RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro

7.12.2011 - (COM(2011)0295 – C7‑0140/2011 – 2011/0131(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Hans-Peter Martin


Proċedura : 2011/0131(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0439/2011
Testi mressqa :
A7-0439/2011
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro

(COM(2011)0295 – C7‑0140/2011 – 2011/0131(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0295),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 133 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0140/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-23 ta' Awwissu 2011[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0439/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) In-nuqqas tad-dispożizzjonijiet mandatorji għall-ħruġ tal-muniti tal-euro jista' jirriżulta fi prattiki differenti fost l-Istati Membri u ma jwassalx għal qafas integrat biżżejjed għall-munita waħdanija. Fl-interess tat-trasparenza u ċ-ċertezza legali, hu għalhekk neċessarju li jiġu introdotti regoli obbligatorji għall-ħruġ tal-muniti tal-euro.

(2) In-nuqqas tad-dispożizzjonijiet ġenerali mandatorji għall-ħruġ tal-muniti tal-euro, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 128(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jagħti s-setgħa lill-Istati Membri biex joħorġu muniti tal-euro, jista' jirriżulta fi prattiki differenti fost l-Istati Membri u ma jwassalx għal qafas integrat biżżejjed għall-munita waħdanija. Fl-interess tat-trasparenza, iċ-ċertezza legali u l-komprensjoni reċiproka, hu għalhekk neċessarju li jiġu introdotti regoli obbligatorji għall-ħruġ tal-muniti tal-euro.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu joħorġu muniti tal-euro għall-kolletturi, li ma jkunux maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u li għandhom ikunu jistgħu jintgħarfu mingħajr diffikultà mill-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni. Il-muniti tal-euro għall-kolletturi għandu jkollhom status legali biss fl-Istat Membru li joħroġhom u ma għandhomx jinħarġu bil-ħsieb li jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni.

(5) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu joħorġu muniti tal-euro għall-kolletturi, li ma jkunux maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni. Hawnhekk huwa importanti li tingħata attenzjoni għall-fatt li l-muniti tal-euro għall-kolletturi jkunu jistgħu jintgħarfu mingħajr diffikultà mill-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a) Il-prezz tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni li huma ta’ kwalità speċjali jew li jkunu f’pakketti speċjali għandu jiġi ffissat apposta qabel ma jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar it-tkomplija tal-ħruġ tal-muniti ta’ euro ċenteżmu u 2 euro ċenteżmi. Valutazzjoni ta’ impatt ta’ dan it-tip għandha tqis l-ispiża reali ta’ dawk il-muniti ta’ ċenteżmi. Il-Kummissjoni għandha twettaq ukoll valutazzjoni tal-impatt dwar il-ħruġ possibbli ta’ karti tal-euro u taż-2 euro.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistipula regoli dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni, inkluż il-muniti kommemorattivi għaċ-ċirkolazzjoni, dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro għall-kolletturi, u dwar il-konsultazzjoni qabel il-qerda tal-muniti tal-euro li huma tajbin għaċ-ċirkolazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 128(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxi d-dritt tal-Istati Membri li joħorġu munitati tal-euro, dan ir-Regolament jistipula regoli ġenerali dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni, dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro għall-kolletturi, u dwar il-konsultazzjoni qabel il-qerda tal-muniti tal-euro li huma tajbin għaċ-ċirkolazzjoni.

Ġustifikazzjoni

These insertions are needed to:(a) confirm with sufficient legal certainty that the proposed regulation does not affect Member States’ competence to issue euro coins under Article 128(2) of the TFEU; and (b) acknowledge the gap in relation to general binding provisions for issuance of euro coins. In addition, they add value by defining better the subject matter of the proposed regulation in relation to the relevant requirements under points 13.1 and 13.3 of the Joint Practical Guide of the European Parliament, the Council and the Commission10. Since the amended definition of ‘euro circulation coins’ explicitly comprises the commemorative euro coins intended for circulation11, there is no need to repeat this in the context of Article 1.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. "Muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni" tfisser muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, li d-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta' Mejju 1998.

