RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra
1.2.2012 - (15975/2010 – C7‑0432/2010 – 2010/0248(NLE)) - ***
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: José Bové
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra
(15975/2010 – C7‑0432/2010 – 2010/0248(NLE))
(Approvazzjoni)
il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15975/2010),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (15974/2010),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0432/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0023/2012),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.
NOTA SPJEGATTIVA
Fil-qafas tal-proċess ta’ Barċellona, stabbilit fl-1995, l-Unjoni Ewropea kkonkludiet Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni ma’ madwar tnax-il pajjiż fin-nofsinhar tal-baċin Mediterranju, bil-għan li ssaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni bil-ħsieb li tiġi stabbilita żona ta’ paċi, sigurtà u prosperità.
Sussegwentement, l-objettiv li tinħoloq żona ta’ kummerċ ħieles kien ħa prijorità, billi bdejna bil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ agrikolu. Fl-2005, bi qbil mal-Pjan ta’ Direzzjoni ta’ Rabat, il-Kunsill Ewropew kien dak iż-żmien awtorizza lill-Kummissjoni biex tmexxi negozjati ma’ diversi pajjiżi tar-reġjun Mediterranju sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ ta’ prodotti agrikoli u ta’ prodotti tas-sajd. Ir-Renju tal-Marokk kien imniżżel fil-lista tal-pajjiżi kkonċernati.
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Marokk daħal fis-seħħ fis-sena 2000. F’Diċembru 2010, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ffirma d-dokument li kellu jippermetti li, ladarba jiġi ratifikat mill-Parlament Ewropew, tiġi stabbilita t-tieni fażi ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk fil-qasam tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tas-sajd.
Minħabba l-avvenimenti li seħħew matul ir-rebbiegħa tal-2011 fit-Tuneżija, fl-Eġittu, fil-Libja u fis-Sirja, ir-rapporteur jinnota li il-ftehimiet ta’ liberalizzazzjoni stabbiliti sal-ġurnata tal-lum ma laħqux l-obbjettivi ddikjarati u jistaqsi lilu nnifsu kemm huwa pertinenti li tiġi segwita politika li tiffavorixxi l-interessi ekonomiċi ta’ atturi influwenti mingħajr ma jiġu evalwati r-riperkussjonijiet soċjali għall-popolazzjonijiet ikkonċernati u l-ħsarat ambjentali nnutati.
F’dak li jirrigwarda l-agrikoltura u s-sajd, dan il-qbil ġdid jiffavorixxi kemm minn naħa u kemm min-naħa l-oħra t-tisħiħ ta' agrikoltura industrijali, bil-wisq ikkapitalizzata spejjeż tal-agrikoltura tal-familja u dik tradizzjonali. Iż-żieda fil-kwoti b’rata mnaqqsa għal għażla kbira ta' ħxejjex (tadam, brunġiel, zukkini, tewm, ħjar) u frott (larinġ, klementina, bettiħ, frawli) se tqiegħed lill-produtturi Ewropej f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni li tkun diffiċilment sostenibbli mingħajr b’dankollu ma jiġi msaħħaħ żvilupp agrikolu ekwilibrat fil-Marokk.
Il-fattur prinċipali li jidħol fil-kompożizzjoni tal-prezz tal-frott u l-ħxejjex huwa l-kost tax-xogħol tal-ħaddiema. Is-salarji li jitħallsu l-ħaddiema agrikoli fil-Marokk jammontaw għal madwar 5 euro l-ġurnata. Kemm dawn ir-rimunerazzjonijiet huma baxxi jirriżulta mill-fatt li l-ħaddiema agrikoli ma għandhomx, skont il-kodiċi tax-xogħol Marokkin, il-possibilità li jingħaqdu fi trejdjunjins u għalhekk li jidħlu f'negozjati kollettivi.
Dan il-ħlas baxx huwa spjegat ukoll mill-fatt li hemm jippersisti x-xogħol tat-tfal. L-UNICEF jirrapporta li "Fil-Marokk, aktar minn miljun u nofs tifel u tifla ta’ età fejn għandhom ikunu l-iskola huma mċaħħda mid-drittijiet tagħhom għall-edukazzjoni," u jenfasizza li "l-parti l-kbira tat-tfal li ma jmorrux skola huma mhedda minn sfruttament ekonomiku, permezz ta’ xogħlijiet afdati lilhom fl-artiġjanat, fl-agrikoltura, f’kundizzjonijiet li mhumiex dejjem sodisfaċenti għal saħħithom u għall-ekwilibriju psikoloġiku tagħhom.”
