RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja

1.2.2012 - (COM(2011)0384 – C7‑0170/2011 – 2011/0169(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Godelieve Quisthoudt-Rowohl


Proċedura : 2011/0169(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0025/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja

(COM(2011)0384 – C7‑0170/2011 – 2011/0169(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0384),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0170/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra bid-data ta’ ..... li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont it-termini tal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0025/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Hija għandha tapplika minn ......* .

 

____________

 

* ĠU : daħħal id-data - l-ewwel jum tax-xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament

NOTA SPJEGATTIVA

It-tilwima tal-ormoni taċ-ċanga

It-tilwima dwar l-ormoni taċ-ċanga ilha taffettwa b'mod negattiv ir-relazzjonijiet kummerċjali transatlantiċi fir-rigward tal-prodotti agrikoli għal aktar minn żewġ deċennji. Fl-1998 l-UE pprojbiet l-importazzjonijiet taċ-ċanga u tal-prodotti taċ-ċanga, ittrattata b'ċerti ormoni li jippromwovu t-tkabbir, għal raġunijiet ta’ ħarsien tal-konsumatur u ta’ sikurezza tal-ikel. Fl-1996 l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada sfidaw din il-projbizzjoni fis-sistema tad-WTO għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u sussegwentament ġew awtorizzati jimponu sanzjonijiet kummerċjali fuq prodotti agrikoli importati mill-UE. Mill-1999 l-Istati Uniti u l-Kanada imponew tariffi ta' ritaljazzjoni fuq firxa wiesgħa ta' prodotti Ewropej, li jammontaw għal USD116.8-il miljun u CAD11.3-il miljun fis-sena rispettivament.

Sanzjonijiet dannużi

Minkejja li l-konflitt dwar iċ-ċanga ttrattata bl-ormoni involviet ammont ta' kummerċ relattivament żgħir, xorta wassal għal tnaqqis fil-kummerċ u kellu riperkussjonijiet sinifikanti fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku. Sħab kummerċjali b'relazzjonijiet mill-qrib inqabdu f'tilwima kummerċjali li ħadet fit-tul u li ma kellha l-ebda effett kostruttiv.

L-applikazzjoni kontinwata ta' dazji ta' ritaljazzjoni fuq ċerti prodotti Ewropej ostakolat l-esportazzjonijiet u sussegwentament il-produtturi tal-UE sofrew telf tas-sehem tagħhom tas-suq. Il-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerika mmiraw primarjament għall-prodotti taċ-ċanga u tal-majjal, fejn l-Istati Uniti ġabet sanzjonijiet ukoll kontra l-ġobon Roquefort, it-tartuf, il-ħobż mixwi, il-meraq, il-mostardi, il-ġammijiet, iċ-ċikkulata, is-sopop u prodotti oħra.

L-intenzjoni inizjali tal-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika li tibda tapplika "sanzjonijiet tat-tip karużell" – fejn jiżdiedu xi dazji u titbiddel il-firxa u l-lista tal-prodotti soġġetti għalihom – minn Marzu tal-2009 kien ikollha effett ta’ tħarbit jerġa' aktar serju u setgħet iġġiegħel l-ispiral tat-tnaqqis kummerċjali ta’ ritaljazzjoni jkompli jiskala.

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku, il-Parlament Ewropew talab lill-Istati Uniti ttemm is-sanzjonijiet ta' ritaljazzjoni li ġabet kontra l-prodotti Ewropew[1] Fir-riżoluzzjoni tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-Agrikoltura tal-UE u l-kummerċ internazzjonali, il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Kummissjoni Europea tiżgura li r-riżoluzzjoni tat-tilwima tal-‘ormoni taċ-ċanga’ tkun tippermetti s-sospensjoni tas-sanzjonijiet minn fuq il-prodotti tal-UE, filwaqt li tiggarantixxi li l-importazzjonijiet taċ-ċanga fl-UE jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-UE[2]

