Proċedura : 2011/0038(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0022/2012

Testi mressqa :

A7-0022/2012

Dibattiti :

PV 13/02/2012 - 16
CRE 13/02/2012 - 16

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2012 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0033

RAPPORT     ***I
PDF 1109kWORD 789k
1.2.2012
PE 473.716v02-00 A7-0022/2012

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji

(COM(2011)0079 – C7‑0059/2011 – 2011/0038(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Kurt Lechner

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji

(COM(2011)0079 – C7‑0059/2011 – 2011/0038(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0079),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(2)(g) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0059/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2011(1),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tas-6 ta' Mejju 2011(2),

–   wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tas-27 ta' Jannar 2012 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0022/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 50(2)(g) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkonsultaw lis-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data,

imħassar

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) In-negozji qegħdin dejjem aktar jespandu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali billi jużaw l-opportunitajiet offruti mis-suq intern. Gruppi transkonfinali kif ukoll għadd kbir ta' operazzjonijiet ta’ ristrutturar, bħalma huma l-fużjonijiet u d-diviżjonijiet jinvolvu kumpaniji minn Stati Membri differenti. Għalhekk, hemm domanda dejjem akbar għal aċċess għal informazzjoni dwar il-kumpaniji f'kuntest transkonfinali. Fuq bażi transkonfinali, madankollu, informazzjoni uffiċjali fuq il-kumpaniji mhijiex faċilment disponibbli.

(1) In-negozji qegħdin jespandu dejjem aktar lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, billi jużaw l-opportunitajiet offruti mis-suq intern. Gruppi transkonfinali kif ukoll għadd kbir ta' operazzjonijiet ta’ ristrutturar, bħalma huma l-fużjonijiet u d-diviżjonijiet jinvolvu kumpaniji minn Stati Membri differenti. Għalhekk, hemm domanda dejjem akbar għal aċċess għal informazzjoni dwar il-kumpaniji f'kuntest transkonfinali. Madankollu, informazzjoni uffiċjali fuq il-kumpaniji mhijiex dejjem disponibbli fil-pront fuq bażi transkonfinali.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor tistabbilixxi l-lista ta' dokumenti u dettalji li l-kumpaniji jkollhom jiddivulgaw fir-reġistru tal-fergħa tagħhom. Madankollu, ma hemm l-ebda obbligu fuq ir-reġistri li jiskambjaw id-dejta dwar il-fergħat barranin. Dan iwassal għal inċertezza legali għal partijiet terzi fil-pajjiż tal-fergħa fejn tibdiliet importanti fir-rigward tal-kumpanija ma jiġux riflessi fir-reġistru.

(2) Il-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor tistabbilixxi l-lista ta' dokumenti u dettalji li l-kumpaniji jkollhom jiddivulgaw fir-reġistru tal-fergħa tagħhom. Madankollu, ma hemm l-ebda obbligu fuq ir-reġistri li jiskambjaw id-dejta dwar il-fergħat barranin. Dan iwassal għal inċertezza legali għal partijiet terzi billi minkejja t-tneħħija tal-kumpanija minn fuq ir-reġistru, il-fergħa tagħha tista' tkompli topera.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Operazzjonijiet bħal fużjonijiet transkonfinali jew trasferimenti tal-uffiċċji reġistrati rendew meħtieġa l-kooperazzjoni ta' kuljum tar-reġistri kummerċjali. Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata teħtieġ lir-reġistri jikkooperaw fuq livell transkonfinali. Madankollu ma hemmx kanali ta' komunikazzjoni stabbiliti li jistgħu jgħaġġlu l-proċeduri, jgħinu biex jingħelbu l-problemi lingwistiċi u jsaħħu ċ-ċertezza legali.

(3) Operazzjonijiet bħal fużjonijiet transkonfinali rendew meħtieġa l-kooperazzjoni ta' kuljum bejn ir-reġistri kummerċjali. Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata teħtieġ lir-reġistri jikkooperaw fuq livell transkonfinali. Madankollu ma hemmx kanali ta' komunikazzjoni stabbiliti li jistgħu jgħaġġlu l-proċeduri, jgħinu biex jingħelbu problemi lingwistiċi u jsaħħu ċ-ċertezza legali.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti tiżgura, fost l-oħrajn, li dokumenti u dettalji maħżuna fir-reġistru ikunu aċċessibbli fuq il-karta jew b'mezz elettroniċi. Madankollu, iċ-ċittadini u l-kumpaniji għadhom ikollhom ifittxu pajjiż pajjiż, partikolarment peress li l-kooperazzjoni voluntarja attwali bejn ir-reġistri tat prova li mhijiex biżżejjed.

(4) Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u partijiet terzi, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti tiżgura, fost l-oħrajn, li dokumenti u dettalji maħżuna fir-reġistru jkunu aċċessibbli fuq il-karta jew b'mezzi elettroniċi. Madankollu, iċ-ċittadini u l-kumpaniji għadhom ikollhom ifittxu fir-reġistru abbażi ta’ pajjiż pajjiż, partikolarment minħabba li l-kooperazzjoni voluntarja attwali bejn ir-reġistri tat prova li mhijiex biżżejjed.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Att tas-Suq Uniku identifikat l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji bħala miżura biex jinħoloq ambjent legali u fiskali aktar dħuli għall-kummerċ. L-interkonnessjoni għandha tikkontribwixxi biex titrawwem il-kompetittività tal-kummerċ Ewropew billi jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u tiżdied iċ-ċertezza legali u b'hekk tkun ta' kontribut biex noħorġu mill-kriżi, waħda mill-prijoritajiet tal-aġenda Ewropa 20202. Għandha wkoll ittejjeb il-komunikazzjoni transkonfinali bejn ir-reġistri billi tuża l-innovazzjonijiet fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Att tas-Suq Uniku identifikat l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji bħala miżura meħtieġa biex jinħoloq ambjent legali u fiskali aktar dħuli għall-kummerċ. L-interkonnessjoni għandha tikkontribwixxi għat-trawwim tal-kompetittività tal-kummerċ Ewropew billi jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u tiżdied iċ-ċertezza legali u b'hekk tikkontribwixxi għall-ħruġ mill-kriżi, li hi waħda mill-prijoritajiet tal-aġenda Ewropa 2020. Għandha wkoll ittejjeb il-komunikazzjoni transkonfinali bejn ir-reġistri billi tuża innovazzjonijiet fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

COM(2010), 608 finali.

 

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, EUCO 13/10 – 17 ta' Ġunju 2010.

 

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fis-7 ta' Settembru 2010 il-Parlament Ewropew enfasizza fir-riżoluzzjoni dwar l-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali li l-utilità tal-proġett għal aktar integrazzjoni taż-Żona Ekonomika Ewropea tista' tiġi esplojtata biss jekk l-Istati Membri kollha jipparteċipaw fin-netwerk.

(7) Fis-7 ta' Settembru 2010 il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni dwar l-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali enfasizza li l-utilità tal-proġett għal aktar integrazzjoni taż-Żona Ekonomika Ewropea tista' tiġi esplojtata biss jekk l-Istati Membri kollha jipparteċipaw fin-netwerk.

1 A7-0218/2010.

 

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Ġustizzja Elettronika jipprovdi għall-iżvilupp ta' Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika bħala l-punt uniku ta' aċċess għall-informazzjoni legali, istituzzjonijiet amministrattivi u legali, reġistri, bażijiet ta’ dejta u servizzi oħra u jqis l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji bħala element importanti.

(8) Il-Pjan ta' Azzjoni pluriennali 2009-2013 dwar l-e-Justice Ewropea1 jipprovdi għall-iżvilupp ta' Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika bħala l-punt uniku ta' aċċess elettroniku Ewropew għall-informazzjoni legali, istituzzjonijiet amministrattivi u legali, reġistri, bażijiet ta’ dejta u servizzi oħra u jqis l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji importanti.

1 2009/C 75/01

1 ĠU C 75, 31.3.2009, p. 1.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-aċċess transkonfinali għall-informazzjoni kummerċjali jista' jitjieb biss jekk l-Istati Membri kollha jimpenjaw ruħhom fil-bini ta' netwerk elettroniku tar-reġistri u jitrasmettu l-informazzjoni lill-utenti tal-informazzjoni kummerċjali f'mod standardizzat (kontenut simili u teknoloġiji interoperabbli) madwar l-Unjoni kollha. L-utenti għandhom ikun jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni permezz ta' pjattaforma elettronika Ewropea unika li tkun tifforma parti minn netwerk elettroniku.

