RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)
8.12.2011 - (COM(2011)0516 – C7‑0226/2011 – 2011/0223(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Louis Michel
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)
(COM(2011)0516 – C7‑0226/2011 – 2011/0223(COD))
(proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0516),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7 0226/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0441/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Fir-rigward ta' Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003. |
(10) Fir-rigward ta' Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-premessi 10 u 11 għandhom isegwu l-istess loġika tal-premessa 38 tal-Kodiċi dwar il-Viżi u jirreferu rispettivament għall-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u għall-Artikolu 4(1)tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 peress li d-dispożizzjonijiet dwar il-viżi ta' transitu tal-ajruport huma vinkolanti u japplikaw għal Ċipru, ir-Rumanija u l-Bulgarija mid-data tal-adeżjoni. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, |
(11) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, |
Ġustifikazzjoni | |
Il-premessi 10 u 11 għandhom isegwu l-istess loġika tal-premessa 38 tal-Kodiċi dwar il-Viżi u jirreferu rispettivament għall-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u għall-Artikolu 4(1)tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 peress li d-dispożizzjonijiet dwar il-viżi ta' transitu tal-ajruport huma vinkolanti u japplikaw għal Ċipru, ir-Rumanija u l-Bulgarija mid-data tal-adeżjoni. |
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
L-għan tal-proposta huwa li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), sabiex jiġu ċċarati r-regoli dwar it-tranżitu miż-żona internazzjonali tal-ajruporti, ħalli jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u t-trasparenza.
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 ilu japplika mill-5 ta' April 2010. F’konformità mal-Kodiċi dwar il-Viżi, ġew imfassla istruzzjonijiet dwar l-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Manwal għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ta' viżi u l-modifika tal-viżi maħruġa, li ġiet adottata fid-19.3.2010.
Matul it-tfassil tal-Manwal, ġie kkonstatat li l-formulazzjoni tal-Artikolu 3(5)(b) u (c) li jikkonċernaw l-eżenzjoni mir-rekwiżit ta' viża ta' tranżitu tal-ajruport (VTA) ma kinitx ċara: Peress li l-Manwal ma jistax joħloq obbligi vinkolanti fuq l-Istati Membri, huwa neċessarju li jiġi emendat il-Kodiċi dwar il-Viżi biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli. Tali kjarifika hi ta’ importanza prattika għall-vjaġġaturi individwali u għall-kumpaniji tal-linji tal-ajru.
L-aspetti koperti mill-proposta ġew diskussi fil-Kumitat dwar il-Viżi u fil-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Viżi u l-Istati Membri laqgħu l-fatt li l-Kummissjoni ħadet l-inizjattiva għal emenda limitata tal-Kodiċi dwar il-Viżi.
Skont ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li huma suġġetti għar-rekwiżit ta’ viża ta' tranżitu tal-ajruport li jkollhom viża valida maħruġa minn Stat Membru, mill-Kanada, mill-Ġappun jew mill-Istati Uniti tal-Amerika jew li jkollhom permess ta' residenza validu maħruġ minn Stat Membru, mill-Andorra, mill-Kanada, mill-Ġappun, minn San Marino jew mill-Istati Uniti tal-Amerika, huma eżentati mir-rekwiżit ta' viża ta' transitu tal-ajruport.
Il-proposta hi limitata għal emenda teknika li tikkonsisti f'li jiġi kjarifikat li:
· iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jkollhom viża valida jew permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru li s'issa ma japplikax id-dispożizzjonijiet kollha tal-acquis ta' Schengen għandhom jiġu koperti mill-eżenzjoni mir-rekwiżit ta' VTA;
· l-eżenzjoni mir-rekwiżit ta' VTA tkopri l-persuni li jkollhom viża valida meta jivvjaġġaw lejn il-pajjiż terz li jkun ħareġ il-viża, lejn kwalunkwe pajjiz terz ieħor, u meta dawn jirritornaw mill-pajjiż terz li jkun ħareġ il-viża, wara li jkunu użaw din il-viża.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur ifakkar li din hija korrezzjoni teknika tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-viża ta' transitu tal-ajruport (VTA). Din il-korrezzjoni mhux se tbiddel il-prattika tal-Istati Membri. L-emenda tar-Regolament tipprevedi li ċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jkollhom viża valida jew permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru li ma japplikax (jew li s'issa għadu ma japplikax) id-dispożizzjonijiet kollha ta' Schengen (ir-Renju Unit, l-Irlanda, Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija) ikunu eżenti mir-rekwiżit li jkollhom viża ta' transitu tal-ajruport.
Ir-rapporteur iqis li l-emenda hija loġika. huwa fil-fatt inutli li tiġi kkontrollata għal darb'oħra persuna li diġà għandha viża jew permess ta' residenza peress li din il-persuna diġà ġiet ikkontrollata qabel u, f'dan ir-rigward, diġà kien stabbilit li, fir-rigward tagħha, ma hemmx riskju ta' immigrazzjoni illegali. Barra minn hekk, il-proposta għandha wkoll tnaqqas il-piż amministrattiv tal-Istati Membri.
Ir-rapporteur jipproponi żewġ emendi tekniċi intiżi sabiex jikkorreġu l-premessi 10 u 11 tal-proposta.
Ir-rapporteur jappoġġa l-proposta u jipproponi li l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jadotta din ir-riżoluzzjoni.
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi |
||||
Referenzi |
COM(2011)0516 – C7-0226/2011 – 2011/0223(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
19.8.2011 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 13.9.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Louis Michel 11.10.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
7.11.2011 |
29.11.2011 |
5.12.2011 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
5.12.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
39 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Philipp Albrecht, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Juan Fernando López Aguilar, Véronique Mathieu, Louis Michel, Jan Mulder, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Csaba Sógor, Rui Tavares, Axel Voss, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Ioan Enciu, Nadja Hirsch, Iliana Malinova Iotova, Ádám Kósa, Raül Romeva i Rueda, Marie-Christine Vergiat |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Veronica Lope Fontagné, Barbara Matera, Licia Ronzulli, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská |
||||
Data tat-tressiq |
8.12.2011 |
||||