RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

8.3.2012 - (COM(2011)0169 – C7‑0105/2011 – 2011/0092(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Astrid Lulling


Proċedura : 2011/0092(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0052/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

(COM(2011)0169 – C7‑0105/2011 – 2011/0092(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0169),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0105/2011),

–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Bulgaru, il-Kungress tad-Deputati Spanjol u s-Senat Spanjol, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, tal-Kumitat għas-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0052/2012),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE kienet adottata sabiex ikun żgurat il-funzjonament kif jixraq tas-suq intern fir-rigward tat-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku. F’konformità mal-Artikolu 6 tat-Trattat, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali ġew integrati fit-termini ta’ dik id-Direttiva, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-protokoll ta’ Kjoto.

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE kienet adottata sabiex ikun żgurat il-funzjonament kif jixraq tas-suq intern fir-rigward tat-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku. F’konformità mal-Artikolu 6 tat-Trattat, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali ġew integrati fit-termini ta’ dik id-Direttiva, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-protokoll ta’ Kjoto. Huwa importanti li, skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jiġi żgurat jekk ikunx qed jitqies biżżejjed il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, pereżempju fil-kuntest tat-tniġġis tal-arja.

Emenda  2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Fl-indirizzar ta’ kwistjoni daqshekk wiesgħa u fundamentali bħat-tassazzjoni tal-enerġija fl-Unjoni, il-kunsiderazzjoni tal-imperattivi fil-materja tal-politika dwar il-klima u dik ambjentali, indipendentement minn kemm ikunu meħtieġa, mhijiex suffiċjenti. Għall-Unjoni, l-objettivi tal-politika tal-enerġija kif ukoll dawk tal-politika industrijali jikkostitwixxu kwistjonijiet delikati ta’ importanza ugwalment essenzjali. Barra minn hekk, sabiex is-suq intern jiffunzjona b'mod xieraq u effiċjenti fil-qasam tal-enerġija, l-inizjattivi u l-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni relatati ma' dan is-settur iridu jkunu kkoordinati kontinwament u bir-reqqa. Mhux biss l-emendi għad-Direttiva 2003/96/KE għandhom ikunu kompatibbli ma’ politiki oħra relatati mal-enerġija, iżda dawk il-politiki għandhom jiġu adattati b’mod adegwat għall-qafas tat-tassazzjoni dwar l-enerġija. B’mod partikolari, il-problemi eżistenti fi ħdan l-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għandhom jiġu trattati b’riżolutezza sabiex din tkun tista’ tiffunzjona b’mod effettiv. Kull nuqqas ta' koerenza jkun detrimentali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fuq żmien twil għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

Emenda  3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Huwa meħtieġ li jkun żgurat li s-suq intern ikompli jiffunzjona kif jixraq fl-ambitu ta’ rekwiżiti ġodda relatati mal-limitazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għall-iffrankar tal-enerġija, kif approvat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 u tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008.

(2) Huwa meħtieġ li jkun żgurat li s-suq intern jiffunzjona b’mod ottimali fl-ambitu ta’ rekwiżiti ġodda relatati mal-limitazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għall-iffrankar tal-enerġija, kif approvat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 u tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008. Għaldaqstant għandu jiġi ggarantit, skont din id-Direttiva, trattament konsistenti tas-sorsi tal-enerġija sabiex jingħataw kundizzjonijiet verament indaqs għall-konsumaturi tal-enerġija irrispettivament mis-sors tal-enerġija użat.

Emenda  4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) It-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija għandha tiġi kkunsidrata b'manjiera teknoloġikament newtrali sabiex jingħata ċ-ċans li jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda.

Emenda  5

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) It-tassazzjoni relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 tista’ tkun mezz li jkun ta’ benefiċċju mil-lat tal-ispejjeż għall-Istati Membri biex jiksbu t-tnaqqis tal-gassijiet serra meħtieġ skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 fir-rigward ta’ sorsi mhux koperti mill-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE. Minħabba l-irwol potenzjali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern jirrikjedi regoli komuni dwar dik it-tassazzjoni.

(3) It-tassazzjoni relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 hija ġeneralment mezz li jkun ta’ benefiċċju mil-lat tal-ispejjeż għall-Istati Membri biex jiksbu t-tnaqqis tal-gassijiet serra meħtieġ skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 fir-rigward ta’ sorsi mhux koperti mill-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE. Minħabba l-irwol potenzjali attwali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern jirrikjedi regoli komuni dwar dik it-tassazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Uħud mill-Istati Membri diġà għandhom reġimi ta' taxxa relatata mas-CO2 li jiffunzjonaw sewwa u li huma kosteffettivi.

Emenda  6

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) It-tassazzjoni tal-enerġija m'għandhiex tkopri l-irkupru tal-enerġija mill-iskart u, b'mod partikulari, l-użu tal-iskart bħala fjuwil alternattiv, ladarba d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart1 tħeġġeġ lill-produtturi u d-detenturi tal-iskart jarmu l-iskart bl-aktar mod effiċjenti fl-użu tal-enerġija u bl-aktar mod favorevoli għall-ambjent possibbli u tagħti prijorità għall-irkupru tal-enerġija fuq ir-rimi.

 

______________

 

1 ĠU L 312, 22.11.2008, p.3.

Emenda  7

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li japplikaw livell ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija ’l isfel sa żero fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għall-agrikoltura, l-ortikultura, il-pixxikoltura u l-forestrija.

Emenda  8

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Għaldaqstant, għandha ssir dispożizzjoni għat-tassazzjoni tal-enerġija biex din tkun tikkonsisti minn żewġ komponenti, it-tassazzjoni relatata mas-CO2 u t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Sabiex it-tassazzjoni tal-enerġija tadatta għat-tħaddim tal-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu mitlubin jiddistingwu b’mod espliċitu bejn dawn iż-żewġ komponenti. Dan jippermetti wkoll it-trattament distint tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmula minn bijomassa.

(5) Għaldaqstant, għandha ssir dispożizzjoni għat-tassazzjoni tal-enerġija biex din tkun tikkonsisti minn żewġ komponenti, it-tassazzjoni relatata mas-CO2 u t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Sabiex it-tassazzjoni tal-enerġija tadatta għat-tħaddim tal-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu mitlubin jiddistingwu b’mod espliċitu bejn dawn iż-żewġ komponenti. Dan jippermetti wkoll it-trattament distint tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmula minn bijomassa fid-dawl tal-vantaġġi li joffru bħala sors ta’ enerġija rinnovabbli bi prezz baxx u kważi newtrali fir-rigward tal-gass b’effett ta’ serra, sakemm jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà stipulati fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill li fih teżamina jekk, minbarra l-emissjonijiet tas-CO2, għandhomx jitqiesu wkoll l-emissjonijiet ta' gassijiet oħra li jagħmlu l-ħsara, bil-għan li titħares is-saħħa pubblika.

 

______________

 

1 ĠU L 140, 5.6.2009, p.16.