(9) L-aċċess transkonfinali għall-informazzjoni kummerċjali dwar kumpaniji u l-fergħat tagħhom li nfetħu fi Stati Membri oħra jista' jitjieb biss jekk l-Istati Membri kollha jimpenjaw ruħhom li jippermettu komunikazzjoni elettronika bejn ir-reġistri u jitrasmettu l-informazzjoni lill-utenti individwali f'mod standardizzat, permezz ta' kontenut identiku u teknoloġiji interoperabbli, madwar l-Unjoni. L-interoperabbiltà tar-reġistri għandha tiġi żgurata mir-reġistri tal-Istati Membri (''reġistri domestiċi'') li jipprovdu servizzi li għandhom iservu ta' interfaċċja għall-pjattaforma ċentrali Ewropea (''il-pjattaforma''). Il-pjattaforma għandha tkun sett ċentralizzat ta' għodda tat-teknoloġija tal-informatika b'servizzi u għandha tifforma interfaċċja komuni. Dik l-interfaċċja għandha tintuża mir-reġistri domestiċi kollha. Il-pjattaforma għandha tipprovdi wkoll servizzi li jikkostitwixxu interfaċċja għall-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, li jservi ta' punt ta' aċċess elettroniku Ewropew u għall-punti ta' aċċess fakultattivi oħra stabbiliti mill-Istati Membri. Il-pjattaforma għandha titqies biss bħala strument għall-interkonnessjoni tar-reġistri u mhux bħala entità distinta li għandha personalità legali. Fuq il-bażi ta' identifikaturi uniċi, il-pjattaforma għandu jkollha l-funzjoni li twassal l-informazzjoni minn kull wieħed mir-reġistri tal-Istati Membri għar-reġistri kompetenti ta' Stati Membri oħrajn f'format ta' messaġġ standard (forma elettronika ta' messaġġi skambjati bejn sistemi tat-teknoloġija tal-informatika bħal pereżempju: xml) u l-verżjoni lingwistika adegwata.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Din id-Direttiva m'għandhiex l-għan li tistabbilixxi xi bażi ta’ data ta' reġistri ċentralizzata li taħżen informazzjoni sostantiva dwar il-kumpaniji. Fl-istadju ta' implimentazzjoni tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji (''is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri''), is-sett ta' data neċessarja għall-funzjonament tajjeb tal-pjattaforma ċentrali biss għandu jkun definit. L-ambitu ta' din id-data għandu jinkludi, b'mod partikolari, data operattiva, dizzjunarji u glossarji. Għandu jiġi determinat, filwaqt li titqies ukoll il-ħtieġa li jiġi żgurat l-operat effiċjenti tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri. Din id-data għandha tintuża bl-iskop li jitwettqu l-funzjonijiet tal-pjattaforma u m'għandha qatt tkun disponibbli għall-pubbliku f'forma diretta. Barra minn hekk, il-pjattaforma la għandha timmodifika l-kontenut tad-data dwar kumpaniji maħżuna f'reġistri domestiċi u lanqas l-informazzjoni dwar kumpaniji trażmessa permezz tas-sistema tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 9 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Peress li l-għan ta' din id-Direttiva mhuwiex li tarmonizza s-sistemi nazzjonali tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji, l-Istati Membri ma għandhomx l-obbligu li jibdlu s-sistema interna tar-reġistri tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni, il-ħżin ta' data, it-tariffi, l-użu u l-iżvelar ta' informazzjoni għal skopijiet nazzjonali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data għandha tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali, inkluża t-trasmizzjoni ta' dejta personali permezz ta' netwerk elettroniku, li titwettaq fl-Istati Membri.

imħassar

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għandu jiddaħħal identifikatur uniku tal-kumpaniji, minbarra n-numru tar-reġistrazzjoni eżistenti tal-Kumpaniji, sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-kumpaniji li huma preżenti, pereżempju permezz tal-fergħat jew is-sussidjarji, f'aktar minn Stat Membru wieħed.

imħassar

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-istess bħall-kumpaniji, il-fergħat għandu wkoll ikollhom, minbarra n-numru tagħhom fir-reġistru, identifikatur uniku li jippermetti l-identifikazzjoni bla ekwivoċi fiż-Żona Ekonomika Ewropea. L-emendar tad-Direttiva 89/666/KEE f'dan ir-rigward għandu jagħmilha possibbli li tiġi stabbilita konnessjoni ċara bejn il-kumpaniji u l-fergħat barranin tagħhom, peress li dan huwa neċessarju għall-aġġornament regolari tal-informazzjoni fir-reġistru tal-kumpanija u fir-reġistru tal-fergħa barranija. Il-koerenza tal-informazzjoni rreġistrata għandha tiżgura li partijiet terzi jkollhom aċċess biex jaġġornaw id-dejta dwar il-fergħat fl-Istati Membri tagħhom. Filwaqt li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar il-proċeduri li jsegwu fir-rigward tal-fergħat irreġistrati fit-territorju, huma għandhom jiżguraw, tal-anqas li l-fergħat ta' kumpaniji li għalqu jitneħħew mir-reġistru mingħajr dewmien bla bżonn.

(12) Fi ħdan il-qafas ta' din id-Direttiva, il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika se jitratta, permezz tal-użu tal-pjattaforma, mistoqsijiet minn utenti individwali rigward informazzjoni dwar kumpaniji u l-fergħat tagħhom li nfetħu fi Stati Membri oħra, maħżuna fir-reġistri domestiċi. Dan se jippermetti l-preżentazzjoni tar-riżultati tat-tfittxija fil-Portal, inklużi tabelli spjegattivi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni li jelenkaw l-informazzjoni pprovduta. Barra minn hekk, sabiex titjieb il-protezzjoni ta' partijiet terzi fi Stati Membri oħrajn, informazzjoni bażika dwar il-valur legali ta' dettalji u dokumenti żvelati skont il-liġijiet tal-Istati Membri adottati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/101/KE għandha tkun disponibbli fil-Portal.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu punt wieħed jew aktar ta' aċċess fakultattiv, li jista' jkollu impatt fuq l-użu u l-operat tal-pjattaforma. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata dwar it-twaqqif tiegħu/tagħhom u dwar tibdil sinifikanti ieħor fuq l-operat tiegħu/tagħhom, b'mod partikolari l-għeluq tiegħu/tagħhom. Din in-notifika m'għandha bl-ebda mod tillimita s-setgħat tal-Istati Membri fir-rigward tat-twaqqif u l-operat tal-punti ta' aċċess fakultattivi.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) Il-kumpaniji u l-fergħat tagħhom li nfetħu fi Stati Membri oħra għandu jkollhom identifikatur uniku li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom bla ekwivoku fl-Unjoni Ewropea. L-identifikatur huwa maħsub li jintuża għall-komunikazzjoni bejn ir-reġistri permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji (''is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri''). Għalhekk, il-kumpaniji u l-fergħat mhumiex obbligati jinkludu l-identifikatur uniku fl-ittri jew fil-formoli tal-ordni msemmija fid-Direttivi 2009/101/KE u 89/666/KEE. Għandhom ikomplu jużaw in-numru ta' reġistrazzjoni domestiku tagħhom għall-iskopijiet ta' komunikazzjoni proprji tagħhom.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c) Għandu jkun hemm il-possibilità li tiġi stabbilita konnessjoni ċara bejn ir-reġistri tal-kumpanija u r-reġistri tal-fergħat tagħha li nfetħu fi Stati Membri oħra, li tkun tikkonsisti fl-iskambju ta' informazzjoni dwar il-ftuħ u t-tmiem ta' kull proċediment għal stralċ jew falliment tal-kumpanija u dwar it-tneħħija tal-kumpanija minn fuq ir-reġistru, jekk dan iġib miegħu konsegwenzi legali f'dak l-Istat Membru. Filwaqt li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar il-proċeduri li jsegwu fir-rigward tal-fergħat irreġistrati fit-territorju tagħhom, huma għandhom jiżguraw, tal-anqas li l-fergħat ta' kumpaniji li għalqu jitneħħew mir-reġistru mingħajr dewmien bla bżonn u jekk applikabbli, wara proċedimenti għal-likwidazzjoni tal-fergħa. Dan l-obbligu m'għandux japplika għall-fergħat ta' kumpaniji li tneħħew mir-reġistru iżda li għandhom suċċessur legali, bħal fil-każ ta' kull tibdil fil-forma legali tal-kumpanija, fużjoni jew diviżjoni, jew trasferiment transkonfinali tal-uffiċċju rreġistrat tagħha.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 12d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12d) Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-fergħa li nfetħet fi Stat Membru minn kumpanija li mhijiex regolata mil-liġi ta' Stat Membru, kif stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/666/KEE.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Id-Direttiva 2005/56/EC għandha tiġi emendata wkoll sabiex tiżgura li l-komunikazzjoni bejn ir-reġistri titwettaq permezz tan-netwerk elettroniku tar-reġistri.

(13) Id-Direttiva 2005/56/EC għandha tiġi emendata wkoll sabiex tiżgura li l-komunikazzjoni bejn ir-reġistri titwettaq permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe bidla fl-informazzjoni mdaħħla fir-reġistri rigward il-kumpaniji tiġi aġġornata bla dewmien. L-aġġornament għandu jkun żvelat, normalment, fi żmien wieħed u għoxrin jum mill-wasla tad-dokumentazzjoni sħiħa rigward dawk il-bidliet, inkluż il-kontroll tal-legalità skont il-liġi nazzjonali. Dan il-limitu ta’ żmien għandu jiġi interpretat bħala rekwiżit għall-Istat Membri li jagħmlu sforzi raġonevoli biex jirrispettaw l-iskadenza stipulata fid-Direttiva. M’għandux japplika fir-rigward tad-dokumenti tal-kontabilità li l-kumpaniji obbligati jissottomettu għal kull sena finanzjarja. Din l-esklużjoni hi ġġustifikata minħabba l-fatt li r-reġistri domestiċi jkunu mgħobbija żżejjed waqt il-perjodi ta’ rappurtar. Skont il-prinċipji legali ġenerali komuni għall-Istati Membri kollha, il-limitu taż-żmien ta’ wieħed u għoxrin jum għandu jkun sospiż f’każ ta’ force majeure.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm differenzi sinifikanti fil-kwalità tad-dokumenti u d-dettalji rreġistrati fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni rreġistrata skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE tiġi aġġornata u li l-aġġornatment jiġi ddevulgat, sa mhux aktar tard mill-ħames jum tal-kalendarju wara li jkun seħħ l-avveniment li rriżulta fil-bidla fid-dejta rreġistrata. Barra minn dan, sabiex titjieb il-protezzjoni tal-partijiet terzi fl-Istat Membri l-oħra, id-dokumenti u d-dettalji kollha trasmessi permezz tan-netwerk għandhom ikunu akkompanjati minn informazzjoni ċara dwar il-valur legali tagħhom.

imħassar

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiżviluppa u/jew topera l-pjattaforma permezz ta' parti terza, dan għandu jsir skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1. Għandu jkun żgurat livell adegwat ta’ involviment tal-Istati Membri f’dan il-proċess billi jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskop ta’ appalt pubbliku permezz ta’ atti implimentattivi adottati permezz tal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni2.