Ir-rikonoxximent u r-rispett tad-drittijiet trejdjunjonistiċi kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ politika volontarista biex jiġi miġġieled ix-xogħol tat-tfal jgħoddu fost il-prekondizzjonijiet indispensabbli għar-ratifika ta’ ftehim kummerċjali mal-Marokk.
Li wieħed jagħmel is-sistema tal-prezzijiet ta’ entrata tal-frott u l-ħaxix waħda affidabbli tippreżenta problema. Għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jqisu bħala ħaġa preokkupanti ħafna għal dan is-settur iċ-ċirkumvenzjoni tas-sistema tal-prezzijiet ta’ entrata għall-importazzjoni, b’mod partikolari għat-tadam frisk. Dan l-isfunzjonament jippermetti lill-operaturi, permezz ta' rikors abbużiv għad-dispożizzjonijiet attwali tal-valur fid-dwana, li jnaqqsu l-ħlas tad-dazju tal-importazzjoni fuq il-frott u l-ħaxix. Il-FEPEX (Federazzjoni Spanjola tal-Produtturi u l-Esportaturi tal-Frott u l-Ħaxix) barra minn hekk ressqet dan il-punt quddiem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Jeħtieġ li, qabel ma tinbeda xi fażi ġdida ta’ ftuħ ta' swieq għal kwoti supplementari, il-protezzjoni tariffarja ssir effikaċi u l-kontroll tal-valuri importati jiġi assigurat.
Il-kwoti ta' esportazzjoni huma mmexxija fil-Marokk minn struttura nazzjonali EACCE (Stabbiliment Awtonomu ta' Kontroll u ta’ Koordinazzjoni tal-Esportazzjonijiet maħluq fl-1986) li jagħti preferenza lill-gruppi esportaturi kbar b’kapitali imħallta (prinċipalment Marokk-Franza). Rigward it-tadam, 70% tal-esportazzjonijiet tat-tadam Marokkin isiru minn tliet gruppi. L-agrikoltura tal-familja Marokkina, għalhekk, ma tgawdix ħlief fuq il-marġini ta' dan il-ftehim.
Il-Pjan Aħdar tal-Marokk għandu l-għan li jiffavorixxi l-iżvilupp ta' agrikoltura tal-esportazzjoni billi jiġbed l-investituri barranin. L-aħjar artijiet imsoqqija huma mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom. Għadd kbir ta’ personalitajiet u riċerkaturi Marokkini jiddinunċjaw l-insuffiċjenza tal-mezzi mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-agrikoltura tal-familja u tal-produzzjoni tal-ikel.
L-eżempju l-aktar sinifikanti huwa rrappurtat fl-istudju li sar mill-"Invest in MED" għall-programm ENPI (Investiment Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija), iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea (Stħarriġ Nru 14 / April 2010 - paġna 83), li l-validità tal-informazzjoni tiegħu tista’ diffiċilment tintefa’ f’dubju. Dan jirrigwarda l-investiment li sar mill-fondi finanzjarji TIRIS EURO ARAB (TEA) ta’ Abu Dhabi li ngħata erja ta’ 700 000 ettaru qrib il-belt ta’ Guelmin fin-Nofsinhar tal-Marokk biex jiżviluppa pjantaġġuni tal-frott taċ-ċitru, tas-siġar taż-żebbuġ u ortikoltura kummerċjali. L-iżvilupp ta’ proġett ta’ dan it-tip juri li l-perspettiva ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles inkoraġġixxa atturi finanzjarji jantiċipaw u jippożizzjonaw ruħhom fil-bibien tal-Unjoni.
Fil-livell ambjentali, il-bilanċ huwa wkoll negattiv u jqiegħed f’dubju l-prinċipju tal-Unjoni Ewropea li tipproteġi l-ambjent u tnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju tat-tibdil tal-klima. Skont studju komparattiv imwettaq mill-INRA (Istitut Nazzjonali tar-Riċerka Agronomika), huma meħtieġa 100 litru ilma għall-produzzjoni ta’ kilo tadam fil-Marokk meta mqabbla ma’ 10 litri ilma fi Franza.
L-esportazzjoni ta’ 250 000 tunnellata tadam hija ekwivalenti għall-esportazzjoni ta’ 25 miljun m3 ta’ ilma. Skont l-istudju li sar mill-Università Humboldt ta’ Berlin, fir-reġjun tas-Souss fejn il-produzzjoni tat-tadam hija kkonċentrata, l-ilma ta’ taħt l-art, wara snin suċċessivi ta’ defiċit fil-livell tax-xita jonqos bejn metru u żewġ metri fis-sena. Id-defiċit annwali huwa stmat li hu ta’ 260 miljun m3. L-esportazzjoni tat-tadam tirrappreżenta għalhekk qrib l-10% ta’ dan id-defiċit. Il-mobilizzazzjoni ta’ din ir-risorsa li qed tiskarsa qed isseħħ spejjeż tal-produzzjoni tal-ikel lokali.
