Proċedura : 2011/0039(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0028/2012

Testi mressqa :

A7-0028/2012

Dibattiti :

PV 13/03/2012 - 20
CRE 13/03/2012 - 20

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2012 - 9.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0076

RAPPORT     ***I
PDF 1799kWORD 1926k
2.2.2012
PE 469.996v01-00 A7-0028/2012

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

(COM(2011)0082 – C7‑0069/2011 – 2011/0039(COD))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Godelieve Quisthoudt-Rowohl

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

(COM(2011)0082 – C7‑0069/2011 – 2011/0039(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0082),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0069/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0000/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3 - inċiż 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli1,

 

________________

 

1ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2448/93 jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Huwa bbażat fuq l-ex-Artikolu 113/133 tat-Trattat tal-KE; l-objettivi tiegħu jiffukaw fuq il-kwistjonijiet politiċi kummerċjali komuni; u huwa jinkludi dispożizzjonijiet li jipprovdu lill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri b'poteri implimentattivi li għandhom ikunu allinjati mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 290 u 291 TFUE kif ukoll mar-Regolament 182/2011.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3 - inċiż 12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, disumani jew degradanti1;

 

________________

 

1ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2448/93 jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Huwa bbażat fuq l-ex-Artikolu 133 tat-Trattat KE; L-objettivi tiegħu jiffukaw fuq il-kwistjonijiet politiċi kummerċjali komuni b’mod li huwa simili għar-Regolament (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (riformulazzjoni) jew ir-Regolament (XX/2011) li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar u jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, l-importazzjoni u miżuri ta' transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon (COM(2010)0273 – C7-0138/2010 – 2010/0147(COD)); u jinkludi dispożizzjonijiet li jipprovdu lill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri b'poteri implimentattivi li għandhom ikunu allinjati mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 290.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3 – inċiż 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament ġie allinjat mar-rekwiżiti tal-Artikoli 290 u 291 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (COM(2010)0054 – C7-0042/2010 – 2010/0036(COD)).

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-Regolamenti mniżżla fl-Anness, kull referenza għal "Komunità Ewropea", "Komunità", "Komunitajiet Ewropej" jew "Komunitajiet" għandha tiftiehem bħala referenza għall-Unjoni Ewropea jew l-Unjoni; kull referenza għall-kliem 'suq komuni' għandha tinftiehem bħala referenza għal 'suq intern'; kull referenza għall-kliem 'Kumitat li jipprovdi għalih l-Artikolu 113', 'Kumitat li jipprovdi għalih l-Artikolu 133', 'Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 113' u 'Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 133' għandha tinftiehem bħala referenza għal 'Kumitat li jipprovdi għalih l-Artikolu 207'; kull referenza għall-kliem 'Artikolu 113 tat-Trattat' jew 'Artikolu 133 tat-Trattat' għandha tinftiehem bħala referenza għall-'Artikolu 207 tat-Trattat'.

Ġustifikazzjoni

Emenda teknika li tiżgura t-trasparenza u l-konsistenza fir-Regolament kollu.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KEE) Nru 2841/72

Premessa 3c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Għandha tiġi mdaħħla l-Premessa 3c li ġejja:

 

"L-implimentazzjoni tal-klawsoli ta' salvagwardja tal-Ftehim bilaterali teħtieġ kundizzjonijiet uniformi sabiex jiġu adottati l-miżuri provviżorji u definittivi ta' salvagwardja. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

_______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 1 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KEE) Nru 2841/72

Premessa 3d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Għandha tiġi mdaħħla l-Premessa 3d li ġejja:

 

“Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli.”

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 1 – punt 3

Regolament (KEE) Nru 2841/72

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3).

1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(1a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3).

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri immedjati mill-aktar fis possibbli. Il-proċedura konsultattiva, għalhekk, hija l-għażla t-tajba. F'każ ta' urġenza, għandu jkun possibbli li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament. Minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri definittivi ta' salvagwardja, dan huwa veru wkoll.

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KEE) Nru 2841/72

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Artikolu 5 għandu jitħassar.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 5 attwalment jaqra "Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament m'għandhomx jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-klawsoli ta' salvagwardja provduti fit-Trattat, partikolarment fl-Artikoli 108 u 109 tiegħu, bi qbil mal-proċeduri provduti fih." Peress li t-TFUE m'għadux jirreferi għall-klawsoli preċedenti ta' salvagwardja tal-ex-Artikoli 108 u 109 TKE, l-Artikolu 5 għandu jitħassar.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 1 – punt 4

Regolament (KEE) Nru 2841/72

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 1 – punt 4

Regolament (KEE) Nru 2841/72

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 1 – punt 4

Regolament (KEE) Nru 2841/72

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (KEE) Nru 2841/72

Artikolu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 7a

 

Rapport

 

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport biannwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u mis-sodisfazzjon tal-obbligi li jiġu minnhom, inkluż l-obbligi rigward l-ostakli għall-kummerċ.

 

2. Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-Konfederazzjoni Svizzera.

 

3. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

4. Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tagħha biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

 

5. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."

Ġustifikazzjoni

Huwa assolutament meħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-pubbliku jkunu infurmati dwar l-aspetti kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali (bilaterali) tal-UE. F'dak li jirrigwarda speċjalment l-istrumenti ta' difiża kummerċjali (TDI), huwa importanti li l-pubbliku u dawk kollha interessati jkunu infurmati tajjeb dwar il-miżuri kollha mnedija.

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 2 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KEE) Nru 2843/72

Premessa 3c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Għandha tiddaħħal il-Premessa 3c li ġejja:

 

"L-implimentazzjoni tal-klawsoli ta' salvagwardja tal-Ftehim bilaterali teħtieġ kundizzjonijiet uniformi sabiex jiġu adottati l-miżuri provviżorji u definittivi ta' salvagwardja. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

_____________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 2 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KEE) Nru 2843/72

Premessa 3d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Għandha tiddaħħal il-Premessa 3d li ġejja:

 

"Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."

Emenda  15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 2 – punt 3

Regolament (KEE) Nru 2843/72

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 25, 25a u 27 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 28(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3).

1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 25, 25a u 27 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 28(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(1a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3).

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri immedjati mill-aktar fis possibbli. Il-proċedura konsultattiva, għalhekk, hija l-għażla t-tajba. F'każ ta' urġenza, għandu jkun possibbli li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament. Minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri definittivi ta' salvagwardja, dan huwa veru wkoll.

Emenda  16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 2 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KEE) Nru 2843/72

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Artikolu 5 għandu jitħassar.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 5 attwalment jaqra: "Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament m’għandhomx jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-klawżoli ta’ salvagwardja pprovduti f’dan it-Trattat, partikolarment fl-Artikoli 108 u 109 tiegħu, skond il-proċeduri hemmhekk provduti." Peress li t-TFUE m'għadux jirreferi għall-klawsoli preċedenti ta' salvagwardja tal-ex-Artikoli 108 u 109 ECT, l-Artikolu 5 għandu jitħassar.

Emenda  17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 2 – punt 4

Regolament (KEE) Nru 2843/72

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  18

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 2 – punt 4

Regolament (KEE) Nru 2843/72

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

Emenda  19

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 2 – punt 4

Regolament (KEE) Nru 2843/72

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda  20

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 2 – punt 4a (ġdid)

Regolament (KEE) Nru 2843/72

Artikolu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 7a

 

Rapport

 

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport biannwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u mis-sodisfazzjon tal-obbligi li jiġu minnhom, inkluż l-obbligi rigward l-ostakli għall-kummerċ.

 

2. Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-Konfederazzjoni Svizzera.

 

3. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

4. Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tagħha biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

 

5. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."

Ġustifikazzjoni

Huwa assolutament meħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-pubbliku jkunu infurmati dwar l-aspetti kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali (bilaterali) tal-UE. F'dak li jirrigwarda speċjalment l-istrumenti ta' difiża kummerċjali (TDI), huwa importanti li l-pubbliku u dawk kollha interessati jkunu infurmati tajjeb dwar il-miżuri kollha mnedija.

Emenda  21

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KEE) Nru 1692/73

Premessa 3c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Għandha tiddaħħal il-Premessa 3c li ġejja:

 

"L-implimentazzjoni tal-klawsoli ta' salvagwardja tal-Ftehim bilaterali teħtieġ kundizzjonijiet uniformi sabiex jiġu adottati l-miżuri provviżorji u definittivi ta' salvagwardja. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

________________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  22

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KEE) Nru 1692/73

Premessa 3d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Għandha tiddaħħal il-Premessa 3d li ġejja:

 

"Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."

Emenda  23

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3 – punt 3

Regolament (KEE) Nru 1692/73

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3).

1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(1a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3).

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri immedjati mill-aktar fis possibbli. Il-proċedura konsultattiva, għalhekk, hija l-għażla t-tajba. F'każ ta' urġenza, għandu jkun possibbli li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament. Minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri definittivi ta' salvagwardja, dan huwa veru wkoll.

Emenda  24

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KEE) Nru 1692/73

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Artikolu 5 għandu jitħassar.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 5 attwalment jaqra: "Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament m’għandhomx jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-klawżoli ta’ salvagwardja pprovduti f’dan it-Trattat, partikolarment fl-Artikoli 108 u 109 tiegħu, skond il-proċeduri hemmhekk provduti." Peress li t-TFUE m'għadux jirreferi għall-klawsoli preċedenti ta' salvagwardja tal-ex-Artikoli 108 u 109 ECT, l-Artikolu 5 għandu jitħassar.

Emenda  25

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3 – punt 4

Regolament (KEE) Nru 1692/73

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  26

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3 – punt 4

Regolament (KEE) Nru 1692/73

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

Emenda  27

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3 – punt 4

Regolament (KEE) Nru 1692/73

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda  28

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3 – punt 4a (ġdid)

Regolament (KEE) Nru 1692/73

Artikolu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 7a

 

Rapport

 

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport biannwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u mis-sodisfazzjon tal-obbligi li jiġu minnhom, inkluż l-obbligi rigward l-ostakli għall-kummerċ.

 

2. Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-Konfederazzjoni Svizzera.

 

3. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

4. Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tagħha biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

 

5. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ b'mod assolut li l-Parlament Ewropew u l-pubbliku jkunu infurmati dwar l-aspetti kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali (bilaterali) tal-UE. F'dak li speċjalment jirrigwarda l-istrumenti ta' difiża kummerċjali (TDI), huwa importanti li l-Parlament Ewropew, kif ukoll il-pubbliku u dawk kollha interessati jkunu infurmati tajjeb dwar il-miżuri kollha mnedija.

Emenda  29

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – titolu (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli1,

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jiġu emendat ir-Regolament (KE) Nru 3448/93 ta' Diċembru 1993 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet introdotti permezz tat-Trattat ta' Lisbona. Dan isir, fejn huwa adegwat, permezz tal-għoti tal-poteri lill-Kummissjoni u billi jiġu applikati ċerti proċeduri stipulati fir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fil-każijiet kollha fejn kienet tapplika l-proċedura speċifika tal-Artikolu 16, se tiġi introdotta l-proċedura ta' eżaminazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn huwa adegwat, għandha tingħata l-possibiltà għall-adozzjoni tal-atti implimentattivi li japplikaw immedjatament. Id-dritt għat-tħejjija ta' regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament u d-dritt li jiġi emendat l-anness, f'ħafna każijiet jiġu delegati lill-Kummissjoni.

Emenda  30

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – parti introduttorja (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 3448/93, il-Kummissjoni għandu jingħatalha l-poter li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat bl-għan li tadotta r-regoli dettaljati u temenda l-Anness ta' dak ir-Regolament. Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 3448/93, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  31

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Premessa 17a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1. Għandha tiddaħħal il-premessa 17a li ġejja:

 

"Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-poter li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jkun delegat lill-Kummissjoni b'rispett għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3 tal-Artikolu 6 skont l-Artikolu 6(4), li jadotta regoli dettaljati għad-determinazzjoni u l-ġestjoni ta' komponenti agrikoli mnaqqsa skont l-Artikolu 7(2) u li jemenda t-Tabella 2 tal-Anness B. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet adegwati waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fuq livell espert. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

Emenda  32

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 2 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. Il-Premessa 18 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament teħtieġ kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni tad-diversi miżuri u għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati tal-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

_______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  33

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 3 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 2 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3. L-Artikolu 2(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikoli 14a u 14b li jirrigwardaw l-adozzjoni tar-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament."

Emenda  34

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 4 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4. L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikoli 14a u 14b li jirrigwardaw l-adozzjoni tar-regolamenti ddettaljati għall-applikazzjoni ta dan l-Artikolu."