 

_____________

 

1 ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

 

2ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-governanza, il-maniġement, l-operat, ir-repreżentanza u l-iffinanzjar tan-netwerk elettroniku, il-kundizzjonijiet għal pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ekonomika Ewropea biex jipparteċipaw fin-netwerk elettroniku, l-istandards minimi tas-sigurtà, l-użu ta' identifikatur uniku, il-lingwi użati min-netwerk elettroniku, il-metodu tat-trasmissjoni tal-informazzjoni bejn ir-reġistri li jiżgura aċċess transkonfinali għall-informazzjoni, l-interoperabbiltà tal-informazzjoni u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni użati mill-membri tan-netwerk elettroniku, id-definizzjoni ta' standards tal-format, is-sustanza u l-limiti għall-ħżin u s-sejbien tad-dokumenti u d-dettalji li jippermettu skambju awtomatiku tad-dejta, il-konsekwenzi tan-nuqqas ta' konformità, il-metodu tal-identifikazzjoni tar-rabta bejn kumpanija u l-fergħa barranija tagħha, il-metodu u l-istandards tekniċi għat-trasmissjoni tal-informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa, l-istandards tekniċi tat-trasmissjoni tal-informazzjoni bejn ir-reġistri u l-forom standard tan-notifikazzjoni tal-fużjonijiet transkonfinali li għandhom jintużaw mir-reġistri. Il-governanza tan-netwerk għandha tinkludi mekkaniżmu ta' reazzjoni mingħand l-utenti ħalli l-ħtiġijiet tagħhom ikunu jistgħu jitqiesu. Huwa meħtieġ li s-setgħat jiġu ddelegati lill-Kummissjoni għal żmien indeterminat, ħalli jekk ikun meħtieġ ikunu jistgħu jiġu aġġustati r-regoli.

(15) Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li topera l-pjattaforma permezz ta’ parti terzi, għandha tkun żgurata l-kontinwità tal-forniment ta’ servizzi permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ reġistri u supervizzjoni pubblika xierqa tal-funzjonament tal-pjattaforma. Permezz ta’ atti implimentattivi adottati permezz tal-proċedura ta’ eżami li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, għandhom jiġu adottati regoli dettaljati dwar il-ġestjoni operattiva tal-pjattaforma. F’kull każ, l-involviment tal-Istati Membri fil-funzjonament tas-sistema kollha għandu jkun żgurat permezz ta’ djalogu regolari bejn il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-operat tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri u l-iżvilupp ġejjieni tagħha.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) L-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji toħloq il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni ta' sistemi nazzjonali b'karatteristiċi tekniċi li jvarjaw bejniethom. Dan jinvolvi l-adozzjoni ta’ miżuri u speċifikazzjonijiet tekniċi li jeħtieġ li jqisu d-differenzi bejn ir-reġistri. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni biex jiġu trattati dawn il-kwistjonijiet tekniċi u operattivi. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament Nru 182/2011.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 15b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b) Din id-Direttiva m’għandhiex tillimita d-drittijiet tal-Istati Membri li jitolbu miżati biex jiksbu informazzjoni dwar kumpaniji permezz ta' sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri, jekk tali miżati jkunu rikjesti skont il-liġi nazzjonali. Għaldaqstant il-miżuri u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri għandha tagħti lok għall-istabbiliment tal-modalitajiet tal-ħlas. Id-Direttiva m’għandhiex tippreġudika f’dan ir-rigward kwalunkwe soluzzjoni teknika speċifika, għax il-modalitajiet tal-ħlas għandhom ikunu determinati fl-istadju tal-adozzjoni tal-atti implimentattivi, filwaqt li jitqiesu l-faċilitajiet tal-ħlas online disponibbli b'mod mifrux.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 15c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15c) Jista’ jkun mixtieq li l-pajjiżi terzi jkunu jistgħu, fil-futur, jipparteċipaw fis-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 15d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15d) Soluzzjoni ġusta għall-finanzjament tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri tinvolvi li kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Istati Membri tagħhom għandu jkollhom sehem fil-finanzjament ta' dik is-sistema. L-Istati Membri għandhom iġorru l-piż finanzjarju tal-aġġustament tar-reġistri domestiċi tagħhom ma' dik is-sistema, filwaqt li l-elementi ċentrali - il-pjattaforma u l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika li jservu ta' punt uniku ta' aċċess Ewropew - għandhom ikunu ffinanzjati minn linja baġitarja adegwata tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Biex ikunu supplimentati l-elementi mhux essenzjali tad-direttiva attwali, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jkun delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tat-talba ta’ miżati għall-aċċess għall-informazzjoni tal-kumpaniji. Dan mgħandux jeffettwa l-possibilità li r-reġistri nazzjonali jitlobu miżati, iżda din tista’ tkun miżata addizzjonali għall-kofinanzjament tal-manutenzjoni u l-funzjonament tal-pjattaforma Ċentrali Ewropea. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 15e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15e) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data1 u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data2 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, inkluża t-trażmissjoni elettronika ta’ data personali mwettqa fl-Istati Membri. Kwalunke pproċessar ta’ data personali mir-reġistri tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u jekk applikabbli, kwalunkwe parti terzi involuta fl-operat tal-pjattaforma, għandu jsir f'konformità ma' dawk l-atti. L-atti implimentattivi li se jiġu adottati b'relazzjoni mas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri għandhom, fejn ikun xieraq, jiżguraw tali konformità, b'mod partikolari billi jistabbilixxu l-kompiti u r-responsabilitajiet relevanti tal-parteċipanti kollha konċernati u r-regoli organizzattivi u tekniċi applikabbli għalihom.

 

______________

 

1 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

 

2 ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 15f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15f) Is-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri tirrikjedi li l-Istati Membri jagħmlu l-adattamenti neċessarji li jikkonsistu, b’mod partikolari, fl-iżvilupp ta’ interface li jgħaqqad kull reġistru mal-pjattaforma ċentrali biex dik is-sistema ssir operattiva. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tipprevedi limitu taż-żmien diferit għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet dwar l-operat tekniku ta’ dik is-sistema. Dan il-limitu taż-żmien għandu jsegwi l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-atti implimentattivi kollha li jikkonċernaw il-miżuri u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri. Il-limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-operat tekniku tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri għandu jkun biżżejjed biex jagħti lok lill-Istati Membri li jwettqu l-adattamenti legali u tekniċi meħtieġa sabiex jagħmlu lis-sistema operattiva għalkollox f’tul ta’ żmien raġonevoli.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 15g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15g) Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tal-20 ta’ Ottubru 2011, l-Istati Membri ħadu l-impenn li jakkumpanjaw, f’każijiet iġġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew diversi li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Rigward din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hi ġġustifikata.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 15h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15h) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji inkorporati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 8 tal-Karta, li jgħid li kull persuna għandha d-dritt ta’ protezzjoni tad-data personali li tikkonċernaha.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2)tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta l-opinjoni tiegħu fis-6 ta’ Mejju 20111,

 

______________

 

1 ĠU C 220, 26.7.2011, p. 1.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Fl-Artikolu 1, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

(1) Fl-Artikolu 1, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 89/666/KEE

Artikolu 1 – paragrafu -3 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"-3. Id-dokumenti u d-dettalji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(1) għandhom ikunu disponibbli pubblikament permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji, stabbilita skont l-Artikolu 4a(2) tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u ta’ partijiet terzi, huma mitluba mill-Istati Membri mingħand il-kumpaniji tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat*, bl-għan li tali salvagwardji jkunu magħmula ekwivalenti. L-Artikoli 3aa, 3ab(1) ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw mutatis mutandis.

 

________________

 

* ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 89/666/KEE

Artikolu 1 – Paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-fergħat għandu jkollhom identifikatur uniku li jippermetti l-indentifikazzjoni tagħhom bla ekwivoku fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fergħat ikollhom identifikatur uniku li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom bla ekwivoku fil-komunikazzjonijiet bejn ir-reġistri permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji, stabbilita skont l-Artikolu 4a(2) tad-Direttiva 2009/101/KE. Dan l-identifikatur uniku għandu jinkludi, tal-anqas, elementi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-Istat Membru tar-reġistru, ir-reġistru domestiku ta' oriġini u n-numru tal-fergħa f'dak ir-reġistru u, fejn xieraq, karatteristiċi sabiex ikunu evitati żbalji ta' identifikazzjoni."

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 89/666/KEE

Artikolu 5a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-reġistru tal-fergħa għandu jinnotifika, mingħajr dewmien u permezz tan-netwerk elettroniku msemmi fl-Artikolu 4a tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsull(*), lir-reġistru tal-kumpanija bi kwalunkwe tibdil fid-dokumenti u d-dettalji elenkati fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.

1. Ir-reġistru tal-kumpanija għandu, permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji, stabbilita skont l-Artikolu 4a(2) tad-Direttiva 2009/101/KE u mingħajr dewmien, jagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-ftuħ u l-għeluq ta' kwalunkwe proċedura ta’ stralċ jew insolvenza tal-kumpanija u dwar it-tneħħija tal-kumpanija minn fuq ir-reġistru, jekk dan ikun iġib miegħu konsegwenzi legali fl-Istat Membru ta’ dak ir-reġistru.

2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-proċedura legali li għandha tiġi segwita malli jaslu n-notifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 4a(2) tad-Direttiva 2009/101/KE. Dawn il-proċeduri għandhom jiżguraw li l-fergħat tal-kumpaniji li għalqu jew b'xi mod ieħor tneħħew mir-reġistru jingħalqu mingħajr dewmien bla bżonn.

2. Ir-reġistru tal-fergħa, permezz ta' din is-sistema, għandu jiżgura mingħajr dewmien li rċieva l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 11b u 11c, li jispeċifikaw dan li ġej:

3. L-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun mingħajr ħlas għar-reġistri.

a) il-metodu ta' identifikazzjoni tar-rabta bejn kumpanija u l-fergħa tagħha;

 

b) l-istandards tekniċi u l-metodu tat-trasmissjoni tal-informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa.'

 

 

3a. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-proċedura li għandha tiġi segwita malli tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Dawn il-proċeduri għandhom jiżguraw li l-fergħat tal-kumpaniji li jkunu għalqu jew li b'xi mod ieħor tneħħew mir-reġistru, jitneħħew mir-reġistru bla ebda dewmien bla bżonn.