Emenda  9

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Kull wieħed minn dawn il-komponenti għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, li jippermettu t-trattament ugwali ta’ sorsi differenti tal-enerġija. Għall-finijiet tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, għandha ssir referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 kkawżati mill-użu ta’ kull prodott tal-enerġija kkonċernat, bl-użu tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 ta’ referenza stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għall-finijiet tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, għandha ssir referenza għall-kontenut tal-enerġija tal-prodotti tal-enerġija differenti u tal-elettriku kif imsemmi fid-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE. F’dan il-kuntest, għandhom jitqiesu l-vantaġġi ambjentali tal-bijomassa jew prodotti magħmula mill-bijomassa. Dawn il-prodotti għandhom ikunu intaxxati fuq il-bażi tal-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifikati fid-Deċiżjoni 2007/589/KE għal bijomassa jew prodotti magħmula minn bijomassa u l-kontenut tal-enerġija tagħhom kif speċifikat fl-Anness III għad-Direttiva 2009/28/KE. Il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli huma bla dubju l-aktar kategorija kkonċernata importanti. Minħabba li l-vantaġġi ambjentali ta' dawn il-prodotti jvarjaw, skont jekk ikunux jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva, il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-bijomassa u għal prodotti magħmulin mill-bijomassa għandhom japplikaw biss fejn dawn il-kriterji jkunu ssodisfati.

(6) Kull wieħed minn dawn il-komponenti għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, li jippermettu t-trattament ugwali ta’ sorsi differenti tal-enerġija. Għall-finijiet tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, għandha ssir referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 kkawżati mill-użu ta’ kull prodott tal-enerġija kkonċernat, bl-użu tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 ta’ referenza stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għall-finijiet tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, għandha ssir referenza għall-kontenut tal-enerġija tal-prodotti tal-enerġija differenti u tal-elettriku kif imsemmi fid-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE. F’dan il-kuntest, għandhom jitqiesu l-vantaġġi ambjentali tal-bijomassa jew prodotti magħmula mill-bijomassa. Dawn il-prodotti għandhom ikunu intaxxati fuq il-bażi tal-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifikati fid-Deċiżjoni 2007/589/KE għal bijomassa jew prodotti magħmula minn bijomassa u l-kontenut tal-enerġija tagħhom kif speċifikat fl-Anness III għad-Direttiva 2009/28/KE. Il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli huma bla dubju l-aktar kategorija kkonċernata importanti. Minħabba li l-vantaġġi ambjentali ta' dawn il-prodotti jvarjaw, skont jekk ikunux jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva, il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-bijomassa u għal prodotti magħmulin mill-bijomassa għandhom japplikaw biss fejn dawn il-kriterji jkunu ssodisfati. Malli l-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-prodotti tal-bijomassa għajr bijofjuwils u bijolikwidi jiġu stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE, dawk il-valuri speċifiċi ta’ referenza għandhom jiġu applikati għall-prodotti tal-bijomassa għajr il-bijofjuwils biss jekk ikunu konformi mal-kriterji l-ġodda ta’ sostenibbiltà.

Emenda  10

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) It-tassazzjoni relatata mas-CO2 għandha tkun addattata għat-tħaddim tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex tikkumplimentaha b’mod effettiv. Dik it-tassazzjoni għandha tkun applikata għall-użu kollu, inkluż dak għal finijiet differenti mit-tisħin, ta’ prodotti tal-enerġija li jikkawżaw l-emissjonijiet tas-CO2 fl-installazzjonijiet fi ħdan it-tifsira ta’ dik id-Direttiva, sakemm l-installazzjoni kkonċernata ma tkunx soġġetta għall-iskema għan-negozjar ta' emissjonijiet taħt dik id-Direttiva. Madankollu, minħabba li l-applikazzjoni kumulattiva taż-żewġ strumenti ma tippermettix it-tnaqqis tal-emissjonijiet lil hinn minn dawk miksuba, b’mod ġenerali, permezz tal-iskema għan-negozjar ta’ emissjonijiet waħedha, iżda twassal sempliċiment għal żieda fl-ispiża totali ta’ dak it-tnaqqis, it-tassazzjoni relatata mas-CO2 ma għandhiex tapplika għall-konsum fl-installazzjonijiet soġġetti għall-iskema tal-Unjoni.

(7) It-tassazzjoni relatata mas-CO2 għandha tkun addattata għat-tħaddim tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex tikkumplimentaha b’mod effettiv. Dik it-tassazzjoni għandha tkun applikata għall-użu kollu, inkluż dak għal finijiet differenti mit-tisħin, ta’ prodotti tal-enerġija li jikkawżaw l-emissjonijiet tas-CO2 fl-installazzjonijiet fi ħdan it-tifsira ta’ dik id-Direttiva, sakemm l-installazzjoni kkonċernata ma tkunx soġġetta għall-iskema għan-negozjar ta' emissjonijiet taħt dik id-Direttiva. Madankollu, minħabba li l-applikazzjoni kumulattiva taż-żewġ strumenti ma tippermettix it-tnaqqis tal-emissjonijiet lil hinn minn dawk miksuba, b’mod ġenerali, permezz tal-iskema għan-negozjar ta’ emissjonijiet waħedha, iżda twassal sempliċiment għal żieda fl-ispiża totali ta’ dak it-tnaqqis, it-tassazzjoni relatata mas-CO2 ma għandhiex tapplika għall-konsum dirett u indirett fl-installazzjonijiet soġġetti għall-iskema tal-Unjoni. Piż doppju f'forma ta' tassazzjoni doppja u regolamentazzjoni doppja jwassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jrid jiġi eskluż.

Emenda  11

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fl-interess tan-newtralità fiskali, għandhom japplikaw l-istess livelli minimi ta’ tassazzjoni għal kull komponent tat-tassazzjoni tal-enerġija, għall-prodotti tal-enerġija kollha li jintużaw għal skop partikolari. Meta l-livelli minimi tat-tassazzjoni huma hekk preskritti, l-Istati Membri għandhom, anki għal raġunijiet ta’ newtralità fiskali, jiżguraw livelli ugwali ta’ tassazzjoni nazzjonali fuq il-prodotti kollha kkonċernati. Meta jkun meħtieġ, għandhom jiġu previsti perjodi ta’ transizzjoni għall-finijiet ta’ ugwaljanza ta’ dawk il-livelli.

(8) Fl-interess tan-newtralità fiskali, għandhom japplikaw l-istess livelli minimi ta’ tassazzjoni għal kull komponent tat-tassazzjoni tal-enerġija, għall-prodotti tal-enerġija kollha li jintużaw għal skop partikolari. Meta l-livelli minimi tat-tassazzjoni huma hekk preskritti, l-Istati Membri għandhom, anki għal raġunijiet ta’ newtralità fiskali, jiżguraw livelli ugwali ta’ tassazzjoni nazzjonali fuq il-prodotti kollha kkonċernati. Fejn meħtieġ, għandhom jiġu previsti perjodi ta’ transizzjoni għall-finijiet ta’ ugwaljanza ta’ dawk il-livelli li jqisu kif xieraq l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri.

Emenda  12

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għandu jkun żgurat li l-livelli minimi tat-tassazzjoni jippriservaw l-effetti intenzjonati tagħhom. Minħabba li t-tassazzjoni relatata mas-CO2 tikkumplimenta t-tħaddim tad-Direttiva 2003/87/KE, il-prezz tas-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jkun issorveljat mill-qrib fl-analiżi perjodika tad-Direttiva, li huwa inkarigu tal-Kummissjoni. Il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija għandhom f’intervalli regolari jiġu allinjati b’mod awtomatiku biex titqies l-evoluzzjoni tal-valur reali tagħhom sabiex ikun ippriservat il-livell attwali tal-armonizzazzjoni tar-rata; biex titnaqqas il-volatilità li titnissel mill-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel, dan l-allinjament għandu jsir fuq il-bażi tat-tibdil fl-indiċi armonizzat tal-Unjoni kollha tal-prezzijiet tal-konsumatur minbarra l-enerġija u l-ikel mhux ipproċessat kif ippubblikat mill-Eurostat.