1. "Muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni" tfisser muniti tal-euro regolari u kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, li d-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta' Mejju 1998.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni kurrenti tal-muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni għandha tiġi kkjarifikata u għandha tiżdied definizzjoni separata għal muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni regolari sabiex tiġi evitata kull ambigwità b’relazzjoni ma’ din it-terminoloġija.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. “muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni regolari” tfisser muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni esklużi l-muniti tal-euro kommemorattivi għaċ-ċirkolazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni kurrenti tal-muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni għandha tiġi kkjarifikata u għandha tiżdied definizzjoni separata għal muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni regolari sabiex tiġi evitata kull ambigwità b’relazzjoni ma’ din it-terminoloġija.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. "Muniti tal-euro għall-kolletturi" tfisser muniti tal-euro maħsuba għall-kollezzjoni li mhumiex maħsuba li jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni.

imħassar

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tip ta' muniti tal-euro

Tip ta' muniti tal-euro

L-Istati Membri jistgħu joħorġu żewġ tipi ta' muniti tal-euro: muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni, li jinkludu muniti tal-euro kommemorattivi għaċ-ċirkolazzjoni, u muniti tal-euro għall-kolletturi.

L-Istati Membri jistgħu joħorġu żewġ tipi ta' muniti tal-euro: muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni u muniti tal-euro għall-kolletturi.

Ġustifikazzjoni

Peress li d-definizzjoni emendata ta’ “muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni” espliċitament tinkludi l-muniti tal-euro kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, m’hemmx ħtieġa li dan jiġi ripetut fil-kuntest tal-Artikolu 3.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar it-tkomplija tal-ħruġ tal-muniti ta’ euro ċenteżmu u 2 euro ċenteżmi. Din il-valutazzjoni tal-impatt għandha tinkludi analiżi tal-ispiża b’rabta mal-benefiċċju, li tqis l-ispiża reali ta’ produzzjoni tal-muniti ta’ ċenteżmu u 2 ċenteżmi meta mqabbla mal-valur u l-benefiċċji tagħhom.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha twettaq ukoll valutazzjoni tal-impatt dwar il-ħruġ possibbli ta’ karti tal-euro u taż-2 euro.

 

Wara l-valutazzjoni tal-impatt imsemmi fit-tielet paragrafu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport li jelenka l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-ħruġ ta’ karti ta’ euro u ta’ żewġ euro.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħruġ tal-muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni

Ħruġ u bejgħ tal-muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni

1. Iċ-ċirkolazzjoni tal-muniti tal-euro għandhom jinħarġu fil-valur nominali tagħhom.

1. Muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni għandhom jinħarġu u jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru fil-valur nominali tagħhom.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, jista' jinħareġ proporzjon żgħir, li ma jaqbiżx il-5% tal-valur totali u tal-volum tal-muniti tal-euro maħruġa, b'valur nominali ogħla jekk ikun ġustifikat li jkunu ta' kwalità speċjali jew li jkunu preżentati f'pakkett speċjali.

2. Jista' jinbigħ proporzjon żgħir, li ma jaqbiżx il-5% tal-valur totali pendenti u tal-volum tal-muniti tal-euro maħruġa, b'valur nominali ogħla jekk ikun ġustifikat li jkunu ta' kwalità speċjali jew li jkunu preżentati f'pakkett speċjali.

