RAPPORT dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja 2012

25.11.2011 - (PE-CONS 00000/2011 – C7‑0000/2011 – 2011/2020(BUD))

Id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni baġitarja
Rapporteurs:    Francesca Balzani
José Manuel Fernandes

Proċedura : 2011/2020(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0414/2011

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja 2012

(PE-CONS 00000/2011 – C7‑0000/2011 – 2011/2020(BUD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni (PE-CONS 00000/2011 – C7‑0000/2011) u d-dikjarazzjonijiet tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2011 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 kif modifikat mill-Kunsill – it-taqsimiet kollha[1] u l-emendi baġitarji li jinsabu fiha,

–    wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, adottat mill-Kummissjoni fl-20 ta’ April 2011 (COM(2011)0300),

–    wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fil-25 ta’ Lulju 2011 (13110/2011),

–    wara li kkunsidra l-Ittri ta’ Emenda Nru 1/2012, 2/2012 u 3/2012 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 ippreżentati mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Lulju 2011, fis-16 ta’ Settembru 2011 u fil-25 ta’ Ottubru 2011 rispettivament,

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġuinju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej[2],

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[3],

–    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba[4],

–    wara li kkunsidra l-Artikoli 75d u 75e tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

1.  Japprova t-test konġunt maqbul mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, li jikkonsisti fid-dokumenti li ġejjin meħuda flimkien:

-    lista tal-linji baġitarji li ma ġewx immodifikati, meta mqabbla mal-abbozz ta’ baġit          jew mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

-    ċifri sommarji skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju;

-    iċ-ċifri linja linja għall-partiti baġitarji kollha;

-    dokument konsolidat li juri ċ-ċifri u t-test finali tal-linji kollha modifikati matul il-konċiljazzjoni;

2.  Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni inklużi fil-konklużjonijiet konġunti maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 ġie adottat b’mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra kkonċernati kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]               Testi adottati, P7_TA(2011)0461.
  • [2]               ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
  • [3]               ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [4]               ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

ANNESS

19.11.2011

Baġit 2012 – Konklużjonijiet konġunti

Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru tliet taqsimiet:

1.  Baġit 2012

2.  Baġit 2011 – Baġit Emendatorju 6/2011

3.  Dikjarazzjonijiet konġunti

1.        Baġit 2012

1.1.     Linji “magħluqa”

Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn isfel f’dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha mhux emendati jew mill-Kunsill jew mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom huma kkonfermati.

Għall-partiti baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni wasal għall-konklużjonijiet li ġejjin:

1.2.     Kwistjonijiet orizzontali

Aġenziji Deċentralizzati

Il-kontribut totali tal-UE fl-2012 (li jikkonsisti f’approprjazzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fil-baġit 2012 u d-dħul assenjat disponibbli, f’approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) għall-aġenziji deċentralizzati qed jitnaqqas b’1% meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit (AB) kif emendat bl-Ittra ta’ Emenda 3/2012. Madankollu, il-kontribuzzjoni totali tal-UE (f’approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) hija stabbilita fil-livell tal-AB għall-FRONTEX (Titolu 1 u 2), għall-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO), għall-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), għall-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) u għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS). Għall-Frontex Titolu 3, ara l-intestatura 3a fit-taqsima 1.3 hawn isfel.

Meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit tal-Kummissjoni, dan iwassal għal tnaqqis globali ta’ EUR 6.1 miljun fil-kontribuzzjoni tal-UE għall-aġenziji deċentralizzati li ġejjin, kif muri fit-tabella hawn isfel:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem tal-aġenzija deċentralizzata

Kontribuzzjoni totali tal-UE fl-2012 (approprjazzjonijiet baġitarji u dħul assenjat): Approprjazzjonijiet għall-impenji

Baġit 2012

Ammont inizjali

Ammont rivedut

Tnaqqis fil-Baġit 2012

02 03 03

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Kimiċi

p.m.

p.m.

p.m.

02 05 02

Aġenzija Ewropea GNSS (GSA)

10,600

10,494

- 0,106

04 04 03

Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (EUROFOUND)

20,590

20,384

- 0,206

04 04 04

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)

14,830

14,682

- 0,148

06 02 01

Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

35,214

34,862

- 0,352

06 02 02

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)

Li minnhom miżuri kontra t-tniġġis (06 02 02 03)

53,565

20,000

53,229

20,000

- 0,336

-

06 02 08

Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)

25,260

25,007

- 0,253

09 02 03

Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)

8,420

8,336

- 0,084

09 02 04

Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi – Uffiċċju (BEREC)

4,336

4,293

- 0,043

15 02 25

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP)

17,610

17,434

- 0,176

17 03 10

Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

Li minnhom prodotti mediċinali orfni (17 03 10 03)

39,188

4,488

38,841

4,488

- 0,347

-

32 04 10

Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

7,315

7,242

- 0,073

33 06 03

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)

7,820

7,742

- 0,078

Subtotal

Intestatura 1a

 

 

- 2.203

07 03 09

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)

36,676

36,309

- 0,367

07 03 60

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Prodotti Bijoċidali

2,756

2,728

- 0,028

07 03 70

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Kunsens Infurmat Minn Qabel

1,470

1,455

- 0,015

11 08 05

Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA)

9,310

9,217

- 0,093

Subtotal

Intestatura 2

 

 

