RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
21.12.2011 - (COM(2011)0330 – C7‑0154/2011 – 2011/0144(COD)) - ***I
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Raül Romeva i Rueda
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
(COM(2011)0330 – C7‑0154/2011 – 2011/0144(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0330),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0154/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2011[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0449/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(1) Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) adottat Rakkomandazzjoni 10-04 li temenda l-pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn. Sabiex jinbena l-istokk mill-ġdid, ir-rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ulterjuri fil-qabdiet totali permissibbli, tisħiħ tal-miżuri li jnaqqsu l-kapaċità tas-sajd kif ukoll rinfurzar tal-miżuri ta' kontroll, b'mod partikolari, fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' trasferiment u tqegħid fil-gaġeġ. |
(1) Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) adottat Rakkomandazzjoni 10-04 li temenda l-pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn. Sabiex jinbena l-istokk mill-ġdid, ir-rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ulterjuri fil-qabdiet totali permissibbli, miżuri ta’ tisħiħ biex titnaqqas il-kapaċità tas-sajd kif ukoll rinfurzar tal-miżuri ta' kontroll, b'mod partikolari, fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' trasferiment u tqegħid fil-gaġeġ, u tipprevedi pariri addizzjonali dwar l-identifikazzjoni taż-żoni fejn ibid il-ħut u dwar il-ħolqien ta' riservi li għandhom jiġu żviluppati sal-2012. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ir-rakkomandazzjoni tal-ICCAT tenfasizza l-bżonn urġenti għall-identifikazzjoni korretta taż-żoni fejn ibid l-ħut. Il-protezzjoni taż-żoni fejn ibid il-ħut ser tkun fil-qalba tas-suċċess finali tal-pjan ta' rkupru u din għandha tiġi kkunsidrata mill-PKK kollha. | |||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 Regolament (KE) Nru 302/2009 Artikolu 24 – paragrafu 8 – subparagrafu 2 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ir-referenzi speċifiċi għan-numru u piż intużaw fit-test kollu tal-istess paragrafu u m'għandhomx jinbidlu. Din il-formulazzjoni ntużat ukoll fir-rakkomandazzjoni tal-ICCAT. Il-kelma “kwantitajiet” hija inqas preċiża. |
- [1] Għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.
NOTA SPJEGATTIVA
F’Novembru 2010, f’Pariġi, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (ICCAT) emendat il-pjan ta’ rkupru multiannwali tagħha għall-istokk tal-Lvant tat-tonn. Peress li l-UE hija parti firmatarja għall-ICCAT, hija obbligata tittrasponi dawk l-emendi fid-dritt tal-UE. Il-proposta tal-Kummissjoni għal dan il-fini hija s-suġġett tar-rapport preżenti.
Il-kuntest
L-istorja tal-ġestjoni tas-sajd tat-tonn hija twila, ikkumplikata u, għall-inqas s’issa, ma wasslitx għal suċċessi. Għalkemm l-istokk ilu jsir sajd tiegħu għal millenji, il-problemi bdew b’mod qawwi fid-disgħinijiet meta ddaħħlet il-prattika li t-tonn jingħalaq f’gaġeġ biex jissemmen għas-suq Ġappuniż. Id-domanda tas-suq Ġappuniż ġiet issodisfata permezz ta’ espansjoni mingħajr kontroll – u ssussidjata b’mod qawwi fil-każ tal-UE – fid-daqs tal-flotta tal-bastimenti bil-purse sein maħsuba għall-istokk Mediterranju.
