RAPPORT dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli
24.11.2011 - (PE-CONS 00056/2011 – C7-0376/2011– 2009/0059(COD)) - ***III
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni
'Chairman' tad-delegazzjoni: Alejo Vidal-Quadras
Rapporteur: Helmut Scholz
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli
(PE-CONS 00056/2011 – C7-0376/2011– 2009/0059(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (PE-CONS 00056/2011 – C7‑0376/2011),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0197),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari[2] dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari[3],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (COM(2011)0167),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fit-tieni qari,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(13) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0401/2011),
1. Japprova t-test konġunt;
2. Jikkonferma d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjonijiet relattivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
- [1] Testi adottati tal-21.10.2010, P7_TA(2010)0381.
- [2] Testi adottati tat-3.2.2011, P7_TA(2011)0033.
- [3] ĠU C 7 E, 12.1.2011, p. 1.
NOTA SPJEGATTIVA
Kuntest
Il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha għal regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (Regolament ICI) fil-21 ta' April 2009. Il-proposta ġiet ippreżentata bħala parti mir-rieżami intermedju tal-istrumenti ta' finanzjament esterni. L-għan ewlieni huwa li jiġi estiż l-ambitu tar-Regolament ICI biex jinkludi wkoll il-kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw koperta bir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006, l-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) għal kooperazzjoni ġeografika ma' pajjiżi fl-Asja, l-Asja Ċentrali u l-Amerika Latina, kif ukoll l-Iraq, l-Iran, il-Jemen u l-Afrika t'Isfel. Ir-Regolament ICI emendat jipprovdi bażi legali xierqa għal attivitajiet (ta' finanzjament) li ma jissodisfawx il-kriterji tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) kif stabbiliti mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (DAC/OECD) u li fuq dik il-bażi huma esklużi mir-Regolament DCI.
Ir-Regolament ICI emendat isaħħaħ aktar ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi kemm li qed jiżviluppaw kif ukoll li huma sħab ewlenin fl-ekonomija dinjija, bħaċ-Ċina, il-Brażil u l-Messiku u reġjuni bħall-Asja Ċentrali u l-Lvant Nofsani, l-Asja, l-Amerika Latina, kif ukoll l-Afrika t'Isfel. L-ammont ta' referenza miżjud huwa ta' EUR 176 miljun għall-perjodu 2010-2013.
I. Il-proċedura leġiżlattiva qabel il-konċiljazzjoni (l-ewwel u t-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew adotta l-ewwel qari tiegħu fil-21 ta' Ottubru 2010. Dan ippropona li jittejjeb l-involviment tal-Parlament Ewropew fil-programmazzjoni, l-evalwazzjoni u r-rappurtar ta' programmi ta' kooperazzjoni multiannwali u daħħal xi emendi dwar il-finanzjament tal-istrument ICI.
Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fl-10 ta' Diċembru 2010. Ħafna emendi ġew aċċettati iżda l-Kunsill ma aċċettax it-talba tal-Parlament Ewropew biex l-atti delegati għall-adozzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni multiannwali (dokumenti ta' strateġija multiannwali) jitqiesu bħala atti mhux vinkolanti fl-opinjoni tal-Kunsill, li għalhekk għandhom jiġu adottati bħala miżuri implimentattivi. Ma aċċettax ukoll l-emendi għall-Artikolu 16 rigward il-finanzjament (il-Kunsill sostna li dan għandu jiġi deċiż miż-żewġ fergħat baġitarji (il-PE u l-Kunsill) fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali).
Il-Parlament adotta t-tieni qari tiegħu fit-3 ta' Frar 2011 (u kkonferma l-pożizzjoni fl-ewwel qari).
Il-Kunsill adottat t-tieni qari tiegħu fid-19 ta' Lulju 2011.
