiderazzjoni l-opinjoni tal-Kummissjoni;

(ca) jadotta strateġija multiannwali għall-Aġenzija li tkopri perjodu ta’ ħames snin bil-quddiem fejn jieħu inkunsiderazzjoni l-opinjonijiet tal-Parlament u tal-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tħaddan fir-regolament il-fatt li l-Parlament għandu jiġi konsultat għall-adozzjoni tal-istrateġija multiannwali tal-aġenziji (IWG).

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 10 – paragrafu 2– punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(h) iwettaq dmirijietu f'relazzjoni mal-baġit tal-Aġenzija skont l-Artikoli 18, 19 u 21 u jissorvelja u jiżgura segwitu adegwat tar-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet li joriġinaw mid-diversi rapporti u evalwazzjonijiet ta' audit, kemm dawk interni, kif ukoll dawk esterni;

Ġustifikazzjoni

Għall-pussess u għal segwitu aħjar tar-riżultati tal-audit u tal-evalwazzjonijiet, il-Bord Amministrattiv, li d-Direttur irid jagħti rendikont lilu, għandu jiġi affidat espliċitament bil-monitoraġġ tagħhom bi qbil mar-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-Aġenziji.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Fl-Artikolu 11, fil-paragrafu 1, is-subparagragfu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

Il-Membri tal-Bord għandhom jinħatru abbażi tal-levell ta’ esperjenza rilevanti tagħhom fil-kamp tas-sigurtà marittima, tas-sikurezza marittima u tar-reazzjoni għat-tniġġis marittimu. Huma għandu jkollhom ukoll esperjenza u kompetenzi tekniċi fl-oqsma tal-ġestjoni finanzjarja inġenerali, tal-amministrazzjoni u tal-ġestjoni tar-riżorsi umani.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) fl-Artikolu 11, għandu jiddaħħal paragrafu 1, subparagrafu (2a) ġdid kif ġej:

 

Il-Membri tal-Bord Amministrattiv għandhom jagħmlu dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-obbligi u dikjarazzjoni bil-miktub li tindika kwalunkwe interess dirett jew indirett li għandu jitqies ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom. Huma għandhom f'kull laqgħa jiddikjaraw kull interess li jista' jitqies ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom f'rabta mal-punti fuq l-aġenda u jastjenu milli jipparteċipaw fid-diskussjonijiet u fil-votazzjonijiet dwar dawn il-punti.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm dispożizzjoni bl-għan ta' prevenzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interessi.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c. Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

 

3. It-terminu tal-kariga huwa ta' erba' snin. It-terminu tal-mandat jista' jiġġedded darba.

Ġustifikazzjoni

It-tul tal-mandat tal-membri tal-Bord Amministrattiv għandu jkun konformi ma' dak ta' aġenziji oħra bi qbil mar-rakkomandazzjoni tal-IWG dwar l-Aġenziji.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 d

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 11 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

Meta approprjat, il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-pajjiżi terzi u l-kondizzjonijiet tagħha għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 17(2). Parteċipazzjoni ta' dan it-tip m'għandhiex taffettwa s-sehem ta' voti tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni fuq il-Bord Amministrattiv.

Ġustifikazzjoni

Fejn il-leġiżlatur jkun ta lir-rappreżentanti tal-Kummissjoni minoranza li tista' timblokka deċiżjonijiet kruċjali (bħall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma), dan m'għandux ikun jista' jinbidel mingħajr ma l-Parlament u l-Kunsill jerġgħu jintalbu għall-approvazzjoni tagħhom. Kieku l-pajjiżi terzi jingħataw d-dritt tal-vot, iż-żieda tan-numru ta' rappreżentanti tal-Kummissjoni ma tkunx meħtieġ; ikun preferibbli li tiġi aġġustata sistema ta' voti ppeżati differenti. (Ara l-emenda għall-Artikolu 14).

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 e

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3e) Fl-Artikolu 14, fil-paragrafu 2, is-subparagragfu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

2. Kull rappreżentant ta' Stat Membru għandu jkollu sehem indaqs ta' 75 fil-mija tal-voti totali. Kull rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu sehem indaqs ta' 25 fil-mija tal-voti totali. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija ma jivvotax.

Ġustifikazzjoni

Meta l-Bord Amministratti kien jinkludi r-rappreżentanti ta' 15-il Stat Membru, maġġoranza ta' erbgħa minn kull ħamsa għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv kienet tirrikjedi l-appoġġ tal-Kummissjoni. Issa, b'27 Stat Membru dan m'għadux il-każ. Il-bilanċ istituzzjonali m'għandux jinbidel minn tkabbir passat jew futur. Għal din ir-raġuni, jidher li soluzzjoni strutturali li tinvolvi voti b'piżijiet differenti hi awspikabbli.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għandu jipprepara l-istrateġija multiannwali tal-Aġenzija u jressaqha quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni għall-inqas tmien (8) ġimgħat qabel il-laqgħa tal-Bord rilevanti;

(a) għandu/ha jipprepara/tipprepara l-istrateġija multiannwali tal-Aġenzija u jressaqha/tressaqha quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew għall-inqas tmien 8 ġimgħat qabel il-laqgħa tal-Bord rilevanti;

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-prinċipju ta' lingwaġġ newtru fir-rigward tal-ġeneri, hu preferibbli li jinżamm l-użu tal-pronomi tar-Regolament eżistenti. Barra minn hekk, dan hu konsistenti mal-proposta tal-Kummissjoni għall-Artikolu 16(2). Minħabba s-sinifikat tal-istrateġija multiannwali, għal raġunijiet ta' bilanċ istituzzjonali, il-Parlament għandu jkun involut b'xi mod, flimkien mar-rappreżentanti tal-Istati Membri (fuq il-Bord Amministrattiv) u l-Kummissjoni.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) (aa) għandu jipprepara l-pjan ta’ politika multiannwali tal-persunal tal-Aġenzija u jressqu quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(aa) għandu/ha jipprepara/tipprepara l-pjan ta’ politika multiannwali tal-persunal tal-Aġenzija u jressqu/tressqu quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew;

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-prinċipju ta' lingwaġġ newtru fir-rigward tal-ġeneri, hu preferibbli li jinżamm l-użu tal-pronomi tar-Regolament eżistenti. Barra minn hekk, dan hu konsistenti mal-proposta tal-Kummissjoni għall-Artikolu 16(2). Minħabba s-sinifikat tal-pjan multiannwali għall-politika dwar l-istaff, għal raġunijiet ta' bilanċ istituzzjonali, il-Parlament għandu jkun involut b'xi mod, flimkien mar-rappreżentanti tal-Istati Membri (fuq il-Bord Amministrattiv) u l-Kummissjoni.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 - punt (a)

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab) għandu/ha jipprepara/tipprepara l-programm ta’ ħidma annwali u l-pjan dettaljat għall-attivitajiet tal-istat ta’ tħejjija u tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-Aġenzija, u jressaqhom/tressaqhom quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni mill-inqas tmien (8) ġimgħat qabel il-laqgħa tal-Bord rilevanti. Huwa għandu jieħu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom. Huwa għandu jirrispondi għal kwalunkwe talba għal assistenza mingħand Stat Membru skont l-Artikolu 10(2)(c);

(ab) għandu/ha jipprepara/tipprepara l-programm ta’ ħidma annwali, filwaqt li jindika/tindika r-riżorsi umani u finanzjarji li ġew antiċipati u allokati għal kull attività, u l-pjan dettaljat għall-attivitajiet tal-istat ta’ tħejjija u tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-Aġenzija, u jressaqhom/tressaqhom quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni mill-inqas tmien 8 ġimgħat qabel il-laqgħa tal-Bord rilevanti. Huwa/hija għandu/ha jwieġeb/twieġeb b'mod pożittiv għal kull stedina mill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew biex jippreżenta/tippreżenta u jagħmel/tagħmel skambju ta' fehmiet dwar il-programm annwali tax-xogħol. Huwa/hija għandu/ha jieħu/tieħu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom u jirrispondi/tirrispondi għal kwalunkwe talba għal assistenza mingħand Stat Membru skont l-Artikolu 10(2)(c);

Ġustifikazzjoni

L-istess punt fir-rigward ta' lingwaġġ newtru fir-rigward tal-ġeneri bħal dak għall-emendi għall-paragrafu 2 (a) u (aa). L-ewwel emenda hija skont il-prinċipji tal-ABM-ABB: il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija u r-rapport annwali tal-attività għandhom jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżorsi li ġew allokati għal attivitajiet li huma neċessarji biex jilħqu l-oġġettivi tal-Aġenzija. It-tieni għandha l-għan li tifformalizza l-prattika li jkun hemm skambju ta' ideat bejn id-Direttur u l-kumitat kompetenti dwar il-programm annwali ta' ħidma.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għandu jiddeċiedi li jwettaq l-ispezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 3, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-istess Artikolu 3. Huwa għandu jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni fil-preparazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2);”

(b) għandu/ha jiddeċiedi/tiddeċiedi li jwettaq/twettaq l-ispezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 3, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-istess Artikolu 3. Huwa/hija għandu/ha jikkoopera/tikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni fil-preparazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2);

Ġustifikazzjoni

L-istess punt fir-rigward ta' lingwaġġ newtru fir-rigward tal-ġeneri bħal dak għall-emendi għall-paragrafu 2, subparagrafi (a) u (aa).

