RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)

    23.11.2011 - (COM(2011)0446 – C7‑0208/2011 – 2011/0193(COD)) - ***

    Kumitat għall-Affarijiet Barranin
    Rapporteur: Gabriele Albertini
    (Proċedura semplifikata – Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

    Proċedura : 2011/0193(COD)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A7-0397/2011
    Testi mressqa :
    A7-0397/2011
    Dibattiti :
    Testi adottati :

    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)

    (COM(2011)0446 – C7‑0208/2011 – 2011/0193(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0446),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0162/2011),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0397/2011),

    1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, billi jagħmel tiegħu l-proposta tal-Kummissjoni;

    2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)

    Referenzi

    COM(2011)0446 – C7‑0208/2011 – 2011/0193(COD)

    Data ta' konsultazzjoni tal-Parlament

    4.10.2011

    Kumitat responsabbli

      Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    AFET

    13.9.2011

    Rapporteur(s)

      Data tal-ħatra

    Gabriele Albertini

    15.9.2011

     

    Proċedura semplifikata – data tad-deċiżjoni

    15.9.2011

    Eżami fil-kumitat

    4.10.2011

     

     

     

     

    Data tal-adozzjoni

    17.11.2011

    Data tat-tressiq

    0.0.0000