RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2002/546/KE fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħha

16.11.2011 - (COM(2011)0443 – C7‑0233/2011 – 2011/0192(CNS)) - *

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Danuta Maria Hübner
(Proċedura simplifikata - Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2011/0192(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0381/2011
Testi mressqa :
A7-0381/2011
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2002/546/KE fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħha

(COM(2011)0443 – C7‑0233/2011 – 2011/0192(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0443),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0233/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0381/2011),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fil-prinċipju ma jawtorizza ebda differenza bejn it-tassazzjoni ta' prodotti lokali tal-Gżejjer Kanari u t-tassazzjoni ta' prodotti minn Spanja jew minn Stati Membri oħra.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/546/KE tal-20 ta' Ġunju 2002[1], adottata abbażi tal-Artikolu 299(2) tat-Trattat tal-KE, tawtorizza lil Spanja biex, sal-31 ta’ Diċembru 2011, tapplika eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa magħrufa bħala AIEM fuq lista ta' prodotti li huma prodotti lokalment fil-Gżejjer Kanari. Id-Deċiżjoni 2002/546/KE tistabbilixxi r-raġunijiet għall-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi, maħsuba biex isaħħu l-industrija lokali billi ssir aktar kompetittiva.

Il-kriżi ekonomika globali tal-2009, li wasslet għal tnaqqis fl-ivvjaġġar, ħalliet konsegwenzi serji fuq l-ekonomija tal-Gżejjer Kanari, li huma dipendenti ħafna fuq dħul mit-turiżmu. Għaldaqstant, ir-rata tal-qgħad żdiedet għal rata li varjat bejn 10.4% u 12%, għall-perjodu 2001-2007, għal 26.2% fl-2009.

Fis-16 ta' Novembru 2010, Spanja ressqet talba quddiem il-Kummissjoni Ewropea biex testendi l-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2002/546/KE b'sentejn, sabiex id-data tal-iskadenza tkun tikkoinċidi ma' dik tal-Linji gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali Nazzjonali għall-2007 –2013. Il-Kummissjoni vvalutatha fid-dawl tad-daqs tal-iżvantaġġi li jaffettwaw lill-Gżejjer Kanari. Hi waslet għal konklużjoni li, abbażi tal-elementi disponibbli, huwa ġġustifikat li din it-talba tintlaqa'.

Għaldaqstant, hemm proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2002/546/KE rigward il-perjodu tal-applikazzjoni tagħha, li tippermetti l-estensjoni tal-perjodu tal-applikazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2013.

KONKLUŻJONI

B’segwitu għad-dispożizzjonijiet jew l-Artikolu 46 tar-Regoli ta' Proċedura, il-President jipproponi li din ir-riżoluzzjoni tiġi adottata mingħajr emendi.

  • [1]               ĠU L 179, 9.7.2002, p. 22-27.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Deċiżjoni 2002/546/KE fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħha

Referenzi

COM(2011)0443 – C7-0233/2011 – 2011/0192(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

1.9.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

13.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.9.2011

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

13.9.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Danuta Maria Hübner

6.10.2011

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

14.11.2011

Eżami fil-kumitat

14.11.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

14.11.2011

 

 

 

Data tat-tressiq

16.11.2011