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 - punt (b)

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) “(d) għandu jorganizza sistema effettiva ta’ monitoraġġ sabiex ikun jista’ jipparaguna l-kisbiet tal-Aġenzija mal-għanijiet u mal-kompiti tagħha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Huwa għandu jiżgura ruħu li l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija se tiġi adattata b’mod regolari għall-ħtiġijiet li jevolvu skont ir-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli. Fuq din il-bażi, kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara abbozz ta’ rapport ġenerali u jressqu quddiem il-Bord Amministrattiv. Ir-rapport għandu jinkludi sezzjoni apposta dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat għall-attivitajiet tal-istat ta’ tħejjija u tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-Aġenzija u għandu jagħti aġġornament tal-istatus tal-azzjonijiet kollha ffinanzjati taħt dak il-pjan. Huwa għandu jistabbilixxi proċeduri regolari ta’ evalwazzjoni li jilħqu standards professjonali rikonoxxuti;”

(d) għandu/ha jorganizza/torganizza sistema effettiva ta’ monitoraġġ sabiex ikun jista’tkun tista' jipparaguna/tipparaguna l-kisbiet tal-Aġenzija mal-għanijiet u mal-kompiti tagħha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, huwa/hija għandu/ha jistabbilixxi/tistabbilixxi, bi ftehim mal-Kummissjoni, l-indikaturi ta' prestazzjoni li huma adattati sabiex jippermettu l-valutazzjoni effikaċi tar-riżultati akkwistati. Huwa/hija għandu/ha jiżgura ruħu/tiżgura ruħha li l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija se tiġi adattata b’mod regolari għall-ħtiġijiet li jevolvu skont ir-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli. Fuq din il-bażi, kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara abbozz ta’ rapport ġenerali u jressqu quddiem il-Bord Amministrattiv. Ir-rapport għandu jinkludi sezzjoni apposta dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat għall-attivitajiet tal-istat ta’ tħejjija u tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-Aġenzija u għandu jagħti aġġornament tal-istatus tal-azzjonijiet kollha ffinanzjati taħt dak il-pjan. Huwa/hija għandu/ha jistabbilixxi/tistabbilixxi proċeduri regolari ta’ evalwazzjoni li jilħqu standards professjonali rikonoxxuti;”

Ġustifikazzjoni

Konformi mal-prinċipji ta' ġestjoni bbażata fuq l-attività u baġietjar ibbażat fuq l-attività, il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija u r-rapport annwali tal-attività għandhom jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżorsi allokati għal attivitajiet li huma neċessarji biex jilħqu l-oġġettivi tal-Aġenzija u dwar il-prestazzjoni ġenerali biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar u jitkeċċa mill-Bord Amministrattiv. Il-ħatra għandha ssir minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin fuq il-bażi tal-mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll fuq il-bażi ta’ kompetenza u ta’ esperjenza rilevanti għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà marittima, għall-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u għar-reazzjoni għat-tniġġis marin. Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Amministrattiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha li jkollhom id-dritt tal-vot.

1. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar u jitkeċċa mill-Bord Amministrattiv. Il-ħatra għandha ssir minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin fuq il-bażi tal-mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll fuq il-bażi ta’ kompetenza u ta’ esperjenza rilevanti għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà marittima, għall-prevenzjoni tat-tniġġis u għar-reazzjoni għat-tniġġis marittimu. Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Amministrattiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. L-opinjoni tiegħu, jekk ikun hemm waħda, għandha titqies qabel il-ħatra formali. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha li jkollhom id-dritt tal-vot.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun mgħarraf b'mod espliċitu li kull opinjoni tal-Parlament dwar il-kandidat magħżul għandha titqies qabel il-ħatra.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Bord Amministrattiv, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni r-rapport ta’ evalwazzjoni jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għal mhux ikar minn tliet snin. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha li jkollhom id-dritt tal-vot. Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, huwa/hija j/tista’ j/tiġi mistieden/mistiedna j/tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u j/twieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulu/ha l-membri tiegħu. Jekk il-mandat ma jkunx estiż, id-Direttur Eżekuttiv għandu/ha j/tibqa’ fil-kariga tiegħu/tagħha sakemm jinħatar is-suċċessur tiegħu/tagħha.

2. Il-Bord Amministrattiv, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni r-rapport ta’ evalwazzjoni jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għal mhux iktar minn ħames snin. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha li jkollhom id-dritt tal-vot. Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, huwa/hija j/tista’ j/tiġi mistieden/mistiedna j/tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u j/twieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulu/ha l-membri tiegħu. L-opinjoni tiegħu, jekk ikun hemm waħda, għandha titqies qabel il-ħatra formali. Jekk il-mandat ma jkunx estiż, id-Direttur Eżekuttiv għandu/ha j/tibqa’ fil-kariga tiegħu/tagħha sakemm jinħatar is-suċċessur tiegħu/tagħha.

Ġustifikazzjoni

It-tiġdid tal-mandat tad-Direttur għandu jkun għall-istess perjodu ta' żmien bħall-ewwel mandat. Għandu jkun mgħarraf b'mod espliċitu li kull opinjoni mogħtija mill-Parlament dwar il-kandidat magħżul għandha titqies qabel il-ħatra.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 16 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kapijiet tad-Dipartimenti għandhom jinħatru fuq il-bażi tal-mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll fuq il-bażi ta’ kompetenza u ta’ esperjenza professjonali rilevanti għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà marittima, għall-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u għar-reazzjoni għat-tniġġis marin. Il-Kapijiet tad-Dipartimenti għandhom jinħatru jew jitkeċċew mid-Direttur Eżekuttiv wara li jkun irċieva opinjoni pożitiva mingħand il-Bord Amministrattiv.

4. Il-Kapijiet tad-Dipartimenti għandhom jinħatru fuq il-bażi tal-mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll fuq il-bażi ta’ kompetenza u ta’ esperjenza professjonali rilevanti għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà marittima, għall-prevenzjoni tat-tniġġis u għar-reazzjoni għat-tniġġis marittimu. Il-Kapijiet tad-Dipartimenti għandhom jinħatru jew jitkeċċew mid-Direttur Eżekuttiv wara li jkun irċieva opinjoni pożitiva mingħand il-Bord Amministrattiv.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 18 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

 

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta' dikjarazzjoni ta' stimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena ta' wara, fuq il-bażi ta' bbaġittjar ibbażat fuq l-attività, u għandu jgħaddiha lill-Bord Amministrattiv, flimkien ma' abbozz bit-tabella tal-persunal .

Ġustifikazzjoni

Kif inhu konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni bbażata fuq l-attivitajiet u l-baġit skont l-attivitajiet (ABM-ABB), il-baġit tal-Aġenzija għandu jkun ibbażat espliċitament fuq l-għanijiet u l-attivitajiet tal-Aġenzija, filwaqt li jistabilixxi konnessjoni bejn il-Missjoni u l-objettivi u l-attivitajiet u r-riżorsi tal-Aġenzija.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 18 – paragrafi 7 u 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Fl-Artikolu 18, il-paragrafi 7 u 8 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

 

7. Id-dikjarazzjoni tal-istimi għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn “il quddiem imsejjah l-awtorità tal-baġit) flimkien mal-abbozz [...] tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

 

8. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-istimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz [...] tal-budget ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-estimi li tqis neċessarji għat-tabella tal-persunal u l-ammont ta' sussidju li se jkun mitlub mill-baġit ġenerali, li se tressaq quddiem l-awtorità tal-baġit skont l-Artikolu 314 tat-TFUE, flimkien ma' deskrizzjoni ta' u ġustifikazzjoni ta' kull differenza bejn id-dikjarazzjoni tal-istimi tal-Aġenzija u s-sussidju li se jkun mitlub mill-baġit ġenerali.'

Ġustifikazzjoni

L-ewwel parti tal-emenda tirreferi għall-applikazzjoni tan-nomenklatura tat-Trattat ta' Lisbona. It-tieni għandha l-għan li tipprovdi l-awtorità baġitarja b'informazzjoni adegwata meta l-istimi tal-Aġenzija ġew modifikati mill-Kummissjoni.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6 c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 18 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c) Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 10 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

 

10. Il-baġit għandu jkun addottat mill-Bord Amministrattiv. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm bżonn, se jkun aġġustat skont hekk, flimkien mal-programm annwali tal-ħidma.

Ġustifikazzjoni

Dan għandu l-għan li jipprevjeni, f'każ ta' tnaqqis baġitarju sinifikanti, l-Aġenzija ssib ruħha li jkollha l-istess xogħlijiet u attivitajiet b'riżorsi mnaqqsa b'mod sinifikanti.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 22 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F’intervalli regolari u għall-inqas kull ħames snin, il-Bord Amministrattiv għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija kwalunkwe informazzjoni li din tal-aħħar tikkunsidraha rilevanti għal dik l-evalwazzjoni.

1. F’intervalli regolari u għall-inqas kull ħames snin, il-Bord Amministrattiv għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jivvaluta r-rilevanza, l-effikaċja u l-kosteffiċjenza tagħha. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija kwalunkwe informazzjoni li din tal-aħħar tikkunsidraha rilevanti għal dik l-evalwazzjoni.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 22 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

 

2. Dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-utilità, ir-rilevanza, il-valur miżjud li ġie akkwistat u l-effiċenza tal-Aġenzija u l-prattiki tal-ħidma tagħha. L-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-fehmiet tal-partijiet interessati, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell nazzjonali. Hija għandha, b'mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibli li timmodifika jew testendi l-kompiti tal-Aġenzija jew li ttemm l-attivitajiet tagħha jekk ir-rwol tagħha jsir superfluwu.

Ġustifikazzjoni

Għandu jissemma li evalwazzjonijiet regolarji jistgħu jirriżultaw ukoll sabiex il-kompiti jew l-eżistenza tal-Aġenzija jiġu kkunsidrati mill-ġdid, jekk dan jirriżulta li hu meħtieġ.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7 b

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Paragrafu 22 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22a

Studju dwar il-fattibilità

 

Fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u lill-Kunsill studju dwar il-fattibilità ta’ sistema ta’ koordinazzjoni tas-servizzi nazzjonali tal-gwardja tal-kosta, li juri l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ tali sistema.