Il-kumplessità tas-sajd u l-ħtieġa ta’ viġilanza kontinwa min-naħa tal-ICCAT hija murija mill-volum tar-regolamentazzjoni. Matul l-aħħar 20 sena, ġew adottati 64 miżura ta’ ġestjoni, li 13 minnhom għadhom fis-seħħ. Tnejn minnhom huma ta’ importanza partikolari. Il-pjan ta’ rkupru ġie adottat għall-ewwel darba fl-2006, meta kien twil 14-il paġna, inklużi l-annessi. Ġie emendat fl-2008, fl-2009 u għal darba oħra fl-2010, u sa dak iż-żmien kien żdied għal 30 paġna. Hemm ukoll skema ta’ dokumentazzjoni tal-qabda, adottata fl-2007 u emendata fl-2008 u fl-2009. Dan id-dokument huwa pjuttost iqsar, ta’ 18-il paġna. Il-leġiżlazzjoni tal-UE ma hija inqas voluminuża xejn.
Konsegwentament, is-sajd għat-tonn tal-Lvant huwa l-aktar sajd irregolat b’mod strett fl-UE u probabbilment fost l-aktar irregolat fid-dinja.
Madankollu, il-fatt li l-ICCAT tqis li huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri ta’ ġestjoni dettaljati u stretti bħal dawn u li ssaħħaħhom kważi fuq bażi annwali jissuġġerixxi li l-ICCAT qed ikollha diffikultà żżomm il-pass mas-sitwazzjoni li qed tevolvi fis-settur tas-sajd kemm f’termini ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-attivitajiet tas-sajd kif ukoll tal-limitazzjoni tal-impatt tiegħu fuq l-istokk. Il-parti l-kbira tad-dispożizzjonijiet f’dawn ir-regolamenti huma reazzjonijiet għall-kumplessità tal-operazzjonijiet tal-għeluq f’gaġeġ u tat-tismin tat-tonn, li joħolqu diversi lakuni fil-leġiżlazzjoni. Il-kobor tas-sajd illegali, il-qbiż tal-kwoti nazzjonali, ir-rappurtar żbaljat u problemi oħra (mill-UE kif ukoll minn pajjiżi oħra) kien tant prevalenti fl-2008 li panel indipendenti li kien qed jeżamina mill-ġdid il-prestazzjoni tal-ICCAT irrefera għall-ġestjoni tas-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran bħala “għarukaża internazzjonali”.
L-UE u l-Istati Membri tagħha jonfqu ammonti kbar ta’ flus f’tentattiv li jiżguraw il-konformità ma’ dawn ir-regoli. Għall-2010 pereżempju, intbagħtu 27 bastimenti ta’ spezzjoni u 11-il ajruplan u ħelikopter mill-Aġenzija għall-Kontroll tas-Sajd u mill-Istati Membri.
Filwaqt li investiment kbir bħal dan fil-kontroll bla dubju wassal għal konformità ħafna akbar, għall-inqas f’dak li jirrigwarda s-sajd tal-UE, għad fadal ħafna preokkupazzjonijiet dwar is-sajd eċċessiv storiku (mill-UE u minn oħrajn), il-kobor tal-qabdiet IUU attwali u l-livell ta’ konformità mill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn.
Is-sitwazzjoni attwali
L-istatus tal-istokk tat-tonn tal-Atlantiku tal-Lvant u tal-Mediterran ilu kontroversjali għal ħafna snin. L-iktar valutazzjoni dettaljata riċenti saret mill-kumitat xjentifiku tal-ICCAT (SCRS) fl-2010 (l-istatistika ġiet aġġornata fl-2011).
Il-valutazzjoni tagħmel il-punti li ġejjin:
· kien hemm “tnaqqis sostanzjali fil-qabda” matul l-2008 u l-2009 (id-data tal-2010 mhijiex sħiħa peress li xi pajjiżi ma rrappurtawx il-qabdiet);
· hemm indikazzjonijiet ta’ numri li kulma jmur qed jiżdiedu ta’ ħut mhux matur f’partijiet mill-istess medda;
· ix-xejriet riċenti tal-bijomassa juru żidiet f’xi xenarji iżda tnaqqis f’oħrajn;
· il-mortalità tal-ħut tidher li kompliet tiżdied għal ħut inqas matur filwaqt li dik ta’ ħut aktar matur naqset f’dawn l-aħħar snin;
· ir-ristabbiliment tal-istokk jista’ jintlaħaq sal-2019 b’qabda żero u sal-2022 bil-qabda attwali.