 

3b. It-tieni sentenza tal-Paragrafu 3a m'għandhiex tapplika għall-fergħat ta' kumpaniji li tneħħew mir-reġistru b’konsegwenza ta’ xi bidla fil-forma legali tal-kumpanija, fużjoni jew diviżjoni, jew trasferiment transkonfinali tal-uffiċċju reġistrat tagħha.”.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 89/666/KEE

Taqsima IIIa

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

TAQSIMA IIIa

imħassar

ATTI DELEGATI

 

Artikolu 11a

 

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5a(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.

 

2. Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att delegat, għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

3. Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 11b u 11c.

 

Artikolu 11b

 

1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 11a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Europew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel tittieħed deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista' tiġi rrevokata.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Artikolu 11c

 

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

 

Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

2. Jekk, mal-iskadenza ta’ dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.

 

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw il-Kummissjoni bl-intenzjoni li ma jressqux oġġezzjonijiet.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tispjega r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat.

 

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1

Direttiva 2005/56/KE

Artikolu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

 

Reġistrazzjoni

1. Il-liġi ta' kull Stat Membru li għall-ġurisdizzjoni tiegħu kienu suġġetti l-kumpaniji li jwettqu fużjoni għandha tiddetermina, fir-rigward tat-territorju ta' dak l-Istat, l-arranġamenti, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), għall-pubbliċizzar tat-twettiq ta' din il-fużjoni transkonfinali fir-reġistru pubbliku li fih kull waħda mill-kumpaniji hija meħtieġa tippreżenta dokumenti.

Il-liġi ta' kull Stat Membru li għall-ġurisdizzjoni tiegħu kienu suġġetti l-kumpaniji li jwettqu fużjoni għandha tiddetermina, fir-rigward tat-territorju ta' dak l-Istat, l-arranġamenti, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri tal-kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bl-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti, għall-pubbliċizzar tat-twettiq ta' din il-fużjoni transkonfinali fir-reġistru pubbliku li fih kull waħda mill-kumpaniji hija meħtieġa tippreżenta dokumenti.

Ir-reġistru għar-reġistrazzjoni tal-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni transkonfinali għandu jinnotifika, mingħajr dewmien, permezz tan-netwerk elettroniku msemmi fl-Artikolu 4a tad-Direttiva 2009/101/KE, lir-reġistru li fih kull waħda mill-kumpaniji kienet meħtieġa tippreżenta dokumenti li l-fużjoni transkonfinali tkun seħħet. It-tħassir tar-reġistrazzjoni l-qadima, jekk applikabbli, għandu jitwettaq malli tasal in-notifikazzjoni, iżda mhux qabel.

Ir-reġistru għar-reġistrazzjoni tal-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni transkonfinali għandu jinnotifika, permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji, stabbilita skont l-Artikolu 4a(2) tad-Direttiva 2009/101/KE u mingħajr dewmien, lir-reġistru li fih kull waħda mill-kumpaniji kienet meħtieġa tippreżenta dokumenti li l-fużjoni transkonfinali tkun seħħet. It-tħassir tar-reġistrazzjoni l-qadima, jekk applikabbli, għandu jitwettaq malli tasal in-notifikazzjoni, iżda mhux qabel."

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 17b u 17c, li jispeċifikaw dan li ġej:

 

a) l-istandards tekniċi għat-trasmissjoni tal-informazzjoni bejn ir-reġistri;

 

b) il-forom standard għan-notifikazzjoni tal-fużjonijiet transkonfinali li għandhom jintużaw.'

 

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 2

Direttiva 2005/56/KE

Artikolu 17a, 17b u 17c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 17a, 17b u 17c li ġejjin:

imħassar

Artikolu 17a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.

 

2. Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att delegat, għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

3. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 17b u 17c.

 

Artikolu 17b

 

Revoka tad-delega

 

1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 13(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel tittieħed deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista' tiġi rrevokata.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Artikolu 17c

 

Oġġezzjoni għall-atti delegati

 

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

 

Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

2. Jekk, mal-iskadenza ta’ dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.

 

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw il-Kummissjoni bl-intenzjoni li ma jressqux oġġezzjonijiet.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tispjega r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat.

 

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Fl-Artikolu 2, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

(1) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 1

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

'L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li bidla fid-dokumenti u d-dettalji msemmija fl-ewwel paragrafu tiġi ddivulgata fi żmien 15-il jum tal-kalendarju.'

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li bidla fid-dokumenti u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 2 tiddaħħal fir-reġistru kompetenti msemmi fl-Artikolu 3(1) u tiġi ddivulgata, skont l-Artikolu 3(3) u (5), normalment fi żmien wieħed u għoxrin jum mill-wasla tad-dokumentazzjoni kompluta dwar dawn il-bidliet, inkluż, jekk japplika, il-kontroll tal-legalità, kif meħtieġ skont il-liġi nazzjonali għad-dħul fil-fajl.

 

Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għad-dokumenti tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 2(f).”.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kumpaniji għandu jkollhom identifikatur uniku li jippermetti l-indentifikazzjoni tagħhom bla ekwivoku fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jkollhom identifikatur uniku li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom bla ekwivoku fil-komunikazzjonijiet bejn ir-reġistri permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji. Dan l-identifikatur uniku għandu jinkludi, tal-anqas elementi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-Istat Membru tar-reġistru, ir-reġistru domestiku ta' oriġini u n-numru tal-kumpanija f'dak ir-reġistru u, fejn xieraq, karatteristiċi sabiex ikunu evitati żbalji ta' identifikazzjoni.".

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

(3) Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 3

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 3a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 2 li tressqu għand ir-reġistru tagħhom jistgħu jinkisbu, meta ssir applikazzjoni, minn kwalunkwe applikant, b'mezzi elettroniċi permezz ta' pjattaforma elettronika Ewropea unika aċċessibbli minn kwalunkwe Stat Membru.

imħassar

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 3

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 3a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li għal kull dokument u dettall miżmuma fir-reġistru tagħhom u trasmessi f'konformità mal-paragrafu 1, għandha tiġi mehmuża informazzjoni ċara li tispjega d-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li skonthom partijiet terzi jkunu jistgħu joqogħdu fuq dawn id-dokumenti u d-dettalji, skont il-paragrafi 5,6 u 7 tal-Artikolu 3.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm informazzjoni aġġornata disponibbli li tispjega d-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li skonthom partijiet terzi jkunu jistgħu joqogħdu fuq id-dettalji u kull tip ta’ dokument imsemmija fl-Artikolu 2, skont l-Artikolu 3(5), (6) u (7).

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 3

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 3a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-tariffi imposti għall-ksib ta' dokumenti u dettalji ma għandhomx jaqbżu l-kost amministrattiv tagħhom.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-pubblikazzjoni fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika skont ir-regoli tal-Portal u r-rekwiżiti tekniċi.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 3

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 3a – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 3

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 3aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3aa

 

1. Kopji elettroniċi tad-dokumenti u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu wkoll pubblikament disponibbli permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk id-dokumenti u d-dettalji jkunu disponibbli fis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji fil-format ta' messaġġ standard u aċċessibbli permezz ta' mezzi elettroniċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-istandards minimi ta' sigurtà tat-trażmissjoni tad-data jkunu rrispettati.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizz ta' tiftix fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni dwar kumpaniji rreġistrati fl-Istati Membri sabiex permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jkunu disponibbli:

 

a) id-dokumenti u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 2;

 

b) it-tikketti spjegattivi, disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, li jelenkaw dawk id-dettalji u t-tipi ta’ dawk id-dokumenti.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 3

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 3ab (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3ab

 

1. It-tariffi imposti għall-kisba tad-dokumenti u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 2 permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji m'għandhomx jaqbżu l-ispejjeż amministrattivi tagħhom.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dettalji li ġejjin ikunu disponibbli mingħajr ħlas permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji:

 

(a) l-isem u l-forma legali tal-kumpanija;

 

(b) l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija u l-Istat Membru fejn hu rreġistrat; u

 

(c) in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija.

 

Minbarra dawn id-dettalji, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħmlu disponibbli iktar dokumenti u dettalji mingħajr ħlas.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 3

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3b

 

1. Ir-reġistru tal-kumpanija għandu, permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji jagħmel disponibbli mingħajr dewmien l-informazzjoni dwar il-ftuħ u t-tmiem ta' kwalunkwe proċediment għal stralċ jew falliment tal-kumpanija u dwar it-tneħħija tal-kumpanija minn fuq ir-reġistru, jekk dan ikun iġib miegħu konsegwenzi legali fl-Istat Membru ta’ dak ir-reġistru.

 

2. Ir-reġistru tal-fergħa, permezz ta' din is-sistema, għandu jiżgura mingħajr dewmien li jkun irċieva l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

 

3. L-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun mingħajr ħlas għar-reġistri.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

(4) Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 4a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri msemmija fl-Artikolu 3(1) ikunu interoperabbli u jagħmlu parti minn netwerk elettroniku (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ in-netwerk elettroniku).

1. Għandha tiġi stabbilita pjattaforma ċentrali Ewropea.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 4a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-reġistru tal-kumpanija għandu jinnotifika, mingħajr dewmien u permezz tan-netwerk elettroniku lir-reġistru tal-fergħa tagħha bi kwalunkwe tibdil fid-dokumenti u d-dettalji elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/666//KEE(*).

2. Is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji (''is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri'') għandha tkun magħmula minn:

 

- ir-reġistri tal-Istati Membri,

 

- il-pjattaforma ċentrali Ewropea,

 

- il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika li jkun iservi bħala punt ta' aċċess elettroniku Ewropew.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 4a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13c, li jispeċifikaw dan li ġej:

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interoperabilità tar-reġistri tagħhom fis-sistema permezz tal-pjattaforma.

