RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja
16.11.2011 - (COM2011)0483 – C7‑0215/2011 – 2011/0210(COD)) - ***I
Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Danuta Maria Hübner
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja
(COM2011)0483 – C7‑0215/2011 – 2011/0210(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM2011)0483),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0215/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0380/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
EMENDI TAL-PARLAMENT[1]*
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------
- [1] * Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura, l-inġinerija finanzjarja u ċerti dispożizzjonijiet marbutin mar-rendikont tal-infiq
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 177 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1] ,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2],
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[3]
Billi:
(1) L-Istati Membri kellhom esperjenzi pożittivi bl-iskemi ta’ għajnuna li trid titħallas lura fil-livell tal-operazzjonijiet matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 u għaldaqstant komplew dawn l-iskemi jew bdew jimplimentaw skemi ta’ għajnuna li trid titħallas lura fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali 2007-2013. Xi Stati Membri inkludew ukoll deskrizzjonijiet ta’ dawk l-iskemi fid-dokumenti ta’ programmazzjoni tagħhom, li ġew approvati mill-Kummissjoni.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999[4] jistipula strumenti ta’ inġinerija finanzjarja b’oqsma u firxiet ta’ intervent preċiżi. Madankollu, l-iskemi implimentati mill-Istati Membri f’forma ta’ għotjiet rimborsabbli u linji tal-kreditu ġestiti mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni permezz ta’ korpi intermedjarji la huma koperti kif jixraq mid-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja, u lanqas minn dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. Għaldaqstant, huwa meħtieġ, f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1784/1999[5], li diġà jipprevedi li l-għajnuna tista’ tkun f’forma ta’ għotjiet rimborsabbli, li jkun stipulat f’Taqsima ġdida tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li l-Fondi Strutturali jistgħu jikkonfinanzjaw l-għajnuna li trid titħallas lura. Dik it-Taqsima għandha tkopri l-għotjiet rimborsabbli u linji ta’ kreditu ġestiti mill-awtorità ta’ ġestjoni permezz ta’ korpi intermedjarji li huma istituzzjonijiet finanzjarji ▌.
(3) Wara kunsiderazzjoni tal-fatt li r-riżorsi finanzjarji użati permezz ta’ għajnuna li trid titħallas lura huma rimborsati parzjalment jew totalment mill-benefiċjarji, huwa meħtieġ li jkunu introdotti dispożizzjonijiet xierqa għall-użu mill-ġdid ta’ għajnuna rimborsata għall-istess għan jew f’konformità mal-objettivi tal-programm rispettiv, ħalli jkun żgurat li l-fond imħallsin lura jkunu investiti kif jixraq u l-għajnuna tal-Unjoni tintuża kemm jista’ jkun b'mod effettiv.
(4) Huwa meħtieġ li jkun ikkjarifikat li d-dispożizzjonijiet dwar proġetti maġġuri, il-proġetti li jiġġeneraw dħul u d-durabilità tal-operazzjonijiet ma għandhomx ikunu applikabbli bħala prinċipju għal strumenti ta’ inġinerija finanzjarja, minħabba li dawk ir-regoli huma maħsuba għal tipi oħra ta’ operazzjonijiet.
(5) Wara kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li titjieb it-trasparenza tal-proċess ta’ implementazzjoni u jkun żgurat monitoraġġ xieraq, mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni, tal-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja, inter alia sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni adattata lill-Kummissjoni dwar it-tip ta’ strumenti stabbiliti u dwar l-azzjonijiet relevanti mwettqa minn tali strumenti fuq il-post, huwa meħtieġ li tkun introdotta dispożizzjoni dwar ir-rapportar. Din twassal ukoll sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa aħjar il-prestazzjoni ġenerali tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja u tagħti sommarju tal-progress f'livell ta' Unjoni u ta' Stat Membru.
▌
(7) Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 61(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej, huwa meħtieġ li jkun hemm l-obbligu li d-dikjarazzjoni tal-infiq li għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex il-Kummissjoni tipproduċi kontijiet trasparenti li jagħtu dehra vera tal-assi tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni tal-baġit. Biex tintlaħaq dan, ħemża ma’ kull dikjarazzjoni ta’ nfiq tinkludi informazzjoni dwar l-ammont ta' nfiq totali mħallas fit-twaqqif tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja u dwar il-pagamenti magħmulin lill-benefiċjarji fil-kuntest tal-assistenza statali. Il-format tal-ħemża huwa definit fl-Anness IVa għar-Regolament (KE) 1083/2006 għall-finijiet tas-sigurtà u l-konsistenza ġuridiċi. B’danakollu, l-implementazzjoni prattika tal-ġbir tad-data neċessarja għal dan il-fini għandha ssir f'livell nazzjonali u, safejn il-qafas ġuridiku applikabbli jippermetti, m'għandhiex twassal għal modifika tas-sistemi nazzjonali tal-kompjuter.
