RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
22.11.2011 - (17142/11 – C7-0252/2011 – 2011/0805(NLE)) - ***
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Hannes Swoboda
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
(17142/11 – C7-0252/2011 – 2011/0805(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-talba tar-Repubblika tal-Kroazja sabiex issir membru tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (17142/11 – C7-0252/2011),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2011)0667),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Trattat dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea, il-Protokoll u l-Att Finali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 74c u l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7‑0390/2011),
A. billi l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-pajjiż kandidat u l-modifiki li tinvolvi l-adeżjoni tiegħu huma stipulati fl-abbozz ta' Trattat dwar l-Adezjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u billi l-Parlament għandu jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe modifiki sostanzjali tal-abbozz ta' Trattat,
B. billi l-Kummissjoni għandha tissorvelja iktar preparamenti għall-adeżjoni bir-reqqa u b'oġġettività u għandha tgħin lill-awtoritajiet Kroati jissodisfaw l-impenji u l-obbligi tagħhom kif stipulati fin-negozjati; billi l-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament informat regolarment dwar sa liema punt l-awtoritajiet Kroati jonoraw l-impenji tagħhom sabiex jassumu b'mod sħiħ l-obbligi tas-sħubija tagħhom wara l-adeżjoni fl-1 ta' Lulju 2013,
1. Japprova l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja u b'mod partikolari d-deċiżjoni tal-Kunsill li taċċetta l-applikazzjoni għall-adeżjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Repubblika tal-Kroazja.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
17.11.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
65 1 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Pino Arlacchi, Bastiaan Belder, Elmar Brok, Arnaud Danjean, Mário David, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Takis Hadjigeorgiou, Anna Ibrisagic, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Othmar Karas, Ioannis Kasoulides, Nicole Kiil-Nielsen, Evgeni Kirilov, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Paweł Robert Kowal, Eduard Kukan, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Mario Mauro, Kyriakos Mavronikolas, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Raimon Obiols, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Fiorello Provera, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Marek Siwiec, Hannes Swoboda, Kristian Vigenin, Boris Zala |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Charalampos Angourakis, Adam Bielan, Véronique De Keyser, Andrew Duff, Göran Färm, Hélène Flautre, Roberto Gualtieri, Doris Pack, Tomasz Piotr Poręba, Helmut Scholz, György Schöpflin, Alf Svensson, Traian Ungureanu, Ivo Vajgl |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marije Cornelissen, Rui Tavares, Ramon Tremosa i Balcells |
||||