(11) Għandu jkun żgurat li l-livelli minimi tat-tassazzjoni jippriservaw l-effetti intenzjonati tagħhom. Il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija għandhom, għal dak il-għan, jiġu eżaminati f’intervalli regolari.

Emenda  13

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Minħabba n-natura kumplessa tar-rekwiżiti li ż-żewġ komponenti taż-żewġ sistemi, jiġifieri it-tassazzjoni tal-enerġija u t-tassazzjoni relatata mas-CO2, huma maħsuba li jissodisfaw, għandhom jiġu stipulati fil-livelli kollha regoli ċari li, fl-interessi tal-konsumaturi kollha, ikunu trasparenti u li jinftiehmu mill-ewwel, sabiex jiġi ggarantit li s-sistema tkun tista' tiġi amministrata sewwa.

Emenda  14

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Fil-qasam tal-fjuwils tal-karozzi, l-aktar livell minimu favorevoli ta’ tassazzjoni applikabbli għan-nafta, prodott li fil-parti l-kbira tiegħu oriġinarjament kien iddedikat għal użu kummerċjali u għaldaqstant tradizzjonalment intaxxat f’livell aktar baxx, joħloq effett ta’ tgħawwiġ fir-rigward tal-petrol, il-fjuwil li huwa l-kompetitur ewlieni tiegħu. L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/96/KE għaldaqstant jipprevedi l-ewwel passi ta’ allinjament gradwali għal livell minimu ta’ tassazzjoni applikabbli għall-petrol. Huwa meħtieġ li dan l-allinjament jitlesta u gradwalment ikun hemm ċaqliq għal sitwazzjoni fejn in-nafta u l-petrol ikunu intaxxati f’livell ugwali.

imħassar

Emenda  15

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-implimentazzjoni tal-istruttura l-ġdida tat-taxxa se tinvolvi ż-żieda tar-rata ta' tassazzjoni tad-diżil biex tiġi allinjata ma’ dik tal-petrol. Dan jista' jippreġudika kemm id-deċiżjoni meħuda mill-industrija tal-karozzi tal-Unjoni li tiffoka fuq magni konvenzjonali nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, kif ukoll il-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-Unjoni, peress li l-valuri limitu ffissati fir-rigward tas-CO2 jistgħu biss jintlaħqu jekk għadd suffiċjenti ta' vetturi fit-triq ikunu jaħdmu bid-diżil. Għandhom jittieħdu miżuri flessibbli xierqa sabiex jiżguraw li l-kompetittività tas-settur tal-karozzi u s-suċċess tal-istrateġija tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 f'dak is-settur ma jkunux ipperikolati. It-taxxi fuq ix-xiri, fuq ir-reġistrazzjoni u t-taxxi ta' kull sena fuq l-użu tat-toroq għandhom jiġu armonizzati u, bi prinċipju, stabbiliti biss abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura.

Emenda  16

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Fir-rigward tal-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-użu kummerċjali milli għall-użu mhux kummerċjali tan-nafta bħala fjuwil tal-karozzi, din id-dispożizzjoni tkun tidher li mhijiex aktar kompatibbli mar-rekwiżit li titjieb l-effiċjenza tal-enerġija u l-ħtieġa li jkun indirizzat l-impatt ambjentali li qiegħed jikber u għaldaqstant għandha titħassar. L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2003/96/KE jawtorizza lil ċerti Stati Membri sabiex japplikaw rata mnaqqsa fuq in-nafta tat-tisħin. Dik id-dispożizzjoni m'għadhiex kompatibbli mat-tħaddim kif jixraq tas-suq intern u mal-objettivi usa’ tat-Trattat. Għaldaqstant għandha titħassar.

(13) Fir-rigward tal-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-użu kummerċjali milli għall-użu mhux kummerċjali tan-nafta bħala fjuwil tal-karozzi, din id-dispożizzjoni tkun tidher li mhijiex aktar kompatibbli mar-rekwiżit li titjieb l-effiċjenza tal-enerġija u l-ħtieġa li jkun indirizzat l-impatt ambjentali li qiegħed jikber u għaldaqstant għandha titħassar. Sabiex ikun possibbli li d-ditti tat-trasport jadattaw għar-regoli l-ġodda, għandu jiġi stabbilit perjodu ta' tranżizzjoni li jintemm fl-2025. L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2003/96/KE jawtorizza lil ċerti Stati Membri sabiex japplikaw rata mnaqqsa fuq in-nafta tat-tisħin. Dik id-dispożizzjoni m'għadhiex kompatibbli mat-tħaddim kif jixraq tas-suq intern u mal-objettivi usa’ tat-Trattat. Għaldaqstant għandha titħassar.

Emenda  17

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Hemm il-ħtieġa li jiġi limitat l-impatt tal-ispiża potenzjali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fuq is-setturi jew is-subsetturi meqjusin bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonjiet tal-karbonju skont l-Artikolu 10a(13) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri tranżizzjonali korrispondenti li, madankollu, għandhom jippriservaw ukoll l-effikaċja ambjentali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2.

(14) Hemm il-ħtieġa li jiġi limitat l-impatt tal-ispiża potenzjali tal-istruttura l-ġdida tat-taxxa fuq is-setturi jew is-subsetturi meqjusin bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonjiet tal-karbonju. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri korrispondenti li, madankollu, għandhom jippriservaw ukoll l-effikaċja ambjentali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2.

Emenda  18

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Kwalunkwe ristrutturazzjoni tat-tassazzjoni tal-enerġija għandha tiżgura li s-setturi li ma jkunux suġġetti għall-iskema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ma jkunux penalizzati fir-rigward tas-setturi koperti minn din l-iskema.

Emenda  19

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti l-applikazzjoni ta’ rati ddifferenzjati ta’ tassazzjoni f’ċerti każijiet. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-konsistenza tas-sinjal tal-prezz tas-CO2, il-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddifferenzjaw ir-rati nazzjonali għandha tkun ristretta għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Barra minn hekk, il-possibbiltà li jkun applikat livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-fjuwil tal-karozzi użat mit-taxis mhijiex aktar kompatibbli mal-objettiv tal-politiki li jippromwovu l-fjuwils alternattivi u t-trasportaturi tal-enerġija u l-użu ta’ vetturi aktar nodfa fit-trasport urban u għaldaqstant għandha titneħħa.

(15) L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti l-applikazzjoni ta’ rati ddifferenzjati ta’ tassazzjoni f’ċerti każijiet. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-konsistenza tas-sinjal tal-prezz tas-CO2, il-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddifferenzjaw ir-rati nazzjonali għandha tkun ristretta għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Barra minn hekk, il-possibbiltà li jkun applikat livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-fjuwil tal-karozzi derivat miż-żejt użat mit-taxis mhijiex aktar kompatibbli mal-objettiv tal-politiki li jippromwovu l-fjuwils alternattivi u t-trasportaturi tal-enerġija u l-użu ta’ vetturi aktar nodfa fit-trasport urban u għaldaqstant għandha titneħħa.