(a) ir-regoli dwar il-governanza, il-maniġment, l-operazzjoni u r-repreżentazzjoni tan-netwerk elettroniku;

 

(b) l-iffinanzjar tan-netwerk elettroniku;

 

(c) il-kundizzjonijiet biex pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ekonomika European jipparteċipaw fin-netwerk elettroniku;

 

(d) l-istandards minimi tas-sigurtà tan-netwerk elettroniku;

 

(e) l-użu tal-identifikatur uniku;

 

(f) il-lingwi użati min-netwerk elettroniku;

 

(g) il-metodu tat-trasmissjoni tal-informazzjoni bejn ir-reġistri li jiżgura aċċess transkonfinali għall-informazzjoni skont l-Artikolu 3a, fosthom l-alternattiva ta' pjattaforma elettronika Ewropea unika;

 

h) l-interoperabbiltà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni użati mill-membri tan-netwerk elettroniku, fosthom l-interfaċċja tal-pagament;

 

i) id-definizzjoni tal-istandards għall-format, is-sustanza u l-limiti għall-ħżin u l-ġbid tad-dokumenti u d-dettalji li jippermettu l-iskambju awtomatiku tad-dejta;

 

j) il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet fil-punti a) sa i) u kif għandhom jiġu infurzati dawn il-kundizzjonijiet.'

 

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 4a – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu punti ta' aċċess fakultattivi għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-twaqqif tagħhom u dwar tibdil sinifikanti fl-operat tagħhom, mingħajr dewmien bla bżonn.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 4a – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-aċċess għall-informazzjoni mis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri għandha tkun żgurata permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u permezz tal-punti ta' aċċess fakultattivi stabbiliti mill-Istati Membri.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 4a – paragrafu 3c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c. It-twaqqif tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri m'għandux jaffettwa l-ftehimiet bilaterali eżistenti konklużi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kumpaniji.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘Artikolu 4b

 

1. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tiżviluppa u / jew topera l-pjattaforma msemmija fl-Artikolu 4a(2) jew bil-mezzi tagħha stess jew permezz ta' parti terza.

 

F'dan l-aħħar każ, l-għażla tal-parti terza u l-infurzar min-naħa tal-Kummissjoni tal-ftehim konkluż mal-parti terza għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej*.

 

2. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiżviluppa l-pjattaforma permezz ta’ parti terza, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-proċedura ta' akkwist u d-durata tal-ftehim konkluż ma’ dik il-parti terza.

 

3. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li topera l-pjattaforma permezz ta’ parti terza, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati dwar il-ġestjoni operattiva tal-pjattaforma.

 

Il-ġestjoni operattiva tal-pjattaforma għandha tinkludi b’mod partikolari:

 

- is-superviżjoni tal-funzjonament tal-pjattaforma;

 

- is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data mqassma u skambjata bl-użu tal-pjattaforma;

 

- il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn ir-reġistri tal-Istati Membri u l-partijiet terzi.

 

Is-superviżjoni tal-funzjonament tal-pjattaforma għandu jitwettaq mill-Kummissjoni.

 

4. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Atikolu 4e.

 

_______________

 

*ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.’

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 4c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘Artikolu 4c

 

Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta dan li ġej:

 

(a) l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-metodi ta' komunikazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi għall-fini tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri;

 

(b) l-ispeċifikazzjoni teknika tal-protokolli ta' komunikazzjoni;

 

(c) il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards ta' sigurtà minimi tat-teknoloġija tal-informatika għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' informazzjoni fis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri;

 

(d) l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-metodi ta' skambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa msemmi fl-Artikolu 3b ta' din id-Direttiva u fl-Artikolu 5a tad-Direttiva 89/666/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-ħtiġijiet tal-iżvelar rigward il-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta' kumpaniji rregolati bil-liġi ta' Stat ieħor*;

 

(da) il-lista dettaljata ta’ data li għandha tiġi trażmessa għall-fini ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistri, imsemmija fl-Artikolu 3b ta' din id-Direttiva, fl-Artikolu 5a tad-Direttiva 89/666/KEE, u fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata;

 

(e) l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-istruttura tal-format ta' messaġġ standard għall-fini ta’ l-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri, il-pjattaforma u l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika;

 

(f) l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi s-sett ta' data meħtieġ sabiex il-pjattaforma tkun tista' taqdi l-funzjonijiet tagħha kif ukoll il-metodu ta' ħżin, użu u protezzjoni ta' tali data;

 

(g) l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-istruttura u l-użu tal-identifikatur uniku għall-komunikazzjoni bejn ir-reġistri;

 

(h) l-ispeċifikazzjoni li tiddefinixxi l-metodi tekniċi ta' operazzjoni tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri fir-rigward tad-distribuzzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni, u l-ispeċifikazzjoni li tiddefinixxi s-servizzi tat-teknoloġija tal-informatika pprovduti mill-pjattaforma li tiżgura li l-messaġġi jitwasslu fil-verżjoni lingwistika adattata;

 

(i) il-kriterji armonizzati għas-servizz ta' tiftix ipprovdut mill-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika;

 

(j) il-modalitajiet tal-ħlas filwaqt li jiġu kkunsidrati l-faċilitajiet ta’ ħlas disponibbli bħalma huma l-ħlasijiet onlajn;

 

(ja) id-dettalji tat-tikketti spjegattivi li jelenkaw id-dettalji u t-tipi ta’ dokumenti msemmija fl-Artikolu 2;

 

(k) il-kundizzjonijiet tekniċi tad-disponibilità tas-servizzi pprovduti bis-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri;

 

(l) il-proċedura u r-rekwiżiti tekniċi għall-konnessjoni tal-punti ta’ aċċess fakultattivi mal-pjattaforma.

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmi fl-Artikolu 4e.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni sa mhux iktar tard minn [xxx]1.

 

_____________

 

* ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36.’

 

1Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 4d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘Artikolu 4d

 

1. It-twaqqif u l-iżvilupp futur tal-pjattaforma ċentrali Ewropea u l-aġġustamenti għall-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika li jirriżultaw minn din id-Direttiva għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

 

2. Iż-żamma u l-funzjonament tal-pjattaforma ċentrali Ewropea għandhom ikunu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u jistgħu jkunu kofinanzjati mit-tariffi imposti fuq l-utenti individwali għall-aċċess għas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri. Ma hemm xejn f’dan il-paragrafu li jaffettwa t-tariffi fil-livell nazzjonali.

 

3. Permezz ta’ atti delegati, u b’konformità mal-Artikolu 13a, il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli dwar jekk il-pjattaforma Ċentrali Ewropea tiġix kofinanzjata permezz tal-impożizzjoni ta’ tariffi, u f’dak il-każ, l-ammont tat-tariffi imposti fuq l-utenti individwali msemmija fil-paragrafu 2.

 

4. Kwalunkwe tariffa imposta skont il-paragrafu 2 għandha tkun mingħajr ħsara għat-tariffi, jekk ikun hemm xi tariffi, imposta mill-Istati Membri għall-kisba ta' dokumenti u dettalji msemmija fl-Artikolu 3ab(1) ta' din id-Direttiva.

 

5. Kwalunkwe tariffa imposta b’konformità mal-paragrafu 2 m'għandhiex tiġi imposta għall-kisba ta’ dettalji msemmija fil-punti a), b) u c) tal-Artikolu 3ab(2).

 

6. Kull Stat Membru għandu jġorr l-ispejjeż relatati kemm mal-aġġustament tar-reġistri domestiċi tiegħu, kif ukoll dawk relatati mal-manutenzjoni u l-funzjonament tagħhom li jirriżultaw minn din id-Direttiva.’

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 4e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘Artikolu 4e

 

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni*.

 

2. Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

_____________

 

* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.’

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 6

Direttiva 2009/101/KE

Kapitolu 4a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Għandu jiddaħħal il-Kapitolu 4a li ġej:

(6) Għandu jiddaħħal il-Kapitolu 4a li ġej:

'KAPITOLU 4A

'KAPITOLU 4A

ATTI DELEGATI

ATTI DELEGATI

Artikolu 13a

Artikolu 13a

 

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4a(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att delegat, għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

3. Is-setgħa li tadotta atti delegati tiġi kkonferita lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 13b u 13c.

2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4d(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.

Artikolu 13b

 

1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 13a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Europew jew mill-Kunsill.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4d(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att delegat, għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel tittieħed deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista' tiġi rrevokata.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4d(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu, it-tnejn li huma, infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.'

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Artikolu 13c

 

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

 

Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

2. Jekk, mal-iskadenza ta’ dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.

 

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw il-Kummissjoni bl-intenzjoni li ma jressqux oġġezzjonijiet.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tispjega r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat.'

 

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Rapport u djalogu regolari

 

1. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data finali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1a), tippubblika rapport dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri, li jeżamina b'mod partikulari l-operat tekniku u l-aspetti finanzjarji tagħha.

 

2. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposti għal emendi għal din id-Direttiva.

 

3. Il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom jiltaqgħu regolarment biex jiddiskutu l-kwistjonijiet koperti b’din id-Direttiva fi kwalunkwe forum adegwat.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw, jippubblikaw u japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa [xxx].1

 

________________

 

1Sentejn minn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jadottaw, jippubblikaw u japplikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji għall-konformità ma’:

 

- l-Artikolu 1(-3)-(3), u l-Artikolu 5a tad-Direttiva 89/666/KEE;

 

- l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/56/KE;

 

- l-Artikolu 3(1) it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 3aa, l-Artikolu 3ab, l-Artikolu 3b, l-Artikolu 4a(3)-(5) tad-Direttiva 2009/101/KE;

 

sa mhux iktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 4c.

 

Mal-adozzjoni ta' dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data finali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

1b. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex isiru tali referenzi għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – Paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-miżuri tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

(1)

ĠU C 248, 25.8.2011, p. 118.

(2)

ĠU C 220, 26.7.2011, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

L-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali hija miżura importanti għall-promozzjoni ta' aktar integrazzjoni fiż-żona ekonomika fi ħdan l-UE u għat-tisħiħ taċ-ċertezza legali għall-kumpaniji u ċ-ċittadini.

