RAPPORT dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp

24.11.2011 - (PE-CONS 00057/2011 – C7-0377/2011 – 2009/0060A(COD)) - ***III

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni
President tad-delegazzjoni: Alejo Vidal-Quadras
Rapporteur: Gay Mitchell

Proċedura : 2009/0060A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0402/2011

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp

(PE-CONS 00057/2011 – C7-0377/2011 – 2009/0060A(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament u tal-Kunsill (PE-CONS 00057/2011 – C7-0377/2011),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0194),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari[2] dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari[3],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (COM(2011)0178),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fit-tieni qari,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(13) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0402/2011),

1.  Japprova t-test konġunt;

2.  Jiddikjara li fi spirtu ta' kompromess, jinsab lest li jaċċetta l-pakkett ta' kompromess peress illi l-perjodu ta' żmien li fadal għall-istrumenti attwali hu kemxejn qasir; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jittejjeb aktar it-test tal-istrument DCI/BAM, b'mod partikolari fir-rigward tal-allokazzjonijiet finanzjarji f'deċiżjonijiet strateġiċi, fejn hu importanti li l-ko-leġiżlaturi jinżammu fuq l-istess livell; jenfasizza li dan ir-riżultat ma joħloqx preċedent għal negozjati futuri dwar l-istrumenti ta' finazjament esterni wara l-2013; jiddikjara, li skont il-kriterji definiti fl-Artikolu 290(1) fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sejjer jinsisti fuq l-użu tal-atti delegati kull meta jkunu involuti fuq il-finanzjament u l-ipprogrammar fir-rigward ta' dawn l-istrumenti;

3.  Jikkonferma d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

I. Konċiljazzjoni

Wara l-votazzjoni tat-tieni qari fit-3 ta' Frar u fid-dawl tar-rieda politika li l-konċiljazzjoni tiġi konkluża mill-aktar fis possibbli, il-laqgħa kostitwenti tad-delegazzjoni tal-PE għall-kumitat ta' konċiljazzjoni saret fi Strasburgu fil-15 ta' Frar 2011. Id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew iddeċidiet tinnegozja l-erba' fajls (DCI, DCI/BAM, ICI+ u EIDHR) ikkonċernati bħala pakkett. Waqt ir-rieżami intermedju ta' DCI u EIDHR intlaħaq qbil li dawn għandhom jibqgħu invarjati u għalhekk ma hemm l-ebda dokument ta' strateġija previst sal-2013. Għaldaqstant, in-negozjati komplew dwar il-fajl ICI+[1] u l-fajl DCI/BAM[2].

II. Proċedura

Saru tmien trilogi fit-30 ta' Marzu, fil-11 ta' Mejju, fil-25 ta' Mejju, fit-22 ta' Ġunju, fil-5 ta' Lulju, fis-6 ta' Settembru (l-ewwel laqgħa tal-kumitat ta' konċiljazzjoni), fis-27 ta' Settembru u fid-19 ta' Ottubru. Saru seba' laqgħat tad-delegazzjoni tal-Parlament fil-15 ta' Frar, fit-12 ta' Mejju, fil-5 ta' Lulju, fis-6 ta' Settembru, fl-20 ta' Settembru, fil-11 ta' Ottubru u fil-25 ta' Ottubru. Il-qbil politiku ntlaħaq fil-31 ta' Ottubru 2011.

Id-delegazzjoni tal-PE adottat il-ftehim fil-laqgħa tagħha fil-25 ta' Ottubru (17-il vot favur, 6 voti kontra u 3 astensjonijiet).

Il-konċiljazzjoni ntemmet bi skambju ta' ittri (l-24 u s-26 ta' Ottubru 2011).