Ġustifikazzjoni

Il-gass naturali/il-bijometan huwa l-alternattiva għal fjuwils ġejjin miż-żejt u għandu b'mod partikolari emissjonijiet baxxi ta' sustanzi tossiċi jew li jikkaġunaw il-kankru, ftit li xejn emissjonijiet ta' partikoli, l-ebda emissjoni tal-idrokarboni reattivi, emissjonijiet NOx imnaqqsa, u livell tal-istorbju aktar baxx, li jagħmlu fjuwil tal-magni ideali f'żoni urbani. Ir-rapport tal-25 ta' Jannar 2011 tal-Grupp Espert dwar il-Fjuwils Futuri għat-Trasport jiddikkjara li l-metan għandu jiġi promoss bħala wieħed mill-fluwils alternattivi prinċipali fit-trasport urban.

Emenda  20

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Peress li l-introduzzjoni tal-vetturi ibridi hija importanti ħafna biex ma jibqax ikun hemm daqshekk dipendenza fuq il-fjuwils minn sorsi mhux rinnovabbli, fis-settur tat-trasport, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà, għal perjodu limitat, li japplikaw eżenzjoni jew tnaqqis fil-livell ta' tassazzjoni fuq l-elettriku utilizzat biex dawn il-vetturi jiġu ċċarġjati.

Ġustifikazzjoni

L-elettrifikazzjoni hija element importanti fil-proċess li bih is-settur tat-trasport isir sostenibbli. Peress li l-impatt totali tal-emissjonijiet ta' dawn il-vetturi huwa relatat mill-qrib mal-indafa tal-elettriku ta' dħul, dawn mhumiex neċessarjament tassew favur l-ambjent fl-Istati Membri kollha fuq medda ta' żmien qasira. Fit-tul, madanakollu, dawn it-teknoloġiji effiċjenti ħafna jagħtu lok għall-ħolqien ta' sistemi tat-trasport tassew sostenibbli.

Emenda  21

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Eżenzjonijiet jew tnaqqis għall-benefiċċju tad-djar u organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali jistgħu jifformaw parti minn miżuri soċjali ddefiniti mill-Istati Membri. Il-possibbiltà li jkunu applikati tali eżenzjonijiet jew tnaqqis għandha, għal raġunijiet ta’ trattament ugwali bejn is-sorsi tal-enerġija, tkun estiża għall-prodotti tal-enerġija kollha użati bħala fjuwils tat-tisħin u l-elettriku. Sabiex ikun żgurat li l-impatt tagħhom fuq is-suq intern jibqa’ limitat, tali eżenzjoniiet u tnaqqis għandhom ikunu applikati biss għal attivitajiet mhux tan-negozju.

(17) L-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis għall-benefiċċju tad-djar u organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali jostakolaw milli jingħata sinjal ta’ valur korrett u b’hekk ikunu jfissru t-telfa ta' inċentiv importanti biex jitnaqqsu l-kontijiet u l-użu tal-enerġija. Il-possibbiltà fid-Direttiva 2003/96/KE li jkunu applikati tali eżenzjonijiet jew tnaqqis għandha, għalhekk, wara perjodu twil ta’ tneħħija gradwali, titneħħa. Fl-Istati Membri fejn dan jaffettwa l-prezzijiet tal-enerġija, il-familji bi dħul baxx u l-organizzazzjonijiet tal-karità għandhom ikunu kkumpensati permezz ta' miżuri soċjali solidi u komprensivi.

Emenda  22

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fil-każ tal-gass tal-pitrolju likwifikat (LPG) u l-gass naturali użati bħala propellanti, il-vantaġġi f’forma ta’ livelli minimi aktar baxxi ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija jew il-possibbiltà li dawk il-prodotti tal-enerġija jkunu eżentati mit-tassazzjoni mhumiex aktar iġġustifikati, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li jiżdied is-sehem tas-suq tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu u għandhom għaldaqstant jitneħħew fuq medda medja ta’ żmien.

(18) Fil-każ tal-gass tal-pitrolju likwifikat (LPG) u l-gass naturali użati bħala propellanti, il-vantaġġi f’forma ta’ livelli minimi aktar baxxi ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija jew il-possibbiltà li dawk il-prodotti tal-enerġija jkunu eżentati mit-tassazzjoni mhumiex iġġustifikati fl-aħħar mill-aħħar u għandhom għaldaqstant jitneħħew, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li fjuwils rinnovabbli jkunu jistgħu jżidu s-sehem tagħhom mis-suq. Madankollu, peress li l-LPG u l-gass naturali għandhom impatt anqas ta' ħsara fuq l-ambjent minn fjuwils fossili oħrajn, u peress li l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tagħhom tista' tkun ta' benefiċċju fl-introduzzjoni ta' fjuwils alternattivi rinnovabbli, il-vantaġġi għandhom jitneħħew pass pass.

Emenda  23

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Id-Direttiva 2003/96/KE tobbliga lill-Istati Membri li jeżentaw mit-tassazzjoni il-fjuwil użat għan-navigazzjoni fl-ilmijiet Komunitarji kif ukoll l-elettriku prodott abbord il-bastimenti, inklużi meta jkunu irmiġġati f’port. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jestendu dan it-trattament favorevoli tat-taxxa għall-passaġġi tal-ilma interni. Sabiex jistabbilixxi l-ewwel inċentiv għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ din it-teknoloġija, sakemm isseħħ l-adozzjoni ta’ qafas aktar komprensiv f’dan il-qasam, Stat Membru jista’ jeżenta mit-tassazzjoni tal-enerġija l-użu tal-elettriku mix-xatt minn bastimenti irmiġġati f’port. Din l-eżenzjoni għandha tapplika matul perjodu twil biżżejjed sabiex ma tiskoraġġix lill-operaturi tal-port milli jagħmlu l-investimenti meħtieġa iżda fl-istess ħin għandha tkun limitata fiż-żmien b’tali mod li ż-żamma tagħha, b’mod sħiħ jew parzjalment, issir soġġetta għal deċiżjoni ġdida fi żmien xieraq.

(19) Id-Direttiva 2003/96/KE tobbliga lill-Istati Membri li jeżentaw mit-tassazzjoni il-fjuwil użat għal navigazzjoni tal-ajru u fuq il-baħar mhux għad-divertiment. Tali eżenzjonijiet mhumiex konformi mal-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd fost il-modi varji tat-trasport. Għalhekk għandhom jineħħew gradwalment. Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-pożizzjoni kompetittiva tan-negozji u l-industriji tal-Unjoni, tali tneħħija gradwali għandha preferibbilment issir fi ħdan il-qafas tad-diskussjonijiet internazzjonali. Id-diskussjonijiet fil-kuntest tal-IMO, l-ICAO u l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima dwar l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ tnaqqis tas-CO2 fl-arja u fuq il-baħar għandhom jiġu segwiti mill-qrib f’dan ir-rigward. Fin-nuqqas ta' progress fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni għanda tressaq proposti leġiżlattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fiż-żewġ setturi, filwaqt li tqis ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-karbonju u l-kompetittività tas-settur. Dan it-trattament ta' taxxa għandu jkun applikabbli wkoll għall-passaġġi tal-ilma interni. F’xi portijiet teżisti alternattiva aktar nadifa bl-użu tal-elettriku mix-xatt li, madankollu, huwa taxxabbli. Sabiex jistabbilixxi l-ewwel inċentiv għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ din it-teknoloġija, sakemm isseħħ l-adozzjoni ta’ qafas aktar komprensiv f’dan il-qasam, Stat Membru jista’ jeżenta mit-tassazzjoni tal-enerġija l-użu tal-elettriku mix-xatt minn bastimenti irmiġġati f’port. Din l-eżenzjoni għandha tapplika kemm għall-portijiet marittimi u l-portijiet interni matul perjodu twil biżżejjed sabiex ma tiskoraġġix lill-operaturi tal-port milli jagħmlu l-investimenti meħtieġa iżda fl-istess ħin għandha tkun limitata fiż-żmien b’tali mod li ż-żamma tagħha, b’mod sħiħ jew parzjalment, issir soġġetta għal deċiżjoni ġdida fi żmien xieraq.