Riżoluzzjoni tat-tilwima

Mod prammatiku kif teħles mid-dinamika qerrieda tas-sanzjonijiet kummerċjali nstab permezz ta' negozjati bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti tal-Amerika[3] u l-Kanada[4] In-negozjati rriżultaw fl-hekk imsejħa Memoranda ta' Qbil (MtQ), li jipprevedu t-tneħħija gradwali tas-sanzjonijiet imposti fuq il-prodotti agrikoli tal-UE mill-Istati Uniti u l-Kanada bi skambju għal kwota tar-rata tariffarja, awtonoma u mingħajr dazju, għal ċanġa ta' kwalità għolja li mhijiex ittrattata bl-ormoni.

F'konformità mal-impenji "għall-Fażi 1" tal-MtQ mal-Istati Uniti tal-Amerika, l-Unjoni stabbiliet permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009[5] kwota tariffarja addizzjonali tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet għaċ-ċanga ta' kwalità għolja ta' ammont annwali ta' 20 000 tunnellata. Min-naħa tagħha l-Istati Uniti tal-Amerika żammet lura milli tapplika s-sanzjonijiet "karużell" u naqqset l-ammont totali tas-sanzjonijiet annwali b'68% minn USD116.8-il miljun għal USD37.8 miljun.

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 617/2009 hija prerekwiżit għall-implimentazzjoni "tal-Fażijiet 1 u 2" tal-MtQ mal-Kanada u "tal-Fażi 2" taż-żewġ MtQ. Din hija s-sustanza tal-proċedura leġiżlattiva preżenti. Meta jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 617/2009 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iżidu l-kwota tariffarja annwali tal-Unjoni għall-importazzjonijiet għal 48 200 tunnellata. L-Istati Uniti u l-Kanada diġà ssodisfaw l-impenji tagħhom skont il-Fażi 2 u ssospendew is-sanzjonijiet ta' ritaljazzjoni kollha matul l-2011.

Konklużjonijiet

Ir-Rapporteur tagħkom issostni bil-qawwi l-proposti tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja.

Il-Memoranda ta' Qbil u l-implimentazzjoni tagħhom jikkostitwixxu b'mod ċar sitwazzjoni li fiha ż-żewġ sħab kummerċjali fuq iż-żewġ naħat tal-Atlatiku dejjem se jkunu rebbieħa. Peress li l-Istati Uniti u l-Kanada diġà ssospendew is-sanzjonijiet ta' ritaljazzjoni kollha matul l-2011, jekk l-Ewropa min-naħa tagħha tonqos milli tonora l-qbil jista' jkun hemm konsegwenzi politiċi tassew negattivi u tiġi ddanneġġjata r-relazzjoni kummerċjali transatlantika.

Il-konklużjoni tal-proċedura leġiżlattiva se tippermetti lill-UE tikkonforma mal-impenji li ttieħdu għar-riżoluzzjoni tat-tilwima. Naturalment il-MtQ jiżgura li l-prodotti kollha taċ-ċanga spediti skont din il-kwota se jibqgħu jkunu konformi mar-rekwiżiti stretti tas-sikurezza tal-ikel spjegati fil-leġiżlazzjoni tal-UE. B'mod partikolari mhumiex se jinfetħu l-bibien għaċ-ċanġa ttrattata bl-ormoni ġejja mill-Istati Uniti tal-Amerika jew mill-Kanada, jew minn xi pajjiż ieħor.

L-adozzjoni fil-pront u bla xkiel tar-Regolament preżneti se tgħin biex tinbena mill-ġdid u tissaħħaħ ir-rieda tajba u biex jitneħħew il-lakuni li jeżistu fir-relazzjonijiet transatlantiċi f'dan is-settur Madanakollu, il-Kummissjoni għandu jkollha l-awtorità li tissospendi għalkollox jew parzjalment il-kwota tariffarja annwali tal-Unjoni għall-importazzjonijiet f'każ li l-ftehim ma jiġix implimentat jew miżmum kif inhu mill-Istati Uniti jew mill-Kanada. Huwa xieraq li l-proċedura ta' eżami skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[6] tiġi utilizzata għas-sospensjoni.