(8) L-emenda marbutin mal-forom u l-użu mill-ġdid tal-assistenza ripagabbli, kif ukoll għall-esklużjoni tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar proġetti maġġuri, proġetti li jiġġeneraw id-dħul, u d-durabilità tal-operazzjonijiet għal operazzjonijiet li jidħlu fil-kwadru tal-Artikolu 44 (strumenti ta’ inġinerija finanzjarja), għandhom it-tir li jagħtu sigurtà u kjarezza ġuridiċi akbar dwar l-applikazzjoni ta’ prattika eżistenti f’dawk l-oqsma b’effett mill-bidu tal-perjodu ta’ eliġibilità kif stipulat mir-Regolament (KE) 1083/2006. Għalhekk hu neċessarju li dawn l-emendi jkollhom effett retroattiv mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali 2007-2013.
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu għaldaqstant ikun emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) Fl-Artikolu 2 jiżdiedu l-punti 8 u 8а li ġejjin:
"(8) “għotja rimborsabbli”: kontribuzzjoni finanzjarja diretta permezz ta’ donazzjoni li tista’ tkun totalment jew parzjalment rimborsabbli mingħajr imgħax.”
"(8а) ‘linja ta’ kreditu’: faċilità finanzjarja li tippermetti lill-benefiċjarju jiġbed il-kontribuzzjoni finanzjarja, li tista’ tkun rimborżabbli in toto jew in parte, b’rabta man-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju u appoġġjata mill-fatturi li jkollhom irċevuta relattiva jew mid-dokumenti tal-kontabilità ta' valur probattiv ekwivalenti."
(2) Fil-Kapitolu II tat-Titolu III, tiddaħħal it-Taqsima 3a li ġejja:
“Taqsima 3aGħajnuna li trid titħallas lura
Artikolu 43a
Forom ta’ għajnuna li trid titħallas lura
1. Bħala parti minn programm operattiv, il-Fondi Strutturali jistgħu jikkofinanzjaw għajnuna li trid titħallas lura kif ġej:
(a) f’forma ta’ għotjiet rimborsabbli; jew
(b) f’forma ta’ linji ta’ kreditu ġestiti mill-awtorità ta’ ġestjoni permezz ta’ korpi intermedjarji li huma istituzzjonijiet finanzjarji ▌.
2. Id-dikjarazzjoni tal-infiq rigward l-għajnuna li trid titħallas lura għandha tiġi sottomessa skont l-Artikolu 78(1) sa (5).
Artikolu 43b
Użu mill-ġdid ta’ għajnuna li trid titħallas lura
L-għajnuna mħallsa lura lill-korp li pprovda l-għajnuna jew lil awtorità kompetenti oħra tal-Istat Membru għandha ▌tinżamm f’kont separat u għandha tintuża mill-ġdid għall-istess għan jew skont l-objettivi tal-programm operattiv.” L-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm reġistrazzjoni adegwata tal-assistenza mħallsa lura fis-sistema tal-kontabilità tal-awtorità jew korp xieraq.”
(3) Jiddaħħal l-Artikolu 44a li ġej:
"Artikolu 44a
Nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet
L-Artikoli 39, 55 u 57 ma għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet li huma taħt l-Artikolu 44."
(4) Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(2) għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
"(j) il-progress fil-finanzjament u fl-implementazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja kif definit fl-Artikolu 44, jiġifieri:
(i) deskrizzjoni tal-istrument ta’ inġinerija finanzjarja u l-arranġamenti tal-implimentazzjoni;
(ii) l-identifikazzjoni tal-entitajiet li jimplementaw l-istrument ta’ inġinerija finanzjarja, inklużi dawk li jaġixxu biż-żamma ta’ fondi ▌;
(iii) l-ammonti tal-għajnuna mill-Fondi Strutturali u l-kofinanzjament nazzjonali mħallsa lill-istrument ta’ inġinerija finanzjarja;
▌
(iv) l-ammonti tal-għajnuna mill-Fondi Strutturali u l-kofinanzjament nazzjonali mħallsa mill-istrument ta’ inġinerija finanzjarja.”