- 0,502

18 02 11

Aġenzija għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira

20,000

19,800

- 0,200

18 05 02

Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

84,500

83,655

- 0,845

18 05 05

Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)

8,536

8,451

- 0,085

18 05 11

Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)

15,708

15,551

- 0,157

33 02 03

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

20,400

20,196

- 0,204

33 03 02

EUROJUST

33,300

32,967

- 0,333

Subtotal

Intestatura 3a

 

 

- 1,824

17 03 03

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

57,300

56,727

- 0,573

17 03 07

Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

77,122

76,351

- 0,771

Subtotal

Intestatura 3b

 

 

- 1,344

15 02 27

Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)

20,247

20,045

- 0,202

Subtotal

Intestatura 4

 

 

- 0,202

31 01 09

Ċentru tat-Traduzzjoni

p.m.

p.m.

p.m.

Subtotal

Intestatura 5

 

 

p.m.

Total

Impatt nett

 

 

- 6,076

Fir-rigward tal-livell ta’ approprjazzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fil-baġit 2012, it-tnaqqis hawn fuq imsemmi għall-aġenziji individwali skont l-artikolu baġitarju se jinqasam skont il-partita baġitarja b’mod proporzjonat għall-piż fl-Abbozz ta’ Baġit taż-żewġ partiti baġitarji kkonċernati (kontribuzzjoni għat-Titoli 1 u 2 u kontribuzzjoni għat-Titolu 3).

In-numru ta’ karigi għall-aġenziji deċentralizzati kollha huwa stabbilit fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat bl-Ittra ta’ Emenda 3/2012.

Aġenziji eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet għall-impenji u f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) u n-numru ta’ karigi għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost fl-Abbozz ta’ Baġit, bl-eċċezzjoni tal-linja “magħluqa” għall-kontribuzzjoni tal-UE għall-EACI mill-programm Marco Polo (06 01 04 32).

Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji

Hemm qbil dwar pakkett komprensiv ta’ 70 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), inklużi żewġ proġetti/azzjonijiet fit-taqsima X (SEAE) tal-baġit, għal ammont ta’ EUR 105.4 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji, inklużi l-PP/AP kollha proposti mill-Parlament, mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hi koperta b’bażi legali eżistenti, il-Kummissjoni tista’ tipproponi t-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet għall-bażi legali korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni. Barra minn hekk, hemm qbil dwar il-bidliet għall-kummenti baġitarji għall-proġett pilota “Istitut Ewropew tal-Paċi” fit-taqsima X (SEAE) li jinsabu fl-Anness.

Fir-rigward tal-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji, ir-regoli speċifiċi huma definiti fit-taqsima 1.4 hawn isfel.

Dan il-pakkett jirrispetta għal kollox il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fl-IIA.

1.3.     Intestaturi tal-infiq tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet għall-impenji[1]

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta’ dan li ġej:

Intestatura 1a

L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, b'emendi għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

AB 2012

Baġit 2012

Differenza

02 02 01

CIP – Programm għall-Intraprenditorija u l-Innovazzjoni

148.6

156.1

+ 7.5

02 04 01 01

Riċerka Spazjali

250.3

251.3

+ 1.0

02 04 01 02

Riċerka tas-Sigurtà

242.1

243.0

+ 0.9

04 03 04

EURES

19.5

20.6

+ 1.1

04 03 15

Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (diġà magħluqa)

-

2.7

+ 2.7

08 02 01

Il-Kooperazzjoni – Is-Saħħa

637.2

639.5

+ 2.3

08 03 01

Il-Kooperazzjoni – L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, u l-Bijoteknoloġija

311.6

312.8

+ 1.2

08 04 01

Kooperazzjoni – In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u Teknoloġiji ġodda tal-Produzzjoni

499.2

501.0

+ 1.8

08 05 01

Kooperazzjoni – l-Enerġija

166.0

178.3

+ 12.3

08 06 01

Kooperazzjoni – Ambjent (inkluż it-tibdil fil-klima)

279.8

280.9

+ 1.1

08 07 01

Kooperazzjoni – Trasport (inkluża l-Ajrunawtika)

322.6

323.8

+ 1.2

08 08 01

Kooperazzjoni – Ix-xjenzi soċjoekonomiċi u l-istudji umanistiċi

92.1

92.4

+ 0.3

08 09 01

Kooperazzjoni – Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju (RSFF)

197.3

198.0

+ 0.7

08 10 01

L-ideat

1 547.5

1 564.9

+ 17.4

08 12 01

Kapaċitajiet – Infrastrutturi ta’ Riċerka

50.0

50.2

+ 0.2

08 13 01

Kapaċitajiet – Riċerka dwar l-SMEs

238.6

251.2

+ 12.6

08 14 01

Kapaċitajiet – Reġjuni ta’ għarfien

20.0

20.1

+ 0.1

08 15 01

Kapaċitajiet – Potenzjal għar-riċerka

66.4

66.6

+ 0.2

08 16 01

Kapaċitajiet – Ix-xjenza fis-soċjetà

44.6

44.8

+ 0.2

08 17 01

Kapaċitajiet – Attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali

32.0

32.1

+ 0.1

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

AB 2012

Baġit 2012

Differenza

08 19 01

Kapaċitajiet – Appoġġ għal żvilupp koerenti ta' politika ta’ riċerka

13.1

13.1

+ 0.0

09 04 01 01

Appoġġ għall-Kooperazzjoni fir-Riċerka fil-qasam tat-Teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni (ICT – Kooperazzjoni)