Ġustifikazzjoni

Il-BĊE huwa tal-parir li l-Artikolu 4 tar-regolament propost jiġi allinjat mal-paragrafu 1 tar-Rakkomandazzjoni 2009/23/KE u, għaldaqstant, din id-dispożizzjoni ssir konformi mal-prattiki rilevanti tal-Istati Membri, ibbażati fuq il-paragrafu 1 tar-Rakkomandazzjoni 2009/23/KE.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru parteċipanti jista' joħroġ biss munita tal-euro kommemorattiva għaċ-ċirkolazzjoni kull sena, minbarra fil-każijiet li fihom:

1. Kull Stat Membru parteċipanti jista' joħroġ biss munita tal-euro kommemorattiva għaċ-ċirkolazzjoni kull sitt xhur, minbarra fil-każijiet li fihom:

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-muniti tal-euro għall-kolletturi għandu jkollhom status legali biss fl-Istat Membru li joħroġhom.

imħassar

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-muniti tal-euro għall-kolletturi jistgħu jinħarġu fil-valur nominali tagħhom jew f'valur ogħla.

3. Il-muniti tal-euro għall-kolletturi jistgħu jinbigħu fil-valur nominali tagħhom jew f'valur ogħla.

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta għat-tfassil tirrefletti l-ftehim tal-Istati Membri li ntlaħaq fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ecofin fil-5 ta’ Novembru 2002, u tippermetti l-bejgħ tal-muniti tal-euro għall-kolletturi b’valur nominali ogħla.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jevitaw l-użu tal-muniti tal-euro għall-kolletturi bħala mezz ta' ħlas, pereżempju billi joħorġuhom f'pakkett speċjali, b'ċertifikat ta' awtentikazzjoni, jew joħorġu avviż minn qabel mill-awtorità tal-ħruġ jew il-muniti jinħarġu b'valur li jkun ogħla mill-valur nominali.

imħassar

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru għandu jindika x’tip ta’ munita (munita tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni, munita tal-euro għall-kolletturi jew munita tal-euro kommemorattiva) għandha tiġi meqruda, peress li dan għandu effett dirett fuq il-limitu massimu stabbilit fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5(2).

  • [1]  ĠU C 273, 16.9.2011, p. 2.

NOTA SPJEGATTIVA

Ottimizzazzjoni tal-valuta tal-euro

1. Għalkemm dan ir-rapport jittratta dwar il-muniti tal-euro, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jikkunsidraw il-ħruġ ta’ karti ta’ euro jew żewġ euro għall-ġejjieni tal-valuta tal-euro.

2. Għalkemm il-ħruġ ta’ karti ta’ euro u żewġ euro jwassal għal tnaqqis fl-ammont ta’ muniti ta’ euro u żewġ euro fiċ-ċirkolazzjoni, l-użu ta’ karti ta’ euro u żewġ euro fl-istess ħin iġib miegħu vantaġġi għall-Istati Membri.

3. Il-ħruġ ta’ karti ta’ euro u żewġ euro jgħin biex il-valuta tiġi mmaniġġjata aħjar u tiġi aċċettata aktar u jkollha effett pożittiv fuq it-turiżmu Ewropew, mingħajr ma jonqos il-valur tal-muniti tal-euro l-oħra fiċ-ċirkolazzjoni.

4. Il-ħruġ ta’ karti ta’ euro u żewġ euro jżid il-valur tal-muniti tal-euro għall-kolletturi.

5. It-tnaqqis fl-ammont ta’ muniti kommemorattivi li jinsabu fiċ-ċirkolazzjoni jwassal għal simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u, barra minn hekk, il-valur ta’ kull munita kommemorattiva jiżdied minħabba l-iskarsezza akbar tagħha.

PROĊEDURA

Titolu

Il-ħruġ tal-muniti tal-euro

Referenzi

COM(2011)0295 – C7-0140/2011 – 2011/0131(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.5.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

7.6.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Hans-Peter Martin

7.6.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.9.2011

24.10.2011

22.11.2011

 

Data tal-adozzjoni

29.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Udo Bullmann, Pascal Canfin, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Wolf Klinz, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Anni Podimata, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Băsescu, Pervenche Berès, Thijs Berman, Sari Essayah, Vicky Ford, Carl Haglund, Iliana Ivanova, Anne E. Jensen, Olle Ludvigsson

Data tat-tressiq

7.12.2011