RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja

11.1.2012 - (COM(2011)0215 – C7‑0099/2011 – 2011/0093(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Bernhard Rapkay


Proċedura : 2011/0093(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0001/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja

(COM(2011)0215 – C7‑0099/2011 – 2011/0093(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0215),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 118(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0099/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0001/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja għandu jinkiseb billi jingħata effett unitarju lill-privattivi Ewropej fil-fażi ta’ wara l-għotja permezz ta' dan ir-Regolament u fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti. Il-karatteristika ewlenija tal-privattivi Ewropej b'effett unitarju għandha tkun il-karattru unitarju tagħhom, jiġifieri li jipprovdu protezzjoni uniformi u li għandhom effett indaqs fl-Istati Membri parteċipanti kollha. Konsegwentement, privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tiġi limitata, liċenzjata, trasferita, revokata jew skaduta biss fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha. Sabiex jiġi żgurat l-ambitu sostantiv uniformi ta’ protezzjoni mogħtija minn protezzjoni tal-privattiva unitarja, privattivi Ewropej li jkunu ngħataw għall-Istati Membri parteċipanti kollha bl-istess sett ta' talbiet biss għandhom jibbenefikaw minn effett unitarju. Madankollu, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fil-każ ta’ limitazzjoni jew revoka għar-raġuni ta' nuqqas ta’ oriġinalità skont l-Artikolu 54(3) tal-KEP, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta’ privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha sseħħ biss fir-rigward tal-Istat(i) Membru/i parteċipanti indikat(i) fl-applikazzjoni tal-privattiva Ewropea kif ippubblikata li tkun saret qabel. Fl-aħħar nett, l-effett unitarju attribbwit lil privattiva Ewropea għandu jkollu natura aċċessorja u m’għandux jibqa’ jeżisti jew jiġi limitat sal-punt li l-privattiva Ewropea bażika tkun ġiet revokata jew limitata.

(7) Il-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja għandu jinkiseb billi jingħata effett unitarju lill-privattivi Ewropej fil-fażi ta’ wara l-għotja permezz ta' dan ir-Regolament u fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha. Il-karatteristika ewlenija tal-privattivi Ewropej b'effett unitarju għandha tkun il-karattru unitarju tagħhom, jiġifieri li jipprovdu protezzjoni uniformi u li għandhom effett indaqs fl-Istati Membri parteċipanti kollha. Konsegwentement, privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tiġi limitata, liċenzjata, trasferita, revokata jew skaduta biss fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha. Għandu jkun possibbli li Privattiva Ewropea b'effett unitarju tkun liċenzjata fir-rigward tat-territorji kollha tal-Istati Membri parteċipanti jew parti minnhom. Sabiex jiġi żgurat l-ambitu sostantiv uniformi ta’ protezzjoni mogħtija minn protezzjoni tal-privattiva unitarja, privattivi Ewropej li jkunu ngħataw għall-Istati Membri parteċipanti kollha bl-istess sett ta' talbiet biss għandhom jibbenefikaw minn effett unitarju. Fl-aħħar nett, l-effett unitarju attribbwit lil privattiva Ewropea għandu jkollu natura aċċessorja u m’għandux jibqa’ jeżisti jew għandu jiġi limitat sal-punt li l-privattiva Ewropea bażika tkun ġiet revokata jew limitata.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-kwistjoni ta' liċenzji obbligatorji mhijiex koperta minn dan ir-Regolament. Liċenzji obbligatorji ta' privattivi Ewropej b'effett unitarju għandhom ikunu rregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti fit-territorji rispettivi tagħhom.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Ir-reġim applikabbli għad-danni għandu jkun irregolat mil-liġijiet tal-Istati Membri parteċipanti, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

 

 

 

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-Istati Membri parteċipanti għandhom jagħtu lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi ċerti kompiti amministrattivi relatati ma’ privattivi Ewropej b'effett unitarju, b’mod partikolari fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ talbiet għal effett unitarju, ir-reġistrazzjoni tal-effett unitarju u ta’ kwalunkwe limitazzjoni, liċenzja, trasferiment, revoka jew skadenza ta' privattivi Ewropej b’effett unitarju, il-ġbir u d-distribuzzjoni mill-ġdid tat-tariffi ta’ tiġdid, il-pubblikazzjoni ta’ traduzzjonijiet għall-finijiet ta’ informazzjoni matul perjodu tranżitorju u l-amministrazzjoni ta’ skema ta’ kumpens ta’ spejjeż ta’ traduzzjoni għall-applikanti li qed jippreżentaw applikazzjonijiet għal privattivi Ewropej f’lingwa oħra li mhijiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li t-talbiet għal effett unitarju jiġu ppreżentati lill-Uffiċċju Ewoprew tal-Privattivi fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tal-għotja fil-Bulettin Ewropew tal-Privattivi u li jkunu ppreżentati fil-lingwa tal-proċeduri quddiem l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi flimkien mat-traduzzjoni preskritta mir-Regolament tal-Kunsill .../... [arranġamenti għat-traduzzjoni], matul il-perjodu tranżitorju.

(15) L-Istati Membri parteċipanti għandhom jagħtu lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi ċerti kompiti amministrattivi relatati ma’ privattivi Ewropej b'effett unitarju, b’mod partikolari fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ talbiet għal effett unitarju, ir-reġistrazzjoni tal-effett unitarju u ta’ kwalunkwe limitazzjoni, liċenzja, trasferiment, revoka jew skadenza ta' privattivi Ewropej b’effett unitarju, il-ġbir u d-distribuzzjoni mill-ġdid tat-tariffi ta’ tiġdid, il-pubblikazzjoni ta’ traduzzjonijiet għall-finijiet ta’ informazzjoni matul perjodu tranżitorju u l-amministrazzjoni ta’ skema ta’ kumpens ta’ spejjeż ta’ traduzzjoni għall-applikanti li qed jippreżentaw applikazzjonijiet għal privattivi Ewropej f’lingwa oħra li mhijiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Fil-qafas tal-Kumitat Selettiv, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li t-tmexxija u s-superviżjoni tal-attivitajiet relatati mal-kompiti fdati lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi mill-Istati Membri parteċipanti, jiżguraw li t-talbiet għal effett unitarju jiġu ppreżentati lill-Uffiċċju Ewoprew tal-Privattivi fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tal-għotja fil-Bulettin Ewropew tal-Privattivi u jiżguraw li jkunu ppreżentati fil-lingwa tal-proċeduri quddiem l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi flimkien mat-traduzzjoni preskritta, matul perjodu tranżitorju, mir-Regolament tal-Kunsill .../... [arranġamenti għat-traduzzjoni]. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw l-istabbiliment, f'konformità mal-arranġamenti għall-votazzjoni fl-Artikolu 35(2) tal-KEP, tal-livell ta' tariffi ta’ tiġdid u s-sehem tad-distribuzzjoni ta' tariffi ta’ tiġdid f'konformità mal-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-proprjetarji tal-privattivi għandhom iħallsu tariffa ta’ tiġdid waħda, annwali u komuni għall-privattivi Ewropej b’effett unitarju. It-tariffi ta’ tiġdid għandhom ikunu progressivi matul it-terminu ta’ protezzjoni tal-privattiva u, flimkien mat-tariffi li jridu jitħallsu lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi matul l-istadju ta’ qabel l-għotja, għandhom ikopru l-ispejjeż kollha assoċjati mal-għotja tal-privattiva Ewropea u mal-amministrazzjoni ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja. Il-livell tat-tariffi ta’ tiġdid għandu jiġi ffissat bil-għan li tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni u titrawwem il-kompetittività tan-negozji Ewropej. Għandu jirrifletti wkoll id-daqs tas-suq kopert mill-privattiva u jkun simili għal-livell tat-tariffi nazzjonali ta’ tiġdid għal privattiva Ewropea medja li tidħol fis-seħħ fl-Istati Membri parteċipanti fiż-żmien fejn il-livell tat-tariffi tat-tiġdid jiġi ffissat l-ewwel mill-Kummissjoni.