1 240.4

1 244.5

+ 4.1

09 05 01

Kapaċitajiet – Infrastrutturi ta’ Riċerka

31.2

31.3

+ 0.1

10 02 01

Attivitajiet mhux nukleari taċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunt (JRC)

31.4

31.5

+ 0.1

15 02 02

Erasmus Mundus

103.8

105.6

+ 1.9

15 02 22

Tagħlim Tul il-Ħajja

1 058.5

1 110.5

+ 52.0

15 07 77

In-nies

886.4

905.7

+ 19.3

32 04 06

CIP – Enerġija Intelliġenti

122.3

129.8

+ 7.5

32 06 01

Ir-riċerka relatata mal-enerġija

147.6

162.6

+ 15.0

Subtotal

Żidiet

 

 

+ 165.0

 

- Li minnhom żidiet għas-CIP

 

 

+ 15.0

 

- Li minnhom żidiet għall-FP7

 

 

+ 92.0

04 03 07

Analiżi, studji u t-tkabbir tal-għarfien (diġà magħluqa)

4.9

2.2

- 2.7

 

Tnaqqis fl-infiq ta’ appoġġ (diversi linji – diġà magħluqin)

 

 

- 0.5

Subtotal

Tnaqqis

 

 

- 3.2

Total

Impatt nett

 

 

+ 161.8

 

Marġni intestatura 1a

 

- 50.0

 

L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet taż-żidiet u tat-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t’hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.

L-Istrument ta’ Flessibilità se jiġi mobilizzat għal ammont ta’ EUR 50.0 miljun għall-“Istrateġija Ewropa 2020”.

Mingħajr preġudizzju għad-dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament tal-proġett ITER li tinsab fit-taqsima 3.4 hawn isfel, l-approprjazzjonijiet għall-impenji mqiegħda f’riżerva għall-“ITER” (artikolu baġitarju 08 20 02) huma stabbiliti fl-ammont ta’ EUR 417.9 miljun.

Intestatura 1b

L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost fl-Abbozz ta’ Baġit, bl-eċċezzjoni tal-linja baġitarja 13 03 31 “Assistenza teknika u tixrid ta’ informazzjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u għarfien imtejjeb tal-istrateġija tal-makroreġjuni”, li għaliha hemm qbil dwar ammont ta’ EUR 2.5 miljun f’impenji. Konsegwenza ta’ dan, il-marġni taħt il-limitu massimu għall-infiq tal-intestatura 1b jammonta għal EUR 8.4 miljun.

Intestatura 2

L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra ta’ Emenda 3/2012, b'emendi għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

AB 2012

Baġit 2012

Differenza

 

Żieda fl-approprjazzjonijiet għall-agrikoltura fl-Ittra ta’ Emenda 3/2012

- Li minnhom żieda fl-għajnuna lill-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti minn qabel (partita baġitarja 05 02 08 11)

 

150.0

 

195.0

+ 115.5

+ 45.0

 

Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-agrikoltura fl-Ittra ta’ Emenda 3/2012

 

 

- 201.2

Subtotal

Tnaqqis nett fl-approprjazzjonijiet għall-agrikoltura fl-AL 3/2012

 

 

- 85.7

05 07 01 06

Approvazzjoni tal-kontijiet

- 69.0

- 200.0

- 131.0

05 02 12 08

Ħalib għall-iskejjel

81.0

90.0

+ 9.0

Subtotal

Impatt nett tal-bidliet

 

 

- 122.0

 

Marġni intestatura 2

 

834.2

 

L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet taż-żidied u tat-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t’hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.

Bħala rifless tal-ftehim politiku milħuq fir-rigward tal-“Programmi għall-persuni neqsin mill-affarijiet essenzjali” (partita baġitarja 05 02 04 01), l-approprjazzjonijiet attwalment f’riżerva għal dan il-għan qed jitqiegħdu fil-linja kkonċernata.

It-tliet istituzzjonijiet qablu dwar id-dikjarazzjoni konġunta li tinsab fit-taqsima 3.3. hawn isfel.

Intestatura 3a

L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, b'emendi għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin, bi qbil mal-livell maqbul bejn il-Kunsill u l-Parlament (linji “magħluqa”):

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

AB 2012

Baġit 2012

Differenza

18 02 03 02

Frontex – Titolu 3

50.5

59.5

+ 9.0

18 03 03

Fond Ewropew għar-Refuġjati

93.5

102.5

+ 9.0

33 02 05

Daphne

17.5

19.5

+ 2.0

Subtotal

Żidiet

 

 

+ 20.0

18 01 04 16

Prevenzjoni, tħejjija u ġestjoni tal-konsegwenzi tat-terroriżmu – Nefqa ta’ appoġġ (diġà magħluqa)

0.3

0.2

- 0.10

33 01 04 01

Drittijiet fundamentali u ċittadinanza – Nefqa ta’ appoġġ (diġà magħluqa)

0.35

0.3

- 0.05

33 01 04 03

Ġustizzja penali – nefqa ta’ appoġġ (diġà magħluqa)

0.4

0.35

- 0.05

33 01 04 04

Ġustizzja ċivili – nefqa ta’ appoġġ (diġà magħluqa)

0.3

0.25

- 0.05

Subtotal

Tnaqqis

 

 

- 0.25

Total

Impatt nett

 

 

+ 19.75

 

Marġni intestatura 3a

 

38.2

 

L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet tat-tnaqqis maqbul fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t’hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.