▌
(4a) Fl-Artikolu 67 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“4a. Kull sena, sal-1 ta' Ottubru, il-Kummissjoni għandha tagħti sommarju tad-data dwar il-progress fil-finanzjament u l-implementazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, mogħtijin mill-awtoritajiet li qed jiġġestixxu tal-Istati Membri skont it-termini tal-Artikolu 67(2)(j)”;
(6) Jiddaħħal l-Artikolu 78a li ġej:
"Artikolu 78a
Obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni fid-dikjarazzjoni tal-infiq
Ħemża ma’ kull dikjarazzjoni dikjarazzjoni tal-infiq li għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, fil-format iddelineat fl-Anness IVa, tindika l-informazzjoni li ġejja b’rabta mal-ammont ta’ nfiq totali inkluż fiha:
(a) f’dak li għandu x’jaqsam mal-istrumenti tal-inġinerija finanzjarja kif definit fl-Artikolu 44, in-nefqa totali mħallsa fit-twaqqif jew fil-kontribuzzjoni għal tali fondi jew fondi holding u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti;
(b) f’dak li għandu x’jaqsam mal-pagamenti effettwati skont l-Artikolu 78(2) fil-kuntest tal-assistenza tal-Istat, in-nefqa totali mħallsa f’forma ta’ pagamenti lill-benefiċjarji mill-korp li jagħti l-għajnuna u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti."
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
B’danakollu, l-Artikolu 1(1), 1(2) u 1(3) japplika mill-1 ta' Jannar 2007.
▌
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS
“ANNESS IV a
Il-ħemża għad-dikjarazzjoni tal-infiq: tagħrif dwar l-istrument ta’ inġinerija finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 78(6) u l-pagamenti effettwati lill-benefiċjarji skont it-termini tal-Artikolu 78(2)
Referenza tal-Programm Operattiv (Nru tas-CCI): ………………………………………...
Isem il-Programm: ……………………………………………………………………
Data tal-għeluq provviżorju tal-kontijiet: …………………………….
Data ta’ sottomissjoni lill-Kummissjoni ………………………..
Strumenti ta’ inġinerija finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 78(6) (ammonti kumulattivi):
Assi Prijoritarju |
Bażi għall-kalkolu tal-kontribut tal-Komunità (pubbliku jew totali) |
2007-2015 |
||
Ammont totali ta’ nfiq eliġibbli dikjarat skont it-termini tal-Artikolu 78(6) |
Kontribuzzjoni pubblika korrispondenti |
|||
Assi Prijoritarju 1 |
|
|
|
|
Assi Prijoritarju 2 |
|
|
|
|
Assi Prijoritarju 3 |
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
Pagamenti effettwati fil-kuntest tal-assistenza statali (art. 78(2)) (ammonti kumulattivi):
Assi Prijoritarju |
Bażi għall-kalkolu tal-kontribut tal-Komunità (pubbliku jew totali) |
2007-2015 |
||
Ammont totali ta’ nfiq eliġibbli dikjarat skont it-termini tal-Artikolu 78(2) |
Kontribuzzjoni pubblika korrispondenti |
|||
Assi Prijoritarju 1 |
|
|
|
|
Assi Prijoritarju 2 |
|
|
|
|
Assi Prijoritarju 3 |
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
NB: Jekk programm operattiv ikun fond b' objettivi multipli jew Fond multipli, l-assi prijoritarju jindika l-objettiv(i) u l-Fond(i) ikkonċernati.”
NOTA SPJEGATTIVA
Kuntest
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1260/1999 identifika l-forom varji ta' assistenza li setgħu jingħataw permezz tal-kontribuzzjonijiet mill-Fondi Strutturali. L-Istati Membri stabilixxew dawn il-forom ta’ assistenza matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006, billi waqqfu fondi speċifiċi u permezz tal-assistenza ripagabbli mogħtija bis-saħħa ta’ strumenti oħrajn.