(16) Il-proprjetarji tal-privattivi għandhom iħallsu tariffa ta’ tiġdid waħda, annwali u komuni għall-privattivi Ewropej b’effett unitarju. It-tariffi ta’ tiġdid għandhom ikunu progressivi matul it-terminu ta’ protezzjoni tal-privattiva u, flimkien mat-tariffi li jridu jitħallsu lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi matul l-istadju ta’ qabel l-għotja, għandhom ikopru l-ispejjeż kollha assoċjati mal-għotja tal-privattiva Ewropea u mal-amministrazzjoni ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja. Il-livell tat-tariffi ta’ tiġdid għandu jiġi ffissat bil-għan li tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni u titrawwem il-kompetittività tan-negozji Ewropej, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ta’ entitajiet speċifiċi bħalma huma l-impriżi żgħar u medji, pereżempju fil-forma ta' tariffi aktar baxxi. Għandu jirrifletti wkoll id-daqs tas-suq kopert mill-privattiva u jkun simili għal-livell tat-tariffi nazzjonali ta’ tiġdid għal privattiva Ewropea medja li tidħol fis-seħħ fl-Istati Membri parteċipanti fiż-żmien fejn il-livell tat-tariffi tat-tiġdid jiġi ffissat l-ewwel.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) It-tariffi ta’ tiġdid għandhom jitħallsu lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi. 50 % minnhom, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż imġarrba mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi fit-twettiq ta' kompiti fir-rigward tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja, għandhom jiġu distribwiti fost l-Istati Membri parteċipanti, u għandhom jintużaw għal finijiet relatati mal-privattiva. Is-sehem tad-distribuzzjoni għandu jiġi stipulat abbażi ta' kriterji ġusti, ekwitabbli u rilevanti jiġifieri il-livell tal-attività tal-privattiva u d-daqs tas-suq. Id-distribuzzjoni għandha tipprovdi kumpens talli jkun hemm lingwa uffiċjali oħra li mhijiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, għal livell baxx b’mod sproporzjonat ta’ attività tal-privattivi u għall-ksib ta’ sħubija tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi pjuttost riċentement.

(18) It-tariffi ta’ tiġdid għandhom jitħallsu lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi. L-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi għandu jżomm ammont biex ikopri l-ispejjeż li jiġu ġġenerati fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi fit-twettiq ta' kompiti fir-rigward tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja f'konformità mal-Artikolu 146 KEP. L-ammont li jifdal għandu jiġi distribwit fost l-Istati Membri parteċipanti, u għandu jintuża għal finijiet relatati mal-privattiva. Is-sehem tad-distribuzzjoni għandu jiġi stipulat abbażi ta' kriterji ġusti, ekwitabbli u rilevanti jiġifieri il-livell tal-attività tal-privattiva u d-daqs tas-suq, u għandu jiġġarantixxi ammont minimu li għandu jiġi distribwit mill-ġdid lil kull Stat Membru parteċipanti sabiex jinżamm funzjonament bilanċjat u sostenibbli tas-sistema. Id-distribuzzjoni għandha tipprovdi kumpens talli jkun hemm lingwa uffiċjali oħra li mhijiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, għal livell baxx b’mod sproporzjonat ta’ attività tal-privattivi stabbilita fuq il-bażi tat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea (EIS) u għall-ksib ta’ sħubija tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi pjuttost riċenti.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex ikunu żgurati l-livell u d-distribuzzjoni xierqa tat-tariffi ta’ tiġdid skont il-prinċipji stipulati f’dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-livell tat-tariffi ta’ tiġdid għal privattivi Ewropej b'effett unitarju u d-distribuzzjoni ta' dawn it-tariffi bejn l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi u l-Istati Membri parteċipanti. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

imħassar

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 21 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Il-ġurisdizzjoni għall-privattivi Ewropej b’effett unitarju għandha tiġi stabbilita u rregolata minn strument li jistabbilixxi sistema unifikata għal-litigazzjoni dwar il-privattivi għall-privattivi Ewropej u għall-privattivi Ewropej b’effett unitarju.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 21 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b) Għall-fini li jkun żgurat il-funzjonament tajjeb tal-privattivi Ewropej b'effett unitarju, il-konsistenza tal-ġurisprudenza u allura ċ-ċertezza ġuridika, u l-kost-effiċjenza għad-detenturi tal-privattivi, l-istabbiliment ta' Qorti Unifikata tal-Privattivi għas-smigħ ta' kawżi li jikkonċernaw il-privattivi Ewropej b'effett unitarju huwa essenzjali. Għalhekk huwa tal-akbar importanza li l-Istati Membri parteċipanti jirratifikaw il-Ftehim dwar Qorti tal-Privattivi Unitarji skont il-proċeduri kostituzzjonali u parlamentari nazzjonali tagħhom u jieħdu l-passi meħtieġa biex dik il-Qorti ssir operazzjonali mill-aktar fis possibbli.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) "Privattiva Ewropea b’effett unitarju" tfisser privattiva Ewropea li tibbenefika minn effett unitarju fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti permezz ta’ dan ir-Regolament;

(c) "Privattiva Ewropea b’effett unitarju" tfisser privattiva Ewropea li tibbenefika minn effett unitarju fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha permezz ta’ dan ir-Regolament;

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) "Reġistru għall-protezzjoni tal-privattiva unitarja" ifisser ir-reġistru li jikkonstitwixxi parti mir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi fejn huma reġistrati l-effett unitarju u kull limitazzjoni, liċenzja, trasferiment, revoka jew skadenza ta' privattiva Ewropea b'effett unitarju;

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-privattivi Ewropej mogħtija b’ambitu identiku ta’ protezzjoni fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha għandhom jibbenefikaw minn effett unitarju fl-Istati Membri parteċipanti sakemm l-effett unitarju tagħhom ikun ġie rreġistrat fir-Reġistru għall-protezzjoni tal-privattiva unitarja msemmi fl-Artikolu 12(1)(b).

Il-privattivi Ewropej mogħtija bl-istess ġabra ta’ talbiet fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha għandhom jibbenefikaw minn effett unitarju fl-Istati Membri parteċipanti sakemm l-effett unitarju tagħhom ikun ġie rreġistrat fir-Reġistru għall-protezzjoni tal-privattiva unitarja msemmi fl-Artikolu 2(da).

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, privattiva Ewropea b’effett unitarju tista’ tiġi limitata, liċenzjata, trasferita, revokata jew skaduta biss fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha.

Privattiva Ewropea b’effett unitarju tista' tiġi limitata, trasferita, revokata jew tiskadi biss fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha.

 

Privattiva Ewropea b'effett unitarju tista' tkun illiċenzjata fir-rigward tat-territorji kollha jew parti minnhom tal-Istati Membri parteċipanti.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, fejn l-effett unitarju ta’ privattiva Ewropea tkun ġiet irreġistrata, il-privattiva Ewropea titqies li ma tkunx daħlet fis-seħħ bħala privattiva nazzjonali fit-territorju tagħhom fid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tal-għotja fil-Bulettin Ewropew tal-Privattivi.

2. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, fejn l-effett unitarju ta’ privattiva Ewropea jkun ġie rreġistrat u jestendi għat-territorju tagħhom, il-privattiva Ewropea titqies li ma tkunx daħlet fis-seħħ bħala privattiva nazzjonali fit-territorju tagħhom fid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tal-għotja fil-Bulettin Ewropew tal-Privattivi.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

imħassar

Id-drittijiet ta’ qabel

 

Fil-każ ta’ limitazzjoni jew revoka għar-raġuni ta’ nuqqas ta' oriġinalità skont l-Artikolu 54(3) tal-KEP, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta’ privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha sseħħ biss fir-rigward tal-Istat(i) Membru/i parteċipanti indikat(i) fl-applikazzjoni tal-privattiva Ewropea kif ippubblikata li tkun saret qabel .

 

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tuża proċess li huwa s-suġġett tal-privattiva jew, fejn il-parti terza taf, jew kellha tkun taf, li l-użu tal-proċess huwa pprojbit mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tal-privattiva, milli toffri l-proċess għall-użu fl-Istati Membri parteċipanti;

(b) tuża proċess li huwa s-suġġett tal-privattiva jew, fejn il-parti terza taf, jew kellha tkun taf, li l-użu tal-proċess huwa pprojbit mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tal-privattiva, milli toffri l-proċess għall-użu fit-territorju tal-Istati Membri parteċipanti li fihom dik il-privattiva jkollha effett unitarju;

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tagħti d-dritt lill-proprjetarju tagħha li jipprevjeni lil kwalunkwe parti terza milli tipprovdi jew toffri li tipprovdi fl-Istati Membri parteċipanti lil kwalunkwe persuna mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, ħlief parti intitolata li tisfrutta l-invenzjoni protetta mill-privattiva, b’mezzi, relatati ma’ element essenzjali ta’ dik l-invenzjoni, sabiex jiddaħħlu fis-seħħ hemmhekk, meta l-parti terza tkun taf, jew kellha tkun taf, li dawk il-mezzi huma xierqa u intenzjonati sabiex idaħħlu fis-seħħ dik l-invenzjoni.