II. Konċiljazzjoni
Wara l-votazzjoni tat-tieni qari fit-3 ta' Frar u fid-dawl tar-rieda politika li l-konċiljazzjoni tiġi konkluża mill-aktar fis possibbli, il-laqgħa kostitwenti tad-delegazzjoni tal-PE għall-kumitat ta' konċiljazzjoni saret fi Strasburgu fil-15 ta' Frar 2011. Id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew iddeċidiet li tinnegozja l-erba' fajls (DCI, DCI/BAM, ICI+ u EIDHR) ikkonċernati bħala pakkett. Waqt ir-rieżami intermedju ta' DCI u EIDHR, intlaħaq qbil li dawn kellhom jibqgħu invarjati u għalhekk ma hemm l-ebda dokument ta' strateġija previst sal-2013. Għalhekk in-negozjati komplew dwar il-fajl ICI+[1] (fadal dokument ta' strateġija wieħed) u l-fajl DCI/BAM[2] (fadal 10 dokumenti ta' strateġija).
Proċedura
Saru tmien trilogi fit-30 ta' Marzu, fil-11 ta' Mejju, fil-25 ta' Mejju, fit-22 ta' Ġunju, fil-5 ta' Lulju, fis-6 ta' Settembru (l-ewwel laqgħa tal-kumitat ta' konċiljazzjoni), fis-27 ta' Settembru u fid-19 ta' Ottubru. Saru seba' laqgħat tad-delegazzjoni tal-Parlament fil-15 ta' Frar, fit-12 ta' Mejju, fil-5 ta' Lulju, fis-6 ta' Settembru, fl-20 ta' Settembru, fil-11 ta' Ottubru u fil-25 ta' Ottubru. Il-qbil politiku ntlaħaq fil-31 ta' Ottubru 2011.
Kontenut
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li jistabbilixxu d-deċiżjonijiet fundamentali (objettivi, prijoritajiet, allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi u riżultati mistennija) bil-kodeċiżjoni. Waqt it-trilogu tas-27 ta' Settembru, intlaħaq qbil provviżorju dwar proposta għal pakkett ta' kompromess (dwar ICI+, DCI/BAM u dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu futur tal-atti delegati). Dan il-pakkett ġie approvat mill-Coreper fid-29 ta' Settembru 2011. Fil-laqgħa tal-11 ta' Ottubru, id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew iddeċidiet, madankollu, li n-negozjati kellhom jitkomplew, speċjalment dwar il-fajl DCI/BAM. Għalhekk fid-19 ta' Ottubru sar trilogu ieħor, fejn il-Kunsill żamm il-ftehim provviżorju milħuq fit-trilogu tas-27 ta' Settembru. Inqabel li l-ftehim provviżorju jerġa' jitressaq quddiem id-delegazzjoni tal-Parlament għal votazzjoni finali. Id-delegazzjoni tal-PE adottat il-ftehim fil-laqgħa tagħha tal-25 ta' Ottubru.
Il-konċiljazzjoni ntemmet bi skambju ta' ittri (l-24 u s-26 ta' Ottubru 2011).
Ir-riżultat kumplessiv tal-konċiljazzjoni huwa pożittiv. Intlaħaq qbil li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddeċiedu flimkien dwar deċiżjonijiet strateġiċi importanti bil-kodeċiżjoni.
Barra minn hekk, intlaħaq qbil dwar Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-atti delegati fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni għall-istrumenti finanzjarji futuri, li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fin-negozjati favur l-inklużjoni ta' atti delegati fl-istrumenti l-ġodda.
Dwar l-istrument ICI+
Il-qbil milħuq jippermetti lill-Unjoni Ewropea ssaħħaħ l-attivitajiet għajr l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp ma' pajjiżi kemm li qed jiżviluppaw kif ukoll li huma sħab ewlenin fl-ekonomija dinjija (bħall-Indja, il-Brażil u ċ-Ċina).
Il-Parlament Ewropew insista fuq Anness bl-allokazzjoni finanzjarja ta' fondi skont il-qasam ta' prijorità (Diplomazija Pubblika u Outreach, Promozzjoni tas-sħubija ekonomika u tal-kooperazzjoni kummerċjali, kuntatti bejn il-persuni) b'perċentwali minimi. L-istabbiliment ta' dawn l-allokazzjonijiet finanzjarji fl-att bażiku isaħħaħ il-pożizzjoni ta' negozjar tal-Parlament Ewropew għal atti delegati futuri.
