RAPPORT dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp
24.11.2011 - (PE-CONS 00059/2011 – C7‑0379/2011 – 2010/0059(COD)) - ***III
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni
'Chairman' tad-delegazzjoni: Alejo Vidal-Quadras
Rapporteur: Charles Goerens
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp
(PE-CONS 00059/2011 – C7‑0379/2011 – 2010/0059(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (PE-CONS 00059/2011 – C7-0379/2011),
– wara li kkunsidra l-posizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010) 0102),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari[2] dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari[3],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (COM(2011)0179),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fit-tieni qari,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(13) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0403/2011),
1. Japprova t-test konġunt;
2. Jiddikjara li fi spirtu ta' kompromess, jinsab lest li jaċċetta l-pakkett ta' kompromess peress illi l-perjodu ta' żmien li fadal għall-istrumenti attwali hu kemxejn qasir; jiddispjaċih li minħabba r-riġidità tal-Kunsill ma kienx possibbli li jittejjeb aktar it-test tal-istrument DCI/BAM, b'mod partikolari fir-rigward tal-allokazzjonijiet finanzjarji f'deċiżjonijiet strateġiċi, fejn hu importanti li l-ko-leġiżlaturi jinżammu fuq l-istess livell; jenfasizza li dan ir-riżultat ma joħloqx preċedent għal negozjati futuri dwar l-istrumenti ta' finazjament esterni wara l-2013; jiddikjara, li skont il-kriterji definiti fl-Artikolu 290(1) fit-Trattat għall-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sejjer jinsisti fuq l-użu tal-atti delegati kull meta jkunu involuti fuq il-finanzjament u l-ipprogrammar fir-rigward ta' dawn l-istrumenti;
3. Jikkonferma d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
4. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjonijiet relattivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
- [1] Testi adottati tat-21.10.2010, P7_TA(2011)0382.
- [2] Testi adottati tat-3.2.2011, P7_TA(2011)0030.
- [3] ĠU C 7 E, 12.1.2011, p. 17.
NOTA SPJEGATTIVA
I. Konċiljazzjoni
Wara l-votazzjoni tat-tieni qari fit-3 ta' Frar u fid-dawl tar-rieda politika li l-konċiljazzjoni tiġi konkluża mill-aktar fis possibbli, il-laqgħa kostitwenti tad-delegazzjoni tal-PE għall-kumitat ta' konċiljazzjoni saret fi Strasburgu fil-15 ta' Frar 2011. Id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew iddeċidiet tinnegozja l-erba' fajls (DCI, DCI/BAM, ICI+ u EIDHR) ikkonċernati bħala pakkett. Waqt ir-rieżami intermedju tad-DCI u l-EIDHR, intlaħaq qbil li dawn għandhom jibqgħu invarjati u għalhekk ma hemm l-ebda dokument ta' strateġija ġdid previst sal-2013. Għalhekk in-negozjati komplew dwar il-fajl ICI+[1] (fadal dokument ta' strateġija wieħed) u l-fajl DCI/BAM[2] (fadal 10 dokumenti ta' strateġija).
II. Proċedura
Saru tmien trilogi fit-30 ta' Marzu, fil-11 ta' Mejju, fil-25 ta' Mejju, fit-22 ta' Ġunju, fil-5 ta' Lulju, fis-6 ta' Settembru (l-ewwel laqgħa tal-kumitat ta' konċiljazzjoni), fis-27 ta' Settembru u fid-19 ta' Ottubru. Saru seba' laqgħat tad-delegazzjoni tal-Parlament fil-15 ta' Frar, fit-12 ta' Mejju, fil-5 ta' Lulju, fis-6 ta' Settembru, fl-20 ta' Settembru, fil-11 ta' Ottubru u fil-25 ta' Ottubru. Il-qbil politiku ntlaħaq fil-31 ta' Ottubru 2011.
Id-delegazzjoni tal-PE adottat il-ftehim fil-laqgħa tagħha fil-25 ta' Ottubru (17-il vot favur, 6 voti kontra u 3 astensjonijiet).
Il-konċiljazzjoni ntemmet bi skambju ta' ittri (l-24 u s-26 ta' Ottubru 2011).