Emenda  35

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 5 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5. L-Artikolu 7(2) għandu jinbidel kif ġej:

 

"2. Meta ftehim preferenzjali jipprovdi għal tnaqqis fil-komponent agrikolu, sew jekk hu fi ħdan il-limiti tal-kwota tat-tariffa u sew jekk le, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta l-atti delegati skont l-Artikoli 14a u 14b li jirrigwardaw l-adozzjoni tar-regoli dettaljati għad-determinazzjoni u l-immaniġġjar ta' dawn il-komponenti agrikoli [...], sakemm il-ftehim jispeċifika:"

Emenda  36

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 6 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6. L-Artikolu 7(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikoli 14a u 14b li jirrigwardaw l-adozzjoni tar-regoli dettaljati sabiex jingħata bidu u jkun immaniġġjat it-tnaqqis

tal-imposti fil-komponenti li ma humiex agrikoli [...]."

Emenda  37

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 7 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7. L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

(a) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"3. Ir-regoli komuni tal-implimentazzjoni tal-arranġamenti għar-rifondi li hemm referenza dwarhom f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 16(2)."

 

(b) Il-paragrafu 4, subparagrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

"Dawn l-ammonti għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 16(2). Ir-regoli tal-implimentazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa permezz ta' dan il-paragrafu, u b'mod partikolari l-miżuri sabiex jassiguraw li l-oġġetti dikjarati għall-esportazzjoni taħt ftehim preferenzjali ma' jiġux fil-fatt esportati taħt ftehim mhux preferenzjali jew viċe versa, għandhom jiġu adottati skont l-istess proċedura.

 

(c) Il-paragrafu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"6. L-ammont ta' hawn taħt li minnu l-esportaturi ż-żgħar jistgħu jiġu eżentati mill-preżentazzjoni taċ-ċertifikati skond l-arranġamenti tar-rifondi għall-espportazzjoni għandu jiġi stabbilit għal EUR 50 000 fis-sena. Dan il-limitu jista' jiġi aġġustat skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni referita fl-Artikolu 16(2)."

Emenda  38

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 8 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8. L-Artikolu 9 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 9

 

Meta, permezz ta' regolament fuq l-organizzazzjoni komuni ta' suq partikolari, taxxi, ħlasijiet jew miżuri oħra jkunu applikati għall-esportazzjonijiet ta' prodott agrikolu elenkat fl-Anness A, miżuri xierqa fir-rigward ta' ċerti oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom x'aktarx li tfixkel il-kisba ta' l-għan fis-settur agrikolu in kwistjoni, minħabba l-kontenut għoli tagħhom fil-prodott agrikolu kkonċernat u l-użu li għalihom jistgħu jitpoġġew, jistgħu jiġu deċiżi, bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni li hija msemmija fl-Artikolu 16(2), wara li jittieħed akkont xieraq ta' l-interess speċifiku ta' l-industrija ta' l-ipproċessar. F'każ ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(3)."

Emenda  39

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 9 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 10a – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9. L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10a(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikoli 14a u 14b li jirrigwardaw l-adozzjoni tar-regoli implimentattivi dettaljati [...]."

Emenda  40

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 10 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10. It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

Ir-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat it-tieni subparagrafu, li jagħmluha possibbli biex jiġu stabbiliti l-prodotti bażiċi li jridu jiddaħħlu skont l-arranġementi tal-ipproċessar lejn l-intern u li jiġu kkontrollati u ppjanati l-kwantitajiet ta' dawn, għandhom jiggarantixxu aktar ċarezza għall-operaturi permezz tal-pubblikazzjoni minn qabel tal-kwantitajiet indikattivi ta' importazzjoni għal kull COM individwali. Dawn għandhom jiġu ppubblikati fuq bażi regolari, skont l-użu ta' dawk il-kwantitajiet. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikoli 14a u 14b li jirrigwardaw l-adozzjoni tar-regoli dettaljati tal-applikazzjoni [...]."

Emenda  41

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 11 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

11. L-Artikolu 12(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta l-atti delegati skont l-Artikoli 14a u 14b biex temenda t-Tabella 2 tal-Anness B sabiex tkun addattata għall-ftehim konklużi mill-Unjoni."

Emenda  42

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 12 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

12. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikoli 14a u 14b biex jemendaw dan ir-Regolament [...]."

Emenda  43

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 13 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

13. L-Artikolu 14 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"1. L-iskala jew l-iskali li anqas minnhom il-komponenti agrikoli stabbiliti bi qbil mal-Artikoli 6 u 7, għandhom ikunu stabbiliti bħala żero, jistgħu ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(2). F'każ ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(3). In-nuqqas tal-applikazzjoni ta' dawn il-komponenti agrikoli tista' tkun suġġett għal kondizzjonijiet speċjali, bi qbil mal-istess proċedura, sabiex ikun evitat li jinħolqu tnixxijiet ta' kummerċ artifiċjali.

 

2. Livell li taħtu l-Istati Membri jistgħu jastjenu milli japplikaw l-ammonti li għandhom jingħataw jew jiġu ntaxxati bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, b'konnessjoni ma' ċerta transazzjoni ekonomika, jista jkun stabbilit bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(2) jekk il-bilanċ ta' dawn l-ammonti jkun aktar baxxa minn dan il-livell. F'każ ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(3)."

Emenda  44

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 14 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 14a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

14. Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 14a

 

Għoti tal-kompetenzi

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14b rigward l-adozzjoni tar-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) u 4(2), l-adozzjoni tar-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 6 skont l-Artikolu 6(4), l-adozzjoni tar-regoli dettaljati għad-determinazzjoni u l-immaniġġjar ta' dawn il-komponenti agrikoli mnaqqsa skont l-Artikolu 7(2) u biex jemendaw it-Tabella 2 tal-Anness B."

Emenda 45

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 15 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 14b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

15. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 14b

 

L-eżerċizzju tad-delega

 

1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 5 snin. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' 5 snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill, jew jekk qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu se jiġi prorogat b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

Emenda  46

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 16 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

16. L-Artikolu 17 għandu jitħassar.

Emenda  47

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 17 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

17. L-Artikolu 18 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Il-miżuri meħtieġa biex jaddattaw dan ir-Regolament mal-emendi magħmula fir-Regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti agrikoli sabiex ikunu miżmuma l-ftehim eżistenti għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(2)."

Emenda  48

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 3a – punt 18 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3448/93

Artikolu 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

18. L-Artikolu 20 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, minn naħa waħda, fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni u, anki meta jkun xieraq, il-produzzjoni tal-oġġetti u, minn naħa l-oħra, fuq il-miżuri amministrattivi ta' l-implimentazzjoni adottati. Ir-regoli dettaljati għall-komunikazzjoni ta' din l-informazzjoni għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni riferuta fl-Artikolu 16 (2)."

Emenda  49

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 4 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3286/94

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Għandha tiddaħħal il-Premessa 4a li ġejja:

 

"Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet standard għall-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament, il-poteri implimentattivi għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

_______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  50

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 4 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3286/94

Premessa 4b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Għandha tiddaħħal il-Premessa 4b li ġejja:

 

"Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għas-sospensjoni ta' miżuri ta' eżaminazzjoni li għadhom għaddejjin minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."

Emenda  51

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 4 – punt -1 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3286/94

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b. Il-Premessa 9 għandha tinbidel b’dan li ġej:"

 

Billi għandu jingħata każ tad-dispożizzjonijiet istituzzjonali u proċedurali tal-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi, għalhekk, il-Parlament Ewropew u l-kumitat stabbiliti skont l-Artikolu 207 għandhom jinżammu infurmati bl-iżviluppi ta' każijiet individwali, sabiex ikunu jistgħu jikkunsidraw l-implikazzjoni wiesgħa tal-politika tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 207 TFUE, il-Kumitat rispettiv (TPC) m'għandux il-poter jifformula "konsulenza lill-istituzzjonijiet tal-Komunità dwar il-kwistjonijiet kollha tal-politika kummerċjali". Jekk il-leġiżlatur irid iwessa' l-kompetenza tat-TPC b'dan il-mod, għandu jagħmel dan billi jipprovdi "l-funzjoni konsultattiva" kemm għall-Parlament Ewropew kif ukoll għat-TPC.

Emenda  52

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 4 – punt -1 c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3286/94

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1c. Il-Premessa 10 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

Billi, barra minn hekk, sal-punt li ftehim ma pajjiż terz jidher li jista’ jkun l-aktar mod xieraq kif tiġi solvuta tilwima li tiġi minn ostakolu għall-kummerċ, negozjati għal dan il-għan għandhom jiġu mmexxija skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 207 tat-Trattat b'mod partikolari f'konsultazzjoni mal-kumitat stabbilit bih u mal-Parlament Ewropew;"

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 207 TFUE, il-Kumitat rispettiv (TPC) jaġixxi bħala entità konsultattiva għall-Kummissjoni, filwaqt li dan tal-aħħar jinforma lill-Parlament Ewropew fl-istess livell bħat-TPC dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw ftehimiet ta’ kummerċ internazzjonali. Għalhekk, il-Premessa għandha tikkjarifika r-rwoli l-ġodda tal-Kummissjoni, it-TPC u l-Parlament Ewropew rigward l-istadji inizjali lejn il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kummerċ internazzjonali.

Emenda  53

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – sezzjoni 4 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 3286/94

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament UE Nru 182/2011.

Emenda  54

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – sezzjoni 4 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 3286/94

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda  55

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 4 – punt 6 – punt a

Regolament (KE) Nru 3286/94

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jinstab b'konsegwenza tal-proċedura ta' eżaminazzjoni li l-interessi tal-Unjoni ma jeħtiġux li tittieħed xi azzjoni, il-proċedura għandha tiġi mitmuma mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(1)(b)."

1. Meta jinstab b'konsegwenza tal-proċedura ta' eżaminazzjoni li l-interessi tal-Unjoni ma jeħtiġux li tittieħed xi azzjoni, il-proċedura għandha tiġi mitmuma mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1)(b)." Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(1)(ba).

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li s-sospensjoni tal-proċedura hija biss stadju intermedjarju u d-deċiżjoniji finali tittieħed jew skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni jew skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, huwa xieraq li tapplika l-proċedura konsultattiva.

Emenda  56

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – sezzjoni 4 – punt 6 – punt b

Regolament (KE) Nru 3286/94

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. (a) Meta, wara proċedura ta' eżaminazzjoni, il-pajjiz jew pajjiżi terzi kkonċernat(i) jieħu jew jieħdu miżuri li huma meqjusa sodisfaċjenti, u għalhekk ma tkunx meħtieġa azzjoni mill-Unjoni, il-proċedura tista’ tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(1)(b).";

2. (a) Meta, wara proċedura ta' eżaminazzjoni, il-pajjiz jew pajjiżi terzi kkonċernat(i) jieħu jew jieħdu miżuri li huma meqjusa sodisfaċjenti, u għalhekk ma tkunx meħtieġa azzjoni mill-Unjoni, il-proċedura tista’ tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(1)(aa).

Emenda  57

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 4 – punt 6 – punt c

Regolament (KE) Nru 3286/94

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn, wara proċedura ta' eżaminazzjoni, jew f'xi ħin qabel, waqt u wara proċedura għas-soluzzjoni ta' tilwima internazzjonali, ikun jidher li l-aktar mod xieraq sabiex tiġi solvuta tilwima minħabba ostakolu għall-kummerċ ikun il-konklużjoni ta' ftehim mal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, li jista’ jbiddel id-drittijiet sostantivi tal-Unjoni u tal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, il-proċedura għandha tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(1)(b), u n-negozjati għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 207 tat-Trattat."

3. Fejn, wara proċedura ta' eżaminazzjoni, jew f'xi ħin qabel, waqt u wara proċedura għas-soluzzjoni ta' tilwima internazzjonali, ikun jidher li l-aktar mod xieraq sabiex tiġi solvuta tilwima minħabba ostakolu għall-kummerċ ikun il-konklużjoni ta' ftehim mal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, li jista’ jbiddel id-drittijiet sostantivi tal-Unjoni u tal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, il-proċedura għandha tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(1)(aa), u n-negozjati għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 207 tat-Trattat."

Emenda  58

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 4 – punt 7 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 3286/94

Artikolu 13a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 13a

 

Rapport

 

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni u dwar il-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."

Ġustifikazzjoni

Huwa assolutament meħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-pubbliku jkunu infurmati dwar l-aspetti kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE. Il-fatti kollha rigward il-proċedura ta' soluzzjoni ta' tilwim tad-WTO huma tal-ogħla interess għall-Parlament Ewropew u għall-pubbliku.

Emenda  59

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 5 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 385/96

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-Premessa 25 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"(25) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament, il-poteri implimentattivi għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

________________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  60

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 5 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 385/96

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-miżuri protettivi jkunu bla bżonn l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).";

Meta l-miżuri protettivi jkunu bla bżonn l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2). Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 10(2a).

Emenda  61

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 5 – punt 5

Regolament (KE) Nru 385/96

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda  62

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 5 – punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 385/96

Artikolu 14a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 14a

 

Rapport

 

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni u dwar il-Kumitat dwar il-Prezzijiet Inġurjużi ta' Bastimenti. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."

Ġustifikazzjoni

Huwa assolutament meħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-pubbliku jkunu infurmati dwar l-aspetti kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE.