1. Il-privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tagħti d-dritt lill-proprjetarju tagħha li jipprevjeni lil kwalunkwe parti terza li ma jkollux il-kunsens tal-proprjetarju milli tipprovdi jew toffri li tipprovdi fl-Istati Membri parteċipanti li fihom il-privattiva jkollha effett unitarju lil kwalunkwe persuna ħlief parti intitolata li tisfrutta l-invenzjoni protetta mill-privattiva, b’mezzi, relatati ma’ element essenzjali ta’ dik l-invenzjoni, sabiex tiddaħħal fis-seħħ hemmhekk, meta l-parti terza tkun taf, jew kellha tkun taf, li dawk il-mezzi huma xierqa u intenzjonati sabiex idaħħlu fis-seħħ dik l-invenzjoni.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-użu abbord bastimenti ta’ pajjiżi oħra għajr l-Istati Membri parteċipanti tal-invenzjoni protetta minn privattiva, fl-istruttura tal-bastiment, fil-makkinarju, l-apparat għall-kontroll tal-qlugħ, l-irkaptu u aċċessorji oħra, meta dawn il-bastimenti b’mod temporanju jew aċċidentali jidħlu fl-ilmijiet tal-Istati Membri parteċipanti, sakemm dik l-invenzjoni tintuża hemmhekk esklussivament għall-ħtiġijiet tal-bastiment;

(e) l-użu abbord bastimenti ta’ pajjiżi oħra għajr l-Istati Membri parteċipanti li fihom dik il-privattiva jkollha effett unitarju tal-invenzjoni protetta minn privattiva, fl-istruttura tal-bastiment, fil-makkinarju, l-apparat għall-kontroll tal-qlugħ, l-irkaptu u aċċessorji oħra, meta dawn il-bastimenti b’mod temporanju jew aċċidentali jidħlu fl-ilmijiet tal-Istati Membri parteċipanti li fihom dik il-privattiva jkollha effett unitarju, sakemm dik l-invenzjoni tintuża hemmhekk esklussivament għall-ħtiġijiet tal-bastiment;

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) l-użu tal-invenzjoni protetta minn privattiva fil-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru jew vetturi tal-art jew mezzi oħra ta’ trasport ta’ Stati oħra għajr l-Istati Membri parteċipanti, jew ta’ aċċessorji għal dawn l-inġenji tal-ajru jew il-vetturi tal-art, meta dawn b’mod temporanju jew aċċidentali jidħlu fl-Istati Membri parteċipanti;

(f) l-użu tal-invenzjoni protetta minn privattiva fil-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru jew vetturi tal-art jew mezzi oħra ta’ trasport ta’ Stati oħra għajr l-Istati Membri parteċipanti li fihom dik il-privattiva jkollha effett unitarju, jew ta’ aċċessorji għal dawn l-inġenji tal-ajru jew il-vetturi tal-art, meta dawn b’mod temporanju jew aċċidentali jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri parteċipanti li fihom dik il-privattiva jkollha effett unitarju;

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) l-atti speċifikati fl-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta’ Diċembru 1944, fejn dawn l-atti jikkonċernaw l-inġenji tal-ajru ta’ pajjiż ieħor għajr Stat Membru parteċipanti;

(g) l-atti speċifikati fl-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta’ Diċembru 1944, fejn dawn l-atti jikkonċernaw l-inġenji tal-ajru ta’ pajjiż ieħor għajr Stat Membru parteċipanti li fihom dik il-privattiva jkollha effett unitarju;

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) atti kif koperti mill-privileġġ tal-bdiewa skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 li japplika mutatis mutandis;

(h) l-użu minn bidwi tal-prodott tal-uċuħ tar-raba' tiegħu għall-propogazzjoni jew multiplikazzjoni fl-impriża tiegħu stess, dment li l-materjal veġetali riproduttiv inbiegħ jew ġie kkummerċjalizzat lill-bidwi mill-proprjetarju tal-privattiva jew bil-kunsens tiegħu, għal finijiet agrikoli. L-ambitu u l-metodi dettaljati ta' użu ta' din ix-xorta huma mniżżlin fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94;

Ġustifikazzjoni

Din il-formulazzjoni hija aktar ċara minn dik fit-test propost mill-Kummissjoni, li jispeċifika biss li r-Regolament Nru 2100/04 japplika mutatis mutandis.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) l-atti u l-użu tal-informazzjoni miksuba kif permess skont l-Artikoli 5 u 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 91/250/KEE1, b’mod partikolari, permezz tad-dispożizzjonijiet tagħha dwar id-dekumpilazzjoni u l-interoperabbiltà; kif ukoll

(j) l-atti u l-użu tal-informazzjoni miksuba kif permess skont l-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva Nru 2009/24/KE1, b’mod partikolari, permezz tad-dispożizzjonijiet tagħha dwar id-dekumpilazzjoni u l-interoperabbiltà; kif ukoll

____________________

____________________

1Id-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE tal-14 ta’ Mejju 1991 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU L 122, 17.5.1991, p. 42).

1 Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali tal-programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16).

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-drittijiet mogħtija minn privattiva Ewropea b’effett unitarju m’għandhomx jiġu estiżi għal atti li jikkonċernaw il-prodott kopert minn dik il-privattiva li jitwettqu fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti wara li dak il-prodott ikun tqiegħed fis-suq fl-Unjoni mill-proprjetarju tal-privattiva jew bil-kunsens tiegħu, ħlief jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi sabiex il-proprjetarju jopponi aktar kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Id-drittijiet mogħtija minn privattiva Ewropea b’effett unitarju m’għandhomx jiġu estiżi għal atti li jikkonċernaw il-prodott kopert minn dik il-privattiva li jitwettqu fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti li fihom dik il-privattiva jkollha effett unitarju wara li dak il-prodott ikun tqiegħed fis-suq fl-Unjoni mill-proprjetarju tal-privattiva jew bil-kunsens tiegħu, ħlief jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi sabiex il-proprjetarju jopponi aktar kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Privattiva Ewropea b'effett unitarju bħala oġġett ta' proprjetà għandha tiġi ttrattata fit-totalità tagħha u fl-Istati Membri parteċipanti kollha bħala privattiva nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti li fih, skont ir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi:

1. Privattiva Ewropea b'effett unitarju bħala oġġett ta' proprjetà għandha tiġi ttrattata fit-totalità tagħha u fl-Istati Membri parteċipanti kollha bħala privattiva nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti li fih dik il-privattiva jkollha effett unitarju li fih, skont ir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi:

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn l-ebda proprjetarju ma jkollu r-residenza jew il-post tan-negozju tiegħu fi Stat Membru parteċipanti għall-finijiet tal-paragrafi 1 jew 2, il-privattiva Ewropea b’effett unitarju bħala oġġett ta’ proprjetà għandha tiġi ttrattata fit-totalità tagħha u fl-Istati Membri parteċipanti kollha bħala privattiva nazzjonali tal-Istat fejn l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi għandha l-kwartieri ġenerali tagħha skont l-Artikolu 6(1) tal-KEP.