III. Konklużjoni

Il-Parlament Ewropew jiddikjara li fi spirtu ta' kompromess, jinsab lest li jaċċetta l-pakkett ta' kompromess peress illi l-perjodu ta' żmien li fadal għall-istrumenti attwali hu kemxejn qasir; Jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jittejjeb aktar it-test tal-istrument DCI/BAM, b'mod partikolari fir-rigward tal-allokazzjonijiet finanzjarji f'deċiżjonijiet strateġiċi, fejn hu importanti li l-ko-leġiżlaturi jinżammu fuq l-istess livell; Il-Parlament jenfasizza li dan ir-riżultat ma joħloqx preċedent għal negozjati futuri dwar l-istrumenti ta' finazjament esterni wara l-2013; Bi qbil mal-kriterji definiti fl-Artikolu 290, paragrafu 1, il-Parlament Ewropew sejjer jinsisti fuq l-użu tal-atti delegati kull meta jkunu involuti fuq il-finanzjament u l-ipprogrammar fir-rigward ta' dawn l-istrumenti.

Bi qbil ma' dan, id-delegazzjoni tirrakkomanda li l-Parlament iżomm l-approċċ ta' pakkett, u li Parlament japprova t-test konġunt fit-tielet qari.

  • [1]  Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli, 2009/0059(COD).
  • [2]  Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp, 2010/0059(COD).

PROĊEDURA

Titolu

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp

Referenzi

PE-CONS 00057/2011 – C7-0377/2011 – 2009/0060A(COD)

President tad-delegazzjoni: Viċi President

Alejo Vidal-Quadras

Kumitat responsabbli

  Presidenza

DEVEEva Joly

 

Rapporteur(s)

Gay Mitchell

 

Abbozz ta' att eżaminat fl-ewwel qari

COM(2009)0194 – C7‑0043/2009

Data tal-1 qari tal-PE – Numru P

21.10.2010

P7_TA(2010)0379

Proposta modifikata tal-Kummissjoni

 

Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

16442/1/2010 – C7‑0426/2010

16.12.2010

 

Pożizzjoni tal-Kummissjoni(Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

 

COM(2011)0788

Data tat-2 qari tal-PE – Numru P

3.2.2011

P7_TA(2011)0032

Opinjoni tal-Kummissjoni(Artikolu 294(7)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea)

 

COM(2011)0178

Data meta l-Kunsill irċieva t-tieni qari

23.3.2011

Data tal-ittra tal-Kunsill dwar ir-rifjut tal-emendi tal-PE

19.7.2011

Laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

6.9.2011

 

 

 

Data tal-votazzjoni tad-delegazzjoni tal-PE

25.10.2011

Riżultat tal-votazzjoni

+:

–:

0:

17

6

3

Membri preżenti

Alejo Vidal-Quadras, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Kinga Gál, Elmar Brok, Filip Kaczmarek, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Manfred Weber, Vital Moreira, Thijs, Berman, Ana Gomes, Richard Howitt, Gianluca Susta, Patrice Tirolien, Charles Goerens, Barbara Lochbihler, Eva Joly, Robert Sturdy, Helmut Scholz, Claudio Morganti

Sostitut(i) preżenti

Christofer Fjellner, Ioannis Kasoulides, Georgios Koumoutsakos, Eduard Kukan, Ria Oomen-Ruijten, Maurice Ponga, Kriton Arsenis, Ivo Vajgl, Bart Staes

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2) tar-Regoli ta' Proċedura) preżenti

Leonidas Donskis

Data tal-ftehim fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

 

Ftehim permezz ta' skambju ta' ittri

24.10.2011

26.10.2011

Data meta l-kopresidenti stabbilew li t-test konġunt ġie approvat u ntbagħat lill-PE u lill-Kunsill

31.10.2011

Data tat-tressiq

24.11.2011

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

...

ESTENSJONI TAL-PERJODI TA' SKADENZA

Skadenza għat-tieni qari tal-Kunsill

23.7.2011

Skadenza għas-sejħa tal-Kumitat

  Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data

13.9.2011Kunsill – 24.08.2011

 

Skadenza għall-ħidma fil-Kumitat

  Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data

01.11.2011Kunsill – 6.10.2011

 

Skadenza għall-adozzjoni tal-att

  Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data