Emenda  63

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 6 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2271/96

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-Premessa 9 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament teħtieġ li jkun hemm kundizzjonijiet standard għall-istabbiliment ta' kriterji għall-awtorizzazzjoni ta' persuni biex ikunu konformi bis-sħiħ jew parzjalment, tant li n-nuqqas ta' konformità tista' tkun ta' dannu serju għall-interessi tagħhom jew għal dawk tal-Unjoni, ma' kull rekwiżit jew projbizzjoni, inkluż mat-talbiet tal-qrati barranin. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

_______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  64

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 6 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2271/96

Premessa 9a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Għandha tiddaħħal il-Premessa 9a li ġejja:

 

"Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-poter li jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi delegat lill-Kummissjoni għaż-żieda fil-liġijiet jew it-tħassir tal-liġijiet mill-Anness ta' dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

Emenda  65

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 6 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2271/96

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(b) u (c), il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Leġiżlazzjoni Extra-territorjali. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

1. Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(b) u (c), il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Leġiżlazzjoni Extra-territorjali. Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  66

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 6 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2271/96

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda  67

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 6 – punt 3

Regolament (KE) Nru 2271/96

Artikolu 11 a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħat għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati skont l-Artikolu 1 rigward iż-żieda fil- jew it-tħassir tal-liġijiet mill-Anness ta' dan ir-Regolament.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

3. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħat li tadotta l-atti delegati, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 11b u 11c.

 

Emenda  68

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 6 – punt 3

Regolament (KE) Nru 2271/96

Artikolu 11 b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 1 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi kwalunkwe ħin.

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delega ta’ setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka.

2. Is-setgħat għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegar tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandu jkollha effett minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandu jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

3a. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

3b. Att delegat adottat skont l-Artikolu 1 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill, jew jekk qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu se jiġi estiż b'xahrejn fuq inizzjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

3c. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delega ta’ setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka."

Emenda  69

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 6 – punt 3

Regolament (KE) Nru 2271/96

Artikolu 11c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11c

imħassar

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

 

2. Jekk meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data fih stabbilita.

 

L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

 

4. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni tal-att delegat.

 

Emenda  70

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 7 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1515/2001

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

"Artikolu 6a L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament teħtieġ kundizzjonijiet standard għall-adozzjoni jew is-sospensjoni ta' miżuri li huma konformi mar-rakkomandazzjonijiet u mad-deċiżjonijiet tal-regoli tal-Korp għar-Riżoluzzjoni ta' Tilwim fid-WTO. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  71

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 7 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1515/2001

Premessa 6b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(6b) Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għas-sospensjoni ta' miżuri għal perjodu ta' żmien limitat minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."

Emenda  72

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 7 – punt 1 – punt a a (new)

Regolament (KE) Nru 1515/2001

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Il-paragrafu 1, punt b għandu jinbidel kif ġej:

 

"(b) tadotta kwalunkwe miżura speċjali oħra għall-implimentazzjoni ta' att leġiżlattiv meqjusa xierqa fiż-ċirkostanzi."

Emenda  73

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 7 – punt 1 – punt c

Regolament (KE) Nru 1515/2001

Artikolu 1 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, tali sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien limitat, billi taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3a(2)."

4. Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, tali sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien limitat, billi taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 3a(1a).

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jiġi iċċarat it-test fil-paragrafu 1(b) sabiex jiġi evitat li tingħata l-impressjoni li atti leġiżlattivi jew delegati jistgħu ikunu modifikati taħt din is-setgħa. Rigward il-paragrafu 4, ikun xieraq jekk il-proċedura konsultattiva tapplika għas-sospensjoni tal-miżura kontestata jew emendata, peress li huwa biss stadju intermedjarju u d-deċiżjonijiet finali jittieħdu skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni.

Emenda  74

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 7 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1515/2001

Artikolu 2 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, tali sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien limitat, billi taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3a(2)."

4. Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, tali sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien limitat, billi taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 3a(1a).

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li s-sospensjoni tal-proċedura mhux kontestata jew emendata hija biss stadju intermedjarju u d-deċiżjoni finali tittieħed skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni, huwa xieraq li tapplika l-proċedura konsultattiva.

Emenda  75

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 7 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1515/2001

Artikolu 3 a – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  76

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 7 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1515/2001

Artikolu 3 a – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda  77

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 7 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1515/2001

Artikolu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 3b

 

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet, il-proċeduri u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-Kumitat tal-Antidumping u tal-Kumitat kontra s-Sussidju. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."

Ġustifikazzjoni

Huwa assolutament meħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-pubbliku jkunu infurmati dwar l-aspetti kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE. Il-fatti kollha rigward il-proċedura ta' soluzzjoni ta' tilwim tad-WTO huma tal-ogħla interess għall-Parlament Ewropew u għall-pubbliku.

Emenda  78

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-Premessa 6 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"(6) L-Atti Implimentattivi tal-Kummissjoni li jemendaw in-Nomenklatura Magħquda u l-kodiċi ta' Taric ma jesiġux tibdiliet sostantivi."

Emenda  79

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Il-Premessa 10 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"(10) L-implimentazzjoni tar-Regolament teħtieġ kundizzjonijiet standard għall-adozzjoni ta' regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

________________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  80

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt - 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Premessa 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri immedjati f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."

Emenda  81

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt -1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Premessa 10b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1c. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(10b) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi li japplikaw immedjatament meta, f'każijiet verament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 25(4)(b) u l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim Temporanju, u wara dan, l-Artikolu 38(4)(b) u l-Artikolu 39(4) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, jekk raġunijiet imperattivi urġenti jeħtieġu dan."

Emenda  82

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt -1d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Artikolu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1d. L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 2

 

Konċessjonijiet fuq il-vitella

 

 

Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 14(2) tal-Ftehim Proviżorju, u wara l-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, dwar il-kwota tat-tariffi għall-prodotti tal-"vitella" għandhom ikunu adottatti mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7fa(5)."

Emenda  83

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt -1e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1e. L-Artikolu 3 għandu jitħassar.

Ġustifikazzjoni

Minħabba d-dħul fis-seħħ tat-TFUE u r-Regolament (UE) Nru 182/2011, ir-referenzi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE m'għadhomx validi.

Emenda  84

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt -1f (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1f. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 4

 

Konċessjonijiet fuq prodotti tas-sajd

 

Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(1) tal-Ftehim Temporanju, u wara dan l-Artikolu 28(1) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, dwar il-kwoti ta’ tariffi għall-ħut u prodotti tas-sajd imniżżla fl-Anness Va taż-żewġ ftehim, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni mniżżla fl-Artikolu 7fa(5)."

Emenda  85

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt -1g (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1g. L-Artikolu 5 għandu jitħassar.

Ġustifikazzjoni

Minħabba d-dħul fis-seħħ tat-TFUE u r-Regolament (UE) Nru 182/2011, ir-referenzi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE m'għadhomx validi.

Emenda  86

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt -1h (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1h. L-Artikolu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 7

 

Adattamenti tekniċi

 

Emendi u adattamenti tekniċi tar-regoli dettaljati dwar implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, li huma neċessarji wara l-bidliet fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u fis-sottodiviżjonijiet ta' Taric jew dawk li jiġu mill-konklużjoni ta' ftehim ġodda, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħra bejn l-Unjoni u l-Kroazja, u li m'għandhomx jinvolvu xi emendi sostanzjali għandhom jiġu adattati skond il-proċedura ta' eżami mniżżla fl-Artikolu 7fa(5) ta' dan ir-Regolament.

Emenda  87

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Artikolu 7a – paragrafi 3a u 3b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:

(a) Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jitħassru.

"3a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011].

 

3b. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu."

 

Emenda  88

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Artikolu 7a – paragrafu 7 – subparagrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni, tista' tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7a(3a) jew li ma taġixxix jew li tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Interim, u minn hemm 'il quddiem fl-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b).

"Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni, tista' tiddeċiedi skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7fb(5) jew li ma taġixxix jew li tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikoli 25 u 25 tal-Ftehim Interim, u minn hemm 'il quddiem fl-Artikoli 38 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7fa(7).

Emenda  89

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Artikolu 7b – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn iseħħu cirkostanzi eċċezzjonali u kritici fit-tifsira tal-Artikolu 25(4)(b) u l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim Interim, u minn hemm 'il quddiem l-Artikolu 38(4)(b) u l-Artikolu 39(4) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif stipulat fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Interim, u minn hemm 'il quddiem l-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7a(3a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b).

Fejn iseħħu cirkostanzi eċċezzjonali u kritici fit-tifsira tal-Artikolu 25(4)(b) u l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim Interim, u minn hemm 'il quddiem l-Artikolu 38(4)(b) u l-Artikolu 38(4) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif stipulat fl-Artikoli 24 u 26 tal-Ftehim Interim, u minn hemm 'il quddiem l-Artikoli 37 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7fa(4). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7fa(6).

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri immedjati mill-aktar fis possibbli. Il-proċedura konsultattiva, għalhekk, hija l-għażla t-tajba. F'każ ta' urġenza, għandu jkun possibbli li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament. Minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri definittivi ta' salvagwardja, dan huwa veru wkoll.

Emenda  90

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt 3

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Artikolu 7e – paragrafu 1 – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Fejn meħtieġ għandha tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja skont il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 7a(3a) minbarra fil-każi ta’ għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, meta għandhom jittieħdu miżuri skont il-proċeduri mniżżla f’dak ir-Regolament."

Fejn meħtieġ għandha tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja skont il-proċeduri ta' eżaminazzjoni mniżżla fl-Artikolu 7a(5), minbarra fil-każi ta’ għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, meta għandhom jittieħdu miżuri skont il-proċeduri mniżżla f’dak ir-Regolament.

Emenda  91

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Artikolu 7f – paragrafi 3–6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Artikolu 7f għandu jiġi emendat kif ġej:

 

(a) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"3. Sa ma tintlaħaq soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat fil-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni dwar miżuri oħra xierqa li hi tqis neċessarji skont l-Artikolu 30 tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikolu 43 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoniji, kif ukoll skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 7fa(5).

 

(b) Il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jitħassru.

Emenda  92

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 8 – punt 3b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2248/2001

Artikolu 7fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 7fa

 

Proċedura ta' kumitat

 

1. Għall-fini tal-Artikolu 2, il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2. Għall-fini tal-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

3. Għall-fini tal-Artikoli 7a, 7b, 7e, 7f, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Konsultattiv stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

5. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

6. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

 

7. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

 

8. Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat f'każijiet fejn, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan."

Emenda  93

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 153/2002

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-Premessa 6 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"(6) L-Atti Implimentattivi tal-Kummissjoni li jemendaw in-Nomenklatura Magħquda u l-kodiċijiet TARIC ma jġibux magħhom tibdiliet sostantivi."

Emenda  94

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 153/2002

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Il-Premessa 11 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"(11) L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament teħtieġ kundizzjonijiet standard għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fid-9 ta' April 2001. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

________________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  95

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt -1 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 153/2002

Premessa 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(11a) Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri immedjati f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."

Emenda  96

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt -1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 153/2002

Premessa 11b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1c. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(11b) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi li japplikaw immedjatament meta, f'każijiet verament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fit-tifsira tal-Artikolu 25(4)(b) u l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim Temporarju, u wara dan, l-Artikolu 37(4)(b) u l-Artikolu 38(4) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, jekk raġunijiet imperattivi urġenti jeħtieġu dan."

Emenda  97

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt -1d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 153/2002

Artikolu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1d. L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 2

 

Konċessjonijiet fuq il-vitella

 

Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 14(2) tal-Ftehim Proviżorju, u wara l-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, dwar il-kwota tat-tariffi għall-prodotti tal-"vitella" għandhom ikunu adottatti mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7fa(5)."

Ġustifikazzjoni

Emenda  98

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt -1e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 153/2002

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1e. L-Artikolu 3 għandu jitħassar.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 3 li attwalment jaqra "Proċedura applikabbli --1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat previst fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. -- 2. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad- Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perjodu taż-żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar. -- 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu." għandu jiġi kopert b'sistema ġdida ta' atti implimentattivi.

Emenda  99

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt -1f (ġdid)

Regolament (KE) Nru 153/2002

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1f. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 4

 

Konċessjonijiet oħra

 

Jekk jingħataw konċessjonijiet oħra għall-prodotti tas-sajd fil-kwoti tat-tariffa, bis-saħħa tal-Artikolu 29 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u ta' l-Artikolu 16 tal-Ftehim Proviżorju, regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dawn il-kwoti tat-tariffa għandhom ikunu adottati mill-Kummisjsoni skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni preskritta fl-Artikolu 7fa(5).

Emenda  100

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt -1g (ġdid)

Regolament (KE) Nru 153/2002

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1g. L-Artikolu 5 għandu jitħassar.