Intestatura 3b

L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, b'emendi maqbula għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

AB 2012

Baġit 2012

Differenza

15 05 06

Avvenimenti annwali speċjali

p.m.

1.5

+ 1.5

15 05 55

Żgħażagħ fl-Azzjoni

134.6

139.6

+ 5.0

16 02 02

Azzjonijiet ta’ Multimidja

30.5

31.5

+ 1.0

16 03 04

Flimkien biex nikkomunikaw l-Ewropa

12.7

13.0

+ 0.3

Subtotal

Żidiet

 

 

+ 7.8

 

Tnaqqis fl-infiq ta’ appoġġ (diversi linji – diġà magħluqin)

 

 

- 0.3

Subtotal

Tnaqqis

 

 

- 0.3

Total

Impatt nett

 

 

+ 7.5

 

Marġni intestatura 3b

 

1.6

 

L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet taż-żidiet u tat-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t’hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.

Intestatura 4

L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, inkluża l-Ittra ta’ Emenda 1/2012, b'emendi maqbula għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

AB 2012

Baġit 2012

Differenza

19 08 01 02

ENPI – Palestina, Proċess ta’ Paċi, UNRWA

200.0

200.0

BE6

19 04 03

Osservazzjoni tal-elezzjonijiet

35.1

38.0

+ 2.9

19 06 01 01

Strument ta' Stabilità

225.0

232.8

+ 7.8

19 09 01

Amerika Latina

352.6

364.3

+ 11.7

19 10 01 01

Asja

506.4

520.9

+ 14.5

22 02 07 03

Il-Komunità Torka f’Ċipru

25.0

28.0

+ 3.0

Subtotal

Żidiet

 

 

39.9 + BE6

01 03 02

Għajnuna makrofinanzjarja (diġà magħluqa)

105.0

95.6

- 9.45

04 06 01

IPA – Riżorsi Umani

114.2

112.2

- 2.0

05 05 02

IPA – Żvilupp Rurali

237.5

234.5

- 3.0

05 06 01

Ftehimiet agrikoli internazzjonali (diġà magħluqa)

6.5

6.4

- 0.1

07 02 01

Attivitajiet ambjentali multilaterali (diġà magħluqa)

2.3

2.2

- 0.1

19 05 01

Pajjiżi terzi industrijalizzati (diġà magħluqa)

25.0

24.0

- 1.0

19 10 01 02

Afganistan

199.9

198.9

- 1.0

19 11 01

Evalwazzjoni tar-riżultati, segwitu u awditjar (diġà magħluqa)

15.6

14.0

- 1.6

19 11 02

Programmi ta’ tagħrif għall-pajjiżi terzi

12.5

11.5

- 1.0

19 11 03

L-UE fid-dinja

5.0

2.5

- 2.5

20 02 01

Relazzjonijiet kummerċjali esterni (diġà magħluqa)

9.8

7.3

- 2.5

20 02 03

Għajnuna għall-kummerċ – multilaterali (diġà magħluqa)

4.5

3.8

- 0.7

21 06 03

Appoġġ ta’ aġġustament għal pajjiżi tal-protokoll taz-zokkor

186.4

174.8

- 11.6

21 07 04

Ftehimiet dwar il-prodotti (diġà magħluqa)

5.9

3.4

-2.5

21 08 01

Evalwazzjoni tar-riżultati, segwitu u awditjar (diġà magħluqa)

11.7

9.6

- 2.2

21 08 02

Għarfien fi kwistjonijiet ta’ żvilupp (diġà magħluqa)

10.8

9.9

- 0.9

22 02 10 02

Informazzjoni u komunikazzjoni għal pajjiżi terzi

11.0

10.0

- 1.0

23 02 03

Tħejjija għad-diżastri (diġà magħluqa)

35.2

34.8

- 0.4

19 01 04 04

PESK – nefqa ta’ appoġġ (diġà magħluqa)

0.75

0.5

- 0.25

 

Tnaqqis fin-nefqa ta’ appoġġ tal-PE (diversi linji)

177.3

168.0

- 9.25

Subtotal

Tnaqqis

 

 

- 53.0

Total

Impatt nett

 

 

- 13.1

 

Marġni intestatura 4

 

- 150.0

L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet taż-żidiet u tat-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t’hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.

L-Istrument ta’ Flessibilità se jiġi mobilizzat għal ammont ta’ EUR 150.0 miljun għall-Politika Ewropea tal-Viċinat. Barra minn hekk, hemm qbil dwar il-“frontloading” tal-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-2011 għall-Palestina, kif spjegat fit-taqsima 2 hawn isfel.

Intestatura 5

Għal dak li jirrigwarda l-approprjazzjonijiet u l-karigi fl-organigramma tal-Istituzzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ġiet approvata. Barra minn hekk, iż-żidiet proposti fl-Ittra ta' Emenda 2/2012 ġew approvati. Fl-aħħarnett, żdied ammont ta’ EUR 10.4 miljun għall-pensjonijiet. Konsegwenza ta’ dan, il-marġni taħt il-limitu massimu għall-infiq tal-intestatura 5 jammonta għal EUR 474.4 miljun.