Ir-reġistri kummerċjali jinżammu fil-livell nazzjonali u f’dak reġjonali. Huma jvarjaw fir-rigward ta’ ħafna affarijiet, de jure u de facto, pereżempju fir-rigward tar-relevanza legali tagħhom u l-affidabbiltà tad-data rreġistrata fihom. L-attività ekonomika transkonfinali dejjem tiżdied wasslet għall-ħtieġa ta' titjib fl-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali għar-raġunijiet ta' ċertezza legali u trasparenza. Dan se jiffranka wkoll l-ispejjeż u l-ħin. Permezz ta' tali interkonnessjoni biss huwa possibbli li jiġi sfruttat għal kollox il-potenzjal inerenti fil-ġestjoni elettronika tar-reġistri. Il-linji prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni għandhom jiġu milqugħa għaliex il-proposta tillimita ruħha għall-aspetti meħtieġa. L-għan tad-Direttiva mhuwiex li tarmonizza l-konsegwenzi legali, iżda sempliċement l-interkonnessjoni teknika tar-reġistri nazzjonali eżistenti. Qed ikun irregolarizzat biss l-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-r-reġistri u mhux qed jiġi stabbilit reġistru kummerċjali bid-data tiegħu. Qed tinħoloq pjattaforma, li ttejjeb u taċċelera l-komunikazzjoni u l-ksib ta' informazzjoni għaċ-ċittadini u l-kumpaniji.

Fattur distint ta' din il-proposta huwa li parti kbira mill-kwistjonijiet, b'mod partikulari dawk li jittrattaw dettalji tekniċi, ma jistgħux jingħataw tweġiba konklużiva. Se jinqalgħu kwistjonijiet u s-soluzzjonijiet iridu jkunu pprovduti u żviluppati id f'id mat-twaqqif tan-netwerk. Għal din ir-raġuni u b'mod straordinarju, ir-rapporteur jikkunsidra ġustifikabbli li ċerti deċiżjonijiet jitħallew għal atti legali futuri, li, għal darb'oħra pjuttost eċċezzjonalment, jiġu wkoll stabbiliti parzjalment bħala atti ta' implimentazzjoni b'inklużjoni sħiħa tal-Istati Membri. L-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali tista' tkun ta' suċċess biss, jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri jaħdmu flimkien mill-qrib, u dan, fl-istess waqt għandu jipprovdi garanzija tal-għarfien espert u l-korrettezza. Tul il-konsultazzjonijiet, il-proposta tal-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Kunsill u l-Kummissjoni inkitbet mill-ġdid. Atti delegati estensivi u ppjanati oriġinarjament issa qed jiġu parzjalment inklużi fl-att legali, filwaqt li ċerti aspetti tħallew għall-atti ta' implimentazzjoni u l-atti delegati.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (19.7.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji

(COM(2011)0079 – C7-0284/2011 – 2011/0038(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Hans-Peter Martin

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) In-negozji qegħdin dejjem aktar jespandu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali billi jużaw l-opportunitajiet offruti mis-suq intern. Gruppi transkonfinali kif ukoll għadd kbir ta' operazzjonijiet ta’ ristrutturar, bħalma huma l-fużjonijiet u d-diviżjonijiet jinvolvu kumpaniji minn Stati Membri differenti. Għalhekk, hemm domanda dejjem akbar għal aċċess għal informazzjoni dwar il-kumpaniji f'kuntest transkonfinali. Fuq bażi transkonfinali, madankollu, informazzjoni uffiċjali fuq il-kumpaniji mhijiex faċilment disponibbli.

(1) In-negozji qegħdin dejjem aktar jespandu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali billi jużaw l-opportunitajiet offruti mis-suq intern. Gruppi transkonfinali kif ukoll għadd kbir ta' operazzjonijiet ta’ ristrutturar, bħalma huma l-fużjonijiet u d-diviżjonijiet jinvolvu kumpaniji minn Stati Membri differenti. Għalhekk, hemm domanda dejjem akbar għal aċċess għal informazzjoni dwar il-kumpaniji f'kuntest transkonfinali. Fuq bażi transkonfinali, madankollu, informazzjoni uffiċjali fuq il-kumpaniji mhijiex faċilment disponibbli. L-aċċess aħjar għal informazzjoni aġġornata u affidabbli dwar il-kumpaniji jista' jħeġġeġ aktar konfidenza u trasparenza fis-suq, jgħin l-irkupru u jżid il-kompetittività tal-kummerċ Ewropew.

Emenda  2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor tistabbilixxi l-lista ta' dokumenti u dettalji li l-kumpaniji jkollhom jiddivulgaw fir-reġistru tal-fergħa tagħhom. Madankollu, ma hemm l-ebda obbligu fuq ir-reġistri li jiskambjaw id-dejta dwar il-fergħat barranin. Dan iwassal għal inċertezza legali għal partijiet terzi fil-pajjiż tal-fergħa fejn tibdiliet importanti fir-rigward tal-kumpanija ma jiġux riflessi fir-reġistru.

(2) Il-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor tistabbilixxi l-lista ta' dokumenti u dettalji li l-kumpaniji jkollhom jiddivulgaw fir-reġistru tal-fergħa tagħhom. Madankollu, ma hemm l-ebda obbligu fuq ir-reġistri li jiskambjaw id-dejta dwar il-fergħat barranin. Dan iwassal għal inċertezza legali għal partijiet terzi jekk tibdiliet importanti fir-rigward tal-kumpanija ma jiġux riflessi fir-reġistru fil-pajjiż tal-fergħa. Il-kooperazzjoni eżistenti bejn ir-reġistri mhijiex biżżejjed biex tissodisfa l-ħtiġijiet informattivi li joriġinaw minn attività kummerċjali fis-suq uniku. Il-kooperazzjoni transkonfinali effiċenti bejn ir-reġistri kummerċjali hija essenzjali, madankollu, għall-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku.

Emenda  3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Operazzjonijiet bħal fużjonijiet transkonfinali jew trasferimenti tal-uffiċċji reġistrati rendew meħtieġa l-kooperazzjoni ta' kuljum tar-reġistri kummerċjali. Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata teħtieġ lir-reġistri jikkooperaw fuq livell transkonfinali. Madankollu ma hemmx kanali ta' komunikazzjoni stabbiliti li jistgħu jgħaġġlu l-proċeduri, jgħinu biex jingħelbu l-problemi lingwistiċi u jsaħħu ċ-ċertezza legali.

(3) Operazzjonijiet bħal fużjonijiet transkonfinali jew trasferimenti tal-uffiċċji reġistrati rendew meħtieġa l-kooperazzjoni ta' kuljum tar-reġistri kummerċjali. Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata teħtieġ lir-reġistri jikkooperaw fuq livell transkonfinali. Madankollu ma hemmx kanali ta' komunikazzjoni stabbiliti u komunikazzjoni transkonfinali effiċenti li jistgħu jgħaġġlu l-proċeduri, jgħinu biex jingħelbu l-problemi lingwistiċi u jsaħħu ċ-ċertezza u t-trasparenza legali. L-istabbiliment ta' kanali bħal dawn inaqqas ukoll l-ispejjeż minn kumpanniji li joperaw f'diversi pajjiżi.

Emenda  4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti tiżgura, fost l-oħrajn, li dokumenti u dettalji maħżuna fir-reġistru ikunu aċċessibbli fuq il-karta jew b'mezz elettroniċi. Madankollu, iċ-ċittadini u l-kumpaniji għadhom ikollhom ifittxu pajjiż pajjiż, partikolarment peress li l-kooperazzjoni voluntarja attwali bejn ir-reġistri tat prova li mhijiex biżżejjed.

(4) Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti tiżgura, fost l-oħrajn, li dokumenti u dettalji maħżuna fir-reġistru ikunu aċċessibbli fuq il-karta jew b'mezzi elettroniċi. Madankollu, iċ-ċittadini u l-kumpaniji għadhom ikollhom ifittxu pajjiż pajjiż, partikolarment peress li l-kooperazzjoni voluntarja attwali bejn ir-reġistri wriet li ma tiftihemx tajjeb, mhijiex suffiċenti u hija ineffiċenti. Għandha tiġi garantita l-kooperazzjoni transkonfinali u l-interoperabbiltà tar-reġistri fl-Unjoni kollha.

Emenda  5

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Att tas-Suq Uniku identifikat l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji bħala miżura biex jinħoloq ambjent legali u fiskali aktar dħuli għall-kummerċ. L-interkonnessjoni għandha tikkontribwixxi biex titrawwem il-kompetittività tal-kummerċ Ewropew billi jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u tiżdied iċ-ċertezza legali u b'hekk tkun ta' kontribut biex noħorġu mill-kriżi, waħda mill-prijoritajiet tal-aġenda Ewropa 2020. Għandha wkoll ittejjeb il-komunikazzjoni transkonfinali bejn ir-reġistri billi tuża l-innovazzjonijiet fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Att tas-Suq Uniku identifikat l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji bħala miżura biex jinħoloq ambjent legali u fiskali aktar dħuli għall-kummerċ u jinkoraġixxi progress ekonomiku u soċjali bilanċjat u armonjuż. L-interkonnessjoni għandha tikkontribwixxi biex titrawwem il-kompetittività tal-kummerċ Ewropew billi jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, partikolarment ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju, u tiżdied iċ-ċertezza legali, l-effiċenza ekonomika u t-trasparenza u b'hekk tkun ta' kontribut biex nikkumbattu l-kriżi, waħda mill-prijoritajiet tal-aġenda Ewropa 2020. Għandha wkoll itejjeb il-komunikazzjoni transkonfinali bejn ir-reġistri u tnaqqas l-ostakli għall-kummerċ transkonfinali billi tuża l-innovazzjonijiet fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u għandha tiffaċilita l-aċċess transkonfinali għall-informazzjoni kummerċjali uffiċjali billi tistabbilixxi network elettroniku ta' reġistri u tiddetermina sett minimu komuni ta' informazzjoni aġġornata biex tiġi provvduta lil terzi partijiet permezz ta' mezz elettroniku f'kull Stat Membru.