Hemm impriżi agroindustrijali li ilhom installati mill-2006 fil-periferija ta’ Dakhla (Sahara tal-Punent) u dawn jiġbdu mill-ilmijiet ta’ taħt l-art li jinsabu mal-kosta. L-isfruttament żejjed ta’ dawn ir-riservi fl-aħħar se jikkawża s-salinizzazzjoni tal-ilma ħelu, u b’hekk jipperikola l-provvista tal-ilma tal-popolazzjonijiet lokali.
L-impatti soċjali, ambjentali u ekonomiċi ta’ dan il-ftehim, sal-ġurnata tal-lum, għadhom ma ġewx evalwati mill-Kummissjoni Ewropea li kkonċentrat fuq il-kwestjonijiet tariffarji. Huwa meħtieġ li jsir studju fil-fond ħalli l-Parlament ikun jista’ jieħu deċiżjoni bbażata fuq l-għarfien tal-fatti kollha.
L-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles mill-Unjoni Ewropea għandu inċidenza mekkanika diretta fuq ir-riżorsi proprji tal-baġit Komunitarju, wara li jispiċċaw l-introjti doganali. Ir-rapporteur jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea ma pprovdietx ħlief estimi vagi fuq dan il-punt. Ir-rapporteur jixtieq li l-Kummissjoni tipproduċi malajr studju u tipproponi soluzzjonijiet biex tiġi ggarantita l-integrità tal-baġit tal-Unjoni Ewropea.
Kemm-il darba matul dawn l-aħħar xhur, ir-rapporteur qajjem il-kwestjoni tal-konsegwenza territorjali tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Marokk. Diversi stati, fosthom l-Istati Uniti tal-Amerika, iffirmaw ftehimiet ta’ kummerċ ħieles mar-Renju tal-Marokk filwaqt li eskludew espressament is-Sahara tal-Punent. Dawn id-dispożizzjonijiet ittieħdu biex ma jiġux influwenzati r-riżultati tan-negozjati internazzjonali mmexxija taħt l-awspiċju tan-Nazzjonijiet Uniti bil-għan li tinstab riżoluzzjoni paċifiku bejn il-partijiet differenti. Quddiem valutazzjonijiet diverġenti min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Servizz Legali tal-Parlament dwar din il-kwestjoni, ir-rapporteur iqis li mhuwiex f’pożizzjoni li jiggarantixxi li dan il-ftehim ta’ kummerċ ħieles ikun konformi mat-trattati internazzjonali li jimpenjaw lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha kollha.
Bil-għan li jiġi rispettat l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, ir-rapporteur hu obbligat jgħarrafkom illi r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali hija favur l-approvazzjoni tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Marokk, għall-kuntrarju tal-opinjoni adottata mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-argumenti tar-rapporteur kif deskritti f’din in-nota spjegattiva.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (13.7.2011)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra
(15975/2010 – C7‑0432/2010 – 2010/0248(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Lorenzo Fontana
ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR
Il-proposta għal ftehim se tippermetti lill-Marokk jilliberalizza immedjatament 45% (f'valur) tal-importazzjonijiet li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, filwaqt li - min-naħa Komunitarja - l-importazzjonijiet mill-Marokk se jkunu liberalizzati b'55%. Il-ftehim jipprevedi wkoll żieda tal-konċessjonijiet fil-qasam tal-frott u l-ħaxix, settur li fih il-prodotti Marokkini jikkostitwixxu 80% tal-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea.
Bl-approvazzjoni ta' ftehim ta' din ix-xorta, is-suq Komunitarju huwa suġġett għal riskji, ikkawżati minn rikaduti ekonomiċi negattivi potenzjali fit-territorji speċjalizzati fit-tkabbir tal-ħxejjex. Fid-dawl tal-kriżi gravi tas-suq li tolqot is-settur tal-frott u ħaxix, anki kwantitajiet ċkejknin ta' prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi jafu jirrappreżentaw element ta' instabbilità ieħor.
Toħloq tħassib partikolari l-kapaċità tas-sistema Komunitarja li tissorvelja u tinforza l-kalendarji u l-kwoti tariffarji, spiss injorati mill-operaturi Marokkini, kif irrapportaw diversi assoċjazzjonijiet tal-qasam bejn l-2009 u l-2010.
Fil-qosor, l-iżbilanċ li jikkonċerna t-tnaqqis tariffarju miftiehem bejn iż-żewġ partijiet jidher oġġettiv.