Madankollu, dawn il-punti ġeneralment pożittivi ġew ikkwalifikati b’mod qawwi:
· huma meħtieġa indikaturi li ma jkunux fornuti mis-settur tas-sajd biex tiġi provduta valutazzjoni aktar affidabbli;
· minkejja titjib fid-data għad fadal “limitazzjonijiet konsiderevoli fid-data għall-valutazzjoni tal-2010”;
· il-mortalità tal-ħut irreġistrata reċentament hija għolja wisq, u l-bijomassa baxxa wisq, biex wieħed ikun konsistenti mal-objettivi tal-ICCAT;
· l-analiżijiet “magħrufa li huma influwenzati minn diversi sorsi ta’ inċertezzi li għadhom ma ġewx ikkwantifikati”, inkluż l-istatus tal-istokk fl-2009, il-livell ta’ qabdiet IUU u l-produttività tat-tonn;
· għad fadal tħassib dwar “il-kapaċità żejda sostanzjali” li għadha teżisti u li tista’ faċilment taqbad ħafna iktar ħut mill-kwoti.
Fil-qosor, is-sitwazzjoni hija ħafna aħjar minn dik li kienet ftit snin ilu iżda dan jista’ jinbidel drammatikament hekk kif valutazzjonijiet futuri jippruvaw jittrattaw dawn il-problemi attwali.
Għandu jiġi nnutat ukoll li tqajjem tħassib dwar il-validità ta’ ċerta data dwar is-sajd. Analiżi riċenti[1] użat dokumenti kummerċjali biex tistma li ġew ikkumerċjalizzati ’l fuq minn 32 000 tunnellata tonn fl-2010, meta mqabbla ma’ TAC ta’ 13 500 tunnellata fl-2010. Għalkemm it-tonn innegozjat mhux neċessarjament jinkludi biss it-tonn maqbud f’dik l-istess sena, diskrepanza daqstant kbira jistħoqqilha investigazzjoni bir-reqqa peress li l-qabdiet ’il fuq mill-kwota jaffettwaw il-probabilità u ż-żmien tal-irkupru. Preokkupazzjonijiet oħra jirrelataw mal-istimi użati mill-SCRS dwar l-ammont ta’ kapaċità li għandha titneħħa[2].
Il-pjan ta’ rkupru tal-ICCAT se “jkompli sal-2020, bl-għan li jintlaħaq BMSY, għallinqas bi probabilità ta’ 60%.” Madankollu, id-Direttiva ta’ Qafas tal-UE dwar l-Istrateġija Marittima (MSFD) tobbliga lill-UE li tilħaq “status ambjentali tajjeb” – li huwa meqjus li hu BMSY – sal-2020, sentejn qabel. Il-pjan ta’ rkupru tal-ICCAT huwa għalhekk inqas ambizzjuż mill-leġiżlazzjoni tal-UE, u t-tnejn li huma huma ħafna inqas ambizzjużi mid-Dikjarazzjoni ta’ Johannesburg ta’ kważi għaxar snin ilu, li ppruvat tilħaq BMSY sal-2015.
Il-proposta tal-Kummissjoni
Il-pjan ta’ rkupru tat-tonn tal-ICCAT ta’ spiss ġie emendat u msaħħaħ. L-emendi fir-rapport preżenti huma minn Novembru 2010 u jikkonċernaw il-punti li ġejjin:
· tnaqqis tat-TAC minn 13 500 għal 12 900 tunnellata (għalkemm it-TAC mhijiex inkluża f’dan ir-regolament);
· Dispożizzjonijiet aktar restrittivi fir-rigward ta’ diversi aspetti tal-kontroll, speċjalment fir-rigward tat-trasferiment tat-tonn mix-xbieki għall-gaġeġ;
· aktar dettalji rikjesti fil-pjanijiet annwali tas-sajd, il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-kapaċità u l-pjanijiet ta’ spezzjoni tal-Istati Membri;
· tisħiħ tal-miżuri għat-tnaqqis tal-kapaċità;
· l-estensjoni tal-istaġun magħluq għas-sajd bil-purse seins fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran;
· il-projbizzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ sajd konġunti ma’ bastimenti li ma jtajrux bandiera tal-UE;
· diversi dispożizzjonijiet biex jiżdiedu l-kapaċitajiet ta’ spezzjoni u ta’ osservazzjoni;
· tibdiliet korrispondenti fl-Annessi.