Għall-kuntrarju, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1083/2006 ma jipprovdix definizzjoni tal-għajnuna bħala jew li trid titħallas lura jew bħala li ma tridx titħallas lura. Fih dispożizzjonijiet għall-“Istrumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja”, għad illi dawn id-dispożizzjonijiet huma pjuttost ristretti. L-assistenza ripagabbli donnha ma hijiex koperta b’dan ir-Regolament. B’danakollu, l-Istati Membri jibqgħu jużaw il-forom ripagabbli ta’ assistenza abbażi tal-esperjenza pożittiva tal-perjodu ta' programmazzjoni passat. Anke l-Kummissjoni approvat id-dokumenti tal-programmazzjoni, inklużi d-deskrizzjonijiet ta’ dawn is-sistemi. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri identifikat il-kwestjoni ta’ għajnuna li trid titħallas lura fil-verifiki tal-operazzjonijiet tal-FEŻR.
Huwa għalhekk neċessarju li jiġi ddelineat fir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li l-Fondi Strutturali jistgħu jikkofinanzjaw l-assistenza ripagabbli. Il-proposta ta’ Kummissjoni timmira li tipprovdi ċarezza rigward il-legalità ta’ prattika legali eżistenti.
Kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni
Il-proposta tipprevedi definizzjoni ta’ għotja rimborsabbli bħala kontribuzzjoni finanzjarja diretta permezz ta’ donazzjoni li tista’ tkun rimborsabbli totalment jew parzjalment mingħajr imgħax. Tiddikjara li l-Fondi Strutturali jistgħu jiffinanzjaw l-infiq fir-rigward ta’ operazzjoni li tinkludi kontribuzzjonijiet bħala appoġġ għal għajnuna li trid titħallas lura. Barra minn hekk, tikkjarifika li l-għajnuna mħallsa lura lill-korp li jipprovdi l-għajnuna jew lil awtorità pubblika kompetenti oħra tal-Istat Membru għandha tinżamm f’kont separat u terġa’ tintuża għall-istess għan jew skont l-objettivi tal-programm operattiv.
Hija prattika komuni ta’ interpetazzjoni mill-Kummissjoni li r-regoli dwar proġetti maġġuri, proġetti li jiġġeneraw l-introjtu u dwar id-durabilità tal-operazzjonijiet ma japplikawx għall-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja. Għal raġunijiet ta’ ċertezza ġuridika, il-proposta tikkonferma din il-prattika. Barra minn hekk, iddaħħal ir-rapportaġġ tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja, billi tqis il-ħtieġa li jkun żgurat monitoraġġ xieraq, sew mill-Istati Membri sew mill-Kummissjoni, tal-implementazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja. Iddaħħal ukoll obbligu legali ħalli jkun żgurat li l-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-awtoritajiet li qed jiġġestixxu għat-twaqqif jew għall-kontribuzzjoni għall-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja tintnefaq f'nefqiet eliġibbli f'qafas ta' żmien ta' sentejn mill-pagament fil-fond. Fl-aħħarnett, idaħħal dispożizzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni tan-nefqa.
Kummenti tar-rapporteur
Ir-rapporteur tqis li d-direzzjoni ġenerali tal-proposta hija għaqlija u li l-maġġorparti tal-elementi huma ċari mal-ewwel daqqa t'għajn. Taqbel li l-kjarezza u ċ-ċertezza ġuridiċi għandhom ikunu żgurati f’dak li għandu x’jaqsam mal-assistenza ripagabbli u mal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja. Tappoġġja wkoll li huwa neċessarju l-monitoraġġ xieraq tal-istrument ta’ inġinerija finanzjarja, għad li hija tal-fehma li l-obbligi ta’ rapportaġġ addizzjonali tal-Istati Membri għandhom ikunu limitati. Barra minn hekk, ir-rapporteur tqis li xi wħud mill-elementi tal-proposta għandhom jiġu ċċarati. Għalhekk, ir-rapporteur tressaq emendi li għandhom it-tir li jiċċaraw it-test, iżidu d-definizzjoni ta’ linja ta’ kreditu, jimmodifikaw ir-rekwiżiti ta’ rapportaġġ, u jikkjarifikaw l-obbligi f’dak li għandu x’jaqsam mad-dikjarazzjoni ta’ nfiq.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (10.11.2011)
għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja
(COM(2011)0483 – C7‑0215/2011 – 2011/0210(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Jens Geier
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(5) Wara kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li jkun żgurat kontroll adattat, mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni, tal-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja, inter alia sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni adattata lill-Kummissjoni dwar it-tip ta’ strumenti stabbiliti u dwar l-azzjonijiet relevanti mwettqa minn tali strumenti fuq il-post, huwa meħtieġ li tkun introdotta dispożizzjoni dwar ir-rapportar. Din twassal ukoll sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa aħjar il-prestazzjoni ġenerali tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja. |