1.4.     Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet

Il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fil-baġit 2012 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 129 088,043 miljun. Bħala parti mill-kompromess globali, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni qabel dwar id-dikjarazzjoni konġunta dwar il-ħlasijiet li tinsab fit-taqsima 3.1 hawn isfel.

Ġiet applikata l-metodoloġija li ġejja biex it-tnaqqis maqbul fil-livell globali ta’ ħlasijiet meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit (kif emendat bl-Ittri ta’ Emenda) jinqasam fl-intestaturi u l-linji baġitarji kollha, biex il-kompromess globali fir-rigward tal-impenji jissarraf fi ħlasijiet korrispondenti, u biex il-livell globali tal-ħlasijiet jiġi bbilanċjat fl-intestaturi kollha.

1.  Il-punt ta’ tluq għall-kalkolu huwa l-livell globali ta’ ħlasijiet kif maqbul hawn fuq, li jammonta għal EUR 129 088,043 miljun fl-2012.

2.  Bħala t-tieni pass, il-metodu jqis il-livell maqbul ta’ impenji għal approprjazzjonijiet mhux divrenzjati.

Minnu nnifsu, il-livell ta’ approprjazzjonijiet għall-impenji għal dan it-tip ta’ nfiq huwa l-istess bħal-livell ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, li mhuwiex affettwat fil-passi li jmiss.

B’analoġija, l-istess japplika għall-aġenziji deċentralizzati, li l-kontribuzzjoni tal-UE għalihom f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet hija stabbilita fil-livell propost fit-taqsima 1.2 hawn fuq.

3.  It-tielet nett, l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji huma stabbiliti kif ġej:

o Taqsima III (Il-Kummissjoni): l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji l-ġodda kollha huma stabbiliti fil-livell ta’ 50% tal-impenji korrispondenti jew għal-livell propost jekk ikun aktar baxx; fil-każ ta’ estensjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell tal-ħlasijiet huwa dak definit fl-Abbozz ta’ Baġit flimkien ma’ 50% tal-impenji ġodda korrispondenti, jew għal-livell propost jekk ikun aktar baxx;

o Taqsima X (SEAE): l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Parlament Ewropew.

4.  Ir-raba’ nett, minbarra ż-żidiet u t-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji għal infiq divrenzjat, kif spjegat fl-abbozz ta’ proposta ta’ kompromess skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju aktar ’il fuq, hemm qbil dwar l-ammonti speċifiċi li ġejjin f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet:

a.  Intestatura 1a: il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni” huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 50 miljun; il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għas-“Sena Ewropew għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet” huwa stabbilit fil-livell maqbul bejn il-Kunsill u l-Parlament (linja “magħluqa”);

b.  Intestatura 2: il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għal “Ftehimiet Internazzjonali tas-Sajd” huwa stabbilit fil-livell propost fl-Ittra ta’ Emenda 3/2012;

c.  Intestatura 3b: il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Avvenimenti Annwali Speċjali” huwa stabbilit fil-livell propost fil-pożizzjoni tal-Parlament;

d.  Intestatura 4: il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għar-“Riżerva għal Għajnuna ta’ Emerġenza” huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 90 miljun; il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Palestina” huwa stabbilit fil-livell propost fl-Abbozz ta’ Baġit; il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Għajnuna Makrofinanzjarja” huwa stabbilit fil-livell maqbul bejn il-Kunsill u l-Parlament (linja “magħluqa”); il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Pajjiżi tal-Protokoll taz-Zokkor” huwa stabbilit fil-livell maqbul bejn il-Kunsill u l-Parlament (linja “magħluqa”, f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet).

5.  It-tnaqqis globali fil-ħlasijiet li għandu jinqasam bejn l-intestaturi u l-linji baġitarji huwa:

a.  il-livell globali tal-ħlasijiet maqbul skont il-punt 1 hawn fuq, li minnu jrid jitnaqqas:

b.  l-Abbozz ta’ Baġit kif emendat bl-Ittri ta’ Emenda 1/2012, 2/2012 u 3/2012 flimkien mal-impatt fuq il-ħlasijiet tal-passi meħuda fil-punti 2 sa 4 aktar 'il fuq.

Dan it-tnaqqis globali fil-livell tal-ħlasijiet (5a – 5b) huwa mbagħad imqassam fil-linji baġitarji kollha għal infiq divrenzjat fl-intestaturi tal-baġit, skont il-koeffiċjent ta’ distribuzzjoni li ġej, li jikkunsidra ribilanċjament limitat tat-tnaqqis fil-ħlasijiet favur l-intestatura 1a, li ġej mill-intestaturi 2 u 4:

a.  Intestatura 1a:     31.00 %;

b.  Intestatura 1b:     38.45 %;

c.  Intestatura 2:       21.25 %;

d.  Intestatura 3a:     1.00 %;

e.  Intestatura 3b:     żero %;

f.  Intestatura 4:       8.30 %.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-ammonti definiti fil-punti 2 sa 4 hawn fuq, it-tnaqqis skont l-intestaturi definit fil-punt 5 hawn fuq huwa mbagħad imqassam fil-linji baġitarji, inklużi linji “magħluqa”, fuq il-bażi tal-piż tal-ħlasijiet għal-linji baġitarji individwali kkonċernati fl-Abbozz ta’ Baġit kif emendat bl-Ittri ta’ Emenda 1/2012, 2/2012 u 3/2012.

Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, madankollu, qed jiġi propost li t-tnaqqis globali għall-intestatura 1b jiġi distribwit b’mod proporzjonat għall-pożizzjoni tal-Kunsill, jiġifieri li jinżamm l-Abbozz ta’ Baġit għall-objettiv ta’ Konverġenza.

1.5.     Kummenti baġitarji

L-emendi testwali kollha introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill huma maqbula bil-ftehim li ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-bażi legali eżistenti.

1.6.     Linji baġitarji ġodda

Sakemm ma jingħadx mod ieħor fil-konklużjonijiet konġunti maqbula fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jew maqbula b’mod konġunt miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fil-qari rispettiv tagħhom (artikolu baġitarju ġdid 04 03 15 “Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet”), in-nomenklatura baġitarja kif proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit tagħha u fl-ittri ta’ emenda tagħha se jibqgħu mhux mittiefsa, bl-eċċezzjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji.

Hemm qbil dwar il-qsim tal-artikolu baġitarju 16 03 02 bejn il-partita baġitarja 16 03 02 01 (intestatura 3b) “Komunikazzjoni tar-Rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni” u l-partita baġitarja 16 03 02 02 (intestatura 5) “Spazju Pubbliku Ewropew” propost mill-Parlament Ewropew.

1.7.     Riżervi

Ir-riżervi kollha vvutati mill-Parlament Ewropew huma miżmuma. L-ammont tar-riżerva fil-linja 26 01 20 (EPSO) qed jitnaqqas b’50%, l-istess bħar-riżervi fil-linji A4 01 01 u A4 02 01 01.

2.  Baġit 2011

L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju 6/2011 huwa approvat bil-modifiki li ġejjin:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

ABE 6/2011

Differenza

BE 6/2011

04 02 20

FSE – Assistenza teknika operattiva

+ 3.25

-

+ 3.25

19 08 01 02

ENPI – Palestina, MEPP, UNRWA

+ 60.4

+ 39.6

+ 100.0

21 06 07

Miżuri ta' Akkumpanjament tal-Banana

-

+ 13.4

+ 13.4

Subtotal

Żidiet

+ 63.7

+ 53.0

+ 116.7

01 03 02

Għajnuna makrofinanzjarja

- 51.4

- 53.0

- 104.4

05 06 01

Il-ftehimiet agrikoli internazzjonali

- 0.1

-

- 0.1

07 11 01

Ftehimiet ambjentali multilaterali u internazzjonali

- 0.2

-

- 0.2

14 03 03

Organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma doganali u fiskali

- 0.1

-

- 0.1

15 02 03

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f’pajjiżi terzi

- 6.3

-

- 6.3

21 07 03

Kontribuzzjoni għall-FAO

- 0.3

-

- 0.3

21 07 04

Ftehimiet dwar il-prodotti

- 2.0

-

- 2.0

Subtotal

Tnaqqis

- 60.4

- 53.0

- 113.4

Total

Impatt nett

+ 3.25

-

+ 3.25

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

ABE 6/2011

BE 6/2011

04 02 17

FSE — Konverġenza

+ 204.0

+ 226.35

04 02 19

FSE – Kompetittività Reġjonali

+ 204.0

+ 226.35

04 02 20

FSE – Assistenza teknika operattiva

+ 0.3

+ 0.3

08 04 01

Kooperazzjoni – Nanoxjenzi, nanoteknoloġiji

+ 82.0

+ 82.0

09 04 01

Kooperazzjoni – ICT

+ 60.0

+ 60.0

Subtotal

Żidiet

+ 550.3

+ 595.0

05 04 05 01

Żvilupp Rurali

p.m.

- 395.0

Subtotal

Tnaqqis

p.m.

- 395.0

Total

Impatt nett

+550.3

+ 200.0

Kif propost mill-Kummissjoni, it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Programmi ta’ żvilupp rurali” qed jintuża biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet pendenti ta’ ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE).

Bi qbil mad-dikjarazzjoni konġunta dwar l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju 7/2011 (Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea) li tinsab fit-taqsima 3.2 hawn isfel, għandu jiġi ridistribwit ammont ta’ EUR 38 miljun f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-“Programmi ta’ żvilupp rurali” biex jiġu ffinanzjati l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, kif muri fit-tabella t’hawn isfel:

f'miljuni ta' EUR

Linja baġitarja

Isem

Żidiet / tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

ABE 7/2011

13 06 01

Fond ta’ Solidarjetà – Stati Membri

+ 38.0

Subtotal

Żidiet

+ 38.0

05 04 05 01

Żvilupp Rurali

- 38.0

Subtotal

Tnaqqis

- 38.0

Total

Impatt nett

0

3.  Dikjarazzjonijiet konġunti

Bħala parti mill-ftehim dwar il-Baġit 2012 u l-ABE 6/2011 kif spjegat aktar ’il fuq, intlaħaq qbil dwar id-dikjarazzjonijiet konġunti li ġejjin.