L-UE m’għandha l-ebda għażla ħlief li tadotta dawn l-emendi peress li kien hemm qbil dwarhom minn organizzazzjoni internazzjonali u l-UE ma ressqet l-ebda oġġezzjoni. Għalhekk, ir-rapporteur japprovahom għalkollox, hekk kif inhuma.
Il-miżuri ta’ ġestjoni tal-ICCAT huma suffiċjenti?
Is-sajd tat-tonn huwa sajd mhux ordinarju f’ċertu modi. Ħafna tipi ta’ sajd jużaw numru kbir ta’ tagħmir, joperaw fuq medda ġeografika wiesgħa u taħt bosta bnadar differenti (inklużi pajjiżi li qed jiżviluppaw u pajjiżi żviluppati kif ukoll bnadar ta’ nonkonformità). Madankollu, dak li s-sajd tat-tonn jagħmlu mhux tas-soltu huwa l-prezz straordinarju li l-ħut jikseb fis-suq u l-livell ta’ konċentrazzjoni tas-suq f’pajjiż wieħed, il-Ġappun. Dan wassal għar-rwol dominanti fis-sajd li għandhom l-operazzjonijiet ikkombinati tal-użu tal-purse seins u tat-tismin tat-tonn, ħaġa li tispjega ħafna mill-problemi tal-passat.
Filwaqt li r-redditi finanzjarji mis-sajd huma tant għoljin li jinkoraġġixxu b’mod attiv is-sajd IUU u attivitajiet illegali oħrajn, il-perċentwal għoli ta’ ħut li jmur għal pajjiż wieħed għandu, fit-teorija, iwassal sabiex is-suq ikun inqas problematiku biex jiġi kkontrollat. Dan huwa responsabbli għall-miżuri estensivi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fil-pjan ta’ rkupru, kif ukoll l-iskema dettaljata ta’ dokumentazzjoni tal-qabda għas-sorveljanza tal-kummerċ internazzjonali.
Meta wieħed jattendi l-laqgħat tal-ICCAT u jeżamina l-miżuri ta’ ġestjoni li jiġu adottati, madankollu, jieħu l-impressjoni li l-ICCAT dejjem tkun mill-inqas pass lura f’termini tal-adattament għall-attivitajiet tas-sajd attwali. L-industrija għandha ħafna iktar flus biex tiżviluppa tagħmir u prattiki tas-sajd ġodda, iżda mhux neċessarjament b’impatt iżgħar, tiżviluppa modi kif tevita l-miżuri ta’ kontroll u ssib modi ġodda kif tittrasporta t-tonn lil hinn mill-ambitu tal-proċeduri kumplessi ħafna ta’ MCS fis-seħħ. Il-membri tal-ICCAT, f’ħafna każijiet, sempliċement m’għandhomx il-mezzi (ekonomiċi, amministrattivi, teknoloġiċi) biex jikkontrollaw is-sajd. F’ħafna każijiet, m’għandhomx lanqas ir-rieda politika. Ir-riżultat huwa l-emendi annwali kemm għall-pjan ta’ rkupru kif ukoll għall-iskema ta’ dokumentazzjoni tal-qabda.
Barra minn hekk, kif ġie nnutat aktar ’il fuq, il-pjan ta’ rkupru tal-ICCAT huwa inqas ambizzjuż mil-leġiżlazzjoni domestika tal-UE.