 

Dan ir-rapport għandu, jekk ikun il-każ, jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7c

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 22 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22b

Rapport dwar il-progress

 

Fi żmien [tliet] snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jistipula kif l-Aġenzija wettqet r-responsabilitajiet addizzjonali assenjati minn dan ir-Regolament u l-każ biex l-objettivi u l-kompiti tagħha jkomplu jiġu estiżi. B'mod partikolari, dan ir-rapport għandu jinkludi:

 

(a) analiżi tal-kisbiet fl-effikaċja li twettqu permezz ta’ integrazzjoni akbar tal-Aġenzija u l-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port.

 

 

 

(b) informazzjoni dwar l-effikaċja u l-konsistenza tal-infurzar tad-Direttiva 2005/35/KE1 min-naħa tal-Istati Membri u informazzjoni statistika dettaljata dwar is-sanzjonijiet li ġew applikati.

 

Dan ir-rapport għandu, jekk ikun il-każ, jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

 

____________

 

1 ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jingħata punt ta' rieżami biex jiġi analizzat kif qed jaħdem ir-Regolament rivedut u jekk humiex xierqa aġġustamenti ulterjuri.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 23 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assista mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) stabbilit skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 23a dwar il-metodi operattivi ta’ ħidma tal-Aġenzija sabiex jitwettqu l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1).

Ġustifikazzjoni

Aġġornament biex jitqies id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Ir-rapport Szájer (adottat fis-sessjoni plenarja fil-5 ta' Mejju 2010) jgħid li l-Parlament għandu jkun fuq livell indaqs mal-Kunsill fir-rigward tal-aspetti kollha tas-setgħa ta' delega leġiżlattiva. Jitlob ukoll allinjament tal-leġiżlazzjoni eżistenti biex jiġu riflessi d-dispozizzjonijiet ġodda tat-Trattat.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 23 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”

imħassar

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Paragrafu 23 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23a

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti minn dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 23(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 5 snin [mid-data tad-dħul fis-seħħ]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn 6 xhur qabel tmiem il-perjodu ta' 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi prorogata awtomatikament għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din il-proroga sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 23 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi kwalunkwe waqt. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar 'il quddiem li tiġi speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet espressi la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' [xahrejn] min-notifika dwar l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu għandu jiġi prorogat [b'xahrejn].

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda u t-tnejn li ġejjin jadotta l-istess approċċ bħar-rapport Sterckx dwar il-formalitajiet ta' rappurtar (Direttiva 2010/65/UE). Fi stadju aktar tard, l-emendi dwar l-atti delegati se jiġu allinjati mal-Ftehim Komuni dwar l-atti delegati.

(1)

Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


NOTA SPJEGATTIVA

Daħla

L-EMSA twaqqfet bħala reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat meta għereq it-tanker taż-żejt "Erika". Bdiet topera f'Marzu 2003. Ir-Regolament li waqqafha ġie mmodifikat tliet darbiet. Din l-aħħar reviżjoni għandha timmira lejn bidliet li jdumu, anke jekk tieħu aktar żmien biex tiġi nnegozjata.

Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hi bbażata fuq konsultazzjoni tal-2008 mal-partijiet interessati tal-EMSA, evalwazzjoni esterna u valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni. Tirrifletti wkoll l-istrateġija tal-EMSA fuq 5 snin, adottata mill-Bord Amministrattiv tagħha (fejn huma rrappreżentati l-Istati Membri kollha). Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll rapport (COM(2011)0286) li juri li sistema tal-UE għall-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tat-tixrid taż-żejt tnaqqas l-ispejjeż b'madwar 20% meta mqabbla mas-sistemi nazzjonali.

L-EMSA diġà ngħatat kompiti ġodda bħala riżultat tal-implimentazzjoni tat-tielet pakkett dwar is-sikurezza marittima. Ikkonkludiet numru ta' "kuntratti dwar bastimenti ta' riżerva għar-reazzjoni għat-tixrid taż-żejt" li jaqilbu mill-attività regolari tagħhom għal modalità ta' reazzjoni għat-tniġġis fil-każ ta' emerġenza. Il-proposta tal-Kummissjoni tiċċara li l-bastimenti ta' dan it-tip jistgħu jintużaw ukoll biex jiġġieldu t-tniġġis minn sorsi oħrajn, inklużi r-riggijiet taż-żejt.

In-Norveġja u l-Islanda huma l-uniċi pajjiżi terzi li qed jieħdu sehem fl-EMSA. Il-Kummissjoni qed tirrakkomanda li l-possibilità ta' assistenza teknika tiġi estiża għall-pajjiżi ta' adeżjoni, is-sħab tal-Viċinat Ewropew u l-pajjiżi li jieħdu sehem fil-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi.

Il-pożizzjonijiet preċedenti tal-Parlament

Il-Parlament diġà stabbilixxa pożizzjoni dwar numru tal-kompiti addizzjonali possibbli għall-EMSA:

· ir-rapport de Grandes Pascual dwar it-tniġġis ikkawżat minn bastimenti u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur enfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw deterrent effikaċi tat-tniġġis ikkawżat minn vapuri;

· ir-rapport Wortmann-Kool dwar it-tniġġis ikkawżat minn bastimenti talab proposta tal-Kummissjoni biex tiġi stabbilita Gwardja tal-Kosta Ewropea komuni;

· ir-rapport Sterckx dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għal bastimenti qal li "[Il-kisba] ta' spazju Ewropew ta’ trasport marittimu mingħajr ostakli tirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib [...] fl-oqsma tas-servizzi doganali, tal-pulizija konfinali, tal-Europol, tas-saħħa pubblika u tat-trasport." Issuġġerixxa wkoll li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra sa fejn SafeSeaNet tista' tiġi integrata mas-Sistema ta' Informazzjoni dwar ix-Xmajjar;

· ir-rapport Meissner dwar Politika Marittima Integrata ħeġġeġ lill-Kummissjoni testendi l-mandat tal-EMSA fir-rigward tal-ispezzjonijiet ta' sikurezza tal-istallazzjonijiet lil hinn mill-kosta u t-tindif tat-tixrid taż-żejt. Ikkunsidra wkoll "li jeżisti potenzjal kbir biex l-EMSA jkun involut aktar fil-monitoraġġ taż-żoni kostali u biex jipprovdi iżjed appoġġ lill-Istati Membri biex isibu tniġġis fil-baħar".

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta' Ottubru 2010 qalet li l-mandat tal-EMSA "għandu jiġi estiż mill-bastimenti għall-istallazzjonijiet offshore"; jitlob li l-għoti ta' kompiti ġodda ta' dan it-tip jiġi rifless fil-baġit u fl-għadd ta' persunal tal-EMSA".

Il-pożizzjonijiet preċedenti tal-Kunsill

B'mod simili, il-Kunsill diġà adotta diversi konklużjonijiet rilevanti, b'mod partikulari fit-2-3 ta' Diċembru 2010 fejn stieden lill-Kummissjoni tevalwa "kif jista' jsir l-aħjar użu mill-protezzjoni ċivili eżistenti tal-UE, mir-rispons għall-emergenzi u mill-istrumenti/kapaċitajiet ta' sikurezza marittima ukoll fis-settur taż-żejt u l-gass fil-baħar". Matul l-istess laqgħa, il-Ministri tat-Trasport talbu integrazzjoni sħiħa tat-trasport bl-ilma fil-katini tat-trasport u loġistiċi tal-UE. B'mod partikolari, appoġġa "l-pjan tal-Kummissjoni li jitnieda proġett pilota, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), biex jiġi rfinut il-kunċett "Blue Belt"."

Kompiti addizzjonali għall-EMSA

Ġeneralment hu rikonoxxut li l-EMSA hi organizzazzjoni effikaċi, immexxija sew li toffri ffrankar sinifikati għall-Istati Membri peress li topera fil-livell Ewropew, bl-ekonomiji ta' skala li dan il-fatt jiġġenera. Ħafna minn din il-ħidma tinvolvi konsulenza lill-Kummissjoni u/jew lill-Istati Membri.

Hemm l-ambitu għall-espansjoni tal-attivitajiet tal-EMSA,, sabiex l-esperjenza u s-servizzi tekniċi tagħha jkunu jistgħu jiġu applikati għal firxa usa' ta' politiki. B'mod partikolari, is-sistemi tagħha għall-monitoraġġ tat-traffiku jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' spazju marittimu Ewropew mingħajr ostakli li jkun jippermetti li l-merkanzija u l-passiġġieri jiġu ttrasportati bil-baħar bejn l-Istati Membri bl-ebda aktar formalità milli kieku marru bit-triq. Dan jevita li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni favur modalità li tagħmel aktar ħsara lill-ambjent. B'mod simili l-EMSA għandha tagħti konsulenza lill-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-kompatibilità reċiproka ta' SafeSeaNet u s-Sistema ta' Informazzjoni dwar ix-Xmajjar biex tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi.

Waqt li r-Rapporteur mhux qed jipproponi l-ħolqien ta' Gwardja tal-Kosta Ewropea, in-nuqqas tal-Kummissjoni li twettaq l-istudju rikjest mid-Direttiva (KE) 2005/35 hu ta' min wieħed jiddispjaċih ħafna dwarha. Il-Kummissjoni għandha titfakkar li anke hi hi marbuta mil-leġiżlazzjoni Ewropea.

L-iċċarar li l-bastimenti ta' riżerva eżistenti għar-reazzjoni għat-tixrid taż-żejt jistgħu jintużaw ukoll fil-każ ta' tniġġis marittimu kkawżat mill-pjattaformi taż-żejt u tal-gass jidher li joffri alternattiva effikaċi u kost-effiċjenti. L-EMSA diġà tivverifika l-konformità tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni mar-rekwiżiti tal-UE għat-trasport bil-baħar. Uħud minn dawn is-soċjetajiet jaħdmu wkoll mal-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut. Ir-Regolament emendat dwar l-EMSA għandu għaldaqstant jagħmel l-aħjar użu possibbli tal-kapaċità tagħha sabiex tkun tista' tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-prevenzjoni tat-tniġġis mill-installazzjonijiet taż-żejt u l-gass lil hinn mix-xtut u fl-iżvilupp tar-rekwiżiti u l-gwida dwar l-għoti ta' liċenzji ta' tali esplorazzjoni u produzzjoni. Ir-Regolament għandu jipprevedi wkoll rwol imsaħħaħ għas-sistemi eżistenti għal CleanSeaNet, l-estensjoni tal-funzjonijiet ta' ispezzjoni tal-EMSA u l-eżami tal-potenzjal tagħha li twettaq rwol ta' audit indipendenti bil-liċenzji.