Emenda  6

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2010 dwar l-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali kkonfermaw li aċċess aħjar għal informazzjoni aġġornata u affidabbli dwar il-kumpaniji jista' jħeġġeġ konfidenza akbar fis-suq, jgħin l-irkupru u jżid il-kompetittività tal-kummerċ Ewropew.

(6) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2010 dwar l-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali kkonfermaw li aċċess aħjar għal informazzjoni aġġornata u affidabbli dwar il-kumpaniji jista' jħeġġeġ konfidenza akbar fis-suq, jgħin l-irkupru u jżid il-kompetittività tal-kummerċ Ewropew u m'għandux iżid iżda pjuttost għandu jnaqqas il-piż amministrattiv għall-kummerċ.

Emenda  7

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fis-7 ta' Settembru 2010 il-Parlament Ewropew enfasizza fir-riżoluzzjoni dwar l-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali li l-utilità tal-proġett għal aktar integrazzjoni taż-Żona Ekonomika Ewropea tista' tiġi esplojtata biss jekk l-Istati Membri kollha jipparteċipaw fin-netwerk.

(7) Fis-7 ta' Settembru 2010 l-Parlament Ewropew enfasizza fir-riżoluzzjoni dwar l-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali li l-utilità tal-proġett għal aktar integrazzjoni taż-Żona Ekonomika Ewropea tista' tiġi esplojtata biss jekk l-Istati Membri kollha jipparteċipaw fin-netwerk, u li huwa meħtieġ aċċess aħjar u eħfef għall-informazzjoni sabiex ikunu assistiti l-impriżi żgħar u medji, li huma element essenzjali fis-sinsla tal-ekonomija Ewropea u l-mutur ewlieni għall-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali fl-Ewropa, minħabba li jgħin biex jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi ta' tali impriżi.

Emenda  8

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Dan il-portal ċentrali u aċċessibbli mill-Unjoni kollha jiggarantixxi, li d-dokumenti meħtieġa, li huma disponibbli fi Stat Membru, ikunu wkoll aċċessibbli għall-Istati Membri l-oħra kollha.

Emenda  9

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-aċċess transkonfinali għall-informazzjoni kummerċjali jista' jitjieb biss jekk l-Istati Membri kollha jimpenjaw ruħhom fil-bini ta' netwerk elettroniku tar-reġistri u jitrasmettu l-informazzjoni lill-utenti tal-informazzjoni kummerċjali f'mod standardizzat (kontenut simili u teknoloġiji interoperabbli) madwar l-Unjoni kollha. L-utenti għandhom ikun jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni permezz ta' pjattaforma elettronika Ewropea unika li tkun tifforma parti minn netwerk elettroniku.

(9) L-aċċess transkonfinali għall-informazzjoni kummerċjali jista' jitjieb biss jekk l-Istati Membri kollha, f'kooperazzjoni mal-azzjonisti konċernati, jimpenjaw ruħhom fil-bini ta' netwerk elettroniku tar-reġistri u jitrasmettu l-informazzjoni lill-utenti tal-informazzjoni kummerċjali f'mod standardizzat (kontenut u forom simili u teknoloġiji interoperabbli) madwar l-Unjoni kollha. L-utenti għandhom ikun jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni permezz ta' pjattaforma elettronika Ewropea unika li tkun tifforma parti minn netwerk elettroniku. Dan għandu jikkontribwixxi għal trasparenza akbar fl-Unjoni kollha. In-network elettroniku għandu jinbena fuq strutturi attwali biex jiġu evitati spejjeż mhux meħtieġa.

Emenda  10

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data għandha tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali, inkluża t-trasmizzjoni ta' dejta personali permezz ta' netwerk elettroniku, li titwettaq fl-Istati Membri.

(10) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data għandha tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali, inkluża t-trasmizzjoni ta' dejta personali permezz ta' netwerk elettroniku, li titwettaq fl-Istati Membri, filwaqt li jiggarantixxu protezzjoni adegwata ta' data personali u kummerċjali.

Emenda  11

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għandu jiddaħħal identifikatur uniku tal-kumpaniji, minbarra n-numru tar-reġistrazzjoni eżistenti tal-Kumpaniji, sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-kumpaniji li huma preżenti, pereżempju permezz tal-fergħat jew is-sussidjarji, f'aktar minn Stat Membru wieħed.

(11) Għandu jiddaħħal identifikatur uffiċjali uniku tal-kumpaniji, minbarra n-numru tar-reġistrazzjoni eżistenti tal-Kumpaniji, sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-kumpaniji li huma preżenti, pereżempju permezz tal-fergħat jew is-sussidjarji, f'aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda  12

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-istess bħall-kumpaniji, il-fergħat għandu wkoll ikollhom, minbarra n-numru tagħhom fir-reġistru, identifikatur uniku li jippermetti l-identifikazzjoni bla ekwivoċi fiż-Żona Ekonomika Ewropea. L-emendar tad-Direttiva 89/666/KEE f'dan ir-rigward għandu jagħmilha possibbli li tiġi stabbilita konnessjoni ċara bejn il-kumpaniji u l-fergħat barranin tagħhom, peress li dan huwa neċessarju għall-aġġornament regolari tal-informazzjoni fir-reġistru tal-kumpanija u fir-reġistru tal-fergħa barranija. Il-koerenza tal-informazzjoni rreġistrata għandha tiżgura li partijiet terzi jkollhom aċċess biex jaġġornaw id-dejta dwar il-fergħat fl-Istati Membri tagħhom. Filwaqt li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar il-proċeduri li jsegwu fir-rigward tal-fergħat irreġistrati fit-territorju, huma għandhom jiżguraw, tal-anqas li l-fergħat ta' kumpaniji li għalqu jitneħħew mir-reġistru mingħajr dewmien bla bżonn.

(12) L-istess bħall-kumpaniji, il-fergħat għandu wkoll ikollhom, minbarra n-numru tagħhom fir-reġistru, identifikatur uniku li jippermetti l-identifikazzjoni bla ekwivoċi fiż-Żona Ekonomika Ewropea. L-emendar tad-Direttiva 89/666/KEE f'dan ir-rigward għandu jagħmilha possibbli li tiġi stabbilita konnessjoni ċara bejn il-kumpaniji u l-fergħat barranin tagħhom, peress li dan huwa neċessarju għall-aġġornament regolari tal-informazzjoni fir-reġistru tal-kumpanija u fir-reġistru tal-fergħa barranija. Il-koerenza tal-informazzjoni rreġistrata għandha tiżgura li partijiet terzi jkollhom aċċess biex jaġġornaw id-dejta dwar il-fergħat fl-Istati Membri tagħhom. Filwaqt li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar il-proċeduri li jsegwu fir-rigward tal-fergħat irreġistrati fit-territorju, inkluża l-possibiltà li jiġi regolat l-istatus legali tal-fergħat, huma għandhom jiżguraw, tal-anqas li l-fergħat ta' kumpaniji li għalqu jitneħħew mir-reġistru fi żmien għaxart ijiem.

Emenda  13

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm differenzi sinifikanti fil-kwalità tad-dokumenti u d-dettalji rreġistrati fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni rreġistrata skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE tiġi aġġornata u li l-aġġornatment jiġi ddevulgat, sa mhux aktar tard mill-ħames jum tal-kalendarju wara li jkun seħħ l-avveniment li rriżulta fil-bidla fid-dejta rreġistrata. Barra minn dan, sabiex titjieb il-protezzjoni tal-partijiet terzi fl-Istat Membri l-oħra, id-dokumenti u d-dettalji kollha trasmessi permezz tan-netwerk għandhom ikunu akkompanjati minn informazzjoni ċara dwar il-valur legali tagħhom.

(14) Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm differenzi sinifikanti fil-kwalità tad-dokumenti u d-dettalji rreġistrati fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni rreġistrata skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE tiġi aġġornata u li l-aġġornatment jiġi ddevulgat, sa mhux aktar tard mill-ħames jum tal-kalendarju wara li jkun seħħ l-avveniment li kien jeħtieġ bidla fid-data rreġistrata. Aġġornament bħal dan għandu jiġi dokumentat b'mod sħiħ u verifikabbli. Barra minn dan, sabiex titjieb il-protezzjoni tal-partijiet terzi fl-Istat Membri l-oħra, id-dokumenti u d-dettalji kollha trasmessi permezz tan-netwerk għandhom ikunu akkompanjati minn informazzjoni ċara dwar l-istatus legali u l-valur tagħhom.

Emenda  14

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-governanza, il-maniġement, l-operat, ir-repreżentanza u l-iffinanzjar tan-netwerk elettroniku, il-kundizzjonijiet għal pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ekonomika Ewropea biex jipparteċipaw fin-netwerk elettroniku, l-istandards minimi tas-sigurtà, l-użu ta' identifikatur uniku, il-lingwi użati min-netwerk elettroniku, il-metodu tat-trasmissjoni tal-informazzjoni bejn ir-reġistri li jiżgura aċċess transkonfinali għall-informazzjoni, l-interoperabbiltà tal-informazzjoni u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni użati mill-membri tan-netwerk elettroniku, id-definizzjoni ta' standards tal-format, is-sustanza u l-limiti għall-ħżin u s-sejbien tad-dokumenti u d-dettalji li jippermettu skambju awtomatiku tad-dejta, il-konsekwenzi tan-nuqqas ta' konformità, il-metodu tal-identifikazzjoni tar-rabta bejn kumpanija u l-fergħa barranija tagħha, il-metodu u l-istandards tekniċi għat-trasmissjoni tal-informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa, l-istandards tekniċi tat-trasmissjoni tal-informazzjoni bejn ir-reġistri u l-forom standard tan-notifikazzjoni tal-fużjonijiet transkonfinali li għandhom jintużaw mir-reġistri. Il-governanza tan-netwerk għandha tinkludi mekkaniżmu ta' reazzjoni mingħand l-utenti ħalli l-ħtiġijiet tagħhom ikunu jistgħu jitqiesu. Huwa meħtieġ li s-setgħat jiġu ddelegati lill-Kummissjoni għal żmien indeterminat, ħalli jekk ikun meħtieġ ikunu jistgħu jiġu aġġustati r-regoli.

(15) Sabiex tistabbilixxi network elettroniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ekonomika Ewropea biex jipparteċipaw fin-netwerk elettroniku, l-istandards minimi tas-sigurtà, l-użu ta' identifikatur uniku, il-lingwi użati min-netwerk elettroniku, il-metodu tat-trasmissjoni tal-informazzjoni bejn ir-reġistri li jiżgura aċċess transkonfinali għall-informazzjoni, l-interoperabbiltà tal-informazzjoni u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni użati mill-membri tan-netwerk elettroniku, id-definizzjoni ta' standards tal-format, is-sustanza u l-limiti għall-ħżin u s-sejbien tad-dokumenti u d-dettalji li jippermettu skambju awtomatiku tad-dejta, il-konsekwenzi tan-nuqqas ta' konformità, il-metodu tal-identifikazzjoni tar-rabta bejn kumpanija u l-fergħa barranija tagħha, il-metodu u l-istandards tekniċi għat-trasmissjoni tal-informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa, l-istandards tekniċi tat-trasmissjoni tal-informazzjoni bejn ir-reġistri u l-forom standard tan-notifikazzjoni tal-fużjonijiet transkonfinali li għandhom jintużaw mir-reġistri. Il-governanza tan-netwerk għandha tinkludi mekkaniżmu ta' reazzjoni mingħand l-utenti ħalli l-ħtiġijiet tagħhom ikunu jistgħu jitqiesu. Huwa meħtieġ li s-setgħat jiġu ddelegati lill-Kummissjoni għal żmien indeterminat, ħalli jekk ikun meħtieġ ikunu jistgħu jiġu aġġustati r-regoli. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  15

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Id-Direttiva 89/666/KEE

Artikolu 5 a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-reġistru tal-fergħa għandu jinnotifika, mingħajr dewmien u permezz tan-netwerk elettroniku msemmi fl-Artikolu 4a tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsull, lir-reġistru tal-kumpanija bi kwalunkwe tibdil fid-dokumenti u d-dettalji elenkati fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.

1. Ir-reġistru tal-fergħa għandu jinnotifika, mingħajr dewmien u f'kull każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, permezz tan-netwerk elettroniku msemmi fl-Artikolu 4a tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lir-reġistru tal-kumpanija bi kwalunkwe tibdil fid-dokumenti u d-dettalji elenkati fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.

Emenda  16

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Id-Direttiva 89/666/KEE

Artikolu 5 a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-proċedura legali li għandha tiġi segwita malli jaslu n-notifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 4a(2) tad-Direttiva 2009/101/KE. Dawn il-proċeduri għandhom jiżguraw li l-fergħat tal-kumpaniji li għalqu jew b'xi mod ieħor tneħħew mir-reġistru jingħalqu mingħajr dewmien bla bżonn.

2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-proċedura legali li għandha tiġi segwita malli jaslu n-notifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 4a(2) tad-Direttiva 2009/101/KE. Dawn il-proċeduri għandhom jiżguraw li l-fergħat tal-kumpaniji li għalqu jew b'xi mod ieħor tneħħew mir-reġistru jitneħħew mir-reġistru u jew jingħalqu jew jiġu kostitwiti mill-ġdid b'identità legali ġdida u valida mingħajr dewmien bla bżonn.

Emenda  17

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Id-Direttiva 89/666/KEE

Artikolu 5 a – paragrafu 3 – test introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 11b u 11c, li jispeċifikaw dan li ġej:

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11a li jispeċifikaw dan li ġej:

Emenda  18

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Id-Direttiva 89/666/KEE

Artikolu 5 a – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) il-metodu ta' identifikazzjoni tar-rabta bejn kumpanija u l-fergħa tagħha;

a) il-metodu ta’ kif jinħoloq in-numru tal-identifikazzjoni biex tkun identifikata r-rabta bejn kumpanija u l-fergħa tagħha;

Emenda  19

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Id-Direttiva 89/666/KEE

Artikolu 11 a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5a(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5a(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat li jibda mill- ...*.

 

1a. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 3(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ b’effett mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha stess. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ.

2. Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att delegat, għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

2a. L-att delegat adottat skont l-Artikolu 5a (3), għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

3. Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 11b u 11c.

 

 

_____

* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Emenda  20

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Id-Direttiva 89/666/KEE

Artikolu 11 b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11b

imħassar

1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 11a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Europew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel tittieħed deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista' tiġi rrevokata.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  21

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Id-Direttiva 89/666/KEE

Artikolu 11 c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11c

imħassar

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

 

Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

2. Jekk, mal-iskadenza ta’ dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.

 

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw il-Kummissjoni bl-intenzjoni li ma jressqux oġġezzjonijiet.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tispjega r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat.

 

Emenda  22

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Direttiva 2005/56/KE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reġistru għar-reġistrazzjoni tal-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni transkonfinali għandu jinnotifika, mingħajr dewmien, permezz tan-netwerk elettroniku msemmi fl-Artikolu 4a tad-Direttiva 2009/101/KE, lir-reġistru li fih kull waħda mill-kumpaniji kienet meħtieġa tippreżenta dokumenti li l-fużjoni transkonfinali tkun seħħet. It-tħassir tar-reġistrazzjoni l-qadima, jekk applikabbli, għandu jitwettaq malli tasal in-notifikazzjoni, iżda mhux qabel.

Ir-reġistru għar-reġistrazzjoni tal-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni transkonfinali għandu jinnotifika, mingħajr dewmien u f'kull każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, permezz tan-netwerk elettroniku msemmi fl-Artikolu 4a tad-Direttiva 2009/101/KE, lir-reġistru li fih kull waħda mill-kumpaniji kienet meħtieġa tippreżenta dokumenti li l-fużjoni transkonfinali tkun seħħet. It-tħassir tar-reġistrazzjoni l-qadima, jekk applikabbli, għandu jitwettaq malli tasal in-notifikazzjoni, iżda mhux qabel.

Emenda  23

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Direttiva 2005/56/KE

Artikolu 13 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 17b u 17c, li jispeċifikaw dan li ġej:

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17a li jispeċifikaw dan li ġej:

Emenda  24

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2

Direttiva 2005/56/KE

Artikolu 17 a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat li jibda mill-…*.

 

1a. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 13(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ b’effett mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha stess. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ.

2. Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att delegat, għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

2a. L-att delegat adottat skont l-Artikolu 13 (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż għal tliet xhur.

3. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 17b u 17c.

 

 

_____

* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Emenda  25

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2

Direttiva 2005/56/KE

Artikolu 17 b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17b

imħassar

Revoka tad-delega

 

1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 13(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel tittieħed deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista' tiġi rrevokata.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  26

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2

Direttiva 2005/56/KE

Artikolu 17 c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17c

imħassar

Oġġezzjoni għall-atti delegati

 

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

 

Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

2. Jekk, mal-iskadenza ta’ dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.

 

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw il-Kummissjoni bl-intenzjoni li ma jressqux oġġezzjonijiet.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tispjega r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat.

 

Emenda  27

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 3 a (ġdid)

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fl-Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

‘L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess minn partijiet terzi għat-traduzzjonijiet li ġew suġġetti għal pubbliċità abbażi volontarja.

Dawn il-miżuri jiggarantixxu l-aċċess għat-traduzzjonijiet permezz tan-netwerk elettroniku li ġie msemmi fl-Artikolu 4a’.

Emenda  28

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 4

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 4 a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-reġistru tal-kumpanija għandu jinnotifika, mingħajr dewmien u permezz tan-netwerk elettroniku lir-reġistru tal-fergħa tagħha bi kwalunkwe tibdil fid-dokumenti u d-dettalji elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/666//KEE(*).

2. Ir-reġistru tal-kumpanija għandu jinnotifika, mingħajr dewmien u f'kull każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, permezz tan-netwerk elettroniku lir-reġistru tal-fergħa tagħha bi kwalunkwe tibdil fid-dokumenti u d-dettalji elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/666//KEE(*).

Emenda  29

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 4

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 15 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 13b u 13c, li jispeċifikaw dan li ġej:

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a, li jispeċifikaw dan li ġej:

Emenda  30

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 6

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 13 a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4a(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4a(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat li jibda mill- …*.

 

1a. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4a(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ b’effett mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha stess. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ.

2. Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att delegat, għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

2a. L-att delegat adottat skont l-Artikolu 4a (3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

3. Is-setgħa li tadotta atti delegati tiġi kkonferita lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 13b u 13c.

 

 

_____

* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Emenda  31

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 6

Direttiva 2009/101/KE

Artikolu 13 b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13b

imħassar

1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 13a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Europew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel tittieħed deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista' tiġi rrevokata.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  32

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 6

Id-Direttiva 89/666/KEE

Artikolu 13 c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13c

imħassar

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

 

Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

2. Jekk, mal-iskadenza ta’ dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.

 

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw il-Kummissjoni bl-intenzjoni li ma jressqux oġġezzjonijiet.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tispjega r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat.

 

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji

Referenzi

COM(2011)0079 – C7-0059/2011 – 2011/0038(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

8.3.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

8.3.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Hans-Peter Martin

8.3.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.6.2011

4.7.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

11.7.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Edward Scicluna, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Herbert Dorfmann, Sari Essayah, Ashley Fox, Sophia in ‘t Veld, Danuta Jazłowiecka, Krišjānis Kariņš, Olle Ludvigsson, Theodoros Skylakakis, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ismail Ertug, Knut Fleckenstein, Claudiu Ciprian Tănăsescu


PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji

Referenzi

COM(2011)0079 – C7-0059/2011 – 2011/0038(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.2.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

8.3.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

8.3.2011

IMCO

8.3.2011

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

22.3.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

12.4.2011

10.10.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

26.1.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Alexandra Thein, Diana Wallis, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Jean-Marie Cavada, Vytautas Landsbergis, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Dagmar Roth-Behrendt

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eva Ortiz Vilella

Data tat-tressiq

1.2.2012

Avviż legali - Politika tal-privatezza