Il-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq wasslu lir-rapporteur jissuġġerixxi li wasal iż-żmien li l-ICCAT fl-aħħar tbiddel l-approċċ tagħha u tipprova taqbeż 'il quddiem, minflok dejjem titkaxkar biex tlaħħaq. Il-Kummissjoni Ewropea ta’ spiss ippruvat timbotta lill-ICCAT biex timxi 'l quddiem u aktar rapidament, iżda bi ftit suċċess. Issa wasal iż-żmien li l-UE tieħu azzjoni soda u ta’ prekawzjoni kif meħtieġ mill-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut, minflok tibqa' tinżamm lura kontinwament mill-ICCAT.
Jistgħu jittieħdu żewġ miżuri mill-UE immedjatament.
Ir-reviżjoni tal-2008 tal-pjan ta’ rkupru tat-tonn mitlub mill-SCRS biex jiġu identifikati ż-żoni fejn ibid it-tonn fil-Mediterran, bil-ħsieb li jinħolqu żoni ta' kenn. Fl-2010 l-SCRS identifika s-sitt żoni li ġejjin:
Partijiet minn dawn is-sitt żoni jinsabu fil-ġurisdizzjoni tal-UE u partijiet oħra jinsabu f’ibħra internazzjonali. M’hemm xejn xi jwaqqaf lill-UE milli tiddikjara dawn iż-żoni bħala żoni magħluqa, jew żoni ta’ kenn, għat-tonn, u li tagħlaqhom għas-sajd matul l-istaġun meta t-tonn ibid. Pass bħal dan ikun koerenti wkoll mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE (MSFD, Natura 2000, eċċ.). B’mossa waħda kuraġġuża, l-UE tista’ tagħti kontribut kbir għall-konservazzjoni tat-tonn u żżid b’mod drammatiku l-probabilità tal-irkupru tal-istokk. Dikjarazzjoni unilaterali mill-UE ta’ għeluq tas-sajd waqt l-istaġun meta jbid il-ħut tkun tapplika għal bastimenti li jtarju bnadar tal-UE fis-sitt żoni kollha u bastimenti li jtajru bnadar ta’ pajjiżi terzi f’ibħra biss li jinsabu taħt ġurisdizzjoni tal-UE (fiż-żoni 1, 2 u 3). Il-fatt li l-UE għandha 56% tat-TAC għat-tonn ifisser li t-tentazzjoni li wieħed jabbanduna r-reġistru tal-UE biex jistad f’dawk l-ibħra tkun minima.
Il-pjan ta’ rkupru jimponi daqs minimu ta’ 30kg għat-tonn. Madankollu, hemm tliet derogi minn dan id-daqs. Tonn ta’ daqs minimu ta’ 8kg jista’ jiġi żbarkat minn dgħajjes tas-sajd bil-lixka u bastimenti għas-sajd bit-trejjix fl-Atlantiku, minn bastimenti tas-sajd artiġjanali jew kostali fil-Mediterran u għal skopijiet ta’ trobbija fil-Baħar Adrijatiku. Dan it-tip ta’ sajd tal-aħħar jitwettaq minn bastimenti industrijali bil-purse sein u huwa diffiċli li jiġu ġġustifikat. L-UE tista’ tneħħi dik id-deroga għall-bastimenti tagħha stess.
Tressqu emendi biex jiġu implimentati dawn il-miżuri. Dawn iż-żewġ miżuri ta’ ġestjoni jtejbu b’mod sinifikanti l-prospettivi għall-irkupru tat-tonn fil-Mediterran. Flimkien iwasslu għal probabilità akbar ta’ suċċess tal-pjan ta’ rkupru u possibilment l-ilħuq tal-objettiv tiegħu f’data qabel l-2022, ħaġa li mbagħad tkun konsistenti mal-leġiżlazzjoni domestika tal-UE. Għal din ir-raġuni tressqet it-tielet emenda għall-objettivi tal-pjan.