Emenda  24

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti lill-Istati Membri japplikaw għax-xogħlijiet tal-agrikoltura, l-ortikoltura u l-pixxikoltura kif ukoll għall-forestrija mhux biss id-dispożizzjoijiet ġenerali applikabbli għan-negozji iżda wkoll livell ta’ tassazzjoni li jinżel għal żero. Eżami ta’ dik l-għażla wera li safejn hija kkonċernata t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, iż-żamma tagħha tkun kontra l-objettivi tal-politika usa’ tal-Unjoni sakemm ma tkunx marbuta ma’ kontraparti li tiżgura l-avvanzi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija. Fir-rigward tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 it-trattament tas-setturi kkonċernati għandu jkun allinjat mar-regoli li japplikaw għas-setturi industrijali.

(20) L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti lill-Istati Membri japplikaw għax-xogħlijiet tal-agrikoltura, l-ortikoltura u l-pixxikoltura kif ukoll għall-forestrija mhux biss id-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għan-negozji iżda wkoll livell ta’ tassazzjoni li jinżel għal żero, bl-għan li tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika ta’ dawn is-setturi, li diġà huma mxekkla minn rekwiżiti soċjali, fitosanitarji u ambjentali kbar li għalihom is-suq ma jipprovdix kumpens xieraq. Minkejja dan, eżami ta’ dik l-għażla wera li safejn hija kkonċernata t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, iż-żamma tagħha tkun kontra l-objettivi tal-politika usa’ tal-Unjoni sakemm ma tkunx marbuta ma’ kontraparti li tiżgura l-avvanzi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija. Dan il-progress fl-effiċjenza enerġetika għandu jagħmel parti minn ċiklu ta’ snin twil biżżejjed u għandu jkun sottomess għall-ippjanar pubbliku u monitoraġġ mill-entitajiet pubbliċi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu gwida teknika lill-operaturi f’dawn is-setturi jekk jiġu applikati rekwiżiti addizzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija relatati mar-rati tat-taxxa. Fir-rigward tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, it-trattament tas-setturi kkonċernati għandu jqis il-kapaċitajiet speċifiċi ta’ qbid u ħżin tal-karbonju u r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal kull wieħed mis-setturi u s-subsetturi kkonċernati, kif ukoll l-impatt possibbli fuq il-produttività u l-vijabbiltà tagħhom. Is-setturi li jipproduċu l-bijomassa b’ħafna potenzjal ta’ assorbiment tal-karbonju għandhom ikunu eżentati. Huwa essenzjali li f’reġjuni li huma suġġetti għal kapaċità eċċezzjonali li jipproduċu enerġija minn sorsi rinnovabbli tiġi mħeġġa l-indipendenza enerġetika tal-attivitajiet agrikoli u tat-trobbija tal-bhejjem tagħhom.

Emenda  25

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Ir-regoli ġenerali introdotti minn din id-Direttiva jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmulin minn bijomassa li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE fir-rigward kemm tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-bilanċ tas-CO2 kif ukoll għall-kontentut tal-enerġija aktar baxx għal kull unità kwantitattiva, kif imqabbla ma’ wħud mill-fjuwils tal-fossili li jikkompetu magħhom. Għall-perjodu interim, għandu jkun żgurat li l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet issir konsistenti mar-regoli ġenerali introdotti permezz ta' din id-Direttiva. Għalhekk, il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE għandhom jibbenefikaw minn vantaġġi addizzjonali tat-taxxa biss jekk ikunu jissodisfaw il-kriterji dwar is-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva.

(21) Ir-regoli ġenerali introdotti minn din id-Direttiva jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmulin minn bijomassa li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE fir-rigward kemm tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-bilanċ tas-CO2 kif ukoll għall-kontentut tal-enerġija aktar baxx għal kull unità kwantitattiva, kif imqabbla ma’ wħud mill-fjuwils tal-fossili li jikkompetu magħhom. Għall-perjodu interim, għandu jkun żgurat li l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet issir konsistenti mar-regoli ġenerali introdotti permezz ta' din id-Direttiva. Għalhekk, il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE għandhom jibbenefikaw minn vantaġġi addizzjonali tat-taxxa biss jekk ikunu jissodisfaw il-kriterji dwar is-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva. Dan l-Artikolu jimplika li l-kriterji ta’ sostenibbiltà jsiru aktar restrittivi fl-2017 u l-2018. Sabiex jiġu sodisfatti l-kriterji, l-iffrankar tal-emissjonijiet b’effett ta’ serra mill-1 ta’ Jannar 2017 għandu jkun mill-inqas ta’ 50%. Mill-1 ta’ Jannar 2018 l-iffrankar għandu jkun mill-inqas ta’ 60% għal prodotti magħmula f’installazzjonijiet li fihom il-produzzjoni bdiet fl-1 ta’ Jannar 2017 jew wara. Malli l-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-prodotti tal-bijomassa għajr bijofjuwils u bijolikwidi jiġu stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE, tali prodotti għandhom jibbenefikaw minn vantaġġi addizzjonali fit-taxxa biss jekk ikunu konformi ma’ dawn il-kriterji l-ġodda.

Emenda  26

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Kull ħames snin, u għall-ewwel darba sa qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi teżamina b’mod partikolari l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq fl-UE tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-ajru u bil-baħar. Il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa.

(28) Kull tliet snin, u għall-ewwel darba sa qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi teżamina b’mod partikolari l-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija sabiex jiġi żgurat li jippreservaw l-effetti intenzjonati tagħhom, il-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq fl-UE tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi, l-impatt ta' emissjonijiet li huma ta' ħsara jew potenzjalment ta' ħsara għas-saħħa għajr is-CO2, il-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-ajru u bil-baħar, kif ukoll l-iżviluppi fl-użu ta’ bijogass, il-gass naturali u l-LPG fit-trasport fit-toroq. Dan ir-rapport għandu jinkludi ħarsa ġenerali tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar taxxa li jinsabu fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru. Ir-rapport għandu jeżamina wkoll l-impatt fuq l-istabbiliment ta’ prijoritajiet tal-politika industrijali fl-industrija Ewropea tal-karozzi. Lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha titfassal u tiġi rieżaminata b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa.

Ġustifikazzjoni

Tassazzjoni li tiddependi mis-CO2 jkollha effetti ambientali kbar u impatt estensiv fuq il-politika ta’ tassazzjoni fi ħdan l-Unjoni. Għalhekk, il-Parlament għandu jiġi inkluż fl-obbligu tal-għoti tar-rapport. Hija tista’ tissodisfa l-funzjoni fiskali tagħha biss jekk iż-żmien biex jiġi ppreżentat ir-rapport jitqassar.

Emenda  27

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tassazzjoni relatata mas-CO2 għandha tiġi kkalkulata f’EUR/t ta’ emissjonijiet tas-CO2, fuq il-bażi tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 ta’ referenza stipulati fil-punt 11 tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*). Il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifikati f’din id-Deċiżjoni għal bijomassa jew prodotti magħmulin mill-bijomassa għandhom, fil-każ tal-bijofjuwils u bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE, japplikaw biss meta l-prodott ikkonċernat jikkonforma mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli(**). Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi ma jkunux jikkonformaw ma’ dawk il-kriterji, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 ta’ referenza għall-fjuwil tat-tisħin jew il-fjuwil tal-karozzi ekwivalwenti li għalihom il-livelli minimi ta’ tassazzjoni huma speċifikati f’din id-Direttiva.