L-EMSA għanda tagħti wkoll pariri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara. Iż-żieda tal-attrazzjoni tax-xogħlijiet marittimi għaċ-ċittadini tal-UE hi objettivi li ilu kondiviżi għal żmien twil. L-EMSA diġà tassisti lill-Kummissjoni bi studju tal-impatt dwar l-infurzar tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittima permezz ta' leġiżlazzjoni tal-UE. Tkun ikkwalifikata wkoll biex tassisti bl-implimentazzjoni tal-Pakkett Soċjali Marittimu li ġej. L-EMSA għandha tiffaċilita netwerk tal-akkademji għat-taħriġ marittimu għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattika u l-iżgurar ta' standards għoljin.

Attwalment, l-EMSA taġixxi biss f'isem il-Kummissjoni fil-kontroll tal-prekundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti. Dawn l-audits ikopru r-rekwiżiti fir-rigward tal-konvenzjonijiet internazzjonali. Għaldaqstant jinvolvu kważi eżattament l-istess kwistjonijiet bħal dawk ivvalutati mill-Istati Membri. Jekk l-EMSA kellha wkoll twettaq l-audit rikjest f'isimhom, dan jirriżulta f'ekonomiji ta' skala. Ma jiġux esklużi rekwiżiti nazzjonali addizzjonali.

Fir-rigward tal-kontroll tal-istat tal-port, is-Segretarjat tal-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi hu entità separata li tkopri lir-Russja u l-Kanada apparti l-UE, imma l-EMSA tikkontribwixxi b'mod sustanzjali għal ħidmitu. It-tqassim mill-ġdid tal-kompiti jew fużjoni eventwali jwasslu għal kisbiet sinifikanti fl-effiċjenza.

Jidher li hu awspikabbli ħafna li l-EMSA tingħata portata akbar biex tassisti lill-pajjiżi ġirien inaqqsu r-riskji tat-tniġġis u jirreaġixxu għat-tniġġis. Ftit hemm dubju li, kieku kellu jkun hemm inċident ta' tniġġis fin-Nofsinhar tal-Mediterran, ftit miż-żejt jispiċċa fl-ilmijiet Ewropej. F'dan il-każ, hu ċar li aħjar wieħed jipprevjeni milli jikkura. L-aġġustament tar-Regolament biex isir espliċitu li l-EMSA tista' tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-korpi reġjonali għar-reazzjoni għat-tniġġis marittimu (eż. l-Konvenzjonijiet ta' Ħelsinki u ta' Barċellona) joffri benefiċċji fir-rigward taċ-ċertezza ġuridika u t-trasparenza.

L-aspetti tal-governanza

Kif tirrikonoxxi l-proposta tal-Kummissjoni, hemm potenzjal ta' kunflitt ta' interess għar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Bord Amministrattiv meta tkun qed tiġi stabbilita l-politika dwar iż-żjarat tal-EMSA peress li jkunu qed jistabbilixxu r-regoli li permezz tagħhom tkun se tiġi spezzjonata l-organizzazzjoni tagħhom stess. Madankollu, aktar milli jitħalla li l-metodi ta' ħidma operattiva tal-Aġenzija fil-qasam tal-ispezzjonijiet jiġu adottati bi proċedura ta' komitoloġija, għandha tintuża d-dispożizzjoni dwar l-"atti delegati" tat-Trattat ta' Lisbona.

Barra minn hekk, it-tkabbir tal-UE biddel il-bilanċ bejn ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u dawk tal-Kummissjoni. B'27 Stat Membru, minflok 15, huwa teorikament possibbli li jinħatar jew jitkeċċa Direttur kontra x-xewqat tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni. Sistema ta' voti ppeżati żżomm il-bilanċ istituzzjonali għal żmien twil.

Implikazzjonijiet baġitarji

Hu ċar li jekk ix-xogħol isir darba minn EMSA minflok f'kull amministrazzjoni nazzjonali, l-ispiża għall-kontribwenti Ewropej titnaqqas u jinħoloq valur miżjur Ewropew ta' vera. Dan diġà ntwera mis-sistemi ta' sorveljanza marittima tal-EMSA. Hu probabbli li l-użu ta' dawn is-sistemi għall-forniment ta' informazzjoni ta' valur għall-oqsma politiċi oħrajn ikun aktar kost-effikaċi mill-ħolqien ta' sistemi indipendenti.

Hemm bżonn li l-kompiti addizzjonali għall-EMSA jiġu riflessi b'mod realistiku fil-baġit u l-persunal tagħha. Inkella jkun hemm theddida għall-funzjoni fundamentali tagħha li tippromwovi s-sikurezza marittima.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (16.6.2011)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

(COM(2010)0611 – C7‑0343/2010 – 2010/0303(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan tal-miżura proposta huwa li temenda r-Regolament 1406/2002 billi tiċċara l-kompiti u r-rwol eżistenti tal-EMSA kif ukoll billi testendi l-kompiti tal-EMSA għal oqsma ġodda fuq il-livell internazzjonali u/jew tal-UE li għadhom qed jiġu żviluppati.

Aspetti ġenerali u l-grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar l-aġenziji

Ir-rapporteur ħadet nota tajba tal-estensjoni proposta tal-ħidmiet, u tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni li saret f'dan ir-rigward. Hija tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-kumitati BUDG u TRAN li għandhom isiru iktar valutazzjonijiet tal-impatt dwar l-opportunità u l-konsegwenzi ta' kull xogħol addizzjonali li jiġi propost mill-kumitat responsabbli (ara wkoll id-dokument tal-ħidma mir-rapporteur prinċipali u l-opinjoni tal-KESE), inkluż f'termini baġitarji u ta' persunal, skont l-Approċċ Komuni Interistituzzjonali għall-Valutazzjoni tal-Impatt (IA) li jirrigwarda emendi sostantivi.

Ir-rapporteur hija tal-opinjoni li l-avvanz tax-xogħlijiet tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali, jagħmilha possibli wkoll li jiġu integrati l-ewwel konklużjonijiet dwar kwistjonijiet ta' governanza li diġà jinstabu fl-opinjoni attwali. Dawn il-konklużjonijiet diġà ġew approvati minn tliet istituzzjonijiet fl-aħħar laqgħa tagħhom fit-23 ta' Marzu 2011. Huma rriżultaw fl-emendi li ġejjin li jittrattaw dwar:

- it-titjib tal-poteri ta' skrutinju tal-Parlament dwar l-istrateġija multiannwali tal-aġenzija (opinjoni) u l-programm annwali ta' ħidma,

- il-monitoraġġ tax-xogħlijiet tal-bord tal-ġestjoni u l-kompetenzi rispettivi meħtieġa tal-membri tiegħu,

- it-twaqqif ta' bord eżekuttiv,

- il-prevenzjoni ta' kunflitt tal-interessi fi ħdan il-bord tal-ġestjoni,

- l-istabbiliment ta' indikaturi biex jassessjaw il-prestazzjoni tal-aġenzija,

- l-evalwazzjoni regulari tal-aġenzija.

Kwistjonijiet baġitarji

Dwar kwistjonijiet baġitarji relatati, ir-rapporteur identifikat il-bżonn ta' aktar kjarifika fid-dikjarazzjoni finanzjarja u l-implikazzjonijiet baġitarji tal-proposta:

- Id-dikjarazzjoni finanzjarja tidher żbaljata peress li jissemma impjieg addizzjonali fid-DĠ MOVE li iżda diġà ġie assenjat lill-ġestjoni tal-attività. Ir-rapporteur se tiżgura li dan ma jirriżultax fi nfiq addizzjonali (l-impatt huwa xi EUR 0.5 miljun għal erbgħa snin).

- Rigward l-assenjazzjoni mill-ġdid ta' 6 membri tal-persunal fi ħdan l-aġenzija biex din tkun tista' tlaħħaq mal-kompiti l-ġodda, jeħtieġ ikun hemm iktar kjarfika dwar l-għażla taż-żmien u l-attivitajiet li minnhom ħa ssir l-assenjazzjoni mill-ġdid.

- Jeħtieġ li jkun hemm iktar informazzjoni dwar l-implikazzjoni preċiża tas-sors tal-kompiti l-ġodda tal-aġenziji li mhumiex inklużi fir-regolament: is-sezzjonijiet relatati mal-'element uman' u l-'e-maritime' fl-istrateġija multiannwali tal-bord amministrattiv.

- Finalment, se jiġi eżaminat x'wieħed jista' jistenna minn kollezzjoni ta' ħlasijiet li joriġinaw mill-iskambju ta' data marittima, u wkoll x'garanzija hemm li l-awtorità leġiżlattiva tkun tista' tiddeċiedi dwar xi sors ieħor ta' dħul għall-aġenzija, minkejja l-kliem ġenerali tad-dispożizzjoni l-ġdida.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Jenfasizza li l-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda għandu japplika għall-estensjoni tal-funzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima; jenfasizza li kull deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur din it-tip ta' estensjoni ta' dawn il-kompiti għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;

Ġustifikazzjoni

Biex tirrepeti l-prerogattivi baġitarji tal-Parlament.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-evalwazzjoni esterna, tar-rakkomandazzjonijiet mill-Bord Amministrattiv u tal-istrateġija multiannwali, uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandhom jiġu ċċarati u aġġornati. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tirċievi numru ta’ kompiti addizzjonali li jirriflettu l-iżvilupp tal-politika dwar is-sikurezza marittima fuq il-livell tal-UE u dak internazzjonali. Huma meħtieġa sforzi konsiderevoli ta’ eżamijiet bir-reqqa u ta’ riallokazzjoni sabiex tkun iggarantita l-effiċjenza fl-infiq u fil-baġit. Dan għandu jippermetti li terz mill-ħtiġijiet addizzjonali f’termini ta’ persunal għall-kompiti l-ġodda jkunu koperti mill-Aġenzija permezz ta’ riallokazzjoni interna.