Ir-rapporteur jiddispjaċih li l-emendi tiegħu ma ġewx ikkunsidrati mill-kumitat.
- [1] “Mind the Gap, an Analysis of the Mediterranean Bluefin Trade”, disponibbli hawn: http://www.pewenvironment.org/news-room/other-resources/mind-the-gap-an-analysis-of-the-mediterranean-bluefin-trade-85899364820
- [2] SCRS/2011/158
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL (06.10.2011)
għall-Kumitat għas-Sajd
dwar il-proposta għar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
(COM(2011)0330 – C7‑0154/2011 – 2011/0144(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Daciana Octavia Sârbu
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Tul is-snin il-ħażniet ta' tonn naqqsu drastikament u jeħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti biex jiġu protetti. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), li tagħha l-UE hija parti kontraenti (PKK), qablet fuq rakkomandazzjoni fil-laqgħa annwali fl-2010. Ir-rakkomandazzjoni 10-04 tfittex li żżid il-miżuri biex jiġi protett it-tonn billi jiġi emendat il-pjan ta' rkupru multiannwali approvat minn qabel. Il-bidliet jinkludu tnaqqis tal-qabda totali permissibli u t-tisħiħ tal-miżuri ta' kontroll użati biex jimplimentaw il-pjan ta' rkupru, speċifikament dawk il-miżuri ta' kontroll relatati mal-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ u tat-trasport. L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li jittrasferixxi din ir-rakkomandazzjoni l-ġdida tal-ICCAT fid-dritt tal-UE.
Minħabba li r-rakkomandazzjoni tal-ICCAT diġà ġiet adottata f'livell internazzjonali, il-possibbiltajiet għall-emenda tat-test tat-traspożizzjoni huma limitati. Madankollu, hemm xi modifiki li jistgħu jsiru sabiex tittejjeb il-proposta.
1. Konsistenza ma' obbligi ġuridiċi oħra
Barra r-rakkomandazzjoni tal-ICCAT, l-UE marbuta wkoll minn obbligi ġuridiċi oħra fir-rigward ta' ħażniet tal-ħut u l-ambjent tal-baħar. L-aktar sinifikanti fost dawn hija x'aktarx id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima li tobbliga Stati Membri biex jiksbu 'status ambjentali tajjeb' mhux aktar tard mill-2020. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477, li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi li għandhom x'jaqsmu ma' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, issostni li l-popolazzjonijiet kollha tal-ħut sfruttati kummerċjalment għandhom ikunu "f'limiti bijoloġikament siguri".
Minħabba li, skont l-Artikolu 7 TFUE, l-UE għandha tiżgura konsistenza bejn il-leġiżlazzjoni u l-politiki tagħha, huwa neċessarju li tirrifletti l-obbligi li jinsabu fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima fil-pjan ta' rkupru multiannwali għat-tonn.
2. Operazzjonijiet ta' tqegħid fil-gaġeġ
'Operazzjonijiet tad-tqegħid fil-gaġeġ' tirreferi għat-trasferiment tat-tonn għal gaġeġ tat-tismin u tat-trobbija. Sezzjoni tat-test ICCAT, li tirreferi għall-każijiet li jiddeterminaw il-PKK responsabbli f'każijiet li fihom żona fejn jittrabba l-ħut tinsab barra l-ġurisdizzjoni tal-PKK, tħalliet barra mit-test tat-traspożizzjoni. Din għandha tiġi inkluża sabiex tiġi ċċarata l-PKK responsabbli f'dan il-kuntest speċifiku.