It-tassazzjoni relatata mas-CO2 għandha tiġi kkalkulata f’EUR/t ta’ emissjonijiet tas-CO2, fuq il-bażi tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 ta’ referenza stipulati fil-punt 11 tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*). Il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifikati f’din id-Deċiżjoni għal bijomassa jew prodotti magħmulin mill-bijomassa għandhom, fil-każ tal-bijofjuwils u bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE, japplikaw biss meta l-prodott ikkonċernat jikkonforma mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli(**). Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi ma jkunux jikkonformaw ma’ dawk il-kriterji, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 ta’ referenza għall-fjuwil tat-tisħin jew il-fjuwil tal-karozzi ekwivalwenti li għalihom il-livelli minimi ta’ tassazzjoni huma speċifikati f’din id-Direttiva. B’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/28/KE, dawn il-kriterji ta’ sostenibbiltà għandhom isiru aktar restrittivi fl-2017 u l-2018. Sabiex jiġu sodisfatti l-kriterji, l-iffrankar tal-emissjonijiet b’effett ta’ serra mill-1 ta’ Jannar 2017 għandu jkun mill-inqas ta’ 50%. Mill-1 ta’ Jannar 2018 l-iffrankar għandu jkun mill-inqas ta’ 60% għal prodotti magħmula f’installazzjonijiet li fihom il-produzzjoni bdiet fl-1 ta’ Jannar 2017 jew wara.

Emenda  28

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 1 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw kemm għat-tassazzjoni relatata mas-CO2 kif ukoll għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija.

4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw kemm għat-tassazzjoni relatata mas-CO2 kif ukoll għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Malli l-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-prodotti tal-bijomassa għajr bijofjuwils u bijolikwidi jiġu stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE, il-fatturi ta' referenza tal-emmissjonijiet tas-CO2 stipulati fil-punt (11) tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE u l-valuri ta' referenza kalorifiċi netti stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 2009/28 għandhom jiġu applikati għal tali prodotti tal-bijomassa biss jekk ikunu konformi ma’ dawk il-kriterji ta' sostenibbiltà. Meta tali prodotti tal-bijomassa ma jkunux konformi ma' dawn il-kriterji ta’ sostenibbiltà, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-fattur ta’ referenza tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-valur ta' referenza kalorifiku nett għall-fjuwil tal-magni jew għat-tisħin ekwivalenti li għalihom il-livelli minimi ta’ tassazzjoni huma speċifikati f’din id-Direttiva.

Emenda  29

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 2 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu dirett u indirett tal-prodotti tal-enerġija f'installazzjonijiet kif definiti fid-Direttiva 2003/87/KE jew l-użu dirett jew indirett tal-prodotti tal-enerġija f'installazzjonijiet intaxxati permezz ta' miżuri għat-tnaqqis tas-CO2 ma jkunux soġġetti għal tassazzjoni doppja jew regolamentazzjoni doppja.

Emenda  30

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) elettriku użat biex jiġi ppumpjat l-ilma għall-irrigazzjoni;

Emenda  31

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 3 – punt b – it-tieni inċiż

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

użu doppju ta’ prodotti tal-enerġija

l-industriji b'intensità għolja ta' enerġija u l-użu doppju tal-prodotti tal-enerġija

Ġustifikazzjoni

Ikun jaqbel li jiġi speċifikat fid-Direttiva stess li din ma għandhiex tapplika għall-industriji b'intensità għolja ta' enerġija, biex jiġi żgurat li d-Direttiva tittratta s-setturi kollha b'intensità għolja ta' enerġija bl-istess mod.

Emenda  32

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 3 – punt b – inċiż 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- skart użat bħala fjuwil alternattiv jew dak irkuprat b'mod termali b'konformità mal-Artikolu 3(15) u l-punt (R1) tad-Direttiva 2008/98/KE.

Ġustifikazzjoni

Li timponi taxxa tal-enerġija fuq skart irkuprat b'mod termali – jiġifieri, skart li jsir użu tajjeb tal-kontenut tal-enerġija tiegħu rilaxxat meta jinħaraq, u li jissostitwixxi l-fjuwils fossili u jikkonserva r-riżorsi - imur kontra l-objettiv tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u d-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart 2008/98/KE

Emenda  33

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet, differenzjazzjonijiet u tnaqqis previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta livelli minimi ugwali ta’ tassazzjoni huma stabbiliti fl-Anness I fir-rigward ta’ użu speċifiku, livelli ugwali ta’ tassazzjoni huma stabbiliti għal prodotti li jintużaw għal dak l-użu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1)(i), għall-fjuwils tal-karozzi msemmija fl-Anness I Tabella A, dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

3. Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet, differenzjazzjonijiet u tnaqqis previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta livelli minimi ugwali ta’ tassazzjoni huma stabbiliti fl-Anness I fir-rigward ta’ użu speċifiku, livelli ugwali ta’ tassazzjoni huma stabbiliti għal prodotti li jintużaw għal dak l-użu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1)(i), għall-fjuwils tal-karozzi msemmija fl-Anness I Tabella A, dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, kull użu li għalih huwa stabbilit livell minimu ta’ tassazzjoni, rispettivment, fit-Tabelli A, B u Ċ fl-Anness I għandu jitqies bħala użu waħdieni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, kull użu li għalih huwa stabbilit livell minimu ta’ tassazzjoni, rispettivment, fit-Tabelli A, B u Ċ fl-Anness I għandu jitqies bħala użu waħdieni.

 

Sal-1 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti leġiżlattivi mmirati lejn l-armonizzazzjoni tat-taxxi fuq ix-xiri tal-karozzi, taxxi fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi u taxxi fuq is-sjieda tal-karozzi bbażati fuq l-emissjonijiet CO2 jew għandha toħroġ rapport li jispjega għaliex dan ma għamlitux.

 

 

Emenda  34

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ tal-gass naturali u l-bijometan użat bħala fjuwil tal-magni, livelli minimi ta' tassazzjoni ogħla fuq il-konsum ġenerali tal-enerġija għandhom japplikaw biss wara valutazzjoni, li trid issir mill-Kummissjoni sal-2023, tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-livell ta' tassazzjoni applikabbli għall-gass naturali fit-trasport bit-triq. Dik il-valutazzjoni għandha, inter alia, teżamina l-progress fid-disponibilità tal-gass naturali u tal-bijometan, it-tkabbir tan-netwerk tal-istazzjonijiet għar-riforniment tal-fjuwil fl-Unjoni, is-sehem tas-suq ta' vetturi li jużaw il-gass naturali fl-Unjoni, l-innovazzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi tal-bijometan bħala fjuwil tat-trasport u l-valur reali tal-livell minimu ta' tassazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-gass naturali u l-bijometan jistgħu jintużaw fil-magni ta' kombustjoni interna eżistenti bl-ebda limitazzjoni għal taħlit. Il-Bijometan huwa wieħed mill-pilastri ewlenin biex tintlaħaq il-mira obbligatorja li sal-2020 10% tal-fjuwil kollu użat fit-trasport ikun bijofjuwil. L-iżvilupp tal-bijometan huwa marbut ma' dak tal-Vetturi li jaħdmu bil-Gass Naturali u għalhekk trattament fiskali favorevoli li jippermetti l-iżvilupp ta' infrastruttura għar-riforniment tal-metan. Il-metan, l-alternattiv disponibbli għall-fjuwils li ġejjin miż-żejt, għandu livelli baxxi ħafna ta' NMHC, PM u NOX u l-użu tiegħu jtejjeb il-kwalità tal-arja urbana u jnaqqas il-livell tal-istorbju u tas-CO2.