Emenda  101

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt -1h (ġdid)

Regolament (KE) Nru 153/2002

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1h. L-Artikolu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 7

 

Adattamenti tekniċi

 

L-emendi u l-adattamenti tekniċi għar-regoli dettaljati fuq l-implimentazzjoni adottati bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, li huma meħtieġa wara t-tibdiliet fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u s-sottodiviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta' ftehim ġdid, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħra bejn l-Unjoni u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonaja, u li m'għandhomx jinvolvu xi tibdiliet sostanzjali għandhom jiġu adattati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7fa(5) ta' dan ir-Regolament."

Emenda  102

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 153/2002

Artikolu 7a – paragrafi 3a u 3b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:

(a) Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jitħassru.

"3a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011].

 

3b. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu."

 

Emenda  103

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 153/2002

Artikolu 7a – paragrafu 6 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni, tista' tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7a(3a) jew li ma taġixxix jew li tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Interim, u minn hemm 'il quddiem fl-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b).

Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni, tista' tiddeċiedi skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7fa(5) jew li ma taġixxix jew li tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Interim, u minn hemm 'il quddiem fl-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7fa(7).

Emenda  104

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt 2

Regolament (KE) Nru 153/2002

Artikolu 7b – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn iseħħu cirkostanzi eċċezzjonali u kritici fit-tifsira tal-Artikolu 24(4)(b) u l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim Interim, u minn hemm 'il quddiem l-Artikolu 37(4)(b) u l-Artikolu 38(4) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif stipulat fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Interim, u minn hemm 'il quddiem l-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7a(3a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b).

Fejn iseħħu cirkostanzi eċċezzjonali u kritici fit-tifsira tal-Artikolu 24(4)(b) u l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim Interim, u minn hemm 'il quddiem l-Artikolu 37(4)(b) u l-Artikolu 38(4) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif stipulat fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Interim, u minn hemm 'il quddiem l-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7fb(4). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7fb(6).

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri immedjati mill-aktar fis possibbli. Il-proċedura konsultattiva, għalhekk, hija l-għażla t-tajba. F'każ ta' urġenza, għandu jkun possibbli li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament. Minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri definittivi ta' salvagwardja, dan huwa veru wkoll.

Emenda  105

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt 3

Regolament (KE) Nru 153/2002

Artikolu 7e – paragrafu 1 – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Fejn meħtieġ għandha tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja skont il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 7a(3a) minbarra fil-każi ta’ għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, meta għandhom jittieħdu miżuri skont il-proċeduri mniżżla f’dak ir-Regolament."

Fejn meħtieġ għandha tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja skont il-proċeduri ta' eżaminazzjoni mniżżla fl-Artikolu 7a(5), minbarra fil-każi ta’ għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, meta għandhom jittieħdu miżuri skont il-proċeduri mniżżla f’dak ir-Regolament.

Emenda  106

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 153/2002

Artikolu 7f – paragrafi 3-6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Artikolu 7f għandu jiġi emendat kif ġej:

 

(a) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"3. Sa ma tintlaħaq soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat fil-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni dwar miżuri oħra xierqa li hi tqis neċessarji skont l-Artikolu 30 tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikolu 43 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoniji, kif ukoll skond il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7fa(5).

 

(b) Il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jitħassru.

Emenda  107

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 9 – punt 3b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 153/2002

Artikolu 7fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 7fa

 

Proċedura ta' kumitat

 

1. Għall-fini tal-Artikolu 2, il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2. Għall-fini tal-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

3. Għall-fini tal-Artikoli 7a, 7b, 7e, 7f, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Konsultattiv stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

5. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

6. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

 

7. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

 

8. Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat f'każijiet fejn, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan."

Emenda  108

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 - parti introdutorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 427/2003, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri.

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 427/2003, il-Kummissjoni għandu jingħatalha l-poter li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat bl-għan li temenda l-Anness I ta' dak ir-Regolament. Minbarra dan, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tas-16 ta’ Frar 2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri.

Emenda  109

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt -1e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 427/2003

Premessa 21a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1e. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(21a) Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-poter li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi delegat lill-Kummissjoni fir-rigward ta' emendi tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti terzi pajjiżi1, sabiex ineħħu pajjiżi mil-lista tat-terzi pajjiżi li tinsab f'dan l-Anness meta jsiru membri tad-WTO. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

_______________

 

1ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1.”

Emenda  110

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt -1f (ġdid)

Regolament (KE) Nru 427/2003

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1f. Il-Premessa 22 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"(22) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, huwa xieraq li l-Kummissjoni jingħatawlha setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċitati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri dwar l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-poteri1.

 

______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Ġustifikazzjoni

Il-Premessa 22, li attwalment taqra li "Hu neċessarju ukoll li jsir provvediment għal konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv fi stadji regolari u speċifikati tal-investigazzjoni. Dak il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri b'rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President. Skond il-premessa 12 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (1), il-Kumitat Konsultattiv ma jaqax fl-iskop tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill fuq imsemmija." tmur kontra r-regoli, il-poteri u l-obbligi tal-istituzzjonijiet skont l-Artikoli 290 u 291 TFUE, kif ukoll skont ir-Regolament 182/2011.

Emenda  111

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt -1g (ġdid)

Regolament (KE) Nru 427/2003

Premessa 22a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1g. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(22a) Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni tal-miżuri ta' sorveljanza u dawk provviżorji minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom f'rabta mal-adozzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja definittivi. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."

Emenda  112

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt -1j (ġdid)

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1j. L-Artikolu 5(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"(1) Investigazzjoni tinbeda fuq talba ta' Stat Membru, minn kull persuna legali jew kull assoċjazzjoni li m'għandhiex personalità legali, li taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm xiedha biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni."

Emenda  113

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt -1k (ġdid)

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1k. Fl-Artikolu 5, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"2a. It-talba għall-inizjazzjoni ta' investigazzjoni għandha tinkludi evidenza li l-kundizzjonijiet biex tiġi imposta l-miżura ta' salvagwardja stipulati fl-Artikolu 2(1) ikunu ġew sodisfatti. It-talba għandha ġeneralment tinkludi l-informazzjoni li ġejja: ir-rata u l-ammont ta' żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott konċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud minn importazzjoni miżjuda, bidliet fil-livell ta' bejgħ, produzzjoni, produttivita, kapaċità ta' użu, qligħ u telf, u impjiegi.

 

Tista' tinbeda ukoll investigazzjoni fil-każ li jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet konċentrati fi Stati Membru wieħed jew f'bosta Stati Membri, ladarba jkun hemm evidenza prima facie biżżejjed li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-bidu tal-investigazzjoni, kif determinat fuq il-bażi ta' fatturi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 2(2) u 3."

Emenda  114

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 6a

 

Miżuri ta' sorveljanza minn qabel

 

1. Meta t-tendenza fl-importazzjonijiet ta' prodott li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina hija tali li din tista' twassal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 3, l-importazzjonijiet ta' dan il-prodott jistgħu jkunu soġġetti għas-sorveljanza minn qabel tal-Komunità.

 

2. Fil-każ li jkun hemm żieda qawwija fl-importazzjonijiet tal-prodotti li jaqgħu taħt is-setturi sensittivi konċentrati fi Stat Membru wieħed jew f'bosta Stati Membri, il-Kummissjoni tista' tintroduċi miżuri ta' sorveljanza minn qabel.

 

3. Il-miżuri ta' sorveljanza minn qabel għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(1a).

 

4. Il-miżuri tas-sorveljanza minn qabel għandhom ikunu validi għal perjodu limitat taż-żmien. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor, dawn ma jibqgħux validi fi tmiem it-tieni perjodu ta' sitt xhur wara l-ewwel sitt xhur wara l-introduzzjoni tal-miżuri.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja.

Emenda  115

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 7 – paragrafu 1 – it-tieni u t-tielet sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 15(3).

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(1a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 15(3).

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' miżuri proviżjonali ta' salvagwardja, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri mill-aktar fis possibbli. Il-proċedura konsultattiva, għalhekk, hija l-għażla t-tajba. F'każ ta' urġenza, għandu jkun possibbli li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament. Minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri definittivi ta' salvagwardja, dan huwa veru wkoll.

Emenda  116

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt 2 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 7 – paragrafu 6 – l-aħħar sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Fil-paragrafu 6, l-aħħar klawsola għandha titħassar.

Emenda  117

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt 4a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 12 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Artikolu 12(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"3. Sakemm tkun isseħħ miżura ta' salvagwardja, għandhom jinżammu konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat [...], jew fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, biex jiġu eżaminati l-effetti tal-miżura u biex jiġi stabbilit jekk l-applikazzjoni tagħha għadhiex meħtieġa."

Emenda  118

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt 5

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 12 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li kwalunkwe miżura ta' salvagwardja għandha tiġi revokata jew emendata, għandha tirrevoka jew temenda l-miżuri ta' salvagwardja.

Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li kwalunkwe miżura ta' salvagwardja għandha tiġi revokata jew emendata, għandha tirrevoka jew temenda l-miżuri ta' salvagwardja skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15(2).

Emenda  119

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt 6

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 14 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu nbidlu temporanjament sal-punt fejn ma jkunx probabbli li jerġa' jkun hemm distorsjoni fis-suq b'riżultat tas-sospensjoni. Il-miżuri jistgħu, f'kull ħin u wara konsultazzjoni, jerġgħu jiġu imposti mill-ġdid jekk ma tibqax applikabbli r-raġuni għas-sospensjoni."

4. Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(1a). Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu nbidlu temporanjament sal-punt fejn ma jkunx probabbli li jerġa' jkun hemm distorsjoni fis-suq b'riżultat tas-sospensjoni. Il-miżuri jistgħu, f'kull ħin u wara konsultazzjoni, jerġgħu jiġu imposti mill-ġdid jekk ma tibqax applikabbli r-raġuni għas-sospensjoni."

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li s-sospensjoni tal-miżuri imposti hija biss stadju intermedjarju u d-deċiżjoni finali tittieħed skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni, huwa xieraq li tkun tapplika l-proċedura konsultattiva.

Emenda  120

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt 6a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 14a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 14a

 

Għoti tal-kompetenzi

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14b rigward l-adozzjoni tal-emendi tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti terzi pajjiżi1, sabiex ineħħu l-pajjiżi mil-lista tat-terzi pajjiżi li jinsabu f'dan l-Anness meta dawn isiru membri tad-WTO.

 

_______________

 

1ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1.”

Emenda  121

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt 6b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 14b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 14b

 

L-eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 22(3) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi prorogata b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din il-proroga sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3. Id-delega tas-setgħa li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. L-att delegat adottat skont l-Artikolu 22(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill, jew jekk qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu se jiġi prorogat b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

Emenda  122

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt 7

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  123

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt 7

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu.

Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

Emenda  124

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt 10 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 19a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 19a

 

Rapport

 

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni, il-Kumitat, u l-korpi l-oħra kollha responsabbli mill-implimentazzjoni tar-Regolament u mill-konformità mal-obbligi li jiġu minnhom, inkluż l-obbligi li jirrigwardaw l-ostakli għall-kummerċ.

 

2. Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ maċ-Ċina.

 

3. Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tagħha biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

5. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."

Ġustifikazzjoni

Huwa assolutament meħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-pubbliku jkunu infurmati dwar l-aspetti kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE. Minħabba s-sinifikat tal-importazzjonijiet Ċiniżi għall-UE, huwa partikolarment importanti li l-informazzjoni kollha mhux kunfidenzjali tinqasam mal-partijiet kollha konċernati.

Emenda  125

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 10 – punt 10b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 427/2003

Artikolu 22 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10b. L-Artikolu 22(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a u 14b biex temenda l-Anness I tar-Regolament KE Nru 625/2009 sabiex tneħħi pajjiżi mil-lista ta' pajjiżi terzi li jkunu jinsabu fl-Anness meta dawn isiru membri tal-WTO."

Emenda  126

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 11 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 452/2003

Premessa 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(10a) Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu kkonferiti fuq il-Kummissjoni setgħat tal-implimentazzjoni. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċizzati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri dwar l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-poteri1.

 

______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  127

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 11 – punt 1

Regolament (KE) Nru 452/2003

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li kombinazzjoni ta' anti-dumping jew miżuri kontra s-sussidju b'miżuri ta' tariffi ta' salvagwardja fuq l-istess importazzjonijiet tista' twassal għall-effetti akbar milli mixtieq f'termini tal-politika ta' difiża tal-kummerċ tal-Unjoni, din tista' tadotta xi miżuri minn dawn li ġejjin kif jidhrilha xieraq skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 2a(2):".

Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li kombinazzjoni ta' anti-dumping jew miżuri kontra s-sussidju b'miżuri ta' tariffi ta' salvagwardja fuq l-istess importazzjonijiet tista' twassal għall-effetti akbar milli mixtieq f'termini tal-politika ta' difiża tal-kummerċ tal-Unjoni, din tista' tadotta xi miżuri minn dawn li ġejjin li jimplimentaw att leġiżlattiv kif jidhrilha xieraq skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(2):

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jkun iċċarat it-test fl-Artikolu 1(1) sabiex jiġi evitat li tingħata l-impressjoni li atti leġiżlattivi jew delegati jistgħu ikunu modifikati taħt din is-setgħa. Din l-emenda tfittex li tillimita l-għan tas-setgħat tal-Kummissjoni dwar il-miżuri li jimplimentaw atti leġiżlattivi

Emenda  128

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 11 – punt 2

Regolament (KE) Nru 452/2003

Artikolu 2a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda  129

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 12a – titolu (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

12a. REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1236/2005 TAS-27 TA' ĠUNJU 2005 DWAR IL-KUMMERĊ TA' ĊERTI OĠĠETTI LI JISTGĦU JINTUŻAW GĦALL-PIENA KAPITALI, TORTURA JEW TRATTAMENTI JEW KASTIGI OĦRAJN KRUDILI, DIŻUMANI JEW DEGRADANTI.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet introdotti mit-Trattat ta' Lisbona. Dan isir, fejn huwa adegwat, permezz tal-għoti tas-setgħat idelegati lill-Kummissjoni biex temenda l-annessi tar-Regolament.

Emenda  130

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 12a – parti introduttorja (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat bl-għan li temenda l-Annessi ta' dak ir-Regolament. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1236/2006 jiġi emendat b’dan li ġej:

Emenda  131

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 12a – punt 1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1. Il-Premessa 25 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"25. Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-poter li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu delegati lill-Kummissjoni għall-emenda tal-Annessi II, III, IV u V ta' dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

Emenda  132

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 12a – punt 2 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. L-Artikolu 12(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikoli 15 u 15a biex temenda l-Annessi II, III, IV u V."

Emenda  133

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 12a – punt 4 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4. L-Artikolu 15 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 15

 

Għoti ta’ poteri

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 15b rigward l-emendi għall-Annessi II, III, IV u V."

Emenda  134

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 12a – punt 5 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 15a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 15a

 

L-eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 15 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' 5 snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 15 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill, jew jekk qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu se jiġi prorogat b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

Emenda  135

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 12a – punt 6 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6. L-Artikolu 16 għandu jitħassar.

Emenda  136

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt -1

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-Premessa 7 għandha titħassar.

Emenda  137

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Il-Premessa 8 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"(8) L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament teħtieġ kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fit-12 ta' Ġunju 2006. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  138

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt -1 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(8a) Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri immedjati f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi u għas-sospensjoni temporanja ta' ċertu trattament preferenzjali, minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."

Emenda  139

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt -1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Premessa 8b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1c. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(8b) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament meta, f'każijiet verament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fi ħdan l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim Temporanju, u wara dan, l-Artikolu 39(4) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, jekk raġunijiet imperattivi urġenti jeħtieġu dan."

Emenda  140

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt -1d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Artikolu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1d. L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 2

 

Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd

 

Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(1) tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement l-Artikolu 28(1) tal-SAA, fir-rigward ta’ kwoti tariffarji fuq ħut u prodotti tas-sajd, skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8a(2)."

Emenda  141

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt -1e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1e. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 4

 

Adattamenti tekniċi

 

Emendi u adattamenti tekniċi tar-regoli dettaljati dwar implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, li huma neċessarji wara l-bidliet fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u fis-sottodiviżjonijiet ta' Taric jew dawk li jiġu mill-konklużjoni ta' ftehim ġodda, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħra bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Albanija, u li ma jinvolvux xi emendi sostanzjali, għandhom jiġu adattati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni mniżżla fl-Artikolu 8a(2) ta' dan ir-Regolament."

Emenda  142

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt -1f (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1f. L-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 5

 

Klawsola ta’ salvagwardja ġenerali

 

fejn l-Unjoni teħtieġ li tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 38 tal-SAA, għandha tiġi adottata skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni stipulata fl-Artikolu 8a(2), sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Temporanju, u fl-Artikolu 38 tal-SAA."

Emenda  143

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt -1g (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1g. L-Artikolu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 6

 

Klawsola ta’ nuqqas

 

fejn l-Unjoni teħtieġ tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 26 tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement fl-Artikolu 39 ta’ l-SAA, il-miżura għandha tiġi adottata skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni stipulata fl-Artikolu 8a(2)."

Emenda  144

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Artikolu 7 – paragrafi 3-5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3).

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8a(1b). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(2a).

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri immedjati mill-aktar fis possibbli. Il-proċedura konsultattiva, għalhekk, hija l-għażla t-tajba. F'każ ta' urġenza, għandu jkun possibbli li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament. Minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri definittivi ta' salvagwardja, dan huwa veru wkoll.

Emenda  145

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Artikolu 8a – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Għall-għanijiet tal-Artikoli 2, 4, u 11, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  146

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Artikolu 8a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

1. Għall-finijiet tal-Artikoli 5, 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat li twaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 260/2009. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  147

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Artikolu 8a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għall-finijiet tal-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat li twaqqaf permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1061/2009. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  148

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Artikolu 8a – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  149

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Artikolu 8a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

Emenda  150

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Artikolu 8a – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda  151

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fl-Artikolu 11, it-tielet paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8a(1b) ta' dan ir-Regolament, li tissosspendi temporarjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 30(4) tal-Ftehim Temporanju, u successivament fl-Artikolu 43(4) ta' l-SAA."

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li s-sospensjoni tat-trattament preferenzjali relevanti hija biss stadju intermedjarju u d-deċiżjoni finali tittieħed skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni, huwa xieraq li tapplika l-proċedura konsultattiva.

Emenda  152

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 13 – punt 3b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1616/2006

Artikolu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-Artikolu 12 għandu jitħassar.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 12, li attwalment jaqra "Il-Kumitat -- Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali mwaqqaf bl-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. -- Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. -- Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur. -- 3. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad- Deċiżjoni 1999/468/KE. -- 4. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu." huwa kopert mill-Artikolu 8a kif emendat.

Emenda  153

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Il-Premessa 17 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"(17) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, huwa xieraq li l-Kummissjoni jingħatawlha setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċizzati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri dwar l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-poteri1.

 

______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  154

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt -1 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Premessa 17a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(17a) Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport darba fis-sena dwar l-applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja."

Emenda  155

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

imħassar

(a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"2. Il-Kummissjoni, għandha temenda l-Anness I permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 24a, 24b u 24c biex iżżid reġjuni jew stati mill-Grupp ta' Stati AKP li kkonkludew negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni u dak ir-reġjun jew stat li tal-anqas jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu XXIV GATT 1994."

 

(b) Fil-paragrafu 3, il-frażi introduttorja qiegħda tinbidel b’dan li ġej:

 

"3. Tali stat jew reġjun se jibqa' fl-Anness I sakemm il-Kummissjoni tadotta att delegat skont l-Artikoli 24a, 24b u 24c li jemendaw l-Anness I biex jitneħħa reġjun jew stat minn dak l-Anness, b'mod partikolari, meta"

 

Emenda  156

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 5 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3, il-paragrafu introduttorju huwa mibdul b'dan li ġej:

 

"3. Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' tagħrif ipprovdut minn Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, issib li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 hawn fuq, huma sodisfatti, il-Kummissjoni tista', hi u taġixxi skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 21(1d), tissospendi t-trattament rilevanti sakemm l-ewwel tkun:"

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li s-sospensjoni tat-trattament relevanti hija biss stadju intermedjarju u d-deċiżjoni finali tittieħed skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni, huwa xieraq li tkun tapplika l-proċedura konsultattiva.

Emenda  157

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 5 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

 

"4. Il-perjodu ta' sospensjoni skont dan l-Artikolu għandu jkun limitat għal dak li jkun meħtieġ biex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. M'għandux jaqbeż is-sitt xhur, u jista' jiġġedded. Ma tmiem il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jew li ġġib fi tmiem is-sospensjoni [...] jew li testendi l-perjodu ta' sospensjoni skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2)."

Emenda  158

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Fl-Artikolu 5, paragrafu 6, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li tissospendi t-trattament rilevanti skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 21(1d)."

Emenda  159

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 1d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d. Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

 

"3. Ir-regoli komuni tal-implimentazzjoni tal-arranġamenti għar-rifondi li hemm referenza dwarhom f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2)."

Emenda  160

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 1e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1e. Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

 

"4. Ir-regoli fid-dettall għall-qsim skond ir-reġjun u għall-implimentazzjoni tal-kwoti tarrifarji msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2)."

Emenda  161

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 1f (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 9 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1f. Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

 

"5. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli fid-dettall dwar is-suddiviżjoni tal-kwantitajiet previsti fil-paragrafi 1 għat-treġija tas-sistema msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2)."

Emenda  162

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 1g (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 10 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1g. Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

 

"4. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli fid-dettall għat-treġija ta' din is-sistema u d-deċiżjonijiet ta' sospensjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2)."

Emenda  163

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 16 – paragrafu 1 – it-tieni u t-tielet sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri tranżitorji għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 21(3).

Il-miżuri tranżitorji għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 21(1d). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 21(3).

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' miżuri proviżjonali ta' salvagwardja, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri bħal dawn mill-aktar fis possibbli. Il-proċedura konsultattiva, għalhekk, hija l-għażla t-tajba. F'każ ta' urġenza, għandu jkun possibbli li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament. Minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri definittivi ta' salvagwardja, dan huwa veru wkoll.

Emenda  164

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 20 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza għandha tittieħed mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2)."

2. Id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza għandha tittieħed mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 21(1d).

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja.

Emenda  165

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 21 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

1. Għall-għanijiet tal-Artikoli 5, 16, 17, 18, u 20, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  166

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 21 – paragrafu 21a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bir-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  167

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 21 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Għall-għanijiet tal-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandu jkollha l-appoġġ tal-Kumitat stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross1. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

__________________

 

1ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96.

Emenda  168

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 21 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Għall-għanijiet tal-Artikoli 7 u 9, il-Kummissjoni għandu jkollha l-appoġġ tal-Kumitat li twaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  169

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 21 – paragrafu 1d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  170

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 21 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

Emenda  171

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 21 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda  172

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. L-Artikolu 24 għandu jitħassar.

Emenda  173

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikoli 24a, 24b and 24c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 24a, 24b u 24c li ġejjin:

imħassar

"Artikolu 24a

 

L-eżerċizzju tad-delega

 

1. Il-Kummissjoni se tingħata s-setgħat, għal perjodu ta' żmien mhux determinat, li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(2) u (3).

 

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

3. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħat li tadotta l-atti delegati, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 24b u 24c.

 

Artikolu 24b

 

Revoka tad-delega

 

1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 2(2) u (3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delega ta’ setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegar tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandu jkollha effett minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Artikolu 24c

 

Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

 

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

 

2. Jekk meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data fih stabbilita.

 

L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att iddelegat.”

 

Emenda  174

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 8a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Artikolu 24d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 24d

 

Kunfidenzjalità

 

1. L-informazzjoni rċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan li għalih tkun ġiet mitluba.

 

2. L-ebda informazzjoni ta' natura kunfidenzjali u l-ebda informazzjoni provvduta fuq bażi konfidenzjali rċevuta skont dan ir-Regolament ma għandhom jiġu żvelati mingħajr permess speċifiku tal-fornitur ta' din l-informazzjoni.

 

3. Kull talba għall-kunfidenzjalità għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom l-informazzjoni hi kunfidenzjali. Madankollu, jekk min iforni t-tagħrif jixtieq li la jagħmlu pubbliku u lanqas li jawtorizza l-iżvelar tiegħu f’termini ġenerali jew fil-għamla ta’ sommarju u jekk ikun jidher li t-talba għall-kunfidenzjalità ma tkunx ġustifikata, it-tagħrif ikkonċernat jista’ ma jitqiesx.

 

4. L-informazzjoni għandha fi kwalunkwe każ tkun ikkunsidrata bħala kunfidenzjali jekk l-iżvelar tagħha x’aktarx ikollu effett ħażin sinifikanti fuq il-fornitur jew fuq is-sors ta’ din l-informazzjoni.

 

5. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jipprekludu r-referenza mill-awtoritajiet tal-Unjoni għal tagħrif ġenerali u b’mod partikolari għar-raġunijiet li fuqhom ikunu msejsa d-deċiżjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament. Dawn l-awtoritajiet għandhom, madankollu, iqisu l-interess leġittimu tal-persuni naturali u legali kkonċernati li ma jiġux żvelati s-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Emenda  175

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 14 – punt 8b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1528/2007

Article 24 e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8b. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 24e

 

Rapport

 

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni, il-Kumitati, u l-korpi l-oħra kollha responsabbli mill-implimentazzjoni tar-Regolament u mis-sodisfazzjon tal-obbligi li jiġu minnhom, inkluż l-obbligi li jirrigwardaw l-ostakli għall-kummerċ.

 

2. Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-pajjiżi tal-ACP.

 

3. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

4. Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tagħha biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

5. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."

Emenda  176

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 140/2008

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-Premessa 7 għandha titħassar.

Emenda  177

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 140/2008

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Il-Premessa 8 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"(8) L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament teħtieġ kundizzjonijiet standard għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-15 ta' Ottubru 2007. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  178

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt -1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 140/2008

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(8a) Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza u provviżorji u għas-sospensjoni temporanja tat-trattament preferenzjali minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."