3.1.     Dikjarazzjoni konġunta dwar l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet

Filwaqt li jqisu l-isforzi ta' konsolidament fiskali li qed isiru fl-Istati Membri, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jaqblu dwar tnaqqis fil-livell ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-2012 meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit tal-Kummissjoni. Jitolbu lill-Kummissjoni titlob approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet addizzjonali f’baġit emendatorju jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit 2012 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru n-nefqa taħt is-sottointestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi), is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi), l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali), l-intestatura 3 (Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja) u l-intestatura 4 (L-UE bħala attur globali).

B'mod partikolari, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iħeġġu lill-Kummissjoni biex sa mhux aktar tard minn tmiem Settembru 2012 tippreżenta l-aħħar ċifri aġġornati rigward is-sitwazzjoni attwali u l-estimi rigward l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet taħt is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi) u l-iżvilupp rurali taħt l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali) u, jekk ikun meħtieġ, tippreżenta abbozz ta' baġit emendatorju.

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew se jieħdu pożizzjoni dwar kull abbozz ta' baġit emendatorju malajr kemm jista’ jkun bil-għan li jiġi evitat kull nuqqas fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet. Barra minn hekk, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr kull trasferiment possibbli ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, anke bejn intestaturi tal-qafas finanzjarju, sabiex isir l-aħjar użu possibbli ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet imdaħħla fil-baġit u jiġu allinjati mal-implimentazzjoni u l-ħtiġijiet attwali.

3.2.     Dikjarazzjoni konġunta dwar il-Baġit Emendatorju 7/2011

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jieħdu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li fil-21 ta’ Novembru 2011 tippreżenta Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE 7/2011) għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, li hu mistenni li jammonta għal EUR 38 miljun, f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet. L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu ridistribwiti mill-“programmi ta’ żvilupp rurali” (partita baġitarja 05 04 05 01).

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew se jagħmlu ħilithom biex jieħdu pożizzjoni dwar l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju 7/2011 qabel tmiem l-2011, bi qbil mal-proċeduri interni rispettivi tagħhom.

3.3.     Dikjarazzjoni konġunta dwar miżuri preventivi għal kriżijiet futuri fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

Il-kriżi tal-E-coli enfasizzat il-ħtieġa ta’ mekkaniżmu xieraq ta’ reazzjoni għall-kriżijiet tas-suq fl-UE. Fid-dawl ta’ dan, il-Kunsill u l-Parlament jimpenjaw ruħhom li jaġixxu minnufih fir-rigward ta’ talbiet għal trasferimenti mill-Kummissjoni jew, wara eżami tal-possibilità ta’ riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet awtorizzati, fir-rigward ta’ baġit emendatorju propost mill-Kummissjoni f’każ ta’ kriżi eċċezzjonali tas-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex li tkun tirrikjedi d-definizzjoni ta' miżuri speċifiċi ta’ emerġenza kif previst fl-Artikolu 191 tar-Regolament 1234/2007 (ir-Regolament dwar l-OKS Unika), fl-ispirtu tal-proposta tal-Kummissjoni li jkunu previsti mekkaniżmi biex jiġi evitat li jkun hemm kriżijiet futuri bl-involviment tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

3.4.     Dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament tal-proġett ITER

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li jiltaqgħu fi Trilogu bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni nhar l-Erbgħa 23 ta’ Novembru wara nofsinhar biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-ispiża addizzjonali tal-proġett ITER fl-2012-2013, biex jaslu għal ftehim qabel tmiem is-sena.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tiffaċilita l-ilħuq ta’ ftehim dwar il-ħtiġijiet addizzjonali ta’ finanzjament tal-proġett ITER, filwaqt li jitqiesu l-preokkupazzjonijiet taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja.

Anness: Emendar tal-kummenti baġitarji:

Proġett pilota Taqsima X (SEAE)

Test ivvutat, bil-bidliet proposti f’TIPA GRASSA

Proġett pilota — Istitut Ewropew għall-Paċi

Abbażi tal-Kunċett 2009 dwar it-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet ta' Medjazzjoni u Djalogu tal-UE, l-għan tal-proġett pilota huwa li jippermetti li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jesplora l-fattibilità li jitwaqqaf Istitut Ewropew għall-Paċi. Fil-qafas tal-proġett pilota, studju ta’ fattibilità għandu jfassal il-kapaċitajiet eżistenti, inkluż fi ħdan l-Istituzzjonijiet tal-UE, u jesplora janalizza u jeżamina għażliet, u kostijiet u benefiċċji relatati, biex jiġu ssodisfati b'mod effiċjenti l-ħtiġijiet tal-UE fil-medjazzjoni favur il-paċi.

Abbażi ta' sforzi preċedenti u li qed isiru bħalissa dwar l-EIP, filwaqt li jitqiesu l-istudji eżistenti, fosthom dawk mill-Parlament Ewropew, kif ukoll pjanijiet kummerċjali eżistenti żviluppati għal dan il-għan, din l-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-kostijiet tqis kwistjonijiet bħall-istrutturi istituzzjonali possibbli, inklużi l-istrutturi tal-kostijiet, is-sistemi ta' ġestjoni u r-rekwiżiti ta' finanzjament. Għandu wkoll jiżviluppa possibilitajiet, inklużi spejjeż assoċjati, f’dan ir-rigward.