(3) Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-evalwazzjoni esterna, tar-rakkomandazzjonijiet mill-Bord Amministrattiv u tal-istrateġija multiannwali li ġiet adottata minn dak il-Bord f'Marzu 2010, uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandhom jiġu ċċarati u aġġornati. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tirċievi numru ta’ kompiti addizzjonali li jirriflettu l-iżvilupp tal-politika dwar is-sikurezza marittima fuq il-livell tal-UE u dak internazzjonali. Huma meħtieġa sforzi konsiderevoli ta’ eżamijiet bir-reqqa u ta’ riallokazzjoni sabiex tkun iggarantita l-effiċjenza fl-infiq u fil-baġit. Dan għandu jippermetti li terz mill-ħtiġijiet addizzjonali f’termini ta’ persunal għall-kompiti l-ġodda jkunu koperti mill-Aġenzija permezz ta’ riallokazzjoni interna.

Ġustifikazzjoni

L-att legali għandu jkun preċiż biżżejjed meta jkun qed jirreferi għas-sors tal-kontenut.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Paragrafu 14 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Għandhom jitqiesu r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej 1 (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, u l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda 2 (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 47 tiegħu.

 

1ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

 

2 ĠU L 139, 14.6.2006, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir referenza għar-Regolament Finanzjarju (art 185) u għall-Ftehim interistituzzjonali dwar il-ġestjoni baġitarja u d-dixxiplina baġitarja (Art. 47) bħala l-bażi legali għall-istabbiliment ta' aġenzija ġdida tal-UE.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 - punt a

Regolament (KE)1406/2002

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-punt (c) għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

(a) il-punti (b) u (c) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

 

'(b) jaddotta r-rapport annwali fuq l-attivitajiet tal-Aġenzija u jgħaddih l-iktar tard sal-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill- Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Istati Membri.

 

Kull sena l-Aġenzija għandha tgħaddi kull informazzjoni fir-rigward tar-riżultati tal-proċeduri tal-kalkoli lill-awtorità tal-baġit;

'(c) jeżamina, fil-qafas tal-preparazzjoni tal-programm ta’ ħidma, talbiet mingħand l-Istati Membri għal assistenza teknika, kif inhu msemmi fl-Artikolu 2(3);

(c) jeżamina, fil-qafas tal-preparazzjoni tal-programm ta’ ħidma, talbiet mingħand l-Istati Membri għal assistenza teknika, kif inhu msemmi fl-Artikolu 2(3);

(ca) jadotta strateġija multiannwali għall-Aġenzija li tkopri perjodu ta’ ħames snin bil-quddiem fejn jieħu inkunsiderazzjoni l-opinjoni tal-Kummissjoni;

(ca) jadotta strateġija multiannwali għall-Aġenzija li tkopri perjodu ta’ ħames snin bil-quddiem fejn jieħu inkunsiderazzjoni l-opinjonijiet tal-Parlament u tal-Kummissjoni;

(cb) jadotta l-pjan ta’ politika multiannwali tal-persunal tal-Aġenzija;”

(cb) jadotta l-pjan ta’ politika multiannwali tal-persunal tal-Aġenzija;”

Ġustifikazzjoni

L-ewwel modifika għandha l-għan li tiċċara li l-Aġenzija nnifisha ma tistax tikkunsidra dak li hu relevanti għall-Parlament. It-tieni għandha l-għan li tħaddan fir-regolament il-fatt li l-Parlament għandu jiġi konsultat għall-adozzjoni tal-istrateġija multiannwali tal-aġenziji (IWG).

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 - punt d a (ġdid)

Regolament (KE)1406/2002

Artikolu 10 – paragrafu 2– punt (h)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) il-punt (h) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'(h) iwettaq id-dmirijiet tiegħu f'relazzjoni mal-baġit tal-Aġenzija skont l-Artikoli 18, 19 u 21u jissorvelja u joffri segwitu adegwat tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joriġinaw mid-diversi rapporti u evalwazzjonijiet ta' verifika, kemm dawk interni, kif ukoll dawk esterni;'

Ġustifikazzjoni

Għall-pussess u għal segwitu aħjar tas-sejbiet tal-verifika u tal-evalwazzjonijiet, il-Bord Amministrattiv, li d-Direttur irid jagħti rendikont lilu, għandu jiġi affidat espliċitament bil-monitoraġġ tagħhom (IWG).

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)

Regolament (KE)1406/2002

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

(a) il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u erba' rappreżentanti tal-Kummissjoni, kif ukoll erba' professjonisti mis-setturi l-aktar ikkonċernati, innominati mill-Kummissjoni, mingħajr id-dritt għall-vot.

 

Il-Membri tal-bord għandhom jiġu appuntati a bażi tal-lawrea tagħhom ta' esperjenza relevantiv fil-kamp tas-sigurtà u l-prevenzjoni marittima ta' tniġġis mill-vapuri. Huma għandhom ukoll ikollhom il-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji biex iwettqu l-kompiti elenkati fl-Artikolu 10.

 

Il-Membri tal-Bord Amministrattiv għandhom jagħmlu dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-obbligi u dikjarazzjoni bil-miktub li tindika kwalunkwe interess dirett jew indirett li għandu jitqies ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom. Huma għandhom f'kull laqgħa jiddikjaraw kull interess li jista' jitqies ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom f'rabta mal-punti fuq l-aġenda u jastjenu milli jipparteċipaw fid-diskussjonijiet u fil-votazzjonijiet dwar dawn il-punti.'

 

(b) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'3. Id-dewmien tat-terminu tal-kariga huwa ta' erba' snin. It-terminu tal-mandat jista' jiġġedded darba.'

Ġustifikazzjoni

Il-ħiliet tal-membri tal-Bord Amministrattiv għandhom ikunu konformi mal-funzjonijiet li ġew assenjati lilhom. Minbarra dan, għandu jkun hemm dispożizzjoni bl-għan li tipprevjeni kull kunflitt tal-interess u d-dewmien tal-mandat għandu jkun skont l-aġenziji l-oħra' (IWG).

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid)

Regolament (KE)1406/2002

Paragrafu 14 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

 

'Artikolu 14a

Bord ta' Tmexxija

 

1. Għandu jiġi stabbilit Bord ta' Tmexxija, magħmul minn membri tal-Bord Amministrattiv li jinkludu żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni. Id-daqs tiegħu m'għandux ikun iktar minn terz ta' dak tal-Bord Amministrattiv. Għandu jiltaqa' għallanqas kull erba' xhur.

 

2. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkollu mandat formali ċar mill-Bord Amministrattiv. Il-kompiti tiegħu għandhom jinkludu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv, ta' kwistjonijiet amministrattivi u baġitarji f'isem il-Bord Amministrattiv, u d-deċiżjonijiet preparatorji, il-programmi u l-attivitajiet li għandhom jiġu adottati mill-Bord Amministrattiv. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti rendikont lill-Bord Amministrattiv; f'dan il-kuntest, huwa għandu jissottometti rapport ta' attività lil kull laqgħa tal-Bord Amministrattiv.'

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi stabbilit bord ta' tmexxija bl-għan li jinforza s-superiżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u baġitarja permezz tal-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv (IWG).

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 - punt (a)

Regolament (KE)1406/2002

Artikolu 15 – paragrafu 2– punti (a) u (b)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

(a) Fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

'(a) għandu jipprepara l-istrateġija multiannwali tal-Aġenzija u jressaqha quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni għall-inqas tmien (8) ġimgħat qabel il-laqgħa tal-Bord rilevanti;

'(a) għandu jipprepara l-istrateġija multiannwali tal-Aġenzija u jressaqha quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Parlament u mal-Kummissjoni għall-inqas tmien (8) ġimgħat qabel il-laqgħa tal-Bord rilevanti;

(aa) għandu jipprepara l-pjan ta’ politika multiannwali tal-persunal tal-Aġenzija u jressqu quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(aa) (aa) għandu jipprepara l-pjan ta’ politika multiannwali tal-persunal tal-Aġenzija u jressqu quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(ab) għandu jipprepara l-programm ta’ ħidma annwali u l-pjan dettaljat għall-attivitajiet tal-istat ta’ tħejjija u tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-Aġenzija, u jressaqhom quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni mill-inqas tmien (8) ġimgħat qabel il-laqgħa tal-Bord rilevanti. Huwa għandu jieħu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom. Huwa għandu jirrispondi għal kwalunkwe talba għal assistenza mingħand Stat Membru skont l-Artikolu 10(2)(c);

(ab) għandu jipprepara l-programm ta’ ħidma annwali, filwaqt li jindika r-riżorsi umani u finanzjarji li ġew antiċipati u allokati għal kull attività, u l-pjan dettaljat għall-attivitajiet tal-istat ta’ tħejjija u tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-Aġenzija, u jressaqhom quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni mill-inqas tmien (8) ġimgħat qabel il-laqgħa tal-Bord rilevanti. Huwa għandu jwieġeb b'mod pożittiv għal kull stedina mill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew biex jippreżenta u jagħmel skambju ta' fehmiet dwar il-programm annwali tax-xogħol. Huwa għandu jieħu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom. Huwa għandu jirrispondi għal kwalunkwe talba għal assistenza mingħand Stat Membru skont l-Artikolu 10(2)(c);

(b) għandu jiddeċiedi li jwettaq l-ispezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 3, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-istess Artikolu 3. Huwa għandu jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni fil-preparazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2);”