Ir-Rapporteur tagħkom tenfasizza li r-riżoluzzjoni finali tat-tilwima tal-ormoni taċ-ċanga għandha toħloq aktar momentum lejn integrazzjoni ekonomika u kummerċjali akbar bejn l-UE minn naħa u l-Istati Uniti u l-Kanada min-naħa l-oħra. Minkejja l-possibilità ta’ differenzi fl-opinjoni, l-għan għandu dejjem ikun li jintlaħaq kompromess u mhux li jiġi mħarbat il-kummerċ bilaterali. Meta qed tkompli żżarma l-ostakoli kummerċjali bejnha u bejn is-sħab kummerċjali ewlenin tagħha, l-UE qed turi l-impenn tagħha li ssaħħaħ din ir-relazzjoni ekonomika li ilha teżisti f’dak li hu kummerċ.

L-adozzjoni ta' dan ir-Regolament mill-Parlament Ewropew u mill-Kumsill se twassal għal benefiċċji għaż-żewġ naħat, se ssaħħaħ r-rabtiet kummerċjali transatlantiċi u se tibni l-fiduċja billi ttejjeb l-aċċess għas-suq fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku.

Impenji skont il-Memoranda ta’ Qbil iffirmati mill-UE mal-Istati Uniti tal-Amerika (fit-13 ta' Mejju 2009) u mal-Kanada (fis-17 ta' Marzu 2011).

Fażijiet proposti

Kwota tar-rata tariffarja tal-UE għaċ-ċanġa ħielsa mill-ormoni (dazju żero, tunnellati, annwali, in-Nazzjon l-Aktar Iffavorit)

Impenji skont il-MtQ

dwar sanzjonijiet fuq prodotti mill-UE

Passi meħuda

 

 

L-Istati Uniti (iżda japplika l-prinċipju tan-nazzjon l-aktar iffavorit)

il-Kanada

(iżda japplika l-prinċipju tan-nazzjon l-aktar iffavorit)

Total

L-Istati Uniti

(sanzjonijiet sa mill-1999)

Il-Kanada (sanzjonijiet sa mill-1999)

L-Istati Uniti

Ill-Kanada

Fażi 1

 

Minn Awwissu 2009

‑{}

 

20,000

 

(ir-Regolament 617/2009)

 

 

· Sanzjonijiet tat-tip "Karużell" li ma ġewx imposti

· Tnaqqis fiż-żieda ta' dazji mill-valur awtorizzat ta' USD 117-il miljun għal USD 38 miljun.

 

 

 

 

Irtirar unilaterali bikri tas-sanzjonijiet kollha f'Mejju 2011

 

Qabel Awwissu 2012

1,500

21 500 (proposta fir-regolament emendat)

Irtirar tas-sanzjonijiet kollha mill-valur awtorizzat ta' CAD 11.3-il miljun

 

Saret revoka tas-sanzjonijiet kollha f'Awwissu 2011

Fażi 2

 

Minn Awwissu 2012

45,000

 

3,200

48 200 (proposta fir-regolament emendat)

is-sospensjoni tad-dazji kollha li għolew

 

 

Fażi 3

 

Minn Awwissu 2013

 

45,000

3,200

48,200

kundizzjonijiet li għad iridu jiġu definiti bil-għan li tinstab riżoluzzjoni permanenti u jitneħħew għalkollox is-sanzjonijiet (id-daqs tal-kwota jibqa’ l-istess)

 

 

20.12.2011

  • [1]  Testi adottati, P7_TA(2008)0192.
  • [2]  Testi adottati, P7_TA(2011)0083.
  • [3]  WT/DS26/28 tat-30 ta' Settembru 2009.
  • [4]  WT/DS48/26 tat-22 ta' Marzu 2011.
  • [5]  ĠU L 182, 15.7.2009, p. 1.
  • [6]  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali ()

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja
(COM(2011)0384 – C7‑0170/2011 – 2011/0169(COD))

Rapporteur għal opinjoni: George Lyon

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Kuntest tal-proposta:

Wara l-istaġnar fid-WTO bejn l-Istati Uniti tal-Amerika (US) u l-Unjoni dwar l-importazzjonijiet "taċ-ċanga ttrattata bl-ormoni", issa ntlaħaq ftehim bejniethom li se jtemm dan l-argument fit-tul u dannuż.