3. Żoni fejn ibid il-ħut
It-test ICCAT jenfasizza l-importanza tal-identifikazzjoni u l-protezzjoni taż-żoni fejn ibid il-ħut. Il-Kumitat għall-Ambjent għandu jtenni l-importanza ta' dan billi x'aktarx ser ikun element essenzjali ta' kwalunkwe pjan ta' rkupru li jkun ta' suċċess.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) adottat Rakkomandazzjoni 10-04 li temenda l-pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn. Sabiex jinbena l-istokk mill-ġdid, ir-rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ulterjuri fil-qabdiet totali permissibbli, tisħiħ tal-miżuri li jnaqqsu l-kapaċità tas-sajd kif ukoll rinfurzar tal-miżuri ta' kontroll, b'mod partikolari, fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' trasferiment u tqegħid fil-gaġeġ. |
(1) Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) adottat Rakkomandazzjoni 10-04 li temenda l-pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn. Sabiex jinbena l-istokk mill-ġdid, ir-rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ulterjuri fil-qabdiet totali permissibbli, tisħiħ tal-miżuri li jnaqqsu l-kapaċità tas-sajd kif ukoll rinfurzar tal-miżuri ta' kontroll, b'mod partikolari, fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' trasferiment u tqegħid fil-gaġeġ, u tipprevedi pariri addizzjonali fuq l-identifikazzjoni taż-żoni fejn ibid il-ħut u l-ħolqien ta' riservi li għandhom jiġu żviluppati sal-2012. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-rakkomandazzjoni ICCAT tenfasizza l-bżonn urġenti għall-identifikazzjoni korretta taż-żoni fejn ibid l-ħut. Il-protezzjoni taż-żoni fejn ibid l-ħut ser tkun fil-qalba tas-suċċess finali tal-pjan ta' rkupru u din għandha tiġi kkunsidrata mill-PKK kollha. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) Għalkemm ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 jimmira li jiżgura l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd, is-sitwazzjoni li tirrigwarda s-sostenibilità tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran hija affari li tqajjem tħassib notevoli, minħabba r-rata għolja ta' mortalità tal-ħut u l-livell baxx ta' bijomassa tal-istokk li jkun qed ibid. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) Il-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tat-tonn għandha, fejn ikun possibbli, tkun konsistenti mal-objettiv li jkun żgurat li r-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ikunu sfruttati b’mod li jkun hemm ritorn għal daqs b'saħħtu tal-popolazzjonijiet ta' speċijiet mistada jew imkabbra, u li dawn jinżammu 'l fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-ogħla rendiment sostenibbli sal-2015, kif kien ġie adottat fis-Samit Dinji tal-2002 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) Il-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tat-tonn għandhom ikunu konsistenti mad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima)1 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE tal-1 ta' Settembru 2010 dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta' ilmijiet tal-baħar2, li jirrikjedu li l-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jiżguraw bijomassa tal-istokk li jkun qed ibid ta' kull popolazzjoni ta' ħut sfruttat kummerċjalment, inkluż it-tonn, hija daqs il-bijomassa tal-istokk li jkun qed ibid jew aktar minnha assoċjat mal-massimu sostenibbli tal-prodott mhux aktar tard mill-2020. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
__________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1 ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2 ĠU L 232, 2.9.2010, p. 14. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Barra mir-rakkomandazzjoni tal-ICCAT, l-UE hija marbuta wkoll mad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, li tobbliga l-Istati Membri biex 'jiksbu status ambjentali tajjeb' sal-2020. Status tajjeb ambjentali jfisser li jiġi żgurat li l-istokk tal-ħut sfruttat kummerċjalment ikun fil-limiti bijoloġiċi siguri. Biex tkun żgurata l-konsistenza bejn il-politiki u l-leġiżlazzjoni, li l-UE teħtieġ li tagħmel skont l-Artikolu 7 TFUE, huwa neċessarju li tirrifletti l-obbligi relevanti tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima fil-pjan ta' rkupru għat-tonn. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) Il-pjanijiet multiannwali ta' rkupru mfassla skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, bħall-pjan ta' rkupru għat-tonn, iridu japplikaw il-prinċipju prekawzjonarju għall-ġestjoni tal-ħut kif stipulat fl-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jkunu konformi mal-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut, li minnu toriġina l-ħtieġa għal aktar attenzjoni min-naħa tal-Unjoni meta l-informazzjoni ma tkunx fiċ-ċert, ma tkunx affidabbli jew ma tkunx adegwata, u li jagħmel essenzjali li n-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika adegwata ma jintużax bħala raġuni biex jiġu posposti, jew jonqsu milli jittieħdu, miżuri għall-ħarsien tat-tonn u tal-ambjent tiegħu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 302/2009 Artikolu 1 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt a Regolament (KE) Nru 302/2009 Artikolu 7 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ħamsa minn kull tmien speċijiet tat-tonn huma fir-riskju li jiġu estinti minħabba s-sajd eċċessiv. L-aħħar valutazzjoni li saret għall-Unjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tan-Natura (IUCN) ikkonkludiet li l-uniku mod biex jiġi salvat it-tonn tal-pinna blu tan-nofsinhar u tal-Atlantiku kien li jitwaqqaf is-sajd sakemm l-istokkijiet jerġgħu jirkupraw. (Jekk jiġu adottati, l-Artikoli 30 u 31 għandhom jiġu adatti biex ikunu koerenti). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5a (ġdid) Regolament (KE) Nru 302/2009 Artikolu 7a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 Regolament (KE) Nru 302/2009 Artikolu 24 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-referenza għat-trobbija tal-ħut li jinsabu barra mill-ġurisdizzjoni tal-PKK hija inkluża fir-rakkomandazzjoni ICCAT imma qatt ma ġiet eskluża mill-proposta tal-Kummissjoni. Għandha tiġi inkluża sabiex tiċċara liema PKK huwa responsabbli. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 Regolament (KE) Nru 302/2009 Artikolu 24 – paragrafu 8 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-referenzi speċifiċi għan-numru u toqol intużaw fl-istess paragrafu kollu u m'għandhomx jinbidlu. Din il-formulazzjoni ntużat wkoll fir-rakkomandazzjoni ICCAT. Il-kelma 'kwantitajiet' hija inqas preċiża. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 16a (ġdid) Regolament (KE) Nru 302/2009 Artikolu 33 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda tal-Artikolu 33 sabiex 'jistgħu' tinbidel f''għandhom' fit-tieni sentenza tal-pargrafi 1 u 2; biex tiddaħħal referenza għall-valur u għall-istat ta' konservazzjoni tal-ispeċijiet fir-rigward tal-multi u biex jiddaħħal livell minimu għall-multi (bħall-penali finanzjarji adottati mill-PE fl-ewwel qari dwar ir-Regolament dwar l-Injam). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 18a (ġdid) Regolament (KE) Nru 302/2009 Artikolu 34 – paragrafu 3a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kummerċjanti jkunu suġġetti wkoll għal azzjoni ta' infurzar. |
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran |
||||
Referenzi |
COM(2011)0330 – C7-0154/2011 – 2011/0144(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 9.6.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 9.6.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Daciana Octavia Sârbu 15.6.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
12.9.2011 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
4.10.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
54 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
János Áder, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Milan Cabrnoch, Nessa Childers, Chris Davies, Bairbre de Brún, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Carl Schlyter, Theodoros Skylakakis, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Sabine Wils |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Matthias Groote, Arlene McCarthy, Judith A. Merkies, Thomas Ulmer, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Anna Záborská, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran |
||||
Referenzi |
COM(2011)0330 – C7-0154/2011 – 2011/0144(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
8.6.2011 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 9.6.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 9.6.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Raül Romeva i Rueda 15.6.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
13.7.2011 |
23.11.2011 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
20.12.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Antonello Antinoro, Kriton Arsenis, Alain Cadec, João Ferreira, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Dolores García-Hierro Caraballo, Carl Haglund, Werner Kuhn, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Struan Stevenson, Catherine Trautmann |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Paul Besset, Chris Davies, Raül Romeva i Rueda, Antolín Sánchez Presedo |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Giovanni La Via |
||||
Data tat-tressiq |
21.12.2011 |
||||