3. Fejn l-ebda proprjetarju ma jkollu r-residenza, post prinċipali tan-negozju jew il-post tan-negozju tiegħu fi Stat Membru parteċipanti li fih dik il-privattiva jkollha effett unitarju għall-finijiet tal-paragrafi 1 jew 2, il-privattiva Ewropea b’effett unitarju bħala oġġett ta’ proprjetà għandha tiġi ttrattata fit-totalità tagħha u fl-Istati Membri parteċipanti kollha bħala privattiva nazzjonali tal-Istat fejn l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi għandha l-kwartieri ġenerali tagħha skont l-Artikolu 6(1) tal-KEP.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-implimentazzjoni mill-Istati Membri parteċipanti

Il-kompiti amministrattivi fil-qafas tal-Organizzazzjoni Ewropea dwar il-Privattivi

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-inklużjoni u l-amministrazzjoni ta’ Reġistru għall-protezzjoni tal-privattiva unitarja li jirreġistra effett unitarju kif ukoll kwalunkwe limitazzjoni, liċenzja, trasferiment, revoka jew skadenza ta' privattiva Ewropea b’effett unitarju, fir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi;

(b) l-inklużjoni fir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi u l-amministrazzjoni tar-Reġistru għall-protezzjoni tal-privattiva unitarja;

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-ġbir u l-amminstrazzjoni tat-tariffi ta' tiġdid għal privattivi Ewropej b'effett unitarju, fir-rigward tas-snin ta’ wara s-sena li fiha r-Reġistru msemmi f’punt b) jagħmel ir-referenza tal-għotja tagħhom; il-ġbir u l-amministrazzjoni ta' tariffi addizzjonali mħallsa f'każijiet ta' ħlas tard tat-tariffi ta’ tiġdid fi żmien sitt xhur mid-data meta suppost sar il-ħlas, kif ukoll id-distribuzzjoni ta' parti mit-tariffi ta' tiġdid miġbura lill-Istati Membri parteċipanti; kif ukoll

(e) il-ġbir u l-amminstrazzjoni tat-tariffi ta' tiġdid għal privattivi Ewropej b'effett unitarju, fir-rigward tas-snin ta’ wara s-sena li fiha l-Bulettin Ewropew tal-Privattivi jirreferi għall-għotja tagħhom; il-ġbir u l-amministrazzjoni ta' tariffi addizzjonali mħallsa f'każijiet ta' ħlas tard tat-tariffi ta’ tiġdid fi żmien sitt xhur mid-data meta suppost sar il-ħlas, kif ukoll id-distribuzzjoni ta' parti mit-tariffi ta' tiġdid miġbura lill-Istati Membri parteċipanti; kif ukoll

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) l-iżgurar li t-talbiet mill-proprjetarju tal-privattivi għal effett unitarju jiġu sottomessi fil-lingwa tal-proċeduri kif definit fl-Artikolu 14(3) tal-KEP mhux aktar tard minn xahar wara li r-referenza tal-għotja tiġi ppubblikata fil-Bulettin Ewropew tal-Privattivi.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) l-iżgurar li l-effett unitarju jiġi indikat fir-Reġistru għall-protezzjoni tal-privattiva unitarja, fejn talba għal effett unitarju tkun ġiet ippreżentata u, matul il-perijodu transitorju previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament .../... [arranġamenti għat-traduzzjoni], sottomessa flimkien mat-traduzzjonijiet li hemm riferiment għalihom f'dak l-Artikolu u li l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi jiġi infurmat b' kull limitazzjoni, liċenzja, trasferiment u revoka ta' privattivi Ewropej b'effett unitarju.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt a), l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li t-talbiet mill-proprjetarju tal-privattivi għal effett unitarju għal privattiva Ewropea jiġu ppreżentati fil-lingwa tal-proċeduri kif definit fl-Artikolu 14(3) tal-KEP mhux aktar tard minn xahar wara li r-referenza tal-għotja tiġi ppubblikata fil-Bulettin Ewropew tal-Privattivi.

imħassar

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt b), l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li l-effett unitarju jiġi indikat fir-Reġistru għall-protezzjoni tal-privattiva unitarja, fejn talba għal effett unitarju tkun ġiet ippreżentata u, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill .../... [arranġamenti għat-traduzzjoni], tkun ġiet sottomessa flimkien mat-traduzzjonijiet msemmija f'dak l-Artikolu; u li l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi jiġi infurmat bil-limitazzjonijiet u r-revoki ta' privattivi Ewropej b'effett unitarju.

imħassar

Emenda  34

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-kapaċità tagħhom ta’ Stati Kontraenti għall-KEP, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw il-governanza u s-sorveljanza tal-attivitajiet relatati mal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi. Għal dak il-għan għandhom iwaqqfu Kumitat Selettiv tal-Kunsill Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi fis-sens tal-Artikolu 145 tal-KEP.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fl-implimentazzjoni tal-obbligazzjonijiet internazzjonali meħuda taħt il-KEP u għandhom jikkoperaw bejniethom għal dan il-fini. Fil-kapaċità tagħhom ta’ Stati Kontraenti għall-KEP, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw il-governanza u s-sorveljanza tal-attivitajiet relatati mal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi u għandhom jiżguraw it-twaqqif ta’ livell ta’ tariffi ta’ tiġdid skont l-Artikolu 15 u t-twaqqif ta’ sehem ta’ distribuzzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid skont l-Artikolu 16.

 

Għal dak il-għan għandhom iwaqqfu Kumitat Selettiv tal-Kunsill Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi fis-sens tal-Artikolu 145 tal-KEP.

 

Il-Kumitat Selettiv tal-Kunsill Amministrattiv għandu jikkonsisti fir-rappreżentanti tal-Istati Membri u rappreżentant tal-Kummissjoni bħala osservatur, kif ukoll sostituti li jirrappreżentawhom jekk ikunu assenti. Il-Membri tal-Kumitat Selettiv jistgħu jkunu megħjuna minn esperti jew konsulenti.

 

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Selettiv tal-Kunsill Amministrattiv għandhom jittieħdu fid-dawl tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 35(2) tal-KEP.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw il-protezzjoni legali effettiva quddiem qorti nazzjonali kontra d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewoprew tal-Privattivi fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw il-protezzjoni legali effettiva quddiem qorti kompetenti ta’ Stat Membru parteċipanti wieħed jew aktar kontra d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewoprew tal-Privattivi fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-livell tat-tariffi ta’ tiġdid għandu jiġi ffissat bl-għan li

2. Il-livell tat-tariffi ta’ tiġdid għandu jiġi ffissat, b’kunsiderazzjoni, fost oħrajn, tas-sitwazzjoni ta’ entitajiet speċifiċi bħalma huma l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, bl-għan li

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jkun simili għal-livell tat-tariffi ta’ tiġdid nazzjonali għal privattiva Ewropea medja li tidħol fis-seħħ fl-Istati Membri parteċipanti fiż-żmien meta l-livell tat-tariffi ta’ tiġdid huwa ffissat għall-ewwel darba mill-Kummissjoni.

(c) jkun simili għal-livell tat-tariffi ta’ tiġdid nazzjonali għal privattiva Ewropea medja li tidħol fis-seħħ fl-Istati Membri parteċipanti fiż-żmien meta l-livell tat-tariffi ta’ tiġdid huwa ffissat għall-ewwel darba.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet kif stipulati f’dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-livell tat-tariffi ta’tiġdid f'livell li

3. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet kif stipulati f’dan il-Kapitolu, għandu jiġi stabbilit il-livell tat-tariffi ta’ tiġdid f'livell li:

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Text proposed by the Commission

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-paragrafi 1-3 u l-Artikolu 17 li jikkonċernaw l-iffissar tal-livell tat-tariffi ta’ tiġdid għal privattivi Ewropew b’effett unitarju.

imħassar

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-parti li għandha tiġi distribwita mit-tariffi ta' tiġdid miġbura lill-Istati Membri parteċipanti msemmija fl-Artikolu 12(1)(e) għandha tkun ta' 50 % tat-tariffi ta' tiġdid imsemmija fl-Artikolu 14 imħallsa għall-privattivi Ewropej b'effett unitarju li minnhom ikunu tnaqqsu l-ispejjeż assoċjati mal-amministrazzjoni tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja msemmija fl-Artikolu 12.

1. L-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi għandu jżomm 50 % tat-tariffi ta' tiġdid imsemmija fl-Artikolu 14 imħallsa għall-privattivi Ewropej b'effett unitarju.L L-ammont li jifdal għandu jiġi distribwit fost l-Istati Membri parteċipanti f'konformità mas-sehem ta' distribuzzjoni tat-tariffi ta' tiġdid bi qbil mal-Artikolu 12(2).