(5) Wara kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li jkun żgurat kontroll adattat, mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni, tal-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja u tal-għajnuna li trid titħallas lura, inter alia sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni adattata lill-Kummissjoni dwar it-tip ta’ strumenti stabbiliti u għajnuna li trid titħallas lura użata u dwar l-azzjonijiet relevanti mwettqa fil-kuntest ta' tali miżuri fuq il-post, huwa meħtieġ li tkun introdotta dispożizzjoni dwar ir-rapportar. Din twassal ukoll sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa aħjar il-prestazzjoni ġenerali tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja u tal-għajnuna li trid titħallas lura. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(6) Sabiex ikun żgurat li l-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni fl-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja u inkluża fid-dikjarazzjoni tal-infiq tintefaq b’mod effettiv fi ħdan skadenza definita, huwa meħtieġ li jkun introdott obbligu li l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja jonfqu l-kontribuzzjoni għal infiq eliġibbli fi żmien sentejn mid-data tad-dikjarazzjoni tal-infiq iċċertifikata relevanti. Id-dikjarazzjoni tal-infiq sussegwenti għandha tiġi kkoreġuta kif jixraq, bit-tnaqqis tal-ammonti mhux minfuqa, jekk il-kontribuzzjoni msemmija ma tkunx intefqet fil-perjodu indikat. |
(6) Sabiex ikun żgurat li l-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni fl-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja u inkluża fid-dikjarazzjoni tal-infiq tintefaq b’mod effettiv fi ħdan skadenza definita, huwa meħtieġ li jkun introdott obbligu li l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja jonfqu l-kontribuzzjoni għal infiq eliġibbli fi żmien sentejn mid-data tad-dikjarazzjoni tal-infiq iċċertifikata relevanti. Id-dikjarazzjoni tal-infiq sussegwenti għandha tiġi kkoreġuta kif jixraq, bit-tnaqqis tal-ammonti mhux minfuqa, jekk il-kontribuzzjoni msemmija ma tkunx intefqet fil-perjodu indikat. F'każijiet bħal dawn, għandu jkun hemm ukoll aġġustament tal-ispejjeż jew onorarji amministrattivi eliġibbli, sabiex dawn ikunu proporzjonali mal-prestazzjoni totali tal-istrument ta' inġinerija finanzjarja. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(7) Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 61(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej, huwa meħtieġ li jkun hemm l-obbligu li d-dikjarazzjoni tal-infiq li għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex il-Kummissjoni tipproduċi kontijiet li jagħtu dehra vera tal-assi tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni tal-baġit. |
(7) Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 61(2) u t-Titolu VII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej, huwa meħtieġ li jkun hemm l-obbligu li d-dikjarazzjoni tal-infiq li għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex il-Kummissjoni tipproduċi kontijiet li jagħtu dehra vera tal-assi tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni tal-baġit. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 Artikolu 67a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 Artikolu 78 – paragrafu 6 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 Artikolu 78a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja |
||||
Referenzi |
COM(2011)0483 – C7-0215/2011 – 2011/0210(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 13.9.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CONT 13.9.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Jens Geier 22.9.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
10.11.2011 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.11.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
17 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Inés Ayala Sender, Andrea Češková, Jorgo Chatzimarkakis, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Crescenzio Rivellini, Paul Rübig, Bart Staes, Georgios Stavrakakis |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Zuzana Brzobohatá, Christofer Fjellner, Ivailo Kalfin |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja |
||||
Referenzi |
COM(2011)0483 – C7-0215/2011 – 2011/0210(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
1.8.2011 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 13.9.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 13.9.2011 |
CONT 13.9.2011 |
EMPL 13.9.2011 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 8.9.2011 |
EMPL 15.9.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Danuta Maria Hübner 5.10.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
5.10.2011 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
14.11.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
François Alfonsi, Charalampos Angourakis, Catherine Bearder, Victor Boştinaru, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Danuta Maria Hübner, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Tomasz Piotr Poręba, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Michail Tremopoulos, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Lena Kolarska-Bobińska, Maurice Ponga, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Elisabeth Schroedter, Patrice Tirolien, Giommaria Uggias, Derek Vaughan, Iuliu Winkler |
||||
Data tat-tressiq |
16.11.2011 |
||||