Emenda  35

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jiġu addattati kull tliet snin li jibdew mill-1 ta’ Lulju 2016 sabiex jitqiesu l-bidliet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur minbarra l-enerġija u l-ikel mhux ipproċessat kif ippubblikati mill-Eurostat. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-livelli minimi riżultanti tat-tassazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4. Il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jiġu riveduti kull tliet snin sabiex jiġi żgurat li jżommu l-effetti intenzjonati tagħhom, skont l-Artikolu 29. Jekk jitqies neċessarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti biex dawk il-livelli minimi jinbidlu.

Emenda  36

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-livelli minimi għandhom jiġu addattati awtomatikament, biż-żieda jew it-tnaqqis tal-ammont bażi f’ewro bil-bidla perċentwali f’dak l-indiċi matul it-tliet snin kalendarji preċedenti. Jekk il-bidla perċentwali mill-aħħar addattament tkun inqas minn 0.5%, ma jseħħ l-ebda addattament.”

Il-livelli minimi ta’ tassazzjoni relatata mas-CO2 stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom, kull tliet snin mill-1 ta’ Lulju 2015, jiġu allinjati mal-prezz medju tas-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet fl-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet matul it-18-il xahar qabel l-allinjament, ikkalkolat fuq il-bażi ta’ formula li għandha tiġi speċifikata mill-Kummissjoni f’att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 27.

Emenda  37

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5 – sottopunt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 5 - inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– għall-użi li ġejjin: it-trasport pubbliku lokali tal-passiġġieri (minbarra t-taxis), il-ġbir tal-iskart, il-forzi armati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-persuni b’diżabilità, l-ambulanzi;

– għall-użi li ġejjin: it-trasport pubbliku lokali tal-passiġġieri (minbarra t-taxis), il-ġbir tal-iskart, il-forzi armati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-persuni b’diżabilità, l-ambulanzi, il-vetturi tat-tifi tan-nar u l-vetturi tal-pulizija;

Ġustifikazzjoni

Rati ta' tassazzjoni differenzjati jistgħu jiġu applikati mill-Istati Membri għall-użu tal-vetturi tat-tifi tan-nar u l-vetturi tal-pulizija.

Emenda  38

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013, mill-1 ta’ Jannar 2015 u mill-1 ta’ Jannar 2018, il-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tal-karozzi għandhom ikunu ffissati kif stipulat fl-Anness I, Tabella A.”

1. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013, mill-1 ta’ Jannar 2015 u mill-1 ta’ Jannar 2018, il-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tal-karozzi għandhom ikunu ffissati kif stipulat fl-Anness I, Tabella A.”

 

2. Sal-1 ta' Jannar 2025, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu differenza bejn l-użu kummerċjali u mhux kummerċjali taż-żejt tal-gass użat bħala propellant, sakemm il-livelli minimi tal-Unjoni jiġu osservati.

 

3. 'Nafta kummerċjali użata bħala propellant' tfisser nafta użata bħala propellant għall-finijiet li ġejjin:

 

(a) il-ġarr ta' oġġetti għall-kiri jew bħala rigal, jew għall-persuna stess, permezz ta' karozzi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi artikulati intenzjonati esklussivament għall-ġarr ta' oġġetti bit-triq u b’piż massimu permissibli ta' mhux inqas minn 7,5 tunnellati;

 

(b) il-ġarr ta' passiġġieri, b'servizz regolari jew servizz okkażjonali, b'vettura bil-mutur tal-kategorija M2 jew tal-kategorija M3, kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

Emenda          39

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11 – punt a – punt i

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minbarra d-dispożizzjonijiet ġenerali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE(*) fuq l-użu eżentat ta’ prodotti taxxabli, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jeżentaw dan li ġej mit-tassazzjoni b’kundizzjonijiet li huma għandhom jistabbilixxu bil-għan li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ tali eżenzjonijiet u biex jevitaw kwalunkwe evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż:

1. Minbarra d-dispożizzjonijiet ġenerali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE(*) fuq l-użu eżentat ta’ prodotti taxxabli, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jeżentaw dan li ġej mit-tassazzjoni b’kundizzjonijiet li huma għandhom jistabbilixxu bil-għan li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ tali eżenzjonijiet u biex jevitaw faqar tal-enerġija, evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż:

Emenda  40

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11 – punt a – punt iia (ġdid)

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b u c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia) il-punti (b) u (c) huma mħassra.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tħassar l-obbligu li l-Istati Membri jeżentaw mit-taxxa dak il-fjuwil li jintuża għan-navigazzjoni marittima u tal-ajru. Dan għandu potenzjal kbir għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. Studju mwettaq għall-Kummissjoni sab li "l-armonizzazzjoni tad-dazji u tal-VAT fuq il-fjuwil għall-mezzi kollha (fil-livell ta' dawk li attwalment jitħallsu mit-trasport privat bit-triq) wasslet għal iffrankar ta' aktar minn 10% fl-emissjonijiet GHG, meta jitqabbel ma' xenarju fejn kollox jibqa' għaddej kif inhu". (Lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport tal-UE sal-2050, p. xi)

Emenda  41

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11 – punt a – punt iii

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti rmiġġati fil-portijiet.

(e) sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti rmiġġati fil-portijiet mal-baħar u interni.

Emenda  42

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 12

Direttiva 2003/96/KE

Article 14a – paragrafu1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kreditu rigward it-tassazzjoni relatata mas-CO2 fir-rigward tal-użu tal-prodotti tal-enerġija minn installazzjonijiet li jinsabu f’setturi jew subsetturi li jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kreditu rigward it-tassazzjoni relatata mas-CO2 fir-rigward tal-użu tal-prodotti tal-enerġija minn installazzjonijiet li jinsabu f’setturi jew subsetturi li jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Emenda  43

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt -i  (ġdid)

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-i) jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ba) sal-1 ta' Jannar 2023, l-elettriku użat għa-ċċarġjar tal-vetturi elettriċi u ibridi użati għat-trasport bit-triq."

Ġustifikazzjoni

L-elettrifikazzjoni hija element importanti fil-proċess li bih is-settur tat-trasport isir sostenibbli. Peress li l-impatt totali tal-emissjonijiet ta' dawn il-vetturi huwa relatat mill-qrib mal-indafa tal-elettriku ta' dħul, mhumiex neċessarjament tassew favur l-ambjent fl-Istati Membri kollha fuq medda ta' żmien qasira. Fit-tul, madanakollu, dawn it-teknoloġiji effiċjenti ħafna jagħtu lok għall-ħolqien ta' sistemi tat-trasport tassew sostenibbli.