Fi spirtu ta' kompromess il-Parlament Ewropew aċċetta Dikjarazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji.
III. Konklużjoni
Id-delegazzjoni tal-PE ddeċidiet li tinnegozja l-erba' fajls leġiżlattivi bħala pakkett. Dan l-approċċ wassal għal titjib konsiderevoli. Il-pakkett kumpelssiv konkluż fi tmiem il-proċedura ta' konċiljazzjoni se jtejjeb il-pożizzjoni tal-Parlament dwar atti delegati fl-istrumenti li jmiss. Id-delegazzjoni tirrakkomanda li, fi spirtu ta' kompromess, jinżamm l-approċċ ibbażat fuq pakkett, u li l-Parlament japprova t-test konġunt fit-tielet qari.
- [1] Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli, 2009/0059(COD).
- [2] Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp, 2010/0059(COD).
PROĊEDURA
Taqsima |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli |
||||||
Referenzi |
PE-CONS 00056/2011 – C7‑0376/2011– 2009/0059(COD) |
||||||
President tad-delegazzjoni: Viċi President |
Alejo Vidal-Quadras |
||||||
Kumitat responsabbli President |
INTAVital Moreira
|
||||||
Rapporteur(s) |
Helmut Scholz |
|
|||||
Abbozz ta' att eżaminat fl-1 qari |
COM(2009)0197 – C7‑0101/2009 |
||||||
Data tal-1 qari tal-PE – Numru P |
21.10.2010 |
||||||
Proposta emendata tal-Kummissjoni |
|
||||||
Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
16440/1/2010 – C7‑0425/2010 16.12.2010
|
||||||
Proposta tal-Kummissjoni (skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
|||||||
Data tat-2 qari tal-PE – Numru P |
3.2.2011 |
||||||
Opinjoni tal-Kummissjoni (skont l-Artikolu 294(7)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
|||||||
Data meta l-Kunsill irċieva t-tieni qari |
23.3.2011 |
||||||
Data tal-ittra tal-Kunsill dwar iċ-ċaħda tal-emendi tal-PE |
19.7.2011 |
||||||
Laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni |
6.9.2011 |
|
|
|
|||
Data tal-votazzjoni tad-delegazzjoni tal-PE |
25.10.2011 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni |
+: –: 0: |
17 6 3 |
|||||
Membri preżenti |
Alejo Vidal-Quadras, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Kinga Gál, Elmar Brok, Filip Kaczmarek, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Manfred Weber, Vital Moreira, Thijs, Berman, Ana Gomes, Richard Howitt, Gianluca Susta, Patrice Tirolien, Charles Goerens, Barbara Lochbihler, Eva Joly, Robert Sturdy, Helmut Scholz, Claudio Morganti |
||||||
Sostitut(i) preżenti |
Christofer Fjellner, Ioannis Kasoulides, Georgios Koumoutsakos, Eduard Kukan, Ria Oomen-Ruijten, Maurice Ponga, Kriton Arsenis, Ivo Vajgl, Bart Staes |
||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2) tar-Regoli ta' Proċedura) preżenti |
Leonidas Donskis |
||||||
Data tal-ftehim fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni |
|
||||||
Ftehim permezz ta' skambju ta' ittri |
24.10.2011 |
26.10.2011 |
|||||
Data meta l-kopresidenti stabbilew li t-test konġunt ġie approvat u ntbagħat lill-PE u lill-Kunsill |
31.10.2011 |
||||||
Data tat-tressiq |
24.11.2011 |
||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||
ESTENSJONI TAL-PERJODI TA' SKADENZA
Skadenza għat-tieni qari tal-Kunsill |
23.7.2011 |
|
Skadenza għas-sejħa tal-kumitat Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data |
13.9.2011 Il-Kunsill – 24.08.2011 |
|
Skadenza għall-ħidma fil-kumitat Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data |
01.11.2011 Il-Kunsill – 6.10.2011 |
|
Skadenza għall-adozzjoni tal-att Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data |
|
|