RAPPORT dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja
24.11.2011 - (PE-CONS 00058/2011 – C7-0378/2011 – 2009/0060B(COD)) - ***III
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni
President tad-delegazzjoni: Alejo Vidal-Quadras
Rapporteur: Kinga Gál, Barbara Lochbihler
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja
(PE-CONS 00058/2011 – C7-0378/2011 – 2009/0060B(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (PE-CONS 00058/2011 – C7-0378/2011),
– wara li kkunsidra l-posizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009) 0194) ,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari[2] dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari[3],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (COM(2011)0170),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fit-tieni qari,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(13) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0404/2011),
1. Japprova t-test konġunt;
2. Jikkonferma d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
- [1] Testi adottati tat-21.10.2010, P7_TA(2010)0380.
- [2] Testi adottati tal-3.2.2011, P7_TA(2011)0031.
- [3] ĠU C 7 E, 12.1.2011, p. 14.
NOTA SPJEGATTIVA
Kuntest
Il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha għal regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja fil-21 ta' April 2009.
L-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) huwa wieħed mill-istrumenti ta' finanzjament esterni li huma ttrattati f'pakkett[1].
L-EIDHR u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) huma l-uniċi strumenti għall-azzjoni esterna li ma jiddisponux minn eċċezzjoni għall-prinċipju tan-noneliġibbiltà għall-finanzjamenti tal-UE tal-kostijiet relatati ma' taxxi, dazji u imposti oħrajn. L-istrumenti kollha f'dan il-qasam jikkontemplaw il-flessibbiltà biex jaċċettaw, każ b'każ, il-finanzjament ta' dawn il-kostijiet fl-interess ta' implimentazzjoni korretta tal-programmi u tal-proġetti. Tali flessibbiltà hija essenzjali billi l-formulazzjoni riġida tal-istrumenti EIDHR u DCI l-azzjoni ffinanzjata mill-għajnuna esterna taf tagħmilha estremament diffiċli.
Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tallinja d-dispożizzjonijiet rilevanti mal-istrumenti l-oħra billi żżid il-kelmiet 'fil-prinċipju' fl-Artikolu 13(6).
I. Il-proċedura leġiżlattiva qabel il-konċiljazzjoni (l-ewwel u t-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2010. Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fil-21 ta' Diċembru 2010. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill qablu mal-modifika proposta bil-għan li l-istrumenti rilevanti jiġu armonizzati. Il-Kunsill qabel ukoll mal-proposta tal-Parlament Ewropew li l-proposta inizjali tinqasam fi tnejn (DCI u EIDHR). Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew ippropona l-introduzzjoni tal-proċedura tal-Artikolu 290 TFUE għall-adozzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni multiannwali u ta' dokumenti ta' strateġija. Il-Kunsill, madankollu, dan ma aċċettahx u jsostni li dawn il-miżuri huma miżuri ta' implimentazzjoni (billi mhumiex atti ġuridikament vinkolanti).
Fit-3 ta' Frar 2011 il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari.
Il-Kunsill ċaħad din il-pożizzjoni fit-tieni qari tiegħu fid-19 ta' Lulju 2011.
II. Konċiljazzjoni
Wara l-votazzjoni tat-tieni qari fit-3 ta' Frar u fid-dawl tar-rieda politika li l-konċiljazzjoni tiġi konkluża mill-aktar fis possibbli, il-laqgħa kostitwenti tad-delegazzjoni tal-PE għall-kumitat ta' konċiljazzjoni saret fi Strasburgu fil-15 ta' Frar 2011. Id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew iddeċidiet li tinnegozja l-erba' fajls (DCI, DCI/BAM, ICI+ u EIDHR) ikkonċernati bħala pakkett. Waqt ir-rieżami intermedju ta' DCI u EIDHR, intlaħaq qbil li dawn kellhom jibqgħu invarjati u għalhekk ma hemm l-ebda dokument ta' strateġija previst sal-2013. Għaldaqstant, in-negozjati komplew dwar il-fajl ICI+[2] u l-fajl DCI/BAM.
Il-proċedura
Saru tmien trilogi fit-30 ta' Marzu, fil-11 ta' Mejju, fil-25 ta' Mejju, fit-22 ta' Ġunju, fil-5 ta' Lulju, fis-6 ta' Settembru (l-ewwel laqgħa tal-kumitat ta' konċiljazzjoni), fis-27 ta' Settembru u fid-19 ta' Ottubru.
Saru seba' laqgħat tad-delegazzjoni tal-Parlament fil-15 ta' Frar, fit-12 ta' Mejju, fil-5 ta' Lulju, fis-6 ta' Settembru, fl-20 ta' Settembru, fil-11 ta' Ottubru u fil-25 ta' Ottubru. Il-qbil politiku ntlaħaq fil-31 ta' Ottubru 2011.
Kontenut
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li jistabbilixxu d-deċiżjonijiet fundamentali (objettivi, prijoritajiet, allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi u riżultati mistennija) bil-kodeċiżjoni. Waqt it-trilogu tas-27 ta' Settembru, intlaħaq qbil provviżorju dwar proposta għal pakkett ta' kompromess (dwar ICI+, DCI/BAM u dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu futur tal-atti delegati). Dan il-pakkett ġie approvat mill-Coreper fid-29 ta' Settembru 2011. Fil-laqgħa tal-11 ta' Ottubru, id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew iddeċidiet, madankollu, li n-negozjati kellhom jitkomplew, speċjalment dwar il-fajl DCI/BAM. Għalhekk fid-19 ta' Ottubru sar trilogu ieħor, fejn il-Kunsill żamm il-ftehim provviżorju milħuq fit-trilogu tas-27 ta' Settembru. Sar qbil li l-ftehim provviżorju jerġa' jitressaq quddiem id-delegazzjoni tal-Parlament għal votazzjoni finali. Id-delegazzjoni tal-PE adottat il-ftehim fil-laqgħa tagħha tal-25 ta' Ottubru.