Emenda  179

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt -1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 140/2008

Premessa 8b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1c. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(8b) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament fejn, f'każijiet verament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fi ħdan l-Artikoli 25(5)(b) u 27(4) tal-Ftehim Temporanju, u wara dan, l-Artikolu 41(5)(b) u 42(4) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, jekk raġunijiet imperattivi urġenti jesiġu dan."

Emenda  180

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt -1d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 140/2008

Artikolu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1d. L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 2

 

Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd

 

Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 14(1) tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement l-Artikolu 29 ta’ l-SAA, fir-rigward ta’ kwoti tariffarji fuq ħut u prodotti tas-sajd, skond il-proċedura ta’ eżaminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8a(2) ta’ dan ir-Regolament."

Emenda  181

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt -1e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 140/2008

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1e. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 4

 

Adattamenti tekniċi

 

Kull emenda u adattament tekniku fuq id-dispożizzjonijiet adottati skond dan ir-Regolament li jsiru meħtieġa minħabba tibdil fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u fis-suddifviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta' Ftehimiet, Protokolli, Skambji ta' Ittri jew atti oħra ġodda jew modifikati bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Montenegro, u li ma jinvolvux xi emendi sostanzjali, jiġu adattati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8a(2)."

Emenda  182

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt - 1f (ġdid)

Regolament (KE) Nru 140/2008

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1f. L-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 5

 

Klawsola ta’ salvagwardja ġenerali

 

[...] fejn l-Unjoni teħtieġ li tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 26 tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement fl-Artikolu 41 tal-SAA, għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni stipulata fl-Artikolu 8a(2) ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 26 tal-Ftehim Temporanju, u fl-Artikolu 41 ta l-SAA."

Emenda  183

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt -1g (ġdid)

Regolament (KE) Nru 140/2008

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1g. L-Artikolu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 6

 

Klawsola ta’ nuqqas

 

fejn l-Unjoni teħtieġ tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 27 tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement fl-Artikolu 42 ta’ l-SAA, hija għandha tiġi adottata skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni stipulata fl-Artikolu 8a(2) ta' dan ir-Regolament.”

Emenda  184

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt 1

Regolament (KE) Nru 140/2008

Artikolu 7 – paragrafi 3-5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3).

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8a(1a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(2a)."

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri immedjati mill-aktar fis possibbli. Il-proċedura konsultattiva, għalhekk, hija l-għażla t-tajba. F'każ ta' urġenza, għandu jkun possibbli li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament. Minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri definittivi ta' salvagwardja, dan huwa veru wkoll.

Emenda  185

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt 3

Regolament (KE) Nru 140/2008

Artikolu 8a – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Għall-għanijiet tal-Artikoli 2, 4, u 11, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  186

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt 3

Regolament (KE) Nru 140/2008

Artikolu 8a – paragrafu -1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Għall-finijiet tal-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat li twaqqaf permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1061/2009. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  187

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt 3

Regolament (KE) Nru 140/2008

Artikolu 8a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

1. Għall-finijiet tal-Artikoli 5, 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  188

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt 3

Regolament (KE) Nru 140/2008

Artikolu 8a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  189

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt 3

Regolament (KE) Nru 140/2008

Artikolu 8a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

Emenda  190

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt 3

Regolament (KE) Nru 140/2008

Artikolu 8a – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda  191

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 140/2008

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fl-Artikolu 11, it-tielet paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8a(1a) ta' dan ir-Regolament, li tissosspendi temporarjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 31(4) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 46(4) tal-SAA."

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li s-sospensjoni tat-trattament preferenzjali relevanti hija biss stadju intermedjarju u d-deċiżjoni finali tittieħed skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni, huwa xieraq li tapplika l-proċedura konsultattiva.

Emenda  192

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 15 – punt 3b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 140/2008

Artikolu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-Artikolu 12 għandu jitħassar.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 12, li attwalment jaqra "Il-Kumitat -- Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali mwaqqaf bl-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. -- Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. -- Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur. -- 3. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad- Deċiżjoni 1999/468/KE. -- 4. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu." huwa integrat fl-Artikolu 8a kif emendat.

Emenda  193

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 55/2008

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-Premessa 11 għandha titħassar.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa (11), li attwalment taqra “Għall-għanijiet tad-definizzjoni tal-kunċett tal-oriġini tal-prodotti, iċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini u l-proċeduri amministrattivi ta’ kooperazzjoni, applika t-Titolu IV, Kapitolu 2, Taqsima 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat- 2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (1).” għandha titħassar peress li s-sostanza tagħha hija koperta mir-Regolament kif emendat.

Emenda  194

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 55/2008

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Il-Premessa 12 għandha titħassar.

Emenda  195

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt -1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 55/2008

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b. Il-Premessa 13 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"(13) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawn il-poteri ta' implimentazzjoni għandhom ikunu mwettqa b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  196

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt -1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 55/2008

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1c. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(13a) Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza u provviżorji u għas-sospensjoni temporanja tat-trattament preferenzjali minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."

Emenda  197

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt - 1d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1d. L-Artikolu 3(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"3. Minkejja dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikolu 10, jekk l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli jikkawżaw tfixkil serju għas-swieq tal-Unjoni u l-mekkaniżmi regolatorji tagħha, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri adatti permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bil-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 11a(2).”

Emenda  198

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt -1e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1e. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 4

 

Implimentazzjoni tal-kwoti tat-tariffi għall-prodotti tal-ħalib

 

Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kwota tarrifarja għall-prodotti ta' "laħam taċ-ċanga għat-trabi", għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bil-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 11a(2).”

Emenda  199

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – paragrafu -1f (ġdid)

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 7 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1f. L-Artikolu 7 parti introduttorja għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

“Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a(2), tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 4, notevolment:”

Emenda  200

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt -1g (ġdid)

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1g. L-Artikolu 8 għandu jitħassar.

Emenda  201

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm biżżejjed evidenza ta’ frodi, irregolaritajiet jew nuqqas sistematiku mill-Moldova ta’ konformità jew ta’ żgurar ta’ konformità mar-regoli tal-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri relatati magħhom u biex tipprovdi kooperazzjoni amministrattiva kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), jew nuqqas ta’ konformità ma’ xi waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra definiti fl-Artikolu 2(1), tista’ tieħu l-miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a(2) biex tissospendi kompletament jew parti mill-arranġamenti preferenzjali previsti f’dan ir-Regolament għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur, sakemm l-ewwel tkun:"

1. Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm biżżejjed evidenza ta’ frodi, irregolaritajiet jew nuqqas sistematiku mill-Moldova ta’ konformità jew ta’ żgurar ta’ konformità mar-regoli tal-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri relatati magħhom u biex tipprovdi kooperazzjoni amministrattiva kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), jew nuqqas ta’ konformità ma’ xi waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra definiti fl-Artikolu 2(1), tista’ tieħu l-miżuri skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 11a(2) biex tissospendi kompletament jew parti mill-arranġamenti preferenzjali previsti f’dan ir-Regolament għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur, sakemm l-ewwel tkun:"

Emenda  202

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"3. Mal-għeluq tal-perjodu ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jew li ttemm il-miżura ta’ sospensjoni proviżorja [...] jew li testendi l-miżura ta’ sospensjoni skond il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 11a(2)."

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li sospensjoni tat-trattament preferenzjali relevanti hija biss stadju intermedjarju u li d-deċiżjoni finali tittieħed skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni, huwa xieraq li tkun tapplika l-proċedura konsultattiva.

Emenda  203

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 11 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Artikolu 11(5) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"5. L-investigazzjoni għandha titlesta fi żmien 6 xhur wara l-pubblikazzjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista', f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali u wara li tikkonsulta l-Kumitat, testendi dan il-perjodu skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 11a(2)."

Emenda  204

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt 2b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 11 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-Artikolu 11(6) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"6. Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien 3 xhur, skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 11a(2). Deċiżjoni simili għandha tidħol fis-seħħ fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni tagħha.”

Emenda  205

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt 2c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 11 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. L-Artikolu 11(7) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"7. Fejn ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu azzjoni immedjata għal investigazzjoni, il-Kummissjoni tista’ [...] b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(7), tieħu miżuri preventivi li huma strettament meħtieġa, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a(2a)."

Emenda  206

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt 3

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 11a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

1. Għall-finijiet tal-Artikolu 3(3), 12 u 11, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  207

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt 3

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 11a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għall-iskop tal-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 195 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  208

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt 3

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 11a – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  209

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt 3

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 11a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

Emenda  210

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt 3

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 11a – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda  211

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 16 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 55/2008

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Artikolu 12(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

“Jekk il-Moldova ma tikkonformax mar-regoli tal-oriġini jew ma tipprovdix il-kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa fl-Artikolu 2 għall-Kapitoli 17, 18, 19 u 21 imsemmija qabel, jew ta’ importazzjoni ta’ prodotti taħt dawk il-Kapitoli soġġetti għal arranġamenti preferenzjali mogħtija taħt dan ir-Regolament jeċċedu sewwa l-livelli tas-soltu ta’ esportazzjoni tal-Moldova, għandhom jittieħdu miżuri xierqa skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 11a(2).

Emenda  212

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 594/2008

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-Premessa 7 għandha titħassar.

Emenda  213

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 594/2008

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Il-Premessa 8 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"(8) L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament teħtieġ kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u l-Bosnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fit-16 ta' Ġunju 2008. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

_______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  214

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt -1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 594/2008

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(8a) Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza u provviżorji u għas-sospensjoni temporanja tat-trattament preferenzjali minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."

Emenda  215

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt -1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 594/2008

Premessa 8b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1c. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(8b) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament meta, f'każijiet debitament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fi ħdan is-sens l-Artikoli 25(5)(b) u 25(4) tal-Ftehim Intermedjarju, u wara dan, l-Artikolu 39(5)(b) u 40(4) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ikun hemm raġunijiet imperattivi urġenti jesiġu dan."

Emenda  216

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt -1d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 594/2008

Premessa 8b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1d. L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 2

 

Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd

 

Konformement mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(2) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha taddotta regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 13(1) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament tal-Artikolu 28(1) tal-SAA, dwar kwoti tariffarji għall-ħut u l-prodotti tas-sajd.

Emenda  217

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt -1e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 594/2008

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1e. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 4

 

Adattamenti tekniċi

 

L-emendi u l-addattazzjonijiet tekniċi fid-dispożizzjonijiet adottati skond dan ir-Regolament li jsiru neċessarji minħabba tibdil fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u fid-subdiviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta' Ftehim, Protokolli, Skambji ta' Ittri jew atti oħrajn ġodda jew modifikati bejn l-Unjoni u l-Bosnija-Ħerzegovina, u li ma għandhomx jinkludu tibdil sostantiv, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8a(2).

Emenda  218

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt - 1f (ġdid)

Regolament (KE) Nru 594/2008

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1f. L-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 5

 

Klawsola ta’ salvagwardja ġenerali

 

fejn l-Unjoni teħtieġ li tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 24 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 39 tal-SAA, għandha tiġi adottata skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(2) ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 24 tal-Ftehim Temporanju, u fl-Artikolu 39 tal-SAA."

Emenda  219

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt -1g (ġdid)

Regolament (KE) Nru 594/2008

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1g. L-Artikolu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 6

 

Klawsola ta’ nuqqas

 

fejn l-Unjoni teħtieġ li tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Temporanju, u suċessivament fl-Artikolu 40 tal-SAA, għandha tiġi adottata skond il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(2) ta' dan ir-Regolament.”

Emenda  220

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt 1

Regolament (KE) Nru 594/2008

Artikolu 7 – paragrafi 3-5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3).

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(1a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(2a)."

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' miżuri provviżorji ta' salvagwardja, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri immedjati mill-aktar fis possibbli. Il-proċedura konsultattiva, għalhekk, hija l-għażla t-tajba. F'każ ta' urġenza, għandu jkun possibbli li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament. Minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri definittivi ta' salvagwardja, dan huwa veru wkoll.

Emenda  221

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt 3

Regolament (KE) Nru 594/2008

Artikolu 8a – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Għall-finijiet tal-Artikoli 2, 4, u 11, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 248a tar-Regolament (KE) Nru 2913/92. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  222

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt 3

Regolament (KE) Nru 594/2008

Artikolu 8a – paragrafu -1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Għall-finijiet tal-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat li twaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1061/2009. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  223

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt 3

Regolament (KE) Nru 594/2008

Artikolu 8a – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

1. Għall-finijiet tal-Artikoli 5, 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  224

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt 3

Regolament (KE) Nru 594/2008

Artikolu 8a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  225

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt 3

Regolament (KE) Nru 594/2008

Artikolu 8a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

Emenda  226

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt 3

Regolament (KE) Nru 594/2008

Artikolu 8a – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda  227

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 594/2008

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

 

"Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8a(1a) ta' dan ir-Regolament, li tissosspendi temporarjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 29(4) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 44(4) tal-SAA."