(b) għandu jiddeċiedi li jwettaq l-ispezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 3, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-istess Artikolu 3. Huwa għandu jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni fil-preparazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2);”

Ġustifikazzjoni

L-ewwel modifika għandha l-għan li tħaddan fir-regolament il-fatt li l-Parlament għandu jiġi konsultat sabiex jadotta l-istrateġija multiannwali tal-aġenziji (IWG). It-tieni hija skont il-prinċipji tal-ABM-ABB: il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija u r-rapport annwali tal-attività għandhom jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżorsi li ġew allokati għal attivitajiet li huma neċessarji biex jilħqu l-oġġettivi tal-Aġenzija. It-tielet għandha l-għan li tifformalizza l-prattika li jkun hemm skambju ta' ideat bejn id-Direttur u l-kumitat kompetenti dwar il-programm annwali ta' ħidma.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 - punt (b)

Regolament (KE)1406/2002

Artikolu 15 – paragrafu 2– punt (d)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'(d) għandu jorganizza sistema effettiva ta’ monitoraġġ sabiex ikun jista’ jipparaguna l-kisbiet tal-Aġenzija mal-għanijiet u mal-kompiti tagħha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Huwa għandu jiżgura ruħu li l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija se tiġi adattata b’mod regolari għall-ħtiġijiet li jevolvu skont ir-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli. Fuq din il-bażi, kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara abbozz ta’ rapport ġenerali u jressqu quddiem il-Bord Amministrattiv. Ir-rapport għandu jinkludi sezzjoni apposta dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat għall-attivitajiet tal-istat ta’ tħejjija u tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-Aġenzija u għandu jagħti aġġornament tal-istatus tal-azzjonijiet kollha ffinanzjati taħt dak il-pjan. Huwa għandu jistabbilixxi proċeduri regolari ta’ evalwazzjoni li jilħqu standards professjonali rikonoxxuti;”

'(d) “(d) għandu jorganizza sistema effettiva ta’ monitoraġġ sabiex ikun jista’ jipparaguna l-kisbiet tal-Aġenzija mal-għanijiet u mal-kompiti tagħha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, huwa għandu jistabbilixxi, bi ftehim mal-Kummissjoni, l-indikaturi ta' prestazzjoni li huma adattati sabiex jippermettu l-assessjar effettiv tar-riżultati akkwistati. Huwa għandu jiżgura ruħu li l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija se tiġi adattata b’mod regolari għall-ħtiġijiet li jevolvu skont ir-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli. Fuq din il-bażi, kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara abbozz ta’ rapport ġenerali u jressqu quddiem il-Bord Amministrattiv. Ir-rapport għandu jinkludi sezzjoni apposta dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat għall-attivitajiet tal-istat ta’ tħejjija u tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-Aġenzija u għandu jagħti aġġornament tal-istatus tal-azzjonijiet kollha ffinanzjati taħt dak il-pjan. Huwa għandu jistabbilixxi proċeduri regolari ta’ evalwazzjoni li jilħqu standards professjonali rikonoxxuti;”

Ġustifikazzjoni

Konformi mal-prinċipji ta' ġestjoni bbażata fuq l-attività u baġetjar ibbażat fuq l-attività, il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija u r-rapport annwali tal-attività għandhom jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżorsi allokati għal attivitajiet li huma neċessarji biex jilħqu l-oġġettivi tal-Aġenzija u dwar il-prestazzjoni ġenerali biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE)1406/2002

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar u jitkeċċa mill-Bord Amministrattiv. Il-ħatra għandha ssir minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin fuq il-bażi tal-mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll fuq il-bażi ta’ kompetenza u ta’ esperjenza rilevanti għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà marittima, għall-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u għar-reazzjoni għat-tniġġis marin. Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Amministrattiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħdu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha li jkolhom id-dritt tal-vot.

1. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar u jitkeċċa mill-Bord Amministrattiv. Il-ħatra għandha ssir minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin fuq il-bażi tal-mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll fuq il-bażi ta’ kompetenza u ta’ esperjenza rilevanti għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà marittima, għall-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u għar-reazzjoni għat-tniġġis marin. Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Amministrattiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. L-opinjoni tiegħu, jekk ikun hemm waħda, għandha titqies qabel il-ħatra formali. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħdu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha li jkolhom id-dritt tal-vot.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun mgħarraf b'mod espliċitu li kull opinjoni tal-Parlament dwar il-kandidat magħżul għandha titqies qabel il-ħatra.

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE)1406/2002

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Bord Amministrattiv, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni r-rapport ta’ evalwazzjoni jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għal mhux ikar minn tliet snin. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħdu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha li jkolhom id-dritt tal-vot. Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, huwa/hija j/tista’ j/tiġi mistieden/mistiedna j/tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u j/twieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulu/ha l-membri tiegħu. Jekk il-mandat ma jkunx estiż, id-Direttur Eżekuttiv għandu/ha j/tibqa’ fil-kariga tiegħu/tagħha sakemm jinħatar is-suċċessur tiegħu/tagħha.

2. Il-Bord Amministrattiv, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni r-rapport ta’ evalwazzjoni jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għal mhux ikar minn ħames snin. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħdu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha li jkolhom id-dritt tal-vot. Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, huwa/hija j/tista’ j/tiġi mistieden/mistiedna j/tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u j/twieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulu/ha l-membri tiegħu. L-opinjoni tiegħu, jekk ikun hemm waħda, għandha titqies qabel il-ħatra formali. Jekk il-mandat ma jkunx estiż, id-Direttur Eżekuttiv għandu/ha j/tibqa’ fil-kariga tiegħu/tagħha sakemm jinħatar is-suċċessur tiegħu/tagħha.

Ġustifikazzjoni

It-tiġdid tal-mandat tad-Direttur għandu jkun għall-istess perjodu ta' żmien bħall-ewwel mandat. Għandu jkun mgħarraf b'mod espliċitu li kull opinjoni mogħtija mill-Parlament dwar il-kandidat magħżul għandha titqies qabel il-ħatra.

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 a (ġdid)

Regolament (KE)1406/2002

Artikolu 18 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

 

'3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta' dikjarazzjoni ta' estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena ta' wara, fuq il-bażi ta' bbaġittjar ibbażat fuq l-attività, u għandu jgħaddiha lill-Bord Amministrattiv, flimkien ma' abbozz bil-pjan ta' stabbiliment.'

Ġustifikazzjoni

Kif inhu konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni bbażata fuq l-attivitajiet u l-baġit skont l-attivitajiet (ABM-ABB), il-baġit tal-Aġenzija għandu jkun ibbażat espliċitament fuq l-għanijiet u l-attivitajiet tal-Aġenzija, filwaqt li jistabilixxi konnessjoni bejn il-Missjoni u l-objettivi u l-attivitajiet u r-riżorsi tal-Aġenzija.

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 b (ġdid)

Regolament (KE)1406/2002

Artikolu 18 – paragrafi 7 u 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Fl-Artikolu 18, il-paragrafi 7 u 8 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

 

'7. Id-dikjarazzjoni ta' l-estimi għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn “il quddiem imsejjah l-awtorità tal-budget) flimkien ma' l-abbozz [...] tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

 

8. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz [...] tal-budget ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-estimi li tqis neċessarji għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont ta' sussidju li se jkun mitlub mill-budget ġenerali, li se tressaq quddiem l-awtorità tal-budget skont l-Artikolu 314 tat-TFUE, flimkien ma' deskrizzjoni ta' u ġustifikazzjoni ta' kull differenza bejn id-dikjarazzjoni tal-istimi tal-Aġenzija u s-sussidju li se jkun mitlub mill-baġit ġenerali.'

Ġustifikazzjoni

L-ewwel parti tal-emenda tirreferi għall-applikazzjoni tan-nomenklatura tat-Trattat ta' Liżbona. It-tieni għandha l-għan li tipprovdi l-awtorità baġitarja b'informazzjoni adegwata meta l-istimi tal-Aġenzija ġew modifikati mill-Kummissjoni.

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 c (ġdid)

Regolament (KE)1406/2002

Artikolu 18 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c) Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 10 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

 

'10. Il-baġit għandu jkun addottat mill-Bord Amministrattiv. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm bżonn, se jkun aġġustat skont hekk, flimkien mal-programm annwali tal-ħidma.'

Ġustifikazzjoni

Dan għandu l-għan li jipprevjeni, f'każ ta' qtugħ baġitarju sinifikanti, l-Aġenzija ssib ruħha li jkollha l-istess xogħlijiet u attivitajiet b'riżorsi mnaqqsa b'mod sinifikanti.

Emenda  15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE)1406/2002

Artikolu 22 – paragrafi 1 u 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

(7) Fl-Artikolu 22, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

'1. F’intervalli regolari u għall-inqas kull ħames snin, il-Bord Amministrattiv għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija kwalunkwe informazzjoni li din tal-aħħar tikkunsidraha rilevanti għal dik l-evalwazzjoni.”

'1. F’intervalli regolari u għall-inqas kull ħames snin, il-Bord Amministrattiv għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija kwalunkwe informazzjoni li din tal-aħħar tikkunsidraha rilevanti għal dik l-evalwazzjoni.”

 

2. Dik l-evalwazzjoni għandha tassessja l-utilità, ir-relevanza, il-valur miżjud li ġie akkwistat u l-effiċenza tal-Aġenzija u l-prattiki tal-ħidma tagħha. L-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-fehmiet tal-partijiet interessati, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell nazzjonali. Hija għandha, b'mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibli li timmodifika jew testendi l-kompiti tal-Aġenzija jew li ttemm l-attivitajiet tagħha jekk ir-rwol tagħha jsir superfluwu.'