Din is-soluzzjoni, innegozjata bejn Catherine Ashton, li f'dak iż-żmien kienet il-Kummissarju tal-Kummerċ tal-UE, u l-Gvern tal-Istati Uniti, ġiet iffirmata fit-13 ta' Mejju 2009. Il-patt jipprevedi arranġament fuq żewġ fażijiet fejn l-Istati Uniti jnaqqas il-livell ta' sanzjonijiet imposti fuq il-prodotti mill-Unjoni, filwaqt li l-Unjoni żżid gradwalment il-kwota tar-rata tariffarja tagħha (TRQ) għaċ-ċanga "Ta' Kwalità Għolja" ħielsa mill-ormoni[1] L-ewwel fażi ta' dan il-ftehim ġiet stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li fetaħ ammont addizzjonali TRQ ta' 20 000 tunnellata u biex ipattu għalih l-Istati Uniti neħħew 68% tas-sanzjonijiet elenkati tagħhom. Issa huwa ż-żmien li tiġi approvata t-tieni fażi ta' dan il-ftehim li għandha tiġi implimentata mill-1 ta' Awwissu 2012, skont il-Memorandum ta' Ftehim rilevanti[2] Dan it-tieni pass jinvolvi t-tneħħija kompleta tas-sanzjonijiet tal-Istati Uniti, bi skambju għal aktar espansjoni tat-TRQ tal-Unjoni b'25 000 tunnellata għall-Istati Uniti u 3 200 tunnellata għall-Kanada.

Għall-ewwel darba, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qed iwettaq proċess ta' koleġiżlazzjoni dwar dan id-dossier skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Pożizzjoni:

Ir-Rapporteur tiegħek isostni bil-qawwi l-proposti tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja.

Ir-Rapportuer tiegħek jixtieq jenfasizza xi wħud mill-benefiċċji prinċipali li dan il-ftehim se jġib għall-Unjoni.

1.   Dan il-ftehim jagħmilha possibbli għall-Unjoni biex tibqa' żżomm fis-seħħ il-projbizzjoni tagħha ta' laħam u prodotti tal-laħam trattati bl-ormoni, minkejja l-fatt li l-Unjoni nstabet fi ksur tal-obbligi WTO tagħha.

2.   L-adozzjoni tat-tieni fażi ta' dan il-ftehim hija vitali għall-Unjoni biex tikseb tneħħija bis-sħiħ tas-sanzjonijiet tal-Istati Uniti li tpoġġew fuq prodotti Ewropej li joriġinaw mis-26 Stati Membri (kollha minbarra r-Renju Unit) li jammonta għal aktar minn 250 miljun dollaru Amerikan f'termini kummerċjali attwali. Xi wħud mill-benefiċjarji ewlenin li għandhom x'jiggwadanjaw mit-tneħħija tas-sanzjonijiet huma l-Italja li se tiggwadanja valur kummerċjali ta' aktar minn 99 miljun dollaru Amerikan, il-Polonja li se tiggwadanja valur ta' 25 miljun dollaru Amerikan, il-Greċja u l-Irlanda li se jiggwadanjaw valur ta' 24 miljun dollaru Amerikan kull wieħed, il-Ġermanja u d-Danimarka li se jiggwadanjaw valur ta' 19-il miljun dollaru Amerikan kull wieħed, Franza li se tiggwadanja valur ta' 13-il miljun dollaru Amerikan u Spanja li se tiggwadanja 9 miljun dollaru Amerikan. Xi wħud mill-prodotti nazzjonali ewlenin affettwati mis-sanzjonijiet huma: l-ilma minerali, il-laħam tal-majjal, il-frott ippreservat fil-laned u dak ippreparat, iċ-ċikkulata, il-meraq, il-ħafur, iċ-ċuwingamm, il-ġamms, il-ġobon Roquefort, it-tartuf frisk, eċċ.