L-istudju Il-proġett pilota għandu b'mod partikolari jesplora l-possibilitajiet li jiġi ottimizzat il-potenzjal ta', u jiġu żgurati sinerġiji ma', il-kapaċitajiet eżistenti fis-SEAE, istituzzjonijiet oħra tal-UE, kif ukoll soluzzjonijiet esterni, bħall-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji ta' Sigurtà, il-Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża, l-Istati Membri u l-entitajiet nazzjonali tagħhom involuti fil-medjazzjoni favur il-paċi, kif ukoll partijiet interessati oħra. kif ukoll esperjenza eżistenti oħra fil-bini tal-paċi fl-UE, bħall-Irlanda ta' Fuq.

L-objettivi tal-EIP għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri u l-objettivi fundamentali tal-UE kif definiti fit-Trattati. b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 21 TUE, u - bla ħsara għar-riżultati tal-istudju ta' fattibbiltà - jistgħu jinkludu: il-prevezjoni u s-soluzzjoni ta’ kunflitti vjolenti; il-promozzjoni ta’ stabbiltà wara l-kunflitti, u l-iżvilupp ta’ kapaċitjiet tal-UE fil-prevenzjoni tal-kunflitti, il-ġestjoni ta’ kriżijiet u l-bini tal-paċi.

Għal darb'oħra Bla ħsara għar-riżultati tal-proġett pilota istudju ta' fattibbiltà, il-kompiti tal-EIP jistgħu jinkludu l-konsulenza, ir-riċerka, u it-taħriġ, Dawn il-kompiti jistgħu jirrigwardaw: medjazzjoni u diplomazija informali bl-iskop li jipprevjenu kunflitti u s-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti; tagħlimiet misluta u l-aħjar prassi mill-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' missjonijiet rilevanti tal-UE, komunikazzjoni mal-komunità usa' akkademika, ta' riċerka u tal-NGOs u l-promozzjoni pubblika tal-interessi f'dawn l-oqsma. L-istudju tal-fattibilità Il-proġett pilota għandu jiffoka b'mod partikolari fuq kif Istitut indipendenti possibbli jista' kemm itejjeb il-kapaċitajiet tas-SEAE u tal-UE usa' f'dawn l-oqsma kif ukoll jottimizza r-riżorsi eżistenti kif ukoll iżomm f'koordinazzjoni mal-Istituzzjonijiet rilevanti tal-UE.

Azzjoni Preparatorja Taqsima III (Il-Kummissjoni)

Ġurnaliżmu transkonfinali (Linja baġitarja 16 02 06)

Qed jiżdied paragrafu fl-aħħar tal-kummenti, kif ġej:

Din l-azzjoni preparatorja għal għotjiet Ewropej għar-riċerka għall-ġurnalisti għandha l-iskop li tiffaċilita u tiżviluppa riċerka ġurnalistika transkonfinali serja fil-livell tal-Unjoni. Se jiġu organizzati sejħiet għal offerti bl-iskop li jintgħażlu proġetti investigattivi komuni li jinvolvu ġurnalisti minn minimu ta' żewġ Stati Membri, b’dimensjoni transkonfinali jew Ewropea li tirriżulta minn perspettiva nazzjonali, reġjonali jew lokali. Ir-riżultati tal-investigazzjoni ġurnalistika magħżula se jkunu ppubblikati, tal-anqas, f‘kull wieħed mill-Istati Membri involuti.

Għal dan il-għan, se jiġi stabbilit studju ta’ fattibilità sabiex jinstabu metodi ġodda biex jitnieda dan il-proġett. L-istudju għandu jħares lejn metodi li bihom ġurnaliżmu kritiku u indipendenti jista' jiġi ffinanzjat mill-UE, waqt li tkun żgurata l-indipendenza tal-informazzjoni.

  • [1]               It-tabelli sommarji skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju f’din it-taqsima ma jinkludux it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-aġenziji deċentralizzati u l-pakkett maqbul dwar il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji (ara t-taqsima 1.2 hawn fuq).

PROĊEDURA

Titolu

Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012

Referenzi

PE-CONS xxxxx/2011 – C7‑xxxx/2011 – 2011/2020(BUD)

President tad-delegazzjoni

Jerzy Buzek

Kumitat responsabbli

  President

BUDGAlain Lamassoure

 

Rapporteur(s)

Francesca Balzani

José Manuel Fernandes

Abbozz ta' att eżaminat fl-1 qari

COM(2011)0300, COM(2011)0372, COM(2011)0576, COM(2011)0698

Data tal-1 qari tal-PE – Numru P

26.10.2011

P7_TA(2011)0461

Pożizzjoni tal-Kunsill

  Data tal-addozzjoni

13110/2011 – C7‑0247/201125.07.2011

 

Data tal-ittra tal-Kunsill dwar iċ-ċaħda tal-emendi tal-PE

28.10.2011

Laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

8.11.2011

18.11.2011

 

 

Data tal-votazzjoni tad-delegazzjoni tal-PE

19.11.2011

Membri preżenti

Alexander Alvaro, Francesca Balzani, Reimer Böge, Maria Da Graça Carvalho, Frédéric Daerden, Isabelle Durant, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Salvador Garriga Polledo, Carl Haglund, Jutta Haug, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Marian-Jean Marinescu, Judith A. Merkies, Paul Rübig, Georgios Stavrakakis, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan

Data tal-ftehim fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

19.11.2011

Data meta l-kopresidenti stabbilew li t-test konġunt ġie approvat u ntbagħat lill-PE u lill-Kunsill

19.11.2011

Data tat-tressiq 

0.0.0000

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

19.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

0

0