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li s-sospensjoni tat-trattament preferenzjali relevanti hija biss stadju intermedjarju u d-deċiżjoni finali tittieħed skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni, huwa xieraq li tapplika l-proċedura konsultattiva.

Emenda  228

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 17 – punt 3b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 594/2008

Artikolu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-Artikolu 12 għandu jitħassar.

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut tal-Artikolu 12, li attwalment jaqra "Il-Kumitat -- Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali mwaqqaf bl-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. -- Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. -- Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur. -- 3. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad- Deċiżjoni 1999/468/KE. -- 4. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu." huwa integrat fl-Artikolu 8a kif emendat.

Emenda  229

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 - parti introdutorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri.

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-iskop tal-emendar tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tas-16 ta’ Frar 2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri.

Emenda  230

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Premessa 24a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(24a) Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-għoti lill-pajjiż li jagħmel it-talba tal-arranġament ta’ inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba u biex jiġi emendat l-Anness I b’mod korrispondenti, bl-adozzjoni ta’ regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward it-tnaqqis tad-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni fuq il-prodotti taħt l-intestatura 1701, is-sopensjoni tad-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni fuq il-prodotti taħt l-intestaturi tariffarji 1006 u 1701, il-ħtieġa ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għal importazzjonijiet ta’ prodotti taħt l-intestatura tariffarja 1701, it-tneħħija ta’ pajjiż mill-arranġament bl-emenda tal-Anness I u l-istabbiliment ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni, is-sospensjoni tal-arranġamenti preferenzjali previsti minn dan ir-Regolament, l-irtirar temporanju tal-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju, u l-adozzjoni ta’ emendi għall-Annessi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

Emenda  231

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Il-Premessa 25 għandha tinbidel b’dan li ġej:

 

"(25) L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament teħtieġ kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni tal-miżuri provviżorji u definittivi, għall-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza ta’ qabel, u għat-tmiem ta’ investigazzjoni mingħajr miżuri. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  232

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt -1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Premessa 25a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(25a) Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva flimkien ma’ atti ta' implimentazzjoni immedjatament applikabbli tintuża għall-bidu u l-estensjoni ta’ investigazzjoni, għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex tiġi mmonitorjata u vvalutata s-sitwazzjoni fil-pajjiż benefiċjarju għal perjodu ta’ sitt xhur jekk jitqies li l-irtirar temporanju tal-preferenzi jkun ġustifikat, u għall-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji minħabba l-effetti ta’ dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri definittivi ta’ salvagwardja. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."

Emenda  233

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt -1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1c. L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

(a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgha li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 27a sabiex tiddeċiedi, wara li tkun eżaminat it-talba, jekk għandhiex tagħti lill-pajjiż li jagħmel it-talba, l-arranġament ta’ inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba u biex temenda l-Anness I b’mod korrispondenti.

 

Fejn dewmien fl-azzjoni jikkawża dannu li jkun diffiċli jissewwa u għalhekk raġunijiet imperattivi urġenti jesiġu dan, il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 27b għandha tapplika għal atti ddelegati adottati skont dan il-paragrafu."

 

(b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"5. Il-Kummissjoni għandha tmexxi r-relazzjonijiet kollha dwar it-talba ma’ pajjiż li qed jagħmel it-talba waqt li taġixxi skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(5).

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni leġiżlattiva dwar liema pajjiżi għandhom jibbenefikaw mill-GSP+ hija ddelegata lill-Kummissjoni għal raġunijiet prattiċi. Madankollu, il-leġiżlatur għandu jżomm id-dritt li jintervjeni fil-każ li ma jaqbilx mal-approċċ tal-Kummissjoni.

Emenda  234

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt -1d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1d. L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

(a) Il-paragrafu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu.

 

Fejn dewmien fl-azzjoni jikkawża dannu li jkun diffiċli jissewwa u għalhekk raġunijiet imperattivi urġenti jesiġu dan, il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 27b għandha tapplika għal atti ddelegati adottati skont dan il-paragrafu."

 

(b) Il-paragrafu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"8. Meta pajjiż jiġi eskluż min-NU mil-lista tal-pajjiżi l-anqas żviluppati, dan għandu jitneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji ta’ dan l-arranġament. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tneħħi pajjiż mill-arranġament billi temenda l-Anness I u tistabbilixxi perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ mill-inqas tliet snin.

Emenda  235

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 16 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-arranġamenti preferenzjali previsti f’dan ir-Regolament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6), meta tqis li hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, sakemm l-ewwel tkun:"

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tissospendi l-arranġamenti preferenzjali previsti f’dan ir-Regolament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju, fejn tikkunsidra li hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dment li l-ewwel tkun:

Emenda  236

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 18 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-Artikolu 18(6) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"(6) L-investigazzjoni għandha titlesta fi żmien sena. Il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perjodu, skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(5).”

Emenda  237

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 3 – punt -a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 19 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 27(1) kif ukoll lill-Parlament Ewropew.

Emenda  238

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 3 – punt -a a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 19 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"2. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sejbiet ma jiġġustifikawx irtirar temporanju, hija għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(5), li ttemm l-investigazzjoni. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, li jħabbar it-tmiem tal-investigazzjoni u jistipula l-konklużjonijiet prinċipali tagħha.

Emenda  239

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 19 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Fil-paragrafu 3, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

(a) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tinnotifika din id-deċiżjoni lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat u għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jħabbar li biħsiebha tirtira temporanjament l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kollha jew xi wħud minnhom li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju, ħlief jekk, qabel tmiem il-perjodu, il-pajjiż benefiċjarju kkonċernat ikun intrabat li jieħu l-miżuri neċessarji biex ikun konformi, f’perjodu ta’ żmien raġjonevoli, mal-konvenzjonijiet imsemmija fil-Parti A tal-Anness III."

“Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sejbiet jiġġustifikaw l-irtirar temporanju għar-raġuni msemmija fl-Artikolu 15(1)(a), hija għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(5), li tissorvelja u tivvaluta l-qagħda fil-pajjiż benefiċjarju kkonċernat għal perjodu ta’ sitt xhur. "Il-Kummissjoni għandha tinnotifika din id-deċiżjoni lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat u għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jħabbar li biħsiebha tirtira temporanjament l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kollha jew xi wħud minnhom li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju, ħlief jekk, qabel tmiem il-perjodu, il-pajjiż benefiċjarju kkonċernat ikun intrabat li jieħu l-miżuri neċessarji biex ikun konformi, f’perjodu ta’ żmien raġjonevoli, mal-konvenzjonijiet imsemmija fil-Parti A tal-Anness III."

Emenda  240

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 19 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta l-Kummissoni tqis li jkun hemm bżonn ta' rtirar temporanju, hija għandha tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6). Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha taġixxi fi tmiem il-perjodu msemmi f’dak il-paragrafu."

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tiddeċiedi dwar l-irtirar temporanju. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha taġixxi fi tmiem il-perjodu msemmi f’dak il-paragrafu."

Emenda  241

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 3 – punt c

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 19 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-irtirar temporanju, din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tittieħed, sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix minn qabel li r-raġunijiet li jiġġustifikawh ma għadhomx jeżistu."

5. Meta l-Kummissjoni tadotta att delegat dwar l-irtirar temporanju, din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tittieħed, sakemm l-atti delegati ma jkunux ġew revokati, jew il-Kummissjoni ma tiddeċidix li tirtira l-att delegat minn qabel minħabba l-fatt li r-raġunijiet li jiġġustifikawh ma jkunux għadhom jeżistu."

Ġustifikazzjoni

Rigward l-introduzzjoni tal-atti delegati huwa loġiku li wieħed iqis li l-istess proċedura applikata għall-adozzjoni tal-lista oriġinali għandha tapplika għall-irtirar temporanju tal-preferenzi għal pajjiż wieħed jew aktar. Id-deċiżjoni li jiġu rtirati l-preferenzi tissupplementa l-att prinċipali bl-istess mod bħal-lista tal-pajjiżi li għandhom jibbenefikaw mill-GSP+.

Emenda  242

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 4 – punt a

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 20 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-investigazzjoni għandha titlesta fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista', f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali u wara li tikkonsulta l-Kumitat, testendi dan il-perjodu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(5).

5. L-investigazzjoni għandha titlesta fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista', f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali u wara li tikkonsulta l-Kumitat, testendi dan il-perjodu skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(6)."

Emenda  243

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 4 – punt c

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 20 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu azzjoni immedjata jagħmlu investigazzjoni impossibbli, il-Kummissjoni tista’, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(7), tieħu kwalunkwe miżura preventiva li tkun strettament meħtieġa."

7. Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu azzjoni immedjata jagħmlu investigazzjoni impossibbli, il-Kummissjoni tista’, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(7), tieħu kwalunkwe miżura provviżorja li tkun strettament meħtieġa."

 

Fejn Stat Membru jitlob intervent immedjat mill-Kummissjoni u fejn jiġu soddisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tkun waslet it-talba.

 

Il-miżuri provviżorji m'għandhomx japplikaw għal aktar minn 200 jum.

 

Jekk il-miżuri provviżorji ta' salvagwardja jiġu revokati minħabba li l-investigazzjoni turi li ma ġewx soddisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu, kull dazju miġbur bħala riżultat ta’ dawk l-miżuri provviżorji għandu jintradd lura awtomatikament.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 20(7) huwa aġġustat għall-Artikolu 16(6) (ġdid) tar-Regolament (KE) Nru 260/2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jitolbu deċiżjoni immedjata mill-Kummissjoni.

Emenda  244

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 6

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 22 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Artikolu 22(2) għandu jitħassar.

6. L-Artikolu 22(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"2. Il-miżuri ta' sorveljanza minn qabel għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(5).

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja.

Emenda  245

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 6a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 22a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 22a

 

1. Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru li kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 ġew soddisfatti, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni u l-proċediment skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(6).

 

2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, bir-rispett xieraq tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 27c, rapport li jiddikjara s-sejbiet u l-konklużjonijiet motivati tagħha dwar il-kwistjonijiet kollha pertinenti tal-fatti u tad-dritt lill-Parlament Ewropew. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport."

Emenda  246

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 6b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b. Fl-Artikolu 25 il-parti introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27a sabiex tadotta emendi għall-Annessi li jsiru meħtieġa:

Ġustifikazzjoni

Emenda tal-annessi hija evidentement “emenda” tal-att bażiku. Il-leġiżlatur għandu l-għażla dwar jekk jiddelegax is-setgħa biex jagħmel tali emendi ta’ elementi mhux essenzjali għall-att bażiku.

Emenda  247

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 7

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fl-Artikolu 27, għandhom jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:

7. L-Artikolu 27 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"1. [...] Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

[...]

 

5. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

6. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011].

6. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

7. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu."

7. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

 

7a. Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat f'każijiet fejn, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi dan jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan."

Emenda  248

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 27a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 27a

 

L-eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 10(2), fl-Artikolu 11(7) u (8), fl-Artikolu 16(3), fl-Artikolu 19(4) u (5) kif ukoll fl-Artikolu 25 għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' 5 snin. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi prorogata b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din il-proroga sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10(2), fl-Artikolu 11(7) u (8), fl-Artikolu 16(3), fl-Artikolu 19(4) u (5) kif ukoll fl-Artikolu 25 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 11(7) u (8), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 19(4) u (5) kif ukoll fl-Artikolu 25 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill t-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu se jiġi prorogat b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

Emenda  249

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 7b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 27b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 27b

 

Proċedura ta’ urġenza

 

1. L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

 

2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f’konformità mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 27a(5). F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill."

Emenda  250

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 7c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 27c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7c. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 27c

 

Kunfidenzjalità

 

1. L-informazzjoni rċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan li għalih tkun ġiet mitluba.

 

2. L-ebda informazzjoni ta' natura kunfidenzjali u l-ebda informazzjoni provvduta fuq bażi konfidenzjali rċevuta skont dan ir-Regolament ma għandhom jiġu żvelati mingħajr permess speċifiku tal-fornitur ta' din l-informazzjoni.

 

3. Kull talba għall-kunfidenzjalità għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom l-informazzjoni hi kunfidenzjali. Madankollu, jekk min iforni t-tagħrif jixtieq li la jagħmlu pubbliku u lanqas li jawtorizza l-iżvelar tiegħu f’termini ġenerali jew fil-għamla ta’ sommarju u jekk ikun jidher li t-talba għall-kunfidenzjalità ma tkunx ġustifikata, it-tagħrif ikkonċernat jista’ ma jitqiesx.

 

4. L-informazzjoni għandha fi kwalunkwe każ tkun ikkunsidrata bħala kunfidenzjali jekk l-iżvelar tagħha x’aktarx ikollu effett ħażin sinifikanti fuq il-fornitur jew fuq is-sors ta’ din l-informazzjoni.