Ġustifikazzjoni

Għandu jissemma li evalwazzjonijiet regolarji jistgħu jirriżultaw ukoll sabiex il-kompiti jew l-eżistenza tal-Aġenzija jiġu kkunsidrati mill-ġdid, jekk dan jirriżulta li hu meħtieġ.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

Referenzi

COM(2010)0611 – C7-0343/2010 – 2010/0303(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

10.11.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.11.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Jutta Haug

18.11.2010

 

 

 

Data tal-adozzjoni

15.6.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Alexander Alvaro, Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Lajos Bokros, Andrea Cozzolino, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Estelle Grelier, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Claudio Morganti, Nadezhda Neynsky, Miguel Portas, László Surján, Helga Trüpel, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Frédéric Daerden, Edit Herczog, Jan Mulder, María Muñiz De Urquiza


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (19.4.2011)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzij[a] Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima]

(COM(2010)0611 – C7‑0343/2010 – 2010/0303(COD))

Rapporteur: Bart Staes

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

It-tixrid taż-żejt reċenti ta’ Deepwater Horizon fil-Golf tal-Messiku enfasizza l-bżonn li tingħata attenzjoni lill-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fl-ambjent marin tal-UE. Il-Parlament Ewropew beda jħares lejn dawn il-kwistjonijiet fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-azzjoni tal-UE għall-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt fl-UE (inizjalment imħeġġa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel).

Dan ir-Regolament propost li qed jemenda r-Regolament (KE) Nru.1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Protezzjoni Marittima (EMSA), jirrappreżenta l-ewwel opportunità leġiżlattiva għall-Parlament biex jiġu eżaminati mezzi ta’ tisħiħ tal-funzjonijiet eżistenti tal-EMSA sabiex jiżdiedu l-objettivi tal-protezzjoni ambjentali u l-kapaċità tar-rispons għal inċidenti fl-ilmijiet tal-UE.

Ir-Regolament propost għandu jagħmel l-aħjar użu tal-esperjenza tal-Aġenzija u jsaħħaħ ir-rwol tagħha biex tgħin u tappoġġa l-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut u fl-iżvilupp tar-rekwiżiti u l-gwida dwar il-liċenzji tal-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass. Ir-Regolament propost għandu jipprevedi wkoll għal rwol miżjud għal sistemi bħal ma huma l-CleanSeaNet u s-sistema għall-iskoperta elettronika, użati mill-EMSA fil-ħidma eżistenti tagħha u għandu jestendi l-funzjonijiet ta’ spezzjoni tal-EMSA.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda          1

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-Aġenzija għandha ttejjeb l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni rigward l-attivitajiet ta’ riċerka relatati mal-qasam tal-kompetenzi tagħha. Madankollu, għandu jkun evitat xogħol doppju mal-qafas ta’ riċerka eżistenti tal-UE. B’mod partikolari, l-Aġenzija m’għandhiex tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-proġetti ta’ riċerka.

(6) L-Aġenzija għandha ttejjeb l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni rigward l-attivitajiet ta’ riċerka relatati mal-qasam tal-kompetenzi tagħha. Madankollu, għandu jkun evitat xogħol doppju mal-qafas ta’ riċerka eżistenti tal-UE. B’mod partikolari, l-Aġenzija m’għandhiex tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-proġetti ta’ riċerka. Fl-estensjoni tal-ħidmiet tal-Aġenzija, għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li l-ħidmiet ikunu deskritti b’mod ċar u preċiż, li ma jkunx hemm dupplikazzjoni u li tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Avvenimenti reċenti enfasizzaw ir-riskji tal-attivitajiet ta’ esplorazzjoni għal u ta’ produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu. L-użu tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-Aġenzija għandhom ikunu estiżi b’mod espliċitu sabiex ikopru r-reazzjoni għat-tniġġis li toriġina minn attivitajiet ta’ din ix-xorta. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjon biex tanalizza s-sikurezza tal-installazzjonijiet mobbli tal-gass u taż-żejt lil hinn mix-xtut, ħalli jkunu identifikati d-dgħufijiet possibbli, billi tibbaża l-kontribuzzjoni tagħha fuq il-kompetenza li żviluppat rigward is-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u r-reazzjoni għat-tniġġis marin.

(8) Avvenimenti reċenti enfasizzaw ir-riskji tal-attivitajiet ta’ esplorazzjoni għal u ta’ produzzjoni taż-żejt u tal-gass u l-attivitajiet ta’ trasport lil hinn mix-xtut għat-trasport marittimu, għall-ambjent marittimu u għaż-żoni kostali. L-użu tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-Aġenzija għandhom ikunu estiżi b’mod espliċitu sabiex ikopru l-prevenzjoni u r-reazzjoni għat-tniġġis li toriġina minn attivitajiet ta’ din ix-xorta. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjon biex tanalizza s-sikurezza tal-installazzjonijiet mobbli tal-gass u taż-żejt lil hinn mix-xtut (inklużi l-installazzjonijiet tat-trasport), ħalli jkunu identifikati d-dgħufijiet possibbli, billi tibbaża l-kontribuzzjoni tagħha fuq il-kompetenza li żviluppat rigward is-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u r-reazzjoni għat-tniġġis marin. L-Aġenzija għandha b’mod partikolari, permezz tal-immonitorjar tas-satelliti u s-servizz tas-sorveljanza eżistenti tagħha, tgħin lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex tagħraf u tittratta l-effetti tat-tixrid taż-żejt li jirriżultaw minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 8 a (gdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) L-estensjoni tal-ħidmiet u r-responsabilitajiet tal-Aġenzija rigward l-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut għandha tiġi riflessa kif suppost fil-baġit adottat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru.1406/2002, u għandha tirriżulta f’żieda fin-numru tal-persunal tagħha u fil-kapaċità tar-rispons għal inċidenti tagħha, jekk hemm bżonn biex l-Aġenzija tkun permessa twettaq dawk il-ħidmiet tagħha b’mod effettiv.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 8 b (gdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Is-sistema tal-iskoperta elettronika eżistenti tal-Aġenzija tista’ tintuża b’mod utli għal tipi addizzjonali ta’ bastimenti, meta jitqies il-potenzjal tagħha biex ittejjeb l-effiċjenza tat-trasport marittimu, u b’hekk tipprovdi inċentivi biex it-tagħbija titmexxa mit-trasport fuq it-toroq għal dak bil-baħar.

Emenda  5

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Aġenzija stabbiliet ruħha bħala l-fornitriċi awtorevoli ta’ dejta dwar it-traffiku marittimu fuq il-livell tal-UE li hija ta’ interess u ta’ rilevanza f’attivitajiet oħrajn tal-UE. Permezz tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari rigward il-kontroll mill-istat tal-port, il-monitoraġġ tat-traffiku marittimu u tar-rotot tat-tbaħħir kif ukoll l-assistenza biex jiġu ntraċċati n-niġġiesa possibbli, l-Aġenzija għandha tagħti kontribuzzjoni biex jissaħħu s-sinerġiji fuq il-livell tal-UE rigward ċerti operazzjonijiet tal-gwardja tal-kosta. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ ġbir tad-dejta tal-Aġenzija għandhom ukoll jiġbru informazzjoni bażika dwar it-theddid potenzjali għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu mill-esplorazzjoni għal u mill-produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut.

(10) L-Aġenzija stabbiliet ruħha bħala l-fornitriċi awtorevoli ta’ dejta dwar it-traffiku marittimu fuq il-livell tal-UE li hija ta’ interess u ta’ rilevanza f’attivitajiet oħrajn tal-UE. Permezz tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari rigward il-kontroll mill-istat tal-port, il-monitoraġġ tat-traffiku marittimu u tar-rotot tat-tbaħħir kif ukoll l-assistenza biex jiġu ntraċċati n-niġġiesa possibbli, l-Aġenzija għandha tagħti kontribuzzjoni biex jissaħħu s-sinerġiji fuq il-livell tal-UE rigward ċerti operazzjonijiet tal-gwardja tal-kosta. Barra minn hekk, għandu jsir studju biex jiġi eżaminat jekk l-Aġenzija, li taġixxi bħala servizz tal-gwardja tal-kosta Ewropew, għandhiex fil-futur tieħu f’idejha dawn il-ħidmiet sabiex tippermetti azzjoni aktar mgħaġġla u aktar effettiva mill-awtoritajiet. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ ġbir tad-dejta tal-Aġenzija għandhom ukoll jiġbru informazzjoni bażika dwar it-theddid potenzjali għat-trasport marittimu u għall-ambjent marittimu mill-esplorazzjoni għal u mill-produzzjoni taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut u tat-trasport tagħhom.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11 a (gdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Il-kompetenza tal-Aġenzija fl-oqsma tat-tniġġis u r-rispons għall-inċidenti fl-ambjent marin tista’ wkoll tkun prezzjuża fl-iżvilupp ta’ gwida dwar l-għoti ta’ liċenzji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass. L-Aġenzija għandha għalhekk tgħin lill-Kummissjoni u l-Istati Membri f’dan ix-xogħol.

Emenda  7

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-Aġenzija twettaq spezzjonijiet sabiex tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-UE. Ir-rwoli tal-Aġenzija, tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-Bord Amministrattiv għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar.

(12)L-Aġenzija twettaq spezzjonijiet sabiex tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-UE. Ir-rwoli tal-Aġenzija, tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-Bord Amministrattiv għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar. B’mod partikolari, l-Aġenzija għandha tagħmel spezzjonijiet f’pajjiżi terzi fir-reġjuni tal-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-Baħar Baltiku li fl-ilmijiet tagħhom qed isiru l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass, u tgħin dawk il-pajjiżi terzi biex isaħħu l-kapaċità tagħhom li jtejbu s-sikurezza tal-operazzjonijiet tagħhom lil hinn mix-xtut. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi biex isiru l-ħidmiet għandha tissaħħaħ sabiex tiġi permessa azzjoni aktar mgħaġġla.