III. Konklużjoni
Il-Parlament Ewropew jiddikjara li fi spirtu ta' kompromess, jinsab lest li jaċċetta l-pakkett ta' kompromess peress illi l-perjodu ta' żmien li fadal għall-istrumenti attwali hu kemxejn qasir; Jiddispjaċih li minħabba r-riġidità tal-Kunsill ma kienx possibbli li jittejjeb aktar it-test tal-istrument DCI/BAM, b'mod partikolari fir-rigward tal-allokazzjonijiet finanzjarji f'deċiżjonijiet strateġiċi, fejn hu importanti li l-ko-leġiżlaturi jinżammu fuq l-istess livell; Il-Parlament jenfasizza li dan ir-riżultat ma joħloqx preċedent għal negozjati futuri dwar l-istrumenti ta' finazjament esterni wara l2013; Bi qbil mal-kriterji definiti fl-Artikolu 290, paragrafu 1, il-Parlament Ewropew sejjer jinsisti fuq l-użu tal-atti delegati kull meta jkunu involuti fuq il-finanzjament u l-ipprogrammar fir-rigward ta' dawn l-istrumenti.
Bi qbil ma' dan, id-delegazzjoni tirrakkomanda li l-Parlament iżomm l-approċċ ta' pakkett, u li Parlament japprova t-test konġunt fit-tielet qari.
- [1] Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli, 2009/0059(COD).
- [2] Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp, 2010/0059(COD).
PROĊEDURA
Titolu |
Regolament li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp |
||||||
Referenzi |
PE-CONS 00059/2011 – C7-0379/2011 – 2010/0059 (COD) |
||||||
President tad-Delegazzjoni: Viċi President |
Alejo Vidal-Quadras |
||||||
Kumitat Responsabbli President |
DEVEEva Joly
|
||||||
Rapporteur(s) |
Charles Goerens |
|
|||||
Abbozz ta' att eżaminat fl-1 qari |
COM(2010)0102 – C7‑0079/2010 |
||||||
Data tal-1 qari tal-PE – Numru P |
21.10.2010 |
||||||
Proposta emendata tal-Kummissjoni |
|
||||||
Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
16447/1/2010 – C7‑0424/2010 16.12.2010
|
||||||
Proposta tal-Kummissjoni (skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
|||||||
Data tat-2 qari tal-PE – Numru P |
3.2.2011 |
||||||
Opinjoni tal-Kummissjoni (skont l-Artikolu 294(7)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
|||||||
Data meta l-Kunsill irċieva t-tieni qari |
23.3.2011 |
||||||
Data tal-ittra tal-Kunsill dwar iċ-ċaħda tal-emendi tal-PE |
19.7.2011 |
||||||
Laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni |
6.9.2011 |
|
|
|
|||
Data tal-votazzjoni tad-delegazzjoni tal-PE |
25.10.2011 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni |
+: –: 0: |
17 6 3 |
|||||
Membri preżenti |
Alejo Vidal-Quadras, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Kinga Gál, Elmar Brok, Filip Kaczmarek, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Manfred Weber, Vital Moreira, Thijs, Berman, Ana Gomes, Richard Howitt, Gianluca Susta, Patrice Tirolien, Charles Goerens, Barbara Lochbihler, Eva Joly, Robert Sturdy, Helmut Scholz, Claudio Morganti |
||||||
Sostitut(i) preżenti |
Christofer Fjellner, Ioannis Kasoulides, Georgios Koumoutsakos, Eduard Kukan, Ria Oomen-Ruijten, Maurice Ponga, Kriton Arsenis, Ivo Vajgl, Bart Staes |
||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2) tar-Regoli ta' Proċedura) preżenti |
Leonidas Donskis |
||||||
Data tal-ftehim fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni |
|
||||||
Ftehim permezz ta' skambju ta' ittri |
24.10.2011 |
26.10.2011 |
|||||
Data meta l-kopresidenti stabbilew li t-test konġunt ġie approvat u ntbagħat lill-PE u lill-Kunsill |
31.10.2011 |
||||||
Data tat-tressiq |
24.11.2011 |
||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||
ESTENSJONI TAL-PERJODI TA' SKADENZA
Skadenza għat-tieni qari tal-Kunsill |
23.7.2011 |
|
Skadenza għas-sejħa tal-kumitat Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data |
13.9.2011Council – 24.08.2011
|
|
Skadenza għall-ħidma fil-kumitat Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data |
01.11.2011Council – 6.10.2011
|
|
Skadenza għall-adozzjoni tal-att Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data |
|
|