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet kif stipulati f’dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi s-sehem ta’ distribuzzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid imsemmija fil-paragrafu 1 fost l-Istati Membri parteċipanti abbażi tal-kriterji ġusti, ekwitabbli u rilevanti li ġejjin:

2. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet kif stipulati f’dan il-Kapitolu, is-sehem ta’ distribuzzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid fost l-Istati Membri parteċipanti għandu jiġi stabbilit fuq il-kriterji ġusti, ekwitabbli u rilevanti li ġejjin:

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-daqs tas-suq espress fl-għadd tal-popolazzjoni,

(b) id-daqs tas-suq, filwaqt li jiġi żgurat ammont minimu biex ikun imqassam lil kull Stat Membru parteċipanti,

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-provvediment ta’ kumpens għall-Istati Membri talli jkun hemm lingwa uffiċjali li mhijiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, għal livell baxx b’mod sproporzjonat ta’ attività tal-privattivi u għall-ksib ta’ sħubija tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi pjuttost riċentement.

(c) il-provvediment ta’ kumpens għall-Istati Membri talli jkun hemm lingwa uffiċjali li mhijiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi u/jew għal livell baxx b’mod sproporzjonat ta’ attività tal-privattivi u/jew għall-ksib ta’ sħubija tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi pjuttost riċenti.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jużaw l-ammont allokat lilhom skont il-paragrafu 1 għal finijiet relatati mal-privattivi.

imħassar

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-paragrafi 1-3 u l-Artikolu 17 li jikkonċernaw l-istabbiliment tad-distribuzzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid bejn l-Istati Membri parteċipanti.

imħassar

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

imħassar

L-eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 15 u 16 għandha tingħata għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-[dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

 

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 15 u 16 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 15 u 16 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn (2) ta’ notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

 

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mhux aktar tard minn sitt snin mid-data li fiha tidħol fis-seħħ l-ewwel privattiva Ewropea b’effett unitarju fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill rapport dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, tagħmel proposti xierqa għall-emendar tiegħu. Għandhom jiġu ppreżentati rapporti sussegwenti dwar it-tħaddim ta' dan ir-Regolament mill-Kummissjoni kull sitt snin.

1. Mhux aktar tard minn tliet snin mid-data li fiha tidħol fis-seħħ l-ewwel privattiva Ewropea b’effett unitarju fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, tagħmel proposti xierqa għall-emendar tiegħu. Għandhom jiġu ppreżentati rapporti sussegwenti dwar it-tħaddim ta' dan ir-Regolament mill-Kummissjoni kull ħames snin.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapporti b'mod regolari dwar il-funzjonament tat-tariffi ta' tiġdid imsemmija fl-Artikolu 14 b'enfażi partikolari fuq il-konformità kontinwa mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 15.

2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta b'mod regolari rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tat-tariffi ta' tiġdid imsemmija fl-Artikolu 14 b'enfażi partikolari fuq il-konformità kontinwa mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 15.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri parteċipanti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont l-Artikoli 4(2) u 12 sad-data stipulata fl-Artikolu 22(2).

1. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont l-Artikolu 12 sad-data stipulata fl-Artikolu 22(2).

 

1a. Kull Stat Membru parteċipanti jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-miżuri adottati skont it-termini tal-Artikolu 4(2) sad-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ ta’ Stat Membru parteċipanti li fih il-Qorti Unifikata tal-Privattivi ma jkollhiex ġurisdizzjoni esklussiva għar-rigward tal-privattivi Ewropej b’effett unitarju fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, id-data li minnha tali Qorti Unifikata tal-Privattivi jibda jkollha ġurisdizzjoni esklussiva f’dak l-Istat Membru parteċipanti.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandu japplika minn [data speċifika se tiġi stipulata u se tkun l-istess data bħal dik tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill …/… dwar l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti għat-traduzzjoni applikabbli].

2. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 jew mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar Qorti tal-Privattivi Unitarji, skont liema data tkun l-aħħar.

 

B’deroga mill-Artikoli 3(1) sa (2) u 4(1), privattiva Ewropea li għaliha effett unitarju jkun irreġistrat fir-Reġistru għall-protezzjoni tal-privattivi unitarji msemmi fl-Artikolu 2(da) għandu jkollha effett unitarju biss f’dawk l-Istati Membri parteċipanti li fihom il-Qorti tal-Privattivi Unitarji jkollha ġurisdizzjoni esklussiva rigward il-privattivi Ewropej b’effett uniatrju fid-data tar-reġistrazzjoni.

 

2a. Kull Stat Membru parteċipanti għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar ir-ratifika min-naħa tiegħu tal-Ftehim fil-mument tad-depożitu tal-istrument ta’ ratifika tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim u lista ta’ Stati Membri li rratifikaw il-Ftehim fid-data tad-dħul fis-seħħ fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-Kummissjoni għandha wara din id-data taġġorna fuq bażi regolari l-lista ta’ Stati Membri parteċipanti li jkunu rratifikaw il-Ftehim u tippubblikaha fil-Ġurnal Uffiċjali.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-protezzjoni tal-privattiva unitarja tista’ tintalab għal kwalunkwe privattiva Ewropea mogħtija fid-data jew wara d-data stipulata fil-paragrafu 2.

4a. Il-protezzjoni tal-privattiva unitarja tista’ tintalab għal kwalunkwe privattiva Ewropea mogħtija fid-data jew wara d-data stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (25.11.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja
(COM(2011)0215 – C7‑0099/2011 – 2011/0093(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Alajos Mészáros

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Mill-2000, l-Unjoni Ewropea ppruvat, mingħajr suċċess, tadotta sistema Ewropea tal-privattiva unitarja (qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona kienet tissejjaħ il-Privattiva tal-Komunità) li tista' teżisti flimkien ma' privattivi nazzjonali mogħtija minn uffiċċji tal-privattivi nazzjonali tal-Istati Membri u l-privattivi Ewropej mogħtija taħt il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi (EPC) mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (EPO).

Minħabba diffikultajiet insurmontabbli biex jintlaħaq ftehim unanimu mal-Kunsill dwar l-arranġamenti tal-lingwa, in-negozjati fallew diversi drabi. Fl-aħħar tal-2010, il-Kunsill tal-Kompetittività ddikjara li huwa impossibbli li tiġi stabbilita protezzjoni tal-privattiva unitarja fl-UE kollha fi żmien raġonevoli jew fil-futur prevedibbli.

Wara din id-dikjarazzjoni, 12-il Stat Membru talab lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-awtorizzazzjoni ta' kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja sabiex ikunu jistgħu jagħmlu progress f'din il-kwistjoni tant importanti. Fl-10 ta' Marzu 2011, wara l-kunsens tal-Parlament Ewropew fil-15 ta' Frar, il-Kunsill tal-kompetittività adotta d-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni li tistabbilixxi protezzjoni għall-privattiva unitarja fit-territorji tal-25 Stat Membru parteċipanti. Fid-19 ta' Marzu 2011, il-PE ta l-kunsens tiegħu għat-tnedija tal-kooperazzjoni msaħħa.

Tliet ġimgħat wara, fit-13 ta' April, il-Kummissjoni ppreżentat pakkett ta' żewġ proposti leġiżlattivi li, jekk jiġu adottati, se jippermettu lil kwalunkwe kumpanija jew individwu li jipproteġu l-invenzjonijiet tagħhom permezz ta' privattiva Ewropea unika li tkun valida f'25 Stat Membru.

L-ewwel u qabel kollox, il-ħolqien ta' sistema ta' privattiva verament unitarja se tippermetti s-simplifikazzjoni tant bżonnjuża tas-sistema attwali. B'hekk, l-utenti jkunu jistgħu jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż tal-privattivi fl-Ewropa sa 80%, u għalhekk itejbu l-funzjonament u l-protezzjoni tal-moviment ħieles tal-oġġetti fis-suq intern u jippermettu l-innovazzjoni u l-intraprenditorija fl-Ewropa.