L-istandards Komunitarji għoljin fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali, kundizzjonijiet tal-ħaddiema, ħarsien minn trade unions, leġiżlazzjoni anti-dumping u sigurtà alimentari mhumiex riflessi fil-prodotti Marokkini importati fl-Unjoni Ewropea.
Għal dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni ambjentali, dak li jkun jagħraf, b'mod partikolari, diskriminazzjoni qawwija f'livell sanitarju u fitosanitarju tal-prodotti Ewropej meta mqabbla ma' dawk Marokkini.
Il-proposta għal ftehim ma tipprevedix ir-riżoluzzjoni tal-problemi relatati mal-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ), posposti għal negozjati futuri, li għandhom jinfetħu wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim.
Il-kwistjoni tat-territorji tas-Saħara tal-Punent, li għaliha ntalbet opinjoni ġuridika mis-Servizzi Legali tal-Parlament, timplika valutazzjonijiet maħsubin sewwa. Indipendentement mill-fatt li dawn it-territorji jistgħu jkunu inklużi jew le fil-ftehim, tibqa' l-problema tad-dirttijiet tal-bniedem sistematikament miksura: biex naslu għal ħarsien komplut, l-Unjoni Ewropea tista' tikkunsidra tuża argumenti ta' natura ekonomika u kummerċjali billi l-iffirmar tal-ftehimiet tat-tali natura jkun subordinat għar-rispett effettiv tad-drittijiet tal-bniedem.
Speċifikament, il-ftehim jaċċentwa l-problemi diġà serji fil-livell tal-kompetittività kkawżati mid-differenzjali tal-prezz tal-forza tax-xogħol bejn l-Unjoni Ewropea u l-Marokk, li l-politika agroalimentari tiegħu hija orjentata lejn l-iżvilupp u lejn l-esportazzjoni ta' kwantitajiet kbar ta' prodotti.
Barra minn hekk, il-produtturi Komunitarji diġà għandhom iħabbtu wiċċhom maż-żidiet notevoli tal-kwoti li jirriżultaw mill-ftehimiet mal-pajjiżi Mediterranji l-oħra.
Il-produtturi Ewropej huma penalizzati mill-fatt li l-prodotti Marokkini, bħal ngħidu aħna t-tadam, jidħlu fis-suq Komunitarju f'perjodi differenti meta mqabbla mal-kummerċjalizzazzjoni normali Ewropea, b'hekk jikkawżaw riperkussjonijiet gravi fuq l-andament tas-swieq, u qabel xejn fuq il-volatilità tal-prezzijiet.
Barra minn hekk il-Parlament jmissu jkun f'kundizzjoni li - kif previst mit-Trattat ta' Lisbona - jagħti lill-Kummissjoni kontribut akbar, ibbażat fuq is-sinerġija, il-kollaborazzjoni, il-qsim tal-problemi u l-iskambju ta' prattiki tajba matul l-iter leġiżlattiv.
Fit-tali każ, il-ftehim għandu jerġa' jiġi bbilanċjat, bl-integrazzjoni tar-riforma tas-sistema tal-prezzijiet tad-dħul, il-livellament tad-differenzjali sanitarju u fitosanitarju kif ukoll ambjentali u bl-inklużjoni ta' klawżoli soċjali u ta' anti-dumping xierqa.
******
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi li l-Parlament jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tiegħu.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
12.7.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
24 14 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Richard Ashworth, Liam Aylward, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Lorenzo Fontana, Iratxe García Pérez, Béla Glattfelder, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Agnès Le Brun, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Mariya Nedelcheva, James Nicholson, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Marc Tarabella |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Luís Paulo Alves, Salvatore Caronna, Spyros Danellis, Giovanni La Via, Maria do Céu Patrão Neves |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Oreste Rossi |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (28.9.2011)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra
(15975/2010 – C7‑0432/2010 – 2010/0248(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Carmen Fraga Estévez
PA_Leg_Consent
Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi li l-Parlament jagħti l-kunsens tiegħu.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
26.9.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
12 8 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Josefa Andrés Barea, Alain Cadec, João Ferreira, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Marek Józef Gróbarczyk, Carl Haglund, Iliana Malinova Iotova, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Struan Stevenson |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Luis Manuel Capoulas Santos, Diane Dodds, Matthias Groote, Raül Romeva i Rueda, Nikolaos Salavrakos |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Iratxe García Pérez |
||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
26.1.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 7 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, María Auxiliadora Correa Zamora, Marielle De Sarnez, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Keith Taylor, Jan Zahradil, Paweł Zalewski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Amelia Andersdotter, José Bové, George Sabin Cutaş, Mário David, Syed Kamall, Silvana Koch-Mehrin, Inese Vaidere |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Véronique De Keyser, Jutta Haug, Younous Omarjee, Pier Antonio Panzeri, Jean Roatta |
||||