3.   Jekk il-ftehim se jiġi rrifjutat, is-sanzjonijiet se jerġgħu jiddaħħlu u l-proċess għar-riżoluzzjoni tat-tilwim se jikkollassa. L-Unjoni se ssib ruħha fir-riskju li ġġarrab miżuri ulterjuri ta' ritaljazzjoni, fejn se jkollha effettivament tikkumpensa lill-Istati Uniti għall-ħsara kkawżata minħabba n-nuqqas ta' konformità tagħha mad-deċiżjonijiet tad-WTO.

4.   Għandu jiġi osservat ukoll li l-impatt tat-tieni fażi tal-ftehim fuq is-suq taċ-ċanga tal-UE għandu jkun żgħir, peress li l-kwota tariffarja awtonoma addizzjonali għaċ-ċanga ħielsa mill-ormoni tikkorrispondi biss għal 0.36% tas-suq tal-UE kollu taċ-ċanga u tal-vitella[3]

5.   Fil-konklużjoni ta' dan il-ftehim finali, il-Parlament Ewropew jibgħat sinjal importanti ħafna lill-Istati Uniti li hija lesta tapprofondixxi r-relazzjonijiet kummerċjali trans-Atlantiċi u ttejjeb riżoluzzjonijiet għar-riżoluzzjoni tat-tilwim fid-WTO, billi jitħaddan mod kif isir progress f'kwistjonijiet diffiċli, aktar prammatiku u anqas ta' ħsara politikament.

L-Istati Uniti diġà qablu dwar sospensjoni sħiħa tas-sanzjonijiet kollha kontra l-Unjoni f'Mejju 2011, li twitti t-triq għal implimentazzjoni rapida tat-tieni fażi tal-ftehim. Huwa għalhekk importanti għall-Unjoni li min-naħa tagħha tonora l-ftehim fil-ħin biex tintlaħaq l-iskadenza tal-1 ta' Awwissu 2012.

******

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, jipproponi li l-Parlament jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fejn jieħu f'idejh il-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja

Referenzi

COM(2011)0384 – C7-0170/2011 – 2011/0169(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

5.7.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

5.7.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

George Lyon

26.9.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.10.2011

22.11.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

20.12.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Richard Ashworth, Liam Aylward, Luis Manuel Capoulas Santos, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Iratxe García Pérez, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Elisabeth Köstinger, Agnès Le Brun, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Mariya Nedelcheva, James Nicholson, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Spyros Danellis, Marian Harkin, Christa Klaß, Giovanni La Via, Astrid Lulling, Milan Zver

  • [1]  Għad-definizzjoni eżatta ta '"Ċanga ta' Kwalità Għolja" għall-fini ta 'dan il-ftehim b'mod partikolari, ara l-Artikolu VI tad-Dokument ta WT/DS26/28 tat-30 ta' Settembru 2009
  • [2]  Dokumenti WT/DS26/28 tat-30 ta' Settembru 2009 u WT/DS48/26 tat-22 ta' Marzu 2011
  • [3]  ara l-bazi ta' data tal-Eurostat dwar il-produzzjoni taċ-ċanga bhejjem (ċifri dwar kemm inqatlu fis-sena 2010)

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja

Referenzi

COM(2011)0384 – C7-0170/2011 – 2011/0169(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.6.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

5.7.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.7.2011

AGRI

5.7.2011

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

13.7.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2011

22.11.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

26.1.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, María Auxiliadora Correa Zamora, Marielle De Sarnez, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Keith Taylor, Jan Zahradil, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, José Bové, George Sabin Cutaş, Mário David, Syed Kamall, Silvana Koch-Mehrin, Inese Vaidere, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Véronique De Keyser, Jutta Haug, Pier Antonio Panzeri, Jean Roatta, Traian Ungureanu

Data tat-tressiq

1.2.2012