 

5. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jipprekludu r-referenza mill-awtoritajiet tal-Unjoni għal tagħrif ġenerali u b’mod partikolari għar-raġunijiet li fuqhom ikunu msejsa d-deċiżjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament. Dawn l-awtoritajiet għandhom, madankollu, iqisu l-interess leġittimu tal-persuni naturali u legali kkonċernati li ma jiġux żvelati s-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Emenda  251

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 18 – punt 7d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 732/2008

Artikolu 27d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7d. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 27d

 

Rapport

 

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jkopri l-arranġamenti preferenzjali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2), jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-korpi varji responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament u l-issodisfar tal-obbligi li jiġu minnhom, inkluż l-obbligi rigward l-ostakoli għall-kummerċ, u jippreżenta sommarju tal-istatistiċi u l-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-pajjiżi u t-territorji benefiċjarji.

 

2. Il-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati u l-Parlament Ewropew għandhom jeżaminaw l-effetti tal-iskema, fuq il-bażi tar-rapport. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu u jispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

 

3. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati u lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport.

Ġustifikazzjoni

Huwa assolutament meħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-pubbliku jkunu infurmati dwar l-aspetti kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE. Speċjalment meta wieħed jiġi biex jagħti preferenzi kummerċjali fi ħdan il-GSP, il-GSP+ jew l-EBA, huwa importanti li l-Parlament Ewropew, kif ukoll il-pubbliku u dawk kollha interessati jkunu infurmati tajjeb dwar il-miżuri kollha mnedija.

Emenda  252

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 597/2009

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-premessa 16 għandha tiġi sostitwita bit-test li ġej:

 

"(16) Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit illi l-għeluq tal-każijiet għandu, irrispettivament minn jekk il-miżuri definittivi jiġux adottati jew le, normalment iseħħ fi żmien 11-il xahar, u f’kull każ mhux aktar tard minn 12-il xahar, mill-bidu tal-investigazzjoni. Jekk l-Istati Membri jindikaw biss lill-Kummissjoni li jkunu qed jistennew kontroversja qawwija fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni bil-bżonn li jitressaq abbozz ta' att ta' implimentazzjoni lill-kumitat ta' appell skont l-Artikolu 5 tal-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni tkun għandha tkun tista' tiddeċiedi li tipproroga l-limitu ta' żmien għal perjodu ta', iżda fl-ebda każ, sa mhux itwal minn 13-il xahar."

Ġustifikazzjoni

L-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni jista' jitressaq lill-kumitat ta' appell wara vot negattiv b'maġġoranza kwalifikata fil-kumitat ta' eżami (ara l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Komitoloġija) jew meta ma hemm l-ebda opinjoni iżda maġġoranza sempliċi kontra il-kumitat ta' eżami (ara l-Artikolu 5(5) tar-tar-Regolament tal-Komitoloġija). B'konsegwenza, ir-riferiment ta' hawn fuq għall-Artikolu 5 jkun usa' u validu għaż-żewġ sitwazzjonijiet.

Emenda  253

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 597/2009

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Il-Premessa 26 għandha titħassar.

Emenda  254

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt -1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 597/2009

Premessa 26a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(26a) L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament teħtieġ kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni tal-miżuri provviżorji u definittivi, u għat-tmiem ta’ investigazzjoni mingħajr miżuri. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1.

 

_______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”

Emenda  255

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt -1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 597/2009

Premessa 26b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1c. Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal:

 

“(26b) Huwa xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji u għat-tmiem ta’ investigazzjoni minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri definittivi. Meta dewmien fl-impożizzjoni ta’ miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji immedjatament applikabbli."

Emenda  256

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt -1d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 597/2009

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1d. L-Artikolu 10(1)(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

L-ilment jista’ jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni, jew lil Stat Membru, li għandu jgħaddih lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja lill-Istati Membri ta' kwalunkwe ilment li tirċievi. L-ilment għandu jkun meqjus bħala li sar fl-ewwel jum tax-xogħol wara li jkun twassal lill-Kummissjoni b’posta rreġistrata jew bil-ħruġ ta’ nota tal-wasla tiegħu mill-Kummissjoni. Qabel jingħata bidu għall-proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u tagħtihom l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom.”

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiġu kkonsultati fi stadju bikri tal-proċedimenti biex jiġi żgurat progress mgħaġġel u raġonevoli fil-proċedura ta’ eżaminazzjoni għad-deċiżjoni finali. Il-Kummissjoni għandha tagħmel li tista’ biex telimina kull ostakolu possibbli li jista’ jfixkel deċiżjoni fil-kumitat ta’ eżaminazzjoni.

Emenda  257

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt 2

Regolament (KE) Nru 597/2009

Artikolu 11 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Għal proċedmenti skont l-Artikolu 10(11), investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien sena, kull meta dan ikun possibbli. Fi kwalunkwe każ, investigazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu konklużi fi żmien 13-il xahar mill-bidu, b'konformità mas-sejbiet li saru skont l-Artikolu 13 għall-impenji jew is-sejbiet li saru skont l-Artikolu 15 għal azzjoni definittiva. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar.

9. Għal proċedimenti skont l-Artikolu 10(11), investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien 11-il xahar, kull meta dan ikun possibbli. Fi kwalunkwe każ, investigazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu konklużi fi żmien 12-il xahar mill-bidu, b'konformità mas-sejbiet li saru skont l-Artikolu 13 għall-impenji jew is-sejbiet li saru skont l-Artikolu 15 għal azzjoni definittiva.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiġu kkonsultati fi stadju bikri tal-proċedimenti biex jiġi żgurat progress mgħaġġel u raġonevoli fil-proċedura ta’ eżaminazzjoni għad-deċiżjoni finali. Il-Kummissjoni għandha tagħmel li tista’ biex telimina kull ostakolu possibbli li jista’ jfixkel deċiżjoni fil-kumitat ta’ eżaminazzjoni.

Emenda  258

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 597/2009

Artikolu 11 – paragrafu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fl-Artikolu 11, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"9a. Mhux aktar tard minn 7 xhur u nofs wara l-bidu tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni. L-Istati Membri, f'din il-konsultazzjoni, għandhom jindikaw lill-Kummissjoni jekk ikunux qed jistennew kontroversja qawwija fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni skont l-Artikoli 14 u 15 għal azzjoni definittiva li aktarx tikkawża l-proċedura ta' appell imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jekk dan ikun il-każ, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, li tipproroga l-limitu taż-żmien tal-paragrafu 9, għal perjodu ta', iżda fi kwalunkwe każ sa mhux iktar minn, 13-il xahar. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din id-deċiżjoni pubblika."

Ġustifikazzjoni

L-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni jista' jitressaq lill-kumitat ta' appell wara vot negattiv b'maġġoranza kwalifikata fil-kumitat ta' eżami (ara l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Komitoloġija) jew meta ma hemm l-ebda opinjoni iżda maġġoranza sempliċi kontra il-kumitat ta' eżami (ara l-Artikolu 5(5) tar-tar-Regolament tal-Komitoloġija). B'konsegwenza, ir-riferiment ta' hawn fuq għall-Artikolu 5 jkun usa' u validu għaż-żewġ sitwazzjonijiet.

Emenda  259

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 597/2009

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dazji provviżorji għandhom jiġu imposti mhux qabel 60 jum, u mhux iktar tard minn disa' xhur, mill-bidu tal-proċedimenti. F'każijiet eċċezzjonali, minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, mhux iktar minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, li dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż għal perjodu ta' sa 12-il xahar li madankollu ma jista' qatt ikun itwal minn hekk."

Id-dazji provviżorji għandhom jiġu imposti mhux qabel 60 jum, u mhux iktar tard minn tmien xhur, mill-bidu tal-proċedimenti. F'każ li l-Istati Membri jindikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(9a) li qed jistennew kontroversja qawwija fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni skont l-Artikoli 14 u 15 għal azzjoni definittiva li aktarx tikkawża l-proċedura ta' appell imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, mhux iktar minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, li dan il-limitu taż-żmien jiġi prorogat għal perjodu ta' sa 9 xhur li madankollu ma jista' qatt ikun itwal minn hekk.

Ġustifikazzjoni

L-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni jista' jitressaq lill-kumitat ta' appell wara vot negattiv b'maġġoranza kwalifikata fil-kumitat ta' eżami (ara l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Komitoloġija) jew meta ma hemm l-ebda opinjoni iżda maġġoranza sempliċi kontra il-kumitat ta' eżami (ara l-Artikolu 5(5) tar-tar-Regolament tal-Komitoloġija). B'konsegwenza, ir-riferiment ta' hawn fuq għall-Artikolu 5 jkun usa' u validu għaż-żewġ sitwazzjonijiet.

Emenda  260

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 597/2009

Artikolu 13 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-impenji jkunu aċċettati l-investigazzjoni għandha tintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

5. Meta l-impenji jkunu aċċettati l-investigazzjoni għandha tintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2). Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 15(5).

Emenda  261

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt 5

Regolament (KE) Nru 597/2009

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Meta l-miżuri protettivi jkunu bla bżonn l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

"Meta l-miżuri protettivi jkunu bla bżonn l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(1a). Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 15(5).

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li qatt ma nqalgħu problemi fil-prattika meta investigazzjoni tiġi mitmuma, il-proċedura konsultattiva hija l-għażla xierqa.

Emenda  262

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt 10 – punt a

Regolament (KE) Nru 597/2009

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reviżjonijiet imwettqa skont l-Artikoli 18 u 19 għandhom jitwettqu b'mod mgħaġġel u normalment jintemmu fi żmien 12-il xahar mid-data tal-bidu tar-reviżjoni. Fi kwalunkwe każ, reviżjonijiet skont l-Artikoli 18 u 19 għandhom jintemmu fi żmien 15-il xahar minn meta jinbdew. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar.

Ir-reviżjonijiet imwettqa skont l-Artikoli 18 u 19 għandhom jitwettqu b'mod mgħaġġel u normalment jintemmu fi żmien 11-il xahar mid-data tal-bidu tar-reviżjoni. Fi kwalunkwe każ, reviżjonijiet skont l-Artikoli 18 u 19 għandhom jintemmu fi żmien 14-il xahar minn meta jinbdew. Mhux aktar tard minn 7 xhur u nofs wara l-bidu tal-investigazzjoni skont l-Artikolu 11, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni. F'din il-konsultazzjoni l-Istati Membri għandhom jindikaw lill-Kummissjoni jekk qed jistennew kontroversja qawwija fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni skont l-Artikoli 14 u 15 għal azzjoni definittiva li aktarx tikkawża l-proċedura ta' appell imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jekk hu l-każ, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex il-limitu taż-żmien jiġi prorogat, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 15-il xahar. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din id-deċiżjoni pubblika.

Ġustifikazzjoni

L-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni jista' jitressaq lill-kumitat ta' appell wara vot negattiv b'maġġoranza kwalifikata fil-kumitat ta' eżami (ara l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Komitoloġija) jew meta ma hemm l-ebda opinjoni iżda maġġoranza sempliċi kontra il-kumitat ta' eżami (ara l-Artikolu 5(5) tar-tar-Regolament tal-Komitoloġija). B'konsegwenza, ir-riferiment ta' hawn fuq għall-Artikolu 5 jkun usa' u validu għaż-żewġ sitwazzjonijiet.

Emenda  263

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt 10 – punt c

Regolament (KE) Nru 597/2009

Artikolu 22 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Reviżjonijiet skont l-Artikoli 18, 19 u 20 għandhom jinbdew mill-Kummissjoni."

2. Reviżjonijiet skont l-Artikoli 18, 19 u 20 għandhom jinbdew mill-Kummissjoni." Qabel jingħata bidu għall-proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u tagħtihom l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiġu kkonsultati fi stadju bikri tal-proċedimenti biex jiġi żgurat progress mgħaġġel u raġonevoli fil-proċedura ta’ eżaminazzjoni għad-deċiżjoni finali. Il-Kummissjoni għandha tagħmel li tista’ biex telimina kull ostakolu possibbli li jista’ jfixkel deċiżjoni fil-kumitat ta’ eżaminazzjoni.

Emenda  264

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt 12 – punt a

Regolament (KE) Nru 597/2009

Artikolu 24 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena, mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

4. Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena, mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(1a).

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li s-sospensjoni ta’ miżura imposta hija biss stadju intermedjarju u d-deċiżjoni finali tittieħed skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni, huwa xieraq li tapplika l-proċedura konsultattiva.

Emenda  265

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt 13

Regolament (KE) Nru 597/2009

Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-kumitat konsultattiv għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar wara d-data ta’ riferiment. Emendi għandhom jiġu suġġeriti mill-inqas tlett ijiem qabel il-laqgħa tal-kumitat.

Emenda  266

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness – taqsima 19 – punt 13

Regolament (KE) Nru 597/2009

Artikolu 25 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-kumitat ta’ eżaminazzjoni għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien xahar wara d-data ta’ riferiment. Emendi għandhom jiġu suġġeriti mill-inqas tlett ijiem qabel il-laqgħa tal-kumitat.