Emenda  44

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) prodotti tal-enerġija użati bħala fjuwil tat-tisħin u l-elettriku jekk użat mid-djar u/jew mill-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta’ tali organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali, l-Istati Membri għandhom jirrestrinġu l-eżenzjoni jew it-tnaqqis għal użu għall-finijiet ta’ attivitajiet mhux tan-negozju. Meta jsir użu mħallat, it-tassazzjoni għandha tapplika bi proporzjon għal kull tip ta’ użu. Jekk użu huwa insinifikanti, dan jista’ jkun ittrattat bħala żero;

(h) sal-ewwel ta’ Jannar 2025, prodotti tal-enerġija użati bħala fjuwil tat-tisħin u l-elettriku jekk użati mid-djar u/jew mill-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta’ tali organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali, l-Istati Membri għandhom jirrestrinġu l-eżenzjoni jew it-tnaqqis għal użu għall-finijiet ta’ attivitajiet mhux tan-negozju. Meta jsir użu mħallat, it-tassazzjoni għandha tapplika bi proporzjon għal kull tip ta’ użu. Jekk użu huwa insinifikanti, dan jista’ jkun ittrattat bħala żero;

Emenda  45

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) Sal-1 ta’ Jannar 2023, il-gass naturali u l-LPG użati bħala propellanti;

(i) sal-1 ta’ Jannar 2023, il-gass naturali, il-bijogass, u l-LPG użati bħala propellanti u l-LPG użat bħala fjuwil; Mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-1 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri jistgħu japplikaw tnaqqis sa 50 % tal-livelli minimi ta’ tassazzjoni fuq dawk il-fjuwils.

Emenda  46

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13 – sottopunt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw livell ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija ’l isfel sa żero fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għall-agrikoltura, l-ortikultura, xogħlijiet akwakulturali u fil-forestrija. Il-benefiċjarji għandhom ikunu soġġetti għal arranġamenti li jridu jwasslu għal effiċjenza akbar tal-enerġija ekwivalenti b’mod wiesa’ għal dawk li setgħu inkisbu kieku r-rati minimi standard tal-Unjoni kienu ġew osservati.

3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw livell ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija ’l isfel sa żero fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għall-agrikoltura, l-ortikultura, xogħlijiet akwakulturali u fil-forestrija. L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jiżviluppaw strateġji mmirati li jridu jwasslu għal effiċjenza akbar tal-enerġija ekwivalenti b’mod wiesa’ għal dawk li setgħu inkisbu kieku r-rati minimi standard tal-Unjoni kienu ġew osservati.

Ġustifikazzjoni

Huw importanti li l-isforzi ta’ effiċjenza enerġetika li qed tintalab bħala kumpens għal trattament fiskali aħjar tkun ikkoordinata mill-Istati Membri fil-forma ta’ strateġiji mmirati u b’kooperazzjoni mas-settur, u li jiġi allokat biżżejjed żmien li jippermetti ċerta flessibilità u jiffaċilita biżżejjed investiment biex jinkiseb iffrankar tal-enerġija reali, li ma jkunx possibbli mingħajr l-appoġġ tas-settur pubbliku u investiment annwali.

Emenda  47

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13 – punt b (ġdid)

Direttiva 2203/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu gwida ġenerali lill-benefiċjarji, inklużi l-impriżi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju, rigward l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ effiċjenza enerġetika marbuta mar-rata ta’ taxxa mnaqqsa.

Emenda  48

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13a* – punt a – punt ia (ġdid)

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

 

"Malli jiġu stabbiliti l-kriterji għall-prodotti tal-bijomassa għajr il-bijofjuwils u bijolikwidi fid-Direttiva 2009/28/KE, tista’ tiġi applikata eżenzjoni jew jiġi applikat tnaqqis għal dawn il-prodotti biss jekk ikunu konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà."

*NB: imniżżel bħala '(1)' bi żball fil-proposta’ tal-Kummissjoni.

 

Emenda  49

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Negozju li juża l-enerġija b’mod intensiv’ għandha tfisser entità tan-negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 11, fejn ix-xiri ta’ prodotti tal-enerġija u l-elettriku jammontaw għal mill-inqas 3.0 % tal-valur tal-produzzjoni jew fejn it-taxxa nazzjonali pagabbli fuq l-enerġija tammonta għal mill-inqas 0.5 % tal-valur miżjud. F’din id-definizzjoni, l-Istati Membri jistgħu japplikaw kunċetti iktar ristretti, li jinkludu d-definizzjonijiet tal-valur tal-bejgħ, tal-proċess u tas-settur.

‘Negozju li juża l-enerġija b’mod intensiv’ għandha tfisser entità tan-negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 11, fejn ix-xiri ta’ prodotti tal-enerġija u l-elettriku jammontaw għal mill-inqas 5.0 % tal-valur tal-produzzjoni jew fejn it-taxxa nazzjonali pagabbli fuq l-enerġija tammonta għal mill-inqas 0,5 % tal-valur miżjud. F’din id-definizzjoni, l-Istati Membri jistgħu japplikaw kunċetti iktar ristretti, li jinkludu d-definizzjonijiet tal-valur tal-bejgħ, tal-proċess u tas-settur.

Ġustifikazzjoni

Limitu ta’ 3% huwa baxx wisq u jkun ikopri wisq negozji. Il-burokrazija li tirriżulta tkun sproporzjonata.

Emenda  50

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 21

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull ħames snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Kull tliet snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu, inter-alia, jeżamina l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tal-użu tal-elettriku fit-trasport u tal-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-arja u bil-baħar, stabbiliti f’din id-Direttiva.

Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu, inter-alia, jeżamina:

 

(i) il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, sabiex jiġi żgurat li jippreservaw l-effetti intenzjonati tagħhom,

 

(ii) l-iżviluppi fil-prezz tas-CO2 fl-Iskema għall-Iskambju ta’ kwoti fl-UE,

 

(iii) l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija,

 

(iv) l-użu tal-elettriku fit-trasport,

 

(v) il-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-arja u bil-baħar, stabbiliti f’din id-Direttiva,

 

(vi) l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-istabbiliment ta' prijoritajiet tal-politika industrijali fl-industrija Ewropea tal-karozzi, inter alia fir-rigward ta' magni tal-kombustjoni interna konvenzjonali nodfa u effikaċi fl-użu tal-enerġija u tal-miri tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-CO2 fis-settur tal-karozzi,

 

(vii) żviluppi fl-użu tal-bijogass, il-gass naturali u l-LPG fit-trasport bit-triq, u

 

(viii) jekk emissjonijiet li jagħmlu ħsara jew li potenzjalment jagħmlu ħsara għajr is-CO2 għandhomx jiġu kkunsidrati wkoll.

 

Ir-rapport għandu jinkludi wkoll ħarsa ġenerali tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar it-taxxazzjoni li jinsabu fil-ftehimiet bilaterali tas-servizzi bl-ajru. Ir-rapport għandu jqis it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern, il-valur reali tal-livelli minimi tat-tassazzjoni u l-objettivi usa’ tat-TFUE.

Fi kwalunkwe każ, il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-finijiet tal-Artikolu 14a ta' din id-Direttiva għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa."

Fi kwalunkwe każ, il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa. F’dan ir-rigward, il-kundizzjonijiet nazzjonali ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa sabiex jiġi żgurat li jkunu ċari, mhux ambigwi u trasparenti għall-konsumaturi kollha.

Ġustifikazzjoni

Tassazzjoni bbażata fuq is-CO2 jkollha riperkussjonijiet ambientali estensivi u riperkussjonijiet kbar ħafna fuq il-politika ta’ tassazzjoni fi ħdan l-Unjoni. Għalhekk, il-Parlament għandu jiġi inkluż fl-obbligu tar-rapport. Sabiex tkun tista’ tingħata gwida politika, il-perjodu li fih għandu jiġi ppreżentat ir-rapport jeħtieġ li jitqassar.

NOTA SPJEGATTIVA

Kontenut tal-proposta

Id-direttiva attwali dwar it-tassