Proċedura : 2011/2148(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0431/2011

Testi mressqa :

A7-0431/2011

Dibattiti :

PV 19/01/2012 - 4
CRE 19/01/2012 - 4

Votazzjonijiet :

PV 19/01/2012 - 10.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0013

RAPPORT     
PDF 213kWORD 193k
30.11.2011
PE 467.225v03-00 A7-0431/2011

dwar strateġija tal-Ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini

((2011/2148(INI))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: : Aldo Patriciello

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar strateġija tal-Ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini

((2011/2148(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-titolu XIX, l-Artikolu 189, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-politika tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-politika spazjali u li jsemmi b'mod partikolari t-tħejjija ta' politika spazjali Ewropea sabiex jitħeġġu l-progress xjentifiku u tekniku, il-kompetittività industrijali u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu 'EWROPA 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv' (COM(2010)2020),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-16 ta’ Ġunju 2010 dwar l-Ewropa 2020(1),

–   wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2010 bit-titolu 'Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni - Il-Kompetittività u s-Sostenibbiltà fix-Xena Prinċipali' (COM(2010)0614),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar politika industrijali għall-era globalizzata(2),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-4 ta' April 2011 bl-isem 'Lejn strateġija tal-ispazju għall-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini' (COM(2011)0152),

–    wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 2011 bl-isem 'Lejn strateġija spazjali għall-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini',

–   wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2003 bl-isem 'L-Ispazju: fruntiera ġdida għal Unjoni li qiegħda tikber: Pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea dwar l-Ispazju' (COM(2003)0673),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Ewropea tal-Ispazju(3),

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni bl-isem 'Eżami ta' nofs it-terminu tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita' (COM(2011)0005),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar l-analiżi f'nofs il-perjodu tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita: valutazzjoni tal-implimentazzjoni, sfidi futuri u prospettivi ta' finanzjament(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-iffinanzjar tal-programm Ewropew ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (Galileo) fi ħdan il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 u l-programm ta' qafas finanzjarju pluriennali 2007–2013(5),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-29 ta' Ġunju 2011 bl-isem 'Baġit għall-Ewropa 2020' (COM(2011) 0500),

–   wara li kkunsidra Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)(6),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u għas-Sigurtà (MGAS): Għal Qalbna Dinja iżjed Protetta' (COM(2008)0748),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u għas-Sigurtà (MGAS): L-Isfidi u l-Passi li Jmiss għall-Komponent Spazjali' (COM(2009)0589),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 911/2010 tat- 22 ta’ Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu(7),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 912/2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS(8),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Applikazzjonijiet tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS)' (COM(2010)0308),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0431/2011),

A. billi l -Artikolu 189 tat-TFUE jagħti lill-Unjoni Ewropea rwol espliċitu fit-tħejjija ta' politika spazjali sabiex jitħeġġu l-progress xjentifiku u tekniku, il-kompetittività industrijali u l-implimentazzjoni tal-politika tagħha;

B.  billi l-politika spazjali hija element essenzjali tal-Istrateġija Ewropa 2020 u tagħmel parti integrali mill-inizjattiva ewlenija dwar il-politika industrijali;

C. billi s-servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita diġà qegħdin għas-servizz tal-gvernijiet u ċ-ċittadini tal-UE;

D. billi din tappoġġa l-objettivi ta' ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva filwaqt toħloq impjiegi kwalifikati ħafna, billi toffri swieq kummerċjali, tistimula l-innovazzjoni u ttejjeb il-benessri taċ-ċittadini;

E.  billi l-ispazju huwa ta' importanza strateġika għall-Ewropa u element ewlieni għat-teħid ta' deċiżjonijiet u ta' azzjonijiet indipendenti tagħha;

F.  billi l-industrija spazjali Ewropea tiġġenera ċifra ta' negozju konsolidata ta' 5.4 biljun euro u timpjega iktar min 31,000 persuna bi kwalifiki għolja;

G. billi s-settur Ewropew ta' komunikazzjoni bis-satellita huwa element fundamentali biex jappoġġa industrija Ewropea tal-ispazju b'saħħitha, billi aktar minn nofs il-fatturat tal-industrija Ewropea joriġina mill-produzzjoni jew l-illanċjar ta' satelliti tat-telekomunikazzjoni,

H. billi l-Parlament Ewropew dejjem appoġġa bis-sħiħ l-GNSS Ewropea, implimentata permezz tal-programmi Galileo u EGNOS, intiża sabiex ittejjeb il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej, biex tiżgura l-awtonomija u l-indipendenza tal-Ewropa, u biex tikseb parti sinifikanti tas-suq dinji tat-teknoloġija avvanzata marbuta man-navigazzjoni bis-satellita,

I.   billi attwalment l-UE hija dipendenti fuq is-Sistema Amerikana ta' Lokalizzazzjoni bis-Satellita (GPS), b'attivitajiet li jammontaw għal bejn wieħed u ieħor 7 % tal-PDG li jiddependu minn din is-sistema, u billi Galileo huwa mistenni li joffri vantaġġi ċari meta mqabbel mas-sistema Amerikana tal-GPS, bħat-titjib fil-preċiżjoni, l-integrità globali, l-awtentikazzjoni u l-garanzija ta' servizz, kif ukoll l-awtonomija strateġika tal-Unjoni Ewropea, billi jieħu nota tal-importanza li Galileo jista' jkollu sabiex jittejbu l-kompetittività u l-kwalità ta' bosta servizzi fl-Ewropa,

J.   billi ż-żieda fl-ispejjeż tal-programm, minħabba, fost oħrajn, l-ineżattezza tal-previżjonijiet tan-nefqa u tal-istrateġiji ta' ġestjoni tan-nefqa, tfisser li l-baġit attwali jista' jiffinanzja biss l-użu tal-Kapaċità Operattiva Inizjali,

K. billi l-Kummissjoni ppreżentat proposta għal finanzjament tal-Galileo għall-qafas finanzjarju pluriennali 2014–2020, imma billi l-qafas ma jinkludix il-finanzjament tal-Programm ta' Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà, li għalhekk jipperikola serjament il-futur ta' dan il-programm,

L.  billi l-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni preċiża u dettaljata tal-għażliet tekniċi kollha possibbli u tal-ispejjeż u l-vantaġġi relatati kemm għal Galileo kif ukoll għall-programm GMES, qabel ma tkun tista' tittieħed deċiżjoni dwar iż-żieda tal-impenn finanzjarju tal-baġit tal-Unjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss,

M. billi l-GMES huwa wkoll programm ewlieni mmexxi mill-Ewropa għas-servizz taċ-ċittadini Ewropej, li jipprovdi informazzjoni ġeospazjali biex tgħin lill-istituzzjonijiet pubbliċi fl-implimentazzjoni ta' politiki inklużi l-ġestjoni ambjentali, il-ġestjoni tar-riskju u l-protezzjoni taċ-ċittadini; billi l-kontinwità ta' aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent u s-sigurtà, ibbażata fuq osservazzjoni spazjali permanenti u infrastrutturi in situ, filwaqt li jsir l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi disponibbli fl-Ewropa, għandha tkun garantita mill-Programm ta' Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà;

N. billi l-eżistenza kontinwa ta' industrija spazjali kompettitiva u b'teknoloġija avvanzata appoġġata minn programm ambizzjuż ta' riċerka u żvilupp u attivitajiet addizzjonali, l-esplorazzjoni tal-ispazju, is-sigurtà tal-infrastruttura spazjali u l-kooperazzjoni internazzjonali jikkostitwixxu setturi ewlenin għal politika spazjali b'suċċess;

O. billi, kif innutat il-Kummissjoni, l-aċċess indipendenti għall-ispazju għandu jkun żgurat sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi tal-politika Ewropea dwar l-ispazju;

P.  billi l-kompetenza industrijali Ewropea hija ta' importanza ewlenija għal politika spazjali b'suċċess u l-programmi Ewropej ewlenin għandhom rwol kruċjali fl-integrazzjoni u l-kompetittività Ewropej,

L-objettivi ta' strateġija spazjali Ewropea

1.  Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini' bħala l-ewwel pass lejn politika spazjali tal-Unjoni Ewropea komprensiva u li tqis il-ħtiġijiet tal-utenti li taqdi l-interessi taċ-ċittadini tagħha, il-politiki tagħha u d-diplomazija tagħha; jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tiffoka l-isforzi tagħha fuq l-iżvilupp ta' servizzi spazjali downstream għall-benefiċċju taċ-ċittadini u bl-għan li jittejbu t-tfassil tal-politika u l-implimentazzjoni tagħha; iqis li użu adegwat tal-programmi spazjali bħall-Galileo u l-GMES iwassal għal tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż fis-setturi kkonċernati, u benefiċċji aktar 'l isfel għar-reġjuni u l-komunitajiet lokali;

2.  Iqis li hi ħaġa importanti li l-politika spazjali tkun politika realista li jkollha l-għan li ttejjeb il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej, tippermetti tkabbir ekonomiku ġdid, tħeġġeġ il-potenzjal ta' innovazzjoni u tappoġġa l-progress xjentifiku ta' livell dinji; jenfasizza l-fatt li s-soluzzjonijiet spazjali (li jiddependu mit-teknoloġiji l-aktar avvanzati u minn bażi industrijali Ewropea kompetittiva) huma indispensabbli biex jiġu indirizzati l-isfidi l-kbar tas-soċjetà tal-lum bħad-diżastri naturali, ir-riżorsi u l-monitoraġġ tal-klima, biex jiġi żviluppat is-settur tat-telekomunikazzjonijiet u biex jiġu mħeġġa l-applikazzjonijiet relevanti fil-qasam tal-plitiki tat-tibdil klimatiku, l-ippjanar tal-użu tal-art, il-ġestjoni tal-ambjent, l-agrikoltura, is-sigurtà marittima, is-sajd u t-trasport;

3.  Jinnota r-rwol importanti tan-netwerks tas-satelliti biex sal-2012 tinkiseb kopertura totali tal-UE bl-internet broadband, bħala għajnuna biex jintlaħqu l-miri tal-Aġenda Diġitali tal-UE;

4.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tħejji politika spazjali mfassla speċifikament għas-sottosetturi tal-industrija; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li din il-politika għandha tkun ikkoordinata mhux biss mal-ESA u l-Istati Membri, iżda anke mal-Parlament Ewropew;

5.  Iqis li l-Unjoni Ewropea għandha r-responsabilità li tikkoordina u tikkonsolida l-politiki u l-programmi spazjali nazzjonali biex jiġi stabbilit approċċ Ewropew koerenti b'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha; jenfasizza li approċċ bħal dan għandu jimmira li jappoġġa bażi industrijali Ewropea soda, kompetittiva u indipendenti u jikkonsolida politika industrijali li tkun kapaċi toħloq, tiżviluppa, tibda u tisfrutta sistemi spazjali għal perjodu ta' żmien medju u twil, inklużi mekkaniżmi finanzjarji u leġiżlattivi;

6.  Jilqa' l-objettivi tal-istrateġija biex issaħħaħ l-infrastruttura spazjali tal-Ewropa u l-appoġġ għar-riċerka bil-għan li żżid l-indipendenza teknoloġika tal-bażi industrijali Ewropea, tinkoraġġixxi l-fertilizzazzjoni reċiproka bejn is-settur spazjali u setturi industrijali oħra u tistimula l-innovazzjoni bħala mutur tal-kompetittività Ewropea;

7.  Jinnota, madankollu, li l-azzjonjiet prijoritarji, għalkemm, huma identifikati tajjeb mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, għadhom parzjalment vagi; jenfasizza li dawn għandhom ikunu speċifikati u għandhom jinkludu evalwazzjoni tal-għażliet tekniċi kollha u tal-ispejjeż, ir-riskji u l-vantaġġi relatati, u tal-implikazzjonijiet soċjali, inklużi l-impatti kollha possibbli fuq il-bażi industrijali tal-Unjoni Ewropea u l-politika industrijali Ewropea; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li programm spazjali Ewropew għandu jiffoka fuq oqsma ta' valur miżjud Ewropew u jevita t-tixrid tal-isforzi jew duplikazzjonijiet ta' attivitajiet imwettqa mill-ESA;

8.  Jenfasizza l-bżonn ta' governanza ċara dwar il-politika spazjali, filwaqt li jintużaw bl-aħjar mod possibbli l-ħiliet disponibbli fl-Ewropa, b'mekkaniżmi ta' sorveljanza u ta' koordinazzjoni effikaċi biex ikunu armonizzati l-prijoritajiet u tkun żgurata l-ġestjoni solida tar-riżorsi li jiġu mill-fondi nazzjonali u minn dawk tal-Unjoni Ewropea, tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u u aġenziji Ewropej oħra marbuta mal-ispazju u ta' sinifikat għall-UE, bħall-Aġenzija Ewropea tad-Difiża;

9.  Jinnota li sal-lum is-seba’ Kunsilli tal-Ispazju għamlu referenza inċidentali waħda biss għat-trasport fl-Ewropa u ma ngħatatx kunsiderazzjoni dettaljata lis-sinifikat tal-politika spazjali għat-trasport fid-deliberazzjonijiet tal-Kunsilli tal-Ispazju kif rifless fl-eżiti tax-xogħlijiet tagħhom;

10. Jenfasizza l-ħtieġa ta’ fehim akbar tad-dipendenza fuq l-ispazju ta’ setturi essenzjali u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromwovu l-importanza tal-ispazju;

11. Ifakkar li s-settur tat-trasport għandu rwol ċentrali biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE 20–20–20 dwar l-emissjonijiet tad-CO2 u tal-konsum tal-enerġija kif ukoll l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 u li ma jistax jinkiseb tkabbir sostenibbli mingħajr ma jkun hemm settur tat-trasport effiċenti;

12. Iqis li hemm bżonn ta’ strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea biex tiżgura li t-teknoloġija spazjali tikkontribwixxi b’mod sħiħ għal ġestjoni tat-traffiku iktar sikura u effiċenti u l-kontroll tat-traffiku fil-modi kollha tat-trasport;

13. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-Ewropa trid iżżomm l-aċċess indipendenti għall-ispazju biex tkun tista' tilħaq l-objettivi stabbiliti tagħha fit-twettiq tal-politika spazjali tagħha u trid tibqa' tibbenefika mill-ispin-offs mill-applikazzjonijiet spazjali; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tressaq proposti speċifiċi fil-qasam strateġiku tal-lanċaturi, b'mod partikolari billi tagħtihom attenzjoni partikolari fil-kuntest tal-politika industrijali fis-settur spazjali;

14. Jisħaq b'mod partikolari fuq l-importanza tal-illanċjar spazjali fil-kuntest tal-politika spazjali u jenfasizza l-ħtieġa għal impetu politiku Ewropew ġdid f'dan ir-rigward, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja kritika li qed jiffaċċja s-settur tal-illanċjar fid-dinja kollha;

Il-proġetti ewlenin Galileo u GMES

15. Iqis li Galileo huwa programm ewlieni tal-Unjoni Ewropea u huwa l-ewwel sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita mfassla bi skopijiet ċivili li tista' tagħmel possibbli l-indipendenza tal-Unjoni f'qasam strateġiku;

16. Jitlob lill-Kummissjoni biex tlesti b'mod xieraq il-qafas leġiżlattiv u finanzjarju, partikolarment fid-dawl tal-istabbiliment ta' qafas finanzjarju bejn l-2014 u l-2020, ta' approċċ dwar governanza effettiva, tas-servizzi Galileo u tar-regoli dwar ir-responsabilità; jenfasizza, f'dan ir-rigward u sabiex Galileo jsir operattiv u sabiex inkunu lesti għall-użu sħiħ tiegħu, il-bżonn li:

-          jiġu definiti l-prinċipji dwar il-ġestjoni tal-attivitajiet futuri ta' Galileo,

-          tiġi razzjonalizzata globalment l-istruttura organizzattiva tal-programm;

17. Jemmebn li IOC li tkun kapaċi tipprovdi servizzi inizjali għandha titlesta sa mhux aktar tard mill-2014 sabiex jiġi żgurat li Galileo tabilħaqq isir it-tieni kostellazzjoni ta' referenza għall-GNSS, partikolarmnet għall-produtturi tar-riċevituri; jilqa' pożittivament l-illanċjar fl-21 ta' Ottubru 2011, mill-Port Spazjali Ewropew f'Kourou, ta' żewġ satelliti ta' validazzjoni operattiva fl-orbita;

18. Huwa konvint li l-iskop ta' Kapaċità Operattiva Sħiħa (Full Operating Capacity, FOC), ibbażata fuq kostellazzjoni ta' 27 satellita flimkien ma' numru adegwat ta' satelliti sper u infrastruttura tajba hija prerekwiżit sabiex jinkiseb il-valur miżjud ta' Galileo f'termini ta' awtentikazzjoni, preċiżjoni kbira u servizz mhux interrott u għalhekk sabiex jittieħdu l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali; jibża' li Galileo se jitlef il-progress tiegħu jekk is-sistema ma titlestiex fil-ħin u jekk il-kummerċjalizzazzjoni u l-internalizzazzjoni tas-servizzi ma jitwettqux b'mod xieraq; jemmen li hemm bżonn ta' appoġġ ċar u mhux ambigwu mill-Istituzzjonijiet Ewropej kollha għall-ilħiq tal-kapaċità operattiva sħiħa sabiex l-utenti u l-investituri jkunu konvinti mill-impenn fit-tul tal-Unjoni Ewropea;

19. Iqis li l-pjan finanzjarju li se jiġi adottat għal Galileo għandu jitfassal b'tali mod li jiżgura l-eżiġenzi għaż-żmien twil u tal-kontinwità li jinvolvu l-ispejjeż tal-esplorazzjoni, tal-manutenzjoni u tas-sostituzzjoni;

20. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Awtorità tal-GNSS tal-UE (GSA) jagħmlu sforz wisq akbar biex ikabbru l-għarfien tal-GNSS fost l-utenti u l-investituri potenzjali, jippromwovu l-użu ta' servizzi bbażati fuq il-GNSS, kif ukoll jidentifikaw u jikkonċentraw id-domanda għal dawn is-servizzi fl-Ewropa;

21. Huwa konvint sew li l-finanzjament addizzjonali tal-GNSS jista' jkun żgurat biss jekk l-għarfien tal-ispejjeż u l-benefiċċji għall-ekonomija u għas-soċjetà tal-Unjoni li jirriżultaw mill-GNSS jikber b'mod konsiderevoli fost dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-pubbliku ġenerali; jilqa' l-implimentazzjoni ta' inizjattivi konkreti bħall-kompetizzjoni għall-ideat Galileo Masters;

22. Ifakkar li l-EGNOS huwa programm reali u operattiv; hu konvint li hemm bżonn li dan il-programm jiġi valorizzat bis-sħiħ u li l-applikazzjonijiet tiegħu jiġu sfruttati b'mod konkret; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li s-sistema EGNOS tkopri l-UE kollha, bl-għan li jiġi kkonsolidat is-suq komuni, u jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm espansjoni f’dik is-sistema lejn in-Nofsinhar, il-Lvant u x-Xlokk tal-Ewropa, ir-reġjun tal-Mediterran, l-Afrika u l-Arktiku;

23. Jenfasizza li l-Galileo u l-EGNOS huma strumentali fil-ħolqien ta’ Ajru Uniku Ewropew u għall-iżvilupp ulterjuri tal-ġestjoni sikura u kosteffikaċi tat-traffiku tal-ajru fl-Ewropa, u għaldaqstant jitlob biex jitwaqqaf kalendarju ambizzjuż u rigoruż, flimkien ma’ finanzjament stabbli għar-riċerka u l-innovazzjoni, li jiżguraw progress teknoloġiku u tkabbir tal-kapaċità industrijali u wkoll għall-faċilitazzjoni tal-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, bil-ħsieb li jiġu implimentati ż-żewġ programmi bħala prekundizzjoni għal tnedija f’waqtha tal-Ajru Uniku Ewropew, b’dan tal-aħħar ikun pass strateġiku indispensabbli lejn it-titjib tal-integrazzjoni Ewropea u t-tisħiħ tas-suq komuni Ewropew;

24. Iqis li l-promozzjoni tal-użu tal-EGNOS u tal-Galileo fl-avjazzjoni ċivili hija rekwiżit strateġiku għall-implimentazzjoni tas-SESAR, speċjalment fir-rigward tal-użu tagħha għall-proċeduri ta’ nżul u f’ajruporti żgħar;

25. Jistieden lill-Istati Membri jikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għall-proġetti spazjali tal-UE, bħas-SESAR, li se tkun ta’ importanza vitali għat-tkabbir fil-futur u għall-impjiegi fil-ġejjieni f’diversi setturi;

26. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu t-trasparenza fil-finanzjament u l-kooperazzjoni bejn l-istrateġiji tal-użu militari u ċivili tal-ispazju;

27. Jenfasizza li l-Galileo u l-EGNOS huma indispensabbli għall-ġestjoni tat-traffiku fit-toroq b’mod effiċjenti u sostenibbli għall-ambjent, sistemi tal-ġbir tal-ħlas tad-drittijiet għall-użu tat-toroq, eCall u sistemi ta’ traċċar f’ħin reali u takografi diġitali futuri;

28. Jenfasizza li l-istħarriġ tat-trasport ta’ prodotti perikolużi u li jniġġsu għandu jkun prijorità fis-sistemi ta’ osservazzjoni u navigazzjoni bbażati fuq is-satelliti;

29. Iqis li l-GMES huwa wkoll programm ewlieni tal-Unjoni Ewropea li għandu rwol fundamentali għall-osservazzjoni tad-dinja; jenfasizza l-importanza tal-kontribut tal-GMES għall-ksib tal-objettivi tal-Ewropa 2020 u u għall-appoġġ tat-tkabbir u tal-ekonomija ambjentali, kif ukoll b'investimenti fit-tul fit-teknoloġija u l-infrastruttura; jerġa' jafferma l-importanza tal-GMES bħala strument essenzjali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degrad ambjentali; josserva li, permezz tal-ksib u tal-analiżi tal-informazzjoni f'livell nazzjonali, reġjonali u globali, il-GMES se jippermetti l-estrapolazzjoni ta' data preċiża u utli għal dawn l-oqsma: il-monitoraġġ atmosferiku, tal-baħar u tal-art, il-protezzjoni ċivili, il-prevenzjoni tar-riskju, sistemi ta' twissija bikrija, il-ġestjoni tal-emerġenzi u operazzjonijiet ta' rkupru wara katastrofijiet ambjentali, naturali jew ikkawżati mill-bniedem, is-sorveljanza tal-baħar u tal-kosti, l-iżvilupp agrikolu, il-ġestjoni tal-ilma u tal-ħamrija u l-ippjanar reġjonali permezz ta' attivitajiet innovattivi ta' valutazzjoni u ta' rappurtar ambjentali kapaċi jgħaqqad id-data spazjali mad-data in situ;

30. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tlesti l-qafas leġiżlattiv u tressaq proposta għal governanza effettiva għal-livelli differenti ta' żvilupp u ġestjoni tal-programm billi tislet mill-għarfien espert li għandhom il-korpi pubbliċi fl-UE, inklużi l-aġenziji tal-UE, u s-settur privat, għall-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta' servizzi li jqisu l-ħtiġijiet tal-utenti; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma proponietx l-inklużjoni tal-finazjament għall-GMES fil-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020; itenni li l-inklużjoni tal-finanzjament GMES fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali għandu jevita li jaħli l-investiment sal-lum fis-Seba' Programm Qafas ta' Riċerka fil-qasam tas-servizzi u tal-informazzjoni; jirrimarka, għaldaqstant, li n-nuqqas ta' pjan finanzjarju ta' appoġġ ekonomiku fit-tul jagħmel l-investimenti li saru s'issa inutli; jemmen li jekk l-Istati Membri jintalbu jkomplu jkopru l-ispejjeż għat-tnedija u ż-żamma annwali ta' dan il-programm, dan se jwassal għal spejjeż akbar fit-tul, disparità tal-aċċess għall-informazzjoni u għall-vantaġġi riżultanti għaċ-ċittadini Ewropej, sospensjoni temporanja probabbli tal-programm stess, interruzzjoni sussegwenti fil-forniment tad-data u fl-aħħar nett dipendenza fuq infrastruttura spazjali mhux Ewropea u b'hekk l-industriji marbuta mas-settur jitpoġġew f'sitwazzjoni ekonomika prekarja;

31. Jenfasizza li l-ispejjeż ta' GMES diġà kienu koperti sal-2013 (li jammontaw għal kost totali tas-satelliti ta' EUR 2.3 biljun, barra mill-kost relatat mas-servizzi li jammonta għal EUR 700 miljun) għal total ta' EUR 3 biljun u li l-istimi tal-ispejjeż operattivi tal-programm mill-2014 sal-2020 jipprevedu medja annwali ta' EUR 850 miljun; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi s-sħubija pubblika u privata u tattira aktar kapital mis-settur privat;

32. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi pjan ta' governanza u finanzjarju għaż-żmien twil, fuq il-bażi tal-eżami tal-għażliet kollha possibbli u tistabbilixxi organizzazzjoni operattiva li tiżgura l-ġestjoni xierqa tal-programm u l-forniment tad-data mis-servizzi, sabiex tipperpetwa s-suċċess kurrenti tal-programm u biex jintlaħaq l-objettiv tiegħu li jkun operattiv bis-sħiħ mill-2014 'il quddiem; hu tal-fehma li dan għandu jingħaqad ma' politika Ewropea komuni dwar id-data biex jiġu żgurati aċċess u disponibbiltà miftuħa ta' data eżistenti; iqisha bħala ħaġa importanti li jiġu definiti l-ftehimiet li għandhom jiġu applikati mal-aġenziji nazzjonali sabiex jiġu massimizzati l-interoperabilità, il-kontinwità u l-governanza tas-sistema; iqis neċessarju li jkun żgurat li jsiru distinzjonijiet minn naħa waħda bejn l-użu xjentifiku u l-użu kummerċjali u min-naħa l-oħra bejn l-attivitajiet ta' żvilupp tal-ESA u l-attivitajiet tal-użu, l-operat u l-iżvilupp tas-sistemi li jirrikjedu strutturi Ewropej u kompetenzi speċifiċi;

33. Jirrikonoxxi li l-benefiċċji soċjali għall-utenti tas-servizzi tal-GMES, li għalihom il-kontinwità u s-sostenibilità huma essenzjali jekk iridu jiksbu l-akbar vantaġġ mill-osservazzjoni tal-infrastrutturi offruti mill-programm;

Sigurtà fl-ispazju għas-servizz tal-objettivi ta' sigurtà u difiża

34. Jappoġġa r-riflessjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-komponent dwar "is-sigurtà" tal-Programm GMES għas-sorveljanza tal-fruntieri, l-appoġġ għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, is-sorveljanza marittima, l-urġenzi kumplessi, l-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċivili eċċ., b'kunsiderazzjoni tas-sensittività tad-data proċessata u tal-ħtieġa tal-protezzjoni tal-privatezza u ta' drittijiet oħra taċ-ċittadini;

35. Jemmen li l-politika spazjali għandha tinkludi wkoll politiki dwar is-sigurtà ta' infrastruttura spazjali Ewropea kritika u dwar l-irkupru sikur ta' tagħmir li ma ntużax; jagħraf id-dipendenza li qed tiżdied tal-ekonomija, il-politiki u s-soċjetà Ewropej fuq l-infrastruttura spazjali u jenfasizza li l-infrastruttura spazjali bħala infrastruttura kritika hija essenzjali għat-tisħiħ tal-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet Ewropew; iqis li l-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' sorveljanza tas-sitwazzjoni fl-ispazju (Space Situation Awareness) jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-infrastrutturi spazjali kritika Ewropea kontra r-riskji ta' kolliżjonijiet bejn vetturi spazjali jew ma' fdalijiet minn oġġetti mkissra fl-ispazju jew oġġetti qrib id-dinja, minbarra r-riskji marbuta mal-meteoroloġija spazjali; hu tal-fehma li l-ħolqien tal-programmi Ewropej ġodda kollha għandu jkun ibbażat fuq il-kapaċitajiet, fuq il-ħiliet u fuq l-infrastrutturi eżistenti li talbu investimenti min-naħa ta' kull wieħed mill-Istati Membri u għandu jiżviluppa l-kapaċitajiet attwali difettużi;

36. Iqis li l-użu massimu tas-servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita jappoġġa direttament il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-manifattura, iħeġġeġ il-bażi industrijali fl-Ewropa u jservi bħala reazzjoni għall-objettivi politiċi ewlenin li ġejjin:

- il-kisba ta' kopertura totali tal-UE bl-internet broadband, anke għas-servizzi tal-ġenerazzjoni li jmiss, billi n-netwerks satellitari huma komponent essenzjali tat-taħlita ta' teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-Aġenda Diġitali tal-UE;

- l-implimentazzjoni ta' trasport stradali, bil-baħar u bl-ajru li jkun sostenibbli, sikur u intelliġenti;

- il-massimizzazzjoni tal-kontribut tal-UE għal programmi ta' żvilupp ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw u t-tisħiħ tal-kontribut tal-UE għall-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;

- l-iżgurar ta' rwol xieraq tal-UE fir-reazzjoni għal diżastri futuri fl-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha;

L-istimolu tar-riċerka u l-innovazzjoni

37. Iqis li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn ta' bażi soda ta' teknoloġija u ta' għarfien biex tuża bl-aħjar mod possibbli l-applikazzjonijiet marbuta mal-ispazju għas-servizz taċ-ċittadini tagħha, jekk trid taġixxi b'mod awtonomu u trid li jkollha industrija tal-ispazju kompetittiva li tista' tikkompeti f'kundizzjonijiet ġusti ma' industriji mhux Ewropej; jenfasizza li qafas leġiżlattiv, amministrattiv u finanzjarju huwa fundamentali għall-investimenti tal-industrija fir-riċerka u l-innovazzjoni; jemmen li l-UE trid tinvesti biex tiżgura aċċess Ewropew garantit għall-infrastruttura spazjali u orbitali;

38. Jenfasizza l-importanza ta' strateġija dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-politika spazjali li tiżgura progress teknoloġiku, żvilupp industrijali u kompetittività tal-UE u toħloq l-impjiegi fl-UE; iqis li politika Ewropea dwar ir-riċerka u l-iżvilupp għall-ispazju trid tiżgura d-disponibbiltà ta' teknoloġiji meħtieġa u bil-maturità xierqa, il-livell meħtieġ ta' nondipendenza, u b'kundizzjonijiet kompetittivi; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kalendarju strateġiku sabiex tiżgura l-koerenza bejn l-isforzi provduti mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp u dawk li jsiru mill-Aġenzija Spazjali Ewropea u mill-Istati Membri rigward it-teknoloġiji, il-ħiliet u s-sorsi doppji kollha meħtieġa biex tinkiseb il-kompetittività, l-indipendenza Ewropea, l-aċċess għas-swieq internazzjonali u t-tnaqqis tar-riskji għall-programmi Ewropej;

39. Iqis neċessarju li jiġu stabbiliti mekkaniżmi u programmi biex ikun stimulat is-suq għall-applikazzjonijiet u s-servizzi li jirriżultaw mill-Programmi Galileo/EGNOS u GMES, kif ukoll għas-settur tat-telekomunikazzjonjiet u għas-servizzi li jipprevedu użu konġunt tas-servizzi spazjali differenti biex b'hekk jirrissodisfaw b'mod effikaċi l-eżiġenzi taċ-ċittadini;

40. Iqis ukoll li sabiex jissaħħu l-indipendenza u l-kompetittività Ewropej, li tinżamm l-awtonomija fl-aċċess għall-ispazju, b'kundizzjonijiet li wieħed jiflaħ għalihom, hemm bżonn li tinżamm l-awtonomija f'dak li jikkonċerna l-aċċess għall-ispazju, billi jkun preferut l-użu ta' lanċaturi u trasportaturi Ewropej u billi tkun verifikata r-relevanza tal-organizzazzjoni operattiva u industrija fir-rigward tal-eżiġenzi komuni, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel proposti konkreti għas-sottosettur strateġiku tal-lanċaturi, inter alia billi tagħtih attenzjoni partikolari fil-politika dwar l-industrija spazjali;

41. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem b'mod xieraq fuq l-eżiġenzi finanzjarji u prattiki fil-programmi oqfsa futuri tar-riċerka; iqis, b'mod partikolari, li r-riċerka u l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet marbuta mal-ispazju għandhom ikunu integrati bħala teknoloġiji ewlenin utli għall-oqsma ta' riċerka settorjali differenti bħat-tibdil fil-klima, l-ambjent, it-trasport, l-agrikoltura, eċċ., pjuttost milli jkunu limitati għas-settur spazjali biss;

42. Jitlob lill-Kummissjoni teżamina b'kooperazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea għażliet għall-esplorazzjoni tal-ispazju billi tindika l-ispejjeż u l-benefiċċju potenzjali; iqis, f'dan ir-rigward, li jeħtieġ li tiġi żviluppata strateġija konġunta mas-sħab internazzjonali permezz ta' ftehim ta' kooperazzjoni bbażat fuq il-kunsens ġenerali tal-partijiet interessati kollha u b'kontributi raġonevoli mill-Unjoni Ewropea;

Il-kooperazzjoni internazzjonali

43. Itenni li l-kooperazzjoni internazzjonali għal raġunijiet ta' paċi hija valur bażiku tal-Unjoni Ewropea u hija fiċ-ċentru tal-politiki tagħha; Iqis li l-kooperazzjoni internazzjonali għandha tippromwovi t-teknoloġija, l-infrastruttura u s-servizzi Ewropej, l-eċċellenza xjentifika, teknika u industijali, l-aċċess ottimu għad-data għall-utenti Ewropej, il-qsim tal-għarfien u l-iżvilupp interoperabbli tal-applikazzjonijiet utli biex jiġu affrontati l-isfidi kbar tas-soċjetà li l-Ewropa u d-dinja qed jaffaċċjaw bħalissa; jirrimarka li l-Unjoni Ewropea għandha tkun minn ta' quddiem fil-qasam spazjali u għandha żżomm rwol strateġiku sostanzjali fil-livell dinji, partikolarment fin-negozjati internazzjonali dwar is-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Ispazju u l-esplorazzjoni tal-ispazju; jenfasizza li l-isforzi fis-settur tal-politika spazjali jistgħu jitwettqu b'mod iktar effikaċi permezz tal-kollaborazzjoni industrijali u l-kondiviżjoni tal-investimenti fuq il-programmi l-kbar, bħall-Istazzjoni Spazjali Internazzjonali;

44. Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat rwol xieraq tal-UE fir-reazzjoni għal diżastri futuri fl-UE u lil hinn minnha;

45. Jistieden lill-Kummissjoni tħejji strateġija internazzjonali ta' kooperazzjoni b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-Aġenzija Spazjali Ewropea sabiex issaħħaħ id-djalogu fil-qasam tal-politika spazjali mal-imsieħba strateġiċi (l-Istati Uniti, il-Federazzjoni tar-Russja u l-Ġappun) u tesplora l-possibilità li jiġi stabbilit djalogu simili ma' poteri oħra emerġenti bħaċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil;

46. Ifakkar lil min ifassal il-politika tal-Unjoni Ewropea li l-biċċa l-kbira tas-swieq istituzzjonali tad-dinja sfortunatament mhumiex miftuħa għall-kompetizzjoni internazzjonali u li l-kompetizzjoni internazzjonali prevista trid tkun ibbażata fuq kundizzjonijiet li jagħmlu l-kummerċ ġust possibbli;

47. Jirrimarka li l-kooperazzjoni internazzjonali, għalkemm mixtieqa, partikolarment rigward ir-riċerka, għandha tkun reċiproka u ta' benefiċċju reċiproku; jiddispjaċih li s-swieq istituzzjonali tal-kompetituri spazjali ewlenin tagħna huma magħluqin għall-industriji barranin, inklużi l-industriji Ewropej;

Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea

48. Ifakkar li skont l-Artikolu 189 tat-TFUE, l-Unjoni Ewropea għandha tistabbilixxi kwalunkwe rabta utli mal-Aġenzija Spazjali Ewropea sabiex jiġu definiti r-responsabilitajiet reċiproċi mingħajr iddupplikar tar-rwoli u tal-investimenti;

49. Iqis li l-indħil dejjem jikber tal-Unjoni fl-ispazju jeżiġi definizzjoni ġdida tar-relazzjonijiet tagħha mal-Aġenzija Spazjali Ewropa u mal-aġenziji nazzjonali, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li l-kompetenzi tekniċi u ta' programmazzjoni żviluppati mill-Aġenzija Spazjali Ewropea u mill-aġenziji nazzjonali huma fundamentali għaż-żamma tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u tal-kompetittività tal-industrija Ewropea fl-livell għoli, u li l-Unjoni Ewropea tista' tikkonċentra fuq l-operazzjonijiet, l-iżvilupp u l-kontinwità tas-sistemi spazjali li teħtieġ, kif ukoll fuq l-espansjoni internazzjonali tas-swieq u fuq it-talbiet tal-utenti;

50. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq ir-rwol tagħha ta' superviżjoni u tmexxija politika fir-rigward tal-organizzazzjonijiet li jaħdmu f'isimha;

51. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

P7_TA(2010)0224.

(2)

P7_TA(2011)0093.

(3)

ĠU L 261, 6.8.2004, p. 63.

(4)

P7_TA(2011)0265.

(5)

ĠU C 146E, 12.6.2008, p. 226.

(6)

ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

(7)

ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1.

(8)

ĠU L 176, 20.10.2010, p. 11.


NOTA SPJEGATTIVA

1. Daħla

L-Artikolu 189 tat-Trattat ta' Lisbona jagħti lill-Unjoni Ewropea rwol espliċitu fit-tħejjija ta' politika għall-esplorazzjoni u l-użu tal-ispazju sabiex jitħeġġeġ il-progress xjentifiku u tekniku, il-kompetittività industrijali u l-implimentazzjoni tal-politiki tagħha. Il-politika spazjali hija element essenzjali tal-Istrateġija Ewropa 2020 u tagħmel parti integrali mill-inizjattiva ewlenija dwar il-politika industrijali. Din tappoġġa l-objettivi ta' ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva filwaqt li toħloq impjiegi kwalifikati ħafna, billi toffri swieq kummerċjali, tistimula l-innovazzjoni u ttejjeb il-benessri taċ-ċittadini,

Il-proposti sottomessi mill-Kummissjoni fil-COM(2011)0152 huma l-ewwel stadju lejn strateġija spazjali globali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, jenħtieġ li jiġi stabbilit approċċ Ewropew koerenti b'kollaborazzjoni mal-industrija u li, għal perjodu ta' żmien medju u twil, jiġu stabbiliti mekkaniżmi finanzjarji u leġiżlattivi li jistimulaw l-industrija Ewropea u jagħmlu l-kontinwità neċessarja possibbli biex ikunu appoġġati proġetti ambizzjużi u kompetittivi f'qafas internazzjonali.

Għalkemm l-azzjonjiet prijoritarji tal-istrateġija huma identifikati tajjeb mill-istrateġija tal-Kummissjoni, dawn għadhom parzjalment vagi. Dawn għandhom ikunu speċifikati u għandhom jinkludu evalwazzjoni tal-għażliet tekniċi kollha u tal-ispejjeż u l-vantaġġi relevanti. Hu wkoll neċessarju li tiġi stabbilita governanza ċara dwar il-politika spazjali b'mekkaniżmi ta' sorveljanza u ta' koordinazzjoni effikaċi biex ikunu armonizzati l-prijoritajiet u r-riżorsi li jiġu mill-fondi nazzjonali u minn dawk tal-Unjoni Ewropea, tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u tal-Aġenzija Ewropea tad-Difiża.

2. Il-proġetti ewlenin Galileo u GMES

(a) Galileo

Il-programm Galileo huwa l-inizjattiva tal-Ewropa għal sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita avvanzata, li tipprovdi servizz ta’ ppożizzjonar globali, preċiż ferm u garantit taħt il-kontroll ċivili. Id-diskussjonijiet dwar sistema Ewropea bdew fl-aħħar tas-snin disgħin u fl-1999 il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa sistema globali li tkun immexxija mill-awtoritajiet ċivili pubbliċi(1). Wara li fallew in-negozjati dwar sħubija pubblika privata, il-Parlament u l-Kunsill fl-2008 ddeċidew li jispiċċaw il-konstellazzjoni billi jużaw il-baġit tal-UE(2).

Filwaqt li tipprovdi servizzi awtonomi ta' navigazzjoni u ppożizzjonar, is-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo fl-istess ħin se tkun interoperabbli mal-GPS u l-GLONASS, iż-żewġ sistemi globali ta' navigazzjoni bis-satellita l-oħra. Is-sistema mtella' kompletament se tikkonsisti minn 30 satellita u l-infrastruttura assoċjata tal-art.

Fuq il-bażi tal-għoti tal-kuntratti għall-ewwel ordni ta' satelliti, is-servizzi ta' tlugħ, is-servizzi ta' appoġġ tas-sistema u l-operazzjonijiet, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se jkunu provduti tliet servizzi inizjali mill-2014 'l quddiem: servizz miftuħ inizjali, Servizz Regolat Pubbliku inizjali u Servizz ta' Tfittxija u Salvataġġ inizjali. Is-Servizz tas-Sigurtà tal-Ħajja u s-Servizz Kummerċjali se jiġu ttestjati mill-2014 u għandhom jiġu provduti hekk kif is-sistema tilħaq kapaċità operattiva sħiħa.

Ir-rapporteur jitlob lill-Kummissjoni tlesti l-qafas leġiżlattiv u finanzjarju b'mod xieraq sal-aħħar tal-2011, partikolarment fid-dawl tal-istabbiliment ta' qafas finanzjarju bejn l-2014 u l-2020. Hu jibża' li l-ispejjeż totali tal-proġett se jżidu s-7 biljuni euro(3) proposti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-kalkoli li saru fil-kuntest tal-eżami ta' nofs it-terminu tal-programmi tar-radjunavigazzjoni bis-satelliti(4).

(b) Il-GMES

Fl-2011, l-UE bdiet il-Programm GMES. Dan se jipprovdi data tal-osservazzjoni tad-dinja għas-sorveljanza tat-tibdil fil-klima u għas-sigurtà globali permezz tas-satelliti Sentinel. L-applikazzjonijiet tal-osservanza tad-dinja għandhom diversi skopijiet f'oqsma bħall-ġestjoni tar-riżorsi naturali, l-enerġija, is-sorveljanza tal-art, l-ambjent, il-kartografija, il-prevenzjoni tad-diżastri naturali, is-sikurezza tal-agrikoltura u tal-ikel, il-meteoroloġija u s-sikurezza interna fil-pajjiżi.

Ir-rapporteur jitlob lill-Kummissjoni tlesti l-qafas leġiżlattiv u tiċċara l-approċċ dwar governanza effettiva. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma proponietx l-inklużjoni tal-finazjament għall-GMES fil-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020. Hu jibża' li n-nuqqas ta' pjan finanzjarju ta' appoġġ ekonomiku jista' jagħmel l-investimenti li saru s'issa inutli.

3. Il-kooperazzjoni internazzjonali

Wara t-tlugħ tal-ewwel satellita Ċiniża COMPASS fl-2007, nistgħu nistennew dalwaqt sistema ġdida ta' navigazzjoni bis-satellita fl-orbita (ir-raba' waħda globali wara l-GPS, il-GLONASS u Galileo). L-Indja qed tibni s-sistema reġjonali tagħha (IRNSS – Sistema ta' Navigazzjoni bis-Satellita Reġjonali Indjana) u l-Ġappun qed jibni s-Sistema Quasi-Zenith (QZSS) tiegħu. Il-kompetituri tagħna saru aktar b'saħħithom u nistgħu nassumu li qed javvanzaw b'mod dinamiku. Sabiex Galileo jsir it-tieni GNSS globali ta' referenza għall-produtturi taċ-ċipep, huwa essenzjali li s-servizzi inizjali jsiru disponibbli kemm jista' jkun malajr u li jkun hemm impenn fit-tul fuq il-finanzjament futur ta' Galileo.

L-isfida prinċipali għall-attivitajiet internazzjonali tal-Programmi GNSS se tikkonsisti fl-iżgurar tal-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà ma' Galileo, fl-aċċess għar-riżorsi GNSS dinjin u l-istabbilment ta' standards fuq livell dinji, fl-iżgurar tas-sikurezza tas-segment spazjali u n-netwerk ta' stazzjonijiet tal-art, filwaqt li jiġi żgurat kontroll aktar strett tat-teknoloġiji GNSS sensittivi żviluppati bil-finanzjament Ewropew u fil-parteċipazzjoni ta' sforz internazzjonali ħalli jiġu żviluppati applikazzjonijiet innovattivi ta' interess sopranazzjonali. Objettiv importanti se jkun li jinħolqu opportunitajiet kummerċjali għat-teknoloġija GNSS u għall-industriji ta' applikazzjoni Ewropej.

Ir-rapporteur jistieden lill-Kummissjoni tħejji strateġija internazzjonali ta' kooperazzjoni b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri u billi tikkonsulta mal-Aġenzija Spazjali Ewropea sabiex jissaħħaħ id-djalogu fil-qasam tal-politika spazjali mal-imsieħba strateġiċi (l-Istati Uniti u l-Federazzjoni tar-Russja) u tesplora l-possibilità li jiġi stabbilit djalogu simili ma' poteri oħra emerġenti bħaċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Brażil, l-Indja u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel.

4. L-importanza ekonomika tal-industrija spazjali Ewropea

L-industrija spazjali Ewropea tiġġenera ċifra ta' negozju konsolidata ta' 5.4 biljun euro u timpjega iktar min 31,000 persuna bi kwalifiki għolja. Il-ħdax il-operatur prinċipali tas-satelliti fl-Ewropa jużaw 153 satellita ta' komunikazzjoni, jimpjegaw 6,000 persuna u jwettqu ċifra ta' negozju annwali ta' 6 biljuni euro; L-attività tagħhom għandha wkoll effett indirett fuq 30,000 impjieg. Huwa stmat li, minn issa, minn 6 sa 7 % tal-PDG tal-pajjiżi tal-punent, jiġifieri 800 biljun euro fl-Unjoni Ewropea, jiddependu fuq ir-radjunavigazzjoni bis-satellita.

Is-swieq tas-servizzi spazjali raw tkabbir rapidu. Pereżempju, iċ-ċifra ta' negozju annwali dinjija tal-applikazzjoni GNSS għandha tilħaq il-240 biljun euro minn issa sal-2020. Barra minn hekk, minħabba l-vantaġġi tagħhom meta mqabbla mas-sistemi kompetituri l-oħra, il-Galileo u l-EGNOS għandhom jiġġeneraw benefiċċji ekonomiċi u soċjali ta' bejn is-60 biljun u d-90 biljun euro fl-20 sena li ġejjin.

Skont l-OKŻE, is-suq dinji tad-data kummerċjali ta' osservazzjoni tad-dinja, li kien jirrappreżenta 735 miljun dollaru fl-2007, jista' jilħaq it-3 biljun euro fl-2017.

Is-sistema ta' sorveljanza tas-sitwazzjoni fl-ispazju (Space Situational Awareness) għandha tgħin biex jitnaqqas it-telf kwantifikabbli stmat li, għall-mezzi spazjali Ewropej, jipprovoka l-ħbit bi fdalijiet wara t-tkissir u l-maltemp spazjali u li, fuq il-bażi tad-data disponibbli, jiswa madwar 332 miljun euro bħala medja kull sena.

Hu kważi ċert li dawn l-ispejjeż jirrappreżentaw biss parti żgħira mill-konsegwenzi u l-ispejjeż mhux kwantifikabbli li jistgħu jirriżultaw min-nuqqas ta' sistema Ewropea ta' sorveljanza tas-sitwazzjoni fl-ispazju. Pereżempju, f'sitwazzjoni ta' urġenza, it-telf ta' satellita jista' jinvolvi t-telf ta' kapaċità kritika ta' komunikazzjoni permezz tas-satellita, li min-naħa tagħha tista' tfisser it-telf ta' ħajjiet umani. Meta satellita titkisser jew ikollha difetti assoluti, din tista' tikkawża kumplikazzjonijiet serji fl-attività ekonomika (is-settur bankarju jistrieħ dejjem iktar fuq il-komunikazzjonijiet permezz tas-satellita) u, minħabba dan it-telf ta' servizz, dan jista' jkollu konsegwenzi fuq l-attivitajiet tal-klijenti tagħha. Bħalissa, ma teżisti ebda ċifra affidabbli biex ikun stmat il-valur ta' dan it-telf. Bl-istess mod, hu impossibbli li jiġu kwantifikati l-konsegwenzi tal-waqgħa u tal-impatt tal-oġġetti li jevolvu qrib id-dinja.

(1)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 1999 dwar l-involviment tal-Ewropa f'ġenerazzjoni ġdida ta' servizzi ta' navigazzjoni bis-satellita – il-fażi tad-definizzjoni tal-Galileo, ĠU C221, 3.8.1999.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo), ĠU L196, 24.7.2008.

(3)

COM (2011), 500 finali, Parti I, paġna 29

(4)

Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta’ Ġunju 2011


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (27.10.2011)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Lejn strateġija tal-Ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini

(2011/2148(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Salvatore Tatarella

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li t-Trattat ta' Lisbona jintroduċi artikolu ġdid (Artikolu 189) li jipprevedi t-tfassil ta' politika spazjali Ewropea bil-għan li tippromwovi l-progress xjentifiku u teknoloġiku u l-kompetittività industrijali b'attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' esplorazzjoni; iqis li l-politika spazjali tal-UE ma għandhiex tippromwovi l-militarizzazzjoni tal-ispazju;

2.  Iqis li użu adegwat tal-programmi spazjali jaf iwassal għal tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż fis-setturi kkonċernati, u benefiċċji aktar 'l isfel għar-reġjuni u l-komunitajiet lokali;

3.  Jenfasizza r-rilevanza tal-programmi spazjali Galileo u EGNOS, li huma fundamentali biex jottimizzaw il-politika spazjali għas-servizz taċ-ċittadini; iħeġġeġ implimentazzjoni rapida ta' dawn il-programmi;

4.  Jerġa' jafferma l-importanza ta' GMES, il-programm operattiv ta' osservazzjoni tad-Dinja bħala strument essenzjali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degrad ambjentali; josserva li, permezz tal-ksib u tal-analiżi tal-informazzjoni f'livell nazzjonali, reġjonali u globali, il-GMES se jippermetti l-estrapolazzjoni ta' data preċiża u utli għal dawn l-oqsma: il-monitoraġġ atmosferiku, tal-baħar u tal-art, il-protezzjoni ċivili, il-prevenzjoni tar-riskju, sistemi ta' twissija bikrija, il-ġestjoni tal-emerġenzi u operazzjonijiet ta' rkupru wara katastrofijiet ambjentali, naturali jew ikkawżati mill-bniedem, is-sorveljanza tal-baħar u tal-kosti, l-iżvilupp agrikolu, il-ġestjoni tal-ilma u tal-ħamrija u l-ippjanar reġjonali permezz ta' attivitajiet innovattivi ta' valutazzjoni u ta' rappurtar ambjentali kapaċi jgħaqqad id-data spazjali mad-data in situ; jenfasizza l-importanza tal-kontribut tal-GMES għall-ksir tal-objettivi Ewropa 2020 u għas-sostenn tat-tkabbir u tal-ekonomija ekoloġija, kif ukoll tal-investimenti fit-tul fit-teknoloġija u fl-infrastruttura, li huma prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri kollha impenjati bil-qawwa fil-politika ambjentali;

5.  Jiddispjaċih li l-esklużjoni totali tal-programm GMES mill-proposta għall-Qafas Finanzjarju propost mill-Kummissjoni għall-perjodu 2014-2020 u jemmen li jekk l-Istati Membri jintalbu jkomplu jkopru l-ispejjeż għat-tnedija u ż-żamma annwali ta' dan il-programm, dan se jwassal għal spejjeż akbar fit-tul, disparità tal-aċċess għall-informazzjoni u għall-vantaġġi riżultanti għaċ-ċittadini Ewropej, sospensjoni temporanja probabbli tal-programm stess, interruzzjoni sussegwenti fil-forniment tad-data u fl-aħħar nett dipendenza fuq infrastruttura spazjali mhux Ewropea u b'hekk l-industriji marbuta mas-settur jitpoġġew f'sitwazzjoni ekonomika prekarja;

6.  Jenfasizza li l-ispejjeż ta' GMES diġà kienu koperti sal-2013 (li jammontaw għal kost totali tas-satelliti ta' EUR 2.3 biljun, barra mill-kost relatat mas-servizzi li jammonta għal EUR 700 miljun) għal total ta' EUR 3 biljun u li l-istimi tal-ispejjeż operattivi tal-programm mill-2014 sal-2020 jipprevedu medja annwali ta' EUR 850 miljun; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi s-sħubija pubblika u privata u tattira aktar kapital mis-settur privat;

7.  Itenni li l-inklużjoni tal-finanzjament GMES fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020 għandu jevita li jaħli l-investiment sal-lum fis-Seba' Programm Qafas ta' Riċerka fil-qasam tas-servizzi u tal-informazzjoni;

8.  Jirrikonoxxi li l-benefiċċji soċjali għall-utenti tas-servizzi tal-GMES, li għalihom il-kontinwità u s-sostenibilità huma essenzjali jekk iridu jiksbu l-akbar vantaġġ mill-osservazzjoni tal-infrastrutturi offruti mill-programm;

9.  Itenni li l-programm GMES hu prijorità għall-politika spazjali Ewropea u għalhekk għandha tiddaħħal fil-baġit Ewropew biex b'hekk l-Ewropa tkun tista' żżomm l-impenji '2020' tagħha kollha, filwaqt li tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

26.10.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

57

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sergio Berlato, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Bairbre de Brún, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Matthias Groote, Romana Jordan Cizelj, Philippe Juvin, Riikka Manner, Jiří Maštálka, Michail Tremopoulos, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Peter Šťastný

 1. 