Emenda 8

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 - punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Article 1 - paragraph 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bl-assistenza teknika u xjentifika meħtieġa kif ukoll b’livell għoli ta’ kompetenza, sabiex tgħinhom japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b’mod xieraq fl-oqsma tas-sikurezza marittima, tas-sigurtà marittima u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti, sabiex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħha u jevalwaw l-effikaċja tal-miżuri stabbiliti.

2. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bl-assistenza teknika u xjentifika meħtieġa kif ukoll b’livell għoli ta’ kompetenza, sabiex tgħinhom japplikaw il-leġiżlazzjoni relevanti b’mod xieraq fl-oqsma tas-sikurezza marittima, tas-sigurtà marittima, tal-protezzjoni marina tal-ambjent b’mod partikolari biex tiġi żgurata l-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti, u minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut inklużi kemm il-pjattaformi għat-tħaffir taż-żejt u tal-gass kif ukoll it-terminals tal-linji tal-pajpijiet, sabiex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħha u jevalwaw l-effikaċja tal-miżuri stabbiliti.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 1 - paragrafu 3 a (gdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Aġenzija għandha wkoll tappoġġa netwerks ta’ koordinazzjoni kostali transkonfinali bil-għan li tiżviluppa l-kooperazzjoni, billi tiffoka b’mod aktar espliċitu fuq il-prevenzjoni tad-diżastri, b’hekk jiġu permessi netwerks li jibbenefikaw lit-tnejn mill-għajnuna teknika u xjentifika tal-Aġenzija u mill-għarfien dettaljat li għandhom l-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-fatturi speċifiċi u l-kundizzjonijiet lokali.

Emenda  10

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 - punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sabiex ikun żgurat li l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 jintlaħqu b’mod xieraq, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fl-oqsma tas-sikurezza marittima u tas-sigurtà marittima, tal-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u tar-reazzjoni għat-tniġġis marin.

1. Sabiex ikun żgurat li l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 jintlaħqu b’mod xieraq, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fl-oqsma tas-sikurezza marittima u tas-sigurtà marittima, tal-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut (inklużi installazzjonijiet mobbli u tat-trasport u t-terminals tal-linji tal-pajpijiet), u tar-reazzjoni għat-tniġġis marin.

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 - paragrafu 2 - punt f a (gdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) fl-iżvilupp ta’ rekwiżiti jew kwalunkwe gwida relatata mal-għoti ta’ liċenzji għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass fl-ambjent marin u, b’mod partikolari, l-aspetti ambjentali u tal-protezzjoni ċivili tagħha;

Emenda  12

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 - punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 - paragrafu 3 - punt c a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) testendi l-użu tas-sistema tal-iskoperta elettronika eżistenti għal tipi addizzjonali ta’ bastimenti.

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt c a (gdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) permezz tal-immonitorjar tas-satelliti u s-servizz tas-sorveljanza tagħha, bl-isem “CleanSeaNet” u stabbilit skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2005/35/KE, fl-iskoperta u t-tindif tat-tniġġis ikkawżat lill-ambjent marittimu minn tixrid taż-żejt minuri li jirriżulta minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut.

Emenda  14

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 - punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sabiex twettaq il-kompiti fdati lilha u sabiex tassisti lill-Kummissjoni biex twettaq dmirijietha skont it-Trattat, b’mod partikolari l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha twettaq spezzjonijiet fl-Istati Membri.

1. Sabiex twettaq il-kompiti fdati lilha u sabiex tassisti lill-Kummissjoni biex twettaq dmirijietha skont it-Trattat, b’mod partikolari l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tgħin lill-Kummissjoni fir-reviżjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u twettaq spezzjonijiet fl-Istati Membri.

Gustifikazzjoni

L-EMSA jista’ jkollha wkoll rwol fl-iskrutinju tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali (EIA) għal attivitajiet lil hinn mix-xtut biex jiġu evitati impatti ambjentali ta’ detriment għall-ekosistemi marini verament sensittivi.

Emenda  15

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 - punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha twettaq spezzjonijiet f’isem il-Kummissjoni f’pajjiżi terzi kif inhu mitlub mil-leġiżlazzjoni tal-UE, b’mod partikolari rigward organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha twettaq spezzjonijiet f’isem il-Kummissjoni f’pajjiżi terzi kif inhu mitlub mil-leġiżlazzjoni tal-UE, b’mod partikolari rigward organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-Aġenzija għandha,’mod partikolari, tagħmel spezzjonijiet f’pajjiżi terzi fir-Reġjuni tal-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-Baħar Baltiku li fl-ilmijiet tagħhom qed isiru l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass, u tgħin dawk il-pajjiżi terzi biex isaħħu l-kapaċità tagħhom li jtejbu s-sikurezza tal-operazzjonijiet tagħhom lil hinn mix-xtut.

Emenda  16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn ikun xieraq, u jkun xi jkun il-każ meta jiġi konkluż ċiklu ta’ spezzjonijiet, l-Aġenzija għandha tanalizza r-rapporti minn dak iċ-ċiklu sabiex tidentifika sejbiet orizzontali u konklużjonijiet ġenerali dwar l-effikaċja tal-miżuri stabbiliti. L-Aġenzija għandha tippreżenta din l-analiżi lill-Kummissjoni għal iktar diskussjonijiet mal-Istati Membri.

3. Fejn ikun xieraq, u jkun xi jkun il-każ meta jiġi konkluż ċiklu ta’ spezzjonijiet, l-Aġenzija għandha tanalizza r-rapporti minn dak iċ-ċiklu sabiex tidentifika sejbiet orizzontali u konklużjonijiet ġenerali dwar l-effikaċja tal-miżuri stabbiliti. L-Aġenzija għandha tippreżenta din l-analiżi lill-Kummissjoni għal iktar diskussjonijiet mal-Istati Membri, u għandha tagħmilha disponibbli għall-pubbliku f’format li jkun faċilment aċċessibbli, inkluż fil-forma elettronika.

Emenda  17

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 - punt 2

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq talba tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv jista’ jiddeċiedi, bil-qbil tal-Istati Membri kkonċernati, li jistabbilixxi ċ-ċentri reġjonali meħtieġa sabiex il-kompiti tal-Aġenzija jitwettqu bl-iktar mod effiċjenti u effettiv.

3. Fuq talba tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv jista’ jiddeċiedi, bil-qbil u l-kooperazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati, li jistabbilixxi ċ-ċentri reġjonali meħtieġa sabiex il-kompiti tal-Aġenzija jitwettqu bl-iktar mod effiċjenti u effettiv, billi titħeġġeġ il-kooperazzjoni man-netwerks reġjonali u nazzjonali eżistenti diġà involuti fil-miżuri ta’ prevenzjoni.

Emenda  18

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 - punt 5

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar u jitkeċċa mill-Bord Amministrattiv. Il-ħatra għandha ssir minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin fuq il-bażi tal-mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll fuq il-bażi ta’ kompetenza u ta’ esperjenza rilevanti għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà marittima, għall-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u għar-reazzjoni għat-tniġġis marin. Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Amministrattiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħdu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha li jkolhom id-dritt tal-vot.

1. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar u jitkeċċa mill-Bord Amministrattiv. Il-ħatra għandha ssir minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin fuq il-bażi tal-mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll fuq il-bażi ta’ ugwaljanza bejn is-sessi, kompetenza u ta’ esperjenza rilevanti għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà marittima, għall-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mix-xtut inklużi terminals tal-linji tal-pajpijiet u għar-reazzjoni għat-tniġġis marin. Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Amministrattiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħdu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha li jkolhom id-dritt tal-vot.

Emenda  19

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 1 - punt 5

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 16 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kapijiet tad-Dipartimenti għandhom jinħatru fuq il-bażi tal-mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll fuq il-bażi ta’ kompetenza u ta’ esperjenza professjonali rilevanti għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà marittima, għall-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u għar-reazzjoni għat-tniġġis marin. Il-Kapijiet tad-Dipartimenti għandhom jinħatru jew jitkeċċew mid-Direttur Eżekuttiv wara li jkun irċieva opinjoni pożitiva mingħand il-Bord Amministrattiv.

4. Il-Kapijiet tad-Dipartimenti għandhom jinħatru fuq il-bażi tal-mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll fuq il-bażi ta’ ugwaljanza bejn is-sessi, kompetenza u ta’ esperjenza professjonali rilevanti għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà marittima, għall-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u għar-reazzjoni għat-tniġġis marin. Il-Kapijiet tad-Dipartimenti għandhom jinħatru jew jitkeċċew mid-Direttur Eżekuttiv wara li jkun irċieva opinjoni pożitiva mingħand il-Bord Amministrattiv.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzij[a] Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima]

Referenzi

COM(2010)0611 – C7-0343/2010 – 2010/0303(COD)

Kumitat(i) responsabbli

TRAN

Opinjoni mogħtija minn

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

10.11.2010

 

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Bart Staes

30.11.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

16.3.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

19.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Paolo Bartolozzi, Sergio Berlato, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Julie Girling, Nick Griffin, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Paul Nuttall, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Carl Schlyter, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

João Ferreira, Matthias Groote, Jutta Haug, Michèle Rivasi, Birgit Schnieber-Jastram, Renate Sommer, Bart Staes, Struan Stevenson, Eleni Theocharous, Marianne Thyssen, Giommaria Uggias, Anna Záborská

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

George Sabin Cutas


PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzij[a] Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima]

Referenzi

COM(2010)0611 – C7-0343/2010 – 2010/0303(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.10.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

10.11.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.11.2010

ENVI

10.11.2010

ITRE

10.11.2010

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

1.12.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Knut Fleckenstein

7.12.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

12.4.2011

21.6.2011

10.10.2011

 

Data tal-adozzjoni

11.10.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

5

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Ryszard Czarnecki, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Riquet, Laurence J.A.J. Stassen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Peter Simon

Data tat-tressiq

25.10.2011

Avviż legali - Politika tal-privatezza