L-ispejjeż għoljin u l-kumplessità tal-validazzjoni tal-privattivi Ewropej f'diversi Stati Membri huma r-raġunijiet ewlenin għala l-proprjetarji tal-privattivi jidhru li qegħdin jonqsu milli jfittxu kopertura tal-privattiva għall-UE kollha. Pereżempju, l-ispiża totali għall-validazzjoni (inklużi l-ispejjeż diretti tat-traduzzjoni u l-ispejjeż stmati bħal pereżempju l-ispejjeż għall-aġenti tal-privattivi u l-ispejjeż għall-pubblikazzjoni) għall-privattiva Ewropea ta' żmien tipiku hija stmata li tiswa bejn EUR 22 000 u 26 000 għall-kopertura fl-UE kollha. Iċ-ċifri juru li kull sena fl-Istati Membri tal-UE kollha, il-kumpaniji nefqu bejn EUR 205 u 230 miljun fi traduzzjonijiet, validazzjonijiet u spejjeż professjonali. Il-ħolqien ta' privattiva tal-UE se jgħin mhux biss li jnaqqas l-ispejjeż għal EUR 680 għal kull privattiva unika, iżda wkoll biex joħloq kundizzjonijiet aktar favorevoli għall-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, u dan se jiffaċilita li tintlaħaq il-mira li jsir investiment ta' 3% tal-PDG fir-riċerka u l-iżvilupp, kif imniżżel fl-Istrateġija Ewropa 2020.

Barra minn hekk, il-proposta leġiżlattiva attwali li tistabbilixxi proċedura għall-kooperazzjoni msaħħa u l-proposta mistennija mill-Kummissjoni marbuta magħha, dwar il-ħolqien ta' sistema ta' litigazzjoni rigward il-privattiva Ewropea, se jġibu fis-seħħ ċertezza legali fil-qasam tal-privattivi fl-Ewropa.

Il-proposta attwali hija l-progress l-aktar sinifikanti u konkret lejn it-twettiq ta' dan il-pass tant mistenni. Il-Parlament Ewropew juri appoġġ kbir għal din il-proposta u kien ilu snin twal jitlob li tinħoloq privattiva Ewropea vera. Għal dan il-għan, ir-rapporteur jilqa' b'mod pożittiv ħafna l-proposta tal-Kummissjoni, li toffri soluzzjoni bbilanċjata sew u realista li diġà ġiet fil-biċċa l-kbira tagħha approvata mill-Kunsill.

Għal dan il-għan, ir-rapporteur jikkunsidra wkoll li l-ftehim delikat miksub sa dan l-istadju għandu jiġi implimentat mingħajr dewmien, u għandu jsir biss ftit tibdil mhux essenzjali li jista' jtejjeb aktar il-proposta mingħajr ma jfixkel il-progress miksub s'issa.

Eżempju ta' titjib jista' jkun li ma jibqax assoċjat l-effett unitarju tal-liċenzjar u l-limitazzjoni/trasferiment/revoka jew skadenza tal-privattivi Ewropej, jiġifieri filwaqt li l-ħruġ/it-terminazzjoni eċċ kienu jikkonċernaw it-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha, il-liċenzjar għandu jkun possibbli biss f'numru magħżul ta' Stati Membri, jekk dan ikun ix-xewqa tal-kumpanija.

Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni tirrikonoxxi sew l-importanza ta' sħubija bejn l-EPO u ċ-ċentri nazzjonali tal-proprjetà industrijali (premessa 20), b'mod partikolari rigward il-benefiċċju li sħubija bħal din tista' toffri lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fl-attivitajiet ta' privattivi tagħhom. Għalhekk ir-rapporteur jemmen li tali sħubija għandha titħeġġeġ u l-Kummissjoni għandha titħalla tibqa' informata dwar l-iżvilupp ta' tali kooperazzjoni permezz tal-kollaborazzjoni formali tagħha mal-EPO.

L-aħħar iżda mhux l-anqas importanti, wieħed għandu jfakkar li kull dritt li jirriżulta minn privattiva Ewropea b'effett unitarju għandu jkun f'konformità sħiħa mad-drittijiet mogħtija mit-Trattati u mil-liġi tal-Unjoni.

Fl-aħħar, huwa essenzjali li l-Parlament fil-kapaċità tiegħu bħala koleġiżlatur, jibqa' infurmat kif xieraq dwar kull aspett tal-obbligi tal-Kummissjoni lejn il-leġiżlaturi fir-rigward ta' dan ir-Regolament.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Skont l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha tistabbilixxi suq intern, għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa mibni fuq it-tkabbir ekonomiku bbilanċjat u għandha tippromwovi l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku. Il-ħolqien tal-kundizzjonijiet legali li jippermettu li l-intrapriżi jadattaw l-attivitajiet tagħhom fil-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u jipprovduhom b’aktar għażla u opportunitajiet jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Il-protezzjoni tal-privattiva uniformi fis-suq intern, jew tal-anqas parti sinifikanti tiegħu, għandha tkun fost l-istrumenti legali għad-dispożizzjoni tal-intrapriżi.

(1) Skont l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha tistabbilixxi suq intern, għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa mibni fuq it-tkabbir ekonomiku bbilanċjat u għandha tippromwovi t-tixrid tal-informazzjoni dwar l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku. Il-ħolqien tal-kundizzjonijiet legali li jippermettu li l-intrapriżi jadattaw l-attivitajiet tagħhom fil-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u jipprovduhom b’aktar għażla u opportunitajiet jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Il-protezzjoni tal-privattiva uniformi fis-suq intern, jew tal-anqas parti sinifikanti tiegħu, għandha tkun fost l-istrumenti legali għad-dispożizzjoni tal-intrapriżi.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja għandu jinkiseb billi jingħata effett unitarju lill-privattivi Ewropej fil-fażi ta’ wara l-għotja permezz ta' dan ir-Regolament u fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti. Il-karatteristika ewlenija tal-privattivi Ewropej b'effett unitarju għandha tkun il-karattru unitarju tagħhom, jiġifieri li jipprovdu protezzjoni uniformi u li għandhom effett indaqs fl-Istati Membri parteċipanti kollha. Konsegwentement, privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tiġi limitata, liċenzjata, trasferita, revokata jew skaduta biss fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha. Sabiex jiġi żgurat l-ambitu sostantiv uniformi ta’ protezzjoni mogħtija minn protezzjoni tal-privattiva unitarja, privattivi Ewropej li jkunu ngħataw għall-Istati Membri parteċipanti kollha bl-istess sett ta' talbiet biss għandhom jibbenefikaw minn effett unitarju. Madankollu, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fil-każ ta’ limitazzjoni jew revoka għar-raġuni ta' nuqqas ta’ oriġinalità skont l-Artikolu 54(3) tal-KEP, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta’ privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha sseħħ biss fir-rigward tal-Istat(i) Membru/i parteċipanti indikat(i) fl-applikazzjoni tal-privattiva Ewropea kif ippubblikata li tkun saret qabel. Fl-aħħar nett, l-effett unitarju attribbwit lil privattiva Ewropea għandu jkollu natura aċċessorja u m’għandux jibqa’ jeżisti jew jiġi limitat sal-punt li l-privattiva Ewropea bażika tkun ġiet revokata jew limitata.

(7) Il-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja għandu jinkiseb billi jingħata effett unitarju lill-privattivi Ewropej fil-fażi ta’ wara l-għotja permezz ta' dan ir-Regolament u fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti. Il-karatteristika ewlenija tal-privattivi Ewropej b'effett unitarju għandha tkun il-karattru unitarju tagħhom, jiġifieri li jipprovdu protezzjoni uniformi u li għandhom effett indaqs fl-Istati Membri parteċipanti kollha. Konsegwentement, privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tiġi limitata, trasferita jew revokata, jew skaduta, biss fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha. Għandu jkun possibbli li Privattiva Ewropea b'effett unitarju tkun liċenzjata fir-rigward tat-territorji kollha tal-Istati Membri parteċipanti jew parti minnhom. Sabiex jiġi żgurat l-ambitu sostantiv uniformi ta’ protezzjoni mogħtija minn protezzjoni tal-privattiva unitarja, privattivi Ewropej li jkunu ngħataw għall-Istati Membri parteċipanti kollha bl-istess sett ta' talbiet biss għandhom jibbenefikaw minn effett unitarju. Fl-aħħar nett, l-effett unitarju attribbwit lil privattiva Ewropea għandu jkollu natura aċċessorja u m’għandux jibqa’ jeżisti jew jiġi limitat sal-punt li l-privattiva Ewropea bażika tkun ġiet revokata jew limitata.