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (13.10.2011)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Lejn strateġija tal-Ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini

(2011/2148(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Artur Zasada

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkludi fil-proposta ta' riżoluzzjoni li se japprova, is-suġġerimenti li ġejjin:

1.  Jinnota li sal-lum is-seba’ Kunsilli tal-Ispazju għamlu referenza inċidentali waħda biss għat-trasport fl-Ewropa u ma ngħatatx kunsiderazzjoni dettaljata lis-sinifikat tal-politika spazjali għat-trasport fid-deliberazzjonijiet tal-Kunsilli tal-Ispazju kif rifless fl-eżiti tax-xogħlijiet tagħhom;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa ta’ fehim akbar tad-dipendenza fuq l-ispazju ta’ setturi essenzjali u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromwovu l-importanza tal-ispazju;

3.  Ifakkar li s-settur tat-trasport għandu rwol ċentrali biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE 20-20-20 dwar l-emissjonijiet tad-CO2 u tal-konsum tal-enerġija kif ukoll l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 u li ma jistax jinkiseb tkabbir sostenibbli mingħajr ma jkun hemm settur tat-trasport effiċjenti;

4.  Iqis li hemm bżonn ta’ strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea biex tiżgura li t-teknoloġija spazjali tikkontribwixxi b’mod sħiħ għal ġestjoni tat-traffiku iktar sikura u effiċjenti u l-kontroll tat-traffiku fil-modi kollha tat-trasport;

5.  Jenfasizza li l-Galileo u l-EGNOS huma strumentali fil-ħolqien ta’ Ajru Uniku Ewropew u għall-iżvilupp ulterjuri tal-ġestjoni sikura u kosteffikaċi tat-traffiku tal-ajru fl-Ewropa, u għaldaqstant jitlob biex jitwaqqaf kalendarju ambizzjuż u rigoruż, flimkien ma’ finanzjament stabbli għar-riċerka u l-innovazzjoni, li jiżguraw progress teknoloġiku u tkabbir tal-kapaċità industrijali u wkoll għall-faċilitazzjoni tal-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, bil-ħsieb li jiġu implimentati ż-żewġ programmi bħala prekundizzjoni għal tnedija f’waqtha tal-Ajru Uniku Ewropew, b’dan tal-aħħar ikun pass strateġiku indispensabbli lejn it-titjib tal-integrazzjoni Ewropea u t-tisħiħ tas-suq komuni Ewropew;

6.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-EGNOS tkopri l-UE kollha, speċjalment f'dawk in-naħat tal-UE fejn is-sistema mhux qed topera kif suppost, sabiex jissaħħaħ is-suq uniku tal-avjazzjoni, u jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm espansjoni f’dik is-sistema lejn in-Nofsinhar, il-Lvant u x-Xlokk tal-Ewropa;

7.  Iqis li l-promozzjoni tal-użu tal-EGNOS u tal-Galileo fl-avjazzjoni ċivili hija rekwiżit strateġiku għall-implimentazzjoni tas-SESAR, speċjalment fir-rigward tal-użu tagħha għall-proċeduri ta’ nżul u f’ajruporti żgħar;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għall-proġetti spazjali tal-UE, bħas-SESAR, li se tkun ta’ importanza vitali għat-tkabbir fil-futur u għall-impjiegi fil-ġejjieni f’diversi setturi;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu t-trasparenza fil-finanzjament u l-kooperazzjoni bejn l-istrateġiji tal-użu militari u ċivili tal-ispazju;

10. Jenfasizza li l-Galileo u l-EGNOS huma indispensabbli għall-ġestjoni tat-traffiku fit-toroq b’mod effiċjenti u sostenibbli għall-ambjent, sistemi tal-ġbir tal-ħlas tad-drittijiet għall-użu tat-toroq, eCall u sistemi ta’ traċċar f’ħin reali u takografi diġitali futuri;

11. Jenfasizza li l-istħarriġ tat-trasport ta’ prodotti perikolużi u li jniġġsu għandu jkun prijorità fis-sistemi ta’ osservazzjoni u navigazzjoni bbażati fuq is-satelliti;

12. Ifakkar fir-relevanza tal-programm GMES għall-iżvilupp sostenibbli tat-trasport u tas-sigurtà tat-trasport, speċjalment fil-kuntest tat-trasport marittimu u tas-sorveljanza marittima; jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tkompli fir-rwol attiv tagħha rigward il-finanzjament u fl-iżvilupp tal-GMES u għalhekk jiddeplora l-fatt li l-finanzjament tagħha mhux se jkun qed jinżamm fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżommu l-appoġġ finanzjarju tal-UE fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali u biex jidentifikaw, flimkien mal-Kunsill u l-Parlament, mezzi innovattivi ta' finanzjament tal-GMES, inkluż l-użu tal-bonds tal-proġetti;

13. Jappella biex jiġu ggarantiti l-finanzjament, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-vijabilità ta’ applikazzjonijiet u servizzi innovattivi tat-trasport ibbażati fuq it-teknoloġija spazjali, bil-għan li jittieħed l-akbar benefiċċju mill-investiment Ewropew fil-potenzjal teknoloġiku tal-ispazju u biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti u tal-pubbliku ġenerali;

14. Jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni industrijali ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-politika spazjali, u speċjalment mal-Istati Uniti, mal-Ġappun, mar-Russja, maċ-Ċina, mal-Indja, mal-Brażil, mal-Arġentina u maċ-Ċilì, u mal-pajjiżi tal-Afrika u tal-Lvant Nofsani;

15. Iqis li l-UE għandha tkun minn ta’ quddiem fis-settur spazjali, u tkompli taqdi rwol strateġiku sinifikanti fl-isfera internazzjonali, u għaldaqstant jappella għall-iżvilupp tal-kapaċità ta’ koordinament tagħha fil-qasam tal-esplorazzjoni spazjali, u għal appoġġ addizzjonali għar-riċerka u għall-iżvilupp tat-teknoloġija, bil-għan li l-Ewropa tkun aktar indipendenti teknoloġikament u tiżgura li l-membri tal-pubbliku u s-setturi tal-ekonomija barra mill-industrija spazjali jibbenefikaw ukoll mill-innovazzjoni f’dan il-qasam;

16. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-Ewropa teħtieġ iżżomm aċċess indipendenti għall-ispazju sabiex tkun tista’ tilħaq l-għanijiet tal-politika spazjali tagħha u sabiex tieħu benefiċċji dejjiema mill-applikazzjonijiet spazjali f’oqsma bħall-politika tat-trasport; għaldaqstant jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tressaq proposti konkreti għas-sottosettur strateġiku tal-vetturi lanċaturi, li qed jafaċċja sitwazzjoni kritika, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari għalih fil-politika industrijali spazjali proposta;

17. Jenfasizza l-importanza tal-involviment Ewropew biex tiġi żgurata s-sigurtà fl-ispazju permezz tas-Sistema Ewropea għall-Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju kif ukoll fl-esplorazzjoni spazjali permezz tal-Istazzjon Spazjali Internazzjonali, peress li t-tnejn li huma – huma u jipproteġu l-infrastruttura spazjali kritika tal-Ewropa mir-riskju ta’ kolliżjoni mal-inġenji spazjali jew mal-iskart spazjali u t-teknoloġija residwa li tirriżulta mill-esplorazzjoni spazjali – jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għas-setturi tat-trasport fid-Dinja, speċjalment l-avjazzjoni;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

11.10.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Ryszard Czarnecki, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Riquet

Sostitut(i) skont l-Artikolu 187(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Vicky Ford, Adam Gierek, Norbert Glante, Robert Goebbels, Fiona Hall, Jacky Hénin, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan Cizelj, Lena Kolarska-Bobińska, Béla Kovács, Philippe Lamberts, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Anni Podimata, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Ivailo Kalfin, Seán Kelly, Holger Krahmer, Werner Langen, Alajos Mészáros, Mario Pirillo, Vladimír Remek

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Anna Hedh

Avviż legali - Politika tal-privatezza