Il-konċiljazzjoni ntemmet bi skambju ta' ittri (l-24 u s-26 ta' Ottubru 2011).
Ir-riżultat kumplessiv tal-konċiljazzjoni huwa pożittiv. Intlaħaq qbil li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddeċiedu flimkien dwar id-deċiżjonijiet strateġiċi importanti bil-kodeċiżjoni.
Barra minn hekk, intlaħaq qbil dwar Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-atti delegati fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni għall-istrumenti finanzjarji futuri, li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fin-negozjati favur l-inklużjoni ta' atti delegati fl-istrumenti l-ġodda.
III. Konklużjoni
Id-delegazzjoni tal-PE ddeċidiet li tinnegozja l-erba' fajls leġiżlattivi bħala pakkett. Dan l-approċċ wassal għal titjib konsiderevoli. Il-pakkett komprensiv konkluż fi tmiem il-proċedura ta' konċiljazzjoni se jtejjeb il-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-atti delegati fl-istrumenti li jmiss. Id-delegazzjoni tirrakkomanda li, fi spirtu ta' kompromess, jinżamm l-approċċ ibbażat fuq pakkett, u li l-Parlament japprova t-test konġunt fit-tielet qari.
- [1] flimkien mal-istrument DCI/BAM (2010/0059 (COD)), id-DCI (2009/0060A (COD))u l-ICI+ (2009/0059 (COD))
- [2] Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli 2009/0059(COD).
PROĊEDURA
|
Titolu |
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja |
||||||
|
References |
PE-CONS 00058/2011 – C7‑0378/2011 – 2009/0060B(COD) |
||||||
|
President tad-delegazzjoni: Viċi President |
Alejo Vidal-Quadras |
||||||
|
Kumitat responsabbli President |
AFETElmar Brok
|
||||||
|
Rapporteur(s) |
Kinga Gál, Barbara Lochbihler |
|
|||||
|
Abbozz ta' att eżaminat fl-ewwel qari |
COM(2009)0194 – C7‑0158/2009 |
||||||
|
Data tat-tieni qari tal-PE - Numru P |
21.10.2010 |
P7_TA(2010) 0380 |
|||||
|
Proposta modifikata tal-Kummissjoni |
|
||||||
|
Il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
16446/1/2010 – C7‑0427/2010 16.12.2010
|
||||||
|
Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni(skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)
|
COM (2010)0789 |
||||||
|
Data tat-tieni qari tal-PE - Numru P |
3.2.2011 |
P7_TA(2011) 0031 |
|||||
|
Opinjoni tal-Kummissjoni(skont l-Artikolu 294(7)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)
|
COM (2011)0170 |
||||||
|
Data meta l-Kunsill irċieva t-tieni qari |
23.3.2011 |
||||||
|
Data tal-ittra tal-Kunsill dwar iċ-ċaħda tal-emendi tal-PE |
19.7.2011 |
||||||
|
Laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni |
6.9.2011 |
|
|
|
|||
|
Data tal-votazzjoni tad-delegazzjoni tal-PE |
25.10.2011 |
||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni |
+: –: 0: |
17 6 3 |
|||||
|
Membri preżenti |
Alejo Vidal-Quadras, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Kinga Gál, Elmar Brok, Filip Kaczmarek, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Manfred Weber, Vital Moreira, Thijs, Berman, Ana Gomes, Richard Howitt, Gianluca Susta, Patrice Tirolien, Charles Goerens, Barbara Lochbihler, Eva Joly, Robert Sturdy, Helmut Scholz, Claudio Morganti |
||||||
|
Sostitut(i) preżenti |
Christofer Fjellner, Ioannis Kasoulides, Georgios Koumoutsakos, Eduard Kukan, Ria Oomen-Ruijten, Maurice Ponga, Kriton Arsenis, Ivo Vajgl, Bart Staes |
||||||
|
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2) tar-Regoli ta' Proċedura) preżenti |
Leonidas Donskis |
||||||
|
Data tal-ftehim fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni |
|
||||||
|
Ftehim permezz ta' skambju ta' ittri |
24.10.2011 |
26.10.2011 |
|||||
|
Data meta l-kopresidenti stabbilew li t-test konġunt ġie approvat u ntbagħat lill-PE u lill-Kunsill |
31.10.2011 |
||||||
|
Data tat-tressiq |
24.11.2011 |
||||||
|
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)
|
... |
||||||
ESTENSJONI TAL-PERJODI TA' SKADENZA
|
Skadenza għat-tieni qari tal-Kunsill |
23.7.2011 |
|
|
Skadenza għas-sejħa tal-Kumitat Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba - data |
13.9.2011Il-Kunsill – 24.08.2011
|
|
|
Skadenza għall-ħidma fil-Kumitat Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba - data |
01.11.2011Il-Kunsill – 6.10.2011
|
|
|
Skadenza għall-adozzjoni tal-att Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba - data |
|
|