Ġustifikazzjoni

Tabilħaqq, il-ħruġ u t-terminazzjoni ta' privattiva Ewropea b'effett unitarju għandhom jikkonċernaw l-Istati Membri kollha parteċipanti, madankollu, rigward il-liċenzjar tagħha, għandu jkun possibbli biss għat-territorji ta' ftit u mhux tal-Istati parteċipanti kollha.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-proprjetarji tal-privattivi għandhom iħallsu tariffa ta’ tiġdid waħda, annwali u komuni għall-privattivi Ewropej b’effett unitarju. It-tariffi ta’ tiġdid għandhom ikunu progressivi matul it-terminu ta’ protezzjoni tal-privattiva u, flimkien mat-tariffi li jridu jitħallsu lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi matul l-istadju ta’ qabel l-għotja, għandhom ikopru l-ispejjeż kollha assoċjati mal-għotja tal-privattiva Ewropea u mal-amministrazzjoni ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja. Il-livell tat-tariffi ta’ tiġdid għandu jiġi ffissat bil-għan li tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni u titrawwem il-kompetittività tan-negozji Ewropej. Għandu jirrifletti wkoll id-daqs tas-suq kopert mill-privattiva u jkun simili għal-livell tat-tariffi nazzjonali ta’ tiġdid għal privattiva Ewropea medja li tidħol fis-seħħ fl-Istati Membri parteċipanti fiż-żmien fejn il-livell tat-tariffi tat-tiġdid jiġi ffissat l-ewwel mill-Kummissjoni.

(16) Il-proprjetarji tal-privattivi għandhom iħallsu tariffa ta’ tiġdid waħda, annwali u komuni għall-privattivi Ewropej b’effett unitarju. It-tariffi ta’ tiġdid għandhom ikunu progressivi matul it-terminu ta’ protezzjoni tal-privattiva u, flimkien mat-tariffi li jridu jitħallsu lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi matul l-istadju ta’ qabel l-għotja, għandhom ikopru l-ispejjeż assoċjati mal-għotja tal-privattiva Ewropea u mal-amministrazzjoni ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja. Il-livell tat-tariffi ta’ tiġdid għandu jiġi ffissat bil-għan li tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni u titrawwem il-kompetittività tan-negozji Ewropej u għandu jqis l-istatus u l-kapaċità ta’ finanzjament tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji1. Għandu jirrifletti wkoll id-daqs tas-suq kopert mill-privattiva u jkun simili għal-livell tat-tariffi nazzjonali ta’ tiġdid għal privattiva Ewropea medja li tidħol fis-seħħ fl-Istati Membri parteċipanti fiż-żmien fejn il-livell tat-tariffi tat-tiġdid jiġi ffissat l-ewwel mill-Kummissjoni.

 

_____________________

 

1 kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) It-tariffi ta’ tiġdid għandhom jitħallsu lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi. 50 % minnhom, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż imġarrba mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi fit-twettiq ta' kompiti fir-rigward tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja, għandhom jiġu distribwiti fost l-Istati Membri parteċipanti, u għandhom jintużaw għal finijiet relatati mal-privattiva. Is-sehem tad-distribuzzjoni għandu jiġi stipulat abbażi ta' kriterji ġusti, ekwitabbli u rilevanti jiġifieri il-livell tal-attività tal-privattiva u d-daqs tas-suq. Id-distribuzzjoni għandha tipprovdi kumpens talli jkun hemm lingwa uffiċjali oħra li mhijiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, għal livell baxx b’mod sproporzjonat ta’ attività tal-privattivi u għall-ksib ta’ sħubija tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi pjuttost riċentement.

(18) It-tariffi ta’ tiġdid għandhom jitħallsu lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi. 50 % minnhom, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż imġarrba mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi fit-twettiq ta' kompiti fir-rigward tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja, għandhom jiġu distribwiti fost l-Istati Membri parteċipanti, u għandhom jintużaw għall-infurzar ta' dan ir-Regolament u għal finijiet oħra relatati mal-privattiva u mal-innovazzjoni, kif ukoll għall-provvediment ta' konsulenza u appoġġ lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Is-sehem tad-distribuzzjoni għandu jiġi stipulat abbażi ta' kriterji ġusti, ekwitabbli u rilevanti jiġifieri il-livell tal-attività tal-privattiva u d-daqs tas-suq. Id-distribuzzjoni għandha tipprovdi kumpens talli jkun hemm lingwa uffiċjali oħra li mhijiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, għal livell baxx b’mod sproporzjonat ta’ attività tal-privattivi u għall-ksib ta’ sħubija tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi pjuttost riċentement.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li t-tariffi ta' tiġdid distribwiti jwettqu l-għan tar-Regolament u jkunu ta' benefiċċju għas-sistema msaħħa tal-privattivi fl-Ewropa, għandu jiġi speċifikat għal liema finijiet jistgħu jużawhom l-Istati Membri parteċipanti.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, privattiva Ewropea b’effett unitarju tista’ tiġi limitata, liċenzjata, trasferita, revokata jew skaduta biss fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, privattiva Ewropea b’effett unitarju tista’ tiġi limitata, trasferita jew revokata, jew skaduta, biss fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha.

Ġustifikazzjoni

Tabilħaqq, il-ħruġ u t-terminazzjoni ta' privattiva Ewropea b'effett unitarju għandhom jikkonċernaw l-Istati Membri kollha parteċipanti, madankollu, rigward il-liċenzjar tagħha, għandu jkun possibbli biss għat-territorji ta' ftit u mhux tal-Istati parteċipanti kollha.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Madankollu, il-liċenzjar ta' privattiva Ewropea b'effett unitarju jista' jikkonċerna t-territorji kollha, jew parti minnhom, tal-Istati Membri parteċipanti kollha.

Ġustifikazzjoni

Tabilħaqq, il-ħruġ u t-terminazzjoni ta' privattiva Ewropea b'effett unitarju għandhom jikkonċernaw l-Istati Membri kollha parteċipanti, madankollu, rigward il-liċenzjar tagħha, għandu jkun possibbli biss għat-territorji ta' ftit u mhux tal-Istati parteċipanti kollha.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tidħol fis-seħħ fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti fid-data tal-pubblikazzjoni, mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, tar-referenza tal-għotja tal-privattiva Ewropea fil-Bulettin Ewropew tal-Privattivi.

1. Privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tidħol fis-seħħ fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti fl-erbatax-il jum wara l-pubblikazzjoni, mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, tar-referenza tal-għotja tal-privattiva Ewropea fil-Bulettin Ewropew tal-Privattivi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li ddaħħal perjodu ta' tranżizzjoni fil-pajjiżi li fihom il-privattiva Ewropea kkonċernata tkun se tidħol fis-seħħ, u hekk tagħmilha possibbli li jiġu indirizzati mistoqsijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ippubblikar.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

imħassar

Id-drittijiet ta’ qabel

 

Fil-każ ta’ limitazzjoni jew revoka għar-raġuni ta’ nuqqas ta' oriġinalità skont l-Artikolu 54(3) tal-KEP, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta’ privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha sseħħ biss fir-rigward tal-Istat(i) Membru/i parteċipanti indikat(i) fl-applikazzjoni tal-privattiva Ewropea kif ippubblikata li tkun saret qabel .

 

Ġustifikazzjoni

Peress li l-possibbiltà pprovduta minn dan l-artikolu tneħħiet permezz tal-emenda tal-Konvenzjoni dwar il-Privattiva Ewropea fl-2000, huwa xieraq li titneħħa wkoll mir-Regolament.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tagħti d-dritt lill-proprjetarju tagħha li jipprevjeni kwalunkwe parti terza li m’għandhiex il-kunsens tal-proprjetarju minn dan li ġej:

1. Il-privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tagħti lill-proprjetarju tagħha dritt legalment infurzabbli li jeskludi l-leġittimità ta’ dan li ġej għal kwalunkwe parti terza li m’għandhiex il-kunsens tal-proprjetarju:

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tagħti d-dritt lill-proprjetarju tagħha li jipprevjeni lil kwalunkwe parti terza milli tipprovdi jew toffri li tipprovdi fl-Istati Membri parteċipanti lil kwalunkwe persuna mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, ħlief parti intitolata li tisfrutta l-invenzjoni protetta mill-privattiva, b’mezzi, relatati ma’ element essenzjali ta’ dik l-invenzjoni, sabiex jiddaħħlu fis-seħħ hemmhekk, meta l-parti terza tkun taf, jew kellha tkun taf, li dawk il-mezzi huma xierqa u intenzjonati sabiex idaħħlu fis-seħħ dik l-invenzjoni.

1. Il-privattiva Ewropea b’effett unitarju għandha tagħti lill-proprjetarju tagħha dritt legalment infurzabbli li jeskludi l-leġittimità lil kwalunkwe parti terza milli tipprovdi jew toffri li tipprovdi fl-Istati Membri parteċipanti lil kwalunkwe persuna mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, ħlief parti intitolata li tisfrutta l-invenzjoni protetta mill-privattiva, b’mezzi, relatati ma’ element essenzjali ta’ dik l-invenzjoni, sabiex jiddaħħlu fis-seħħ hemmhekk, meta l-parti terza tkun taf, jew kellha tkun taf, li dawk il-mezzi huma xierqa u intenzjonati sabiex idaħħlu fis-seħħ dik l-invenzjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-drittijiet mogħtija mill-privattiva Ewropea b'effett unitarju m'għandhomx jiġu estiżi għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

Id-drittijiet mogħtija mill-privattiva Ewropea b'effett unitarju għandhom jirrispettaw id-drittijiet mogħtija mit-Trattati u mil-liġi tal-Unjoni u m'għandhomx jiġu estiżi għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Drittijiet mogħtija mill-privattivi Ewropej b'effett unitarju jistgħu xi kultant ikunu f'kunflitt ma' oqsma oħra tal-politika tal-UE u b'hekk l-iżgurar tal-konformità mal-liġi tal-UE hija obbligatorja, kif ipprovdut mill-Artikolu 326 TFUE ("Kull koperazzjoni msaħħa għandha tirrispetta it-Trattati u d-dritt tal-Unjoni").

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-użu ta’ materjal bijoloġiku għall-fini tat-tnissil, l-iskoperta u l-iżviluppar ta’ varjetajiet ġodda ta' pjanti;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi pprovdut privileġġ limitat ta’ dawk li jrabbu bil-għan li tiġi żgurata l-libertà li joperaw fir-rigward ta’ materjal bijoloġiku għall-fini tal-iżvilupp u l-iskoperta ta’ varjetà ġdida ta’ pjanti.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) atti kif koperti mill-privileġġ tal-bdiewa skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 li japplika mutatis mutandis;

(h) l-użu minn bidwi tal-prodott tal-ħsad tiegħu għall-propagazzjoni jew il-multiplikazzjoni minnu fuq l-art agrikola tiegħu stess, fejn kien hemm xi bejgħ ta’ materjal ta’ propagazzjoni tal-pjanti lill-bidwi mill-proprjetarju tal-privattiva jew bil-kunsens tiegħu għall-użu agrikolu, f’korrispondenza mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94;

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-privileġġ tal-bidwi, huwa importanti li l-ifformular tal-kliem tal-limitazzjoni jiġi allinjat mal-ifformular tal-kliem tad-Direttiva 98/44/KE dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-użu minn bidwi ta’ bhejjem protetti għall-finijiet tal-biedja, bil-kundizzjoni li l-annimali tat-tgħammir jew materjal riproduttiv tal-annimali ieħor inbiegħ jew ġie kkummerċjalizzat b’mod ieħor lill-bidwi mill-proprjetarju tal-privattiva jew bil-kunsens tiegħu. Dan l-użu jinkludi l-provvista tal-annimal jew materjal riproduttiv ieħor tal-annimal għall-finijiet tal-attività agrikola tiegħu, iżda mhux il-bejgħ fil-qafas jew għall-fini ta’ attività kummerċjali riproduttiva;

(i) l-użu ta’ annimal jew materjal riproduttiv tal-annimali minn bidwi għal fini agrikola, fejn kien hemm bejgħ mill-proprjetarju tal-privattiva jew bil-kunsens tiegħu lill-bidwi ta' bhejjem tar-razza jew materjal riproduttiv ieħor tal-annimali li jikkostitwixxi jew fih l-invenzjoni privattivata. Dan ma jinkludix kwalunkwe bejgħ li jsir fi ħdan il-qafas jew għall-fini ta' attività ta' riproduzzjoni kummerċjali;

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-privileġġ tal-bidwi, huwa importanti li l-ifformular tal-kliem tal-limitazzjoni jiġi allinjat mal-ifformular tal-kliem tad-Direttiva 98/44/KE dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) bħalma hu li jitqiesu l-istatus u l-kapaċitajiet ta' finanzjament tal-intrapriżi żgħar u medji.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) filwaqt li jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kif definit fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-daqs tas-suq espress fl-għadd tal-popolazzjoni,

(b) id-daqs tas-suq, filwaqt li jiġi żgurat ammont minimu biex ikun imqassam lil kull Stat Membru parteċipanti,

Ġustifikazzjoni

Fid-distribuzzjoni tat-tariffi ta' tiġdid fost l-Istati Membri, jista' jkun aktar prattiku li tiġi żgurata distribuzzjoni bbażata fuq id-daqs tas-suq (mhux f'termini ta' popolazzjoni iżda f'termini ta' suq kopert mill-privattiva) iżda fl-istess ħin jiġi żgurat tip ta' pagament minimu lill-Istati Membri parteċipanti kollha.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib permezz ta’ ftehim ta’ ħidma mal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi skambji regolari ta’ opinjonijiet dwar il-funzjonament tal-ftehim ta’ ħidma u, b’mod partikolari, dwar il-kwistjoni tat-tariffi ta’ tiġdid u l-impatt fuq il-baġit tal-Oganizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib permezz ta’ ftehim ta’ ħidma mal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi skambji regolari ta’ opinjonijiet dwar il-funzjonament tal-ftehim ta’ ħidma, b’mod partikolari, dwar il-kwistjoni tat-tariffi ta’ tiġdid u l-impatt fuq il-baġit tal-Oganizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi, kif ukoll dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi u l-uffiċċji ċentrali għall-propjetà industrijali tal-Istati Membri parteċipanti, b'mod partikolari rigward id-dispożizzjoni tal-appoġġ għall-attivitajiet tal-privattivi lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Ġustifikazzjoni

Kif rifless fil-premessa 20, jista' jkun hemm benefiċċju ċar ta' "sħubija msaħħa" bejn l-EPO u l-uffiċċji ċentrali għall-propjetà industrijali rigward l-attivitajiet tal-privattivi tal-SMEs. Tali kooperazzjoni għandha titħeġġeġ u l-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata fil-qafas tal-kooperazzjoni tagħha mal-EPO.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mhux aktar tard minn sitt snin mid-data li fiha tidħol fis-seħħ l-ewwel privattiva Ewropea b’effett unitarju fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill rapport dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, tagħmel proposti xierqa għall-emendar tiegħu. Għandhom jiġu ppreżentati rapporti sussegwenti dwar it-tħaddim ta' dan ir-Regolament mill-Kummissjoni kull sitt snin.

1. Mhux aktar tard minn tliet snin mid-data li fiha tidħol fis-seħħ l-ewwel privattiva Ewropea b’effett unitarju fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, tagħmel proposti xierqa għall-emendar tiegħu. Għandhom jiġu ppreżentati rapporti sussegwenti dwar it-tħaddim ta' dan ir-Regolament mill-Kummissjoni kull tliet snin.

PROĊEDURA

Titolu

Kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja

Referenzi

COM(2011)0215 – C7-0099/2011 – 2011/0093(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.7.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Alajos Mészáros

1.9.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.10.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Vicky Ford, Adam Gierek, Norbert Glante, Robert Goebbels, Fiona Hall, Jacky Hénin, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan Cizelj, Lena Kolarska-Bobińska, Béla Kovács, Philippe Lamberts, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Anni Podimata, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Francesco De Angelis, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Ivailo Kalfin, Seán Kelly, Holger Krahmer, Werner Langen, Alajos Mészáros, Mario Pirillo, Vladimír Remek

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Anna Hedh

PROĊEDURA

Titolu

Kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja

Referenzi

COM(2011)0215 – C7-0099/2011 – 2011/0093(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.4.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.7.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Bernhard Rapkay

11.4.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.6.2011

11.10.2011

21.11.2011

 

Data tal-adozzjoni

20.12.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Jean-Marie Cavada, Luis de Grandes Pascual, Vytautas Landsbergis, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger

Data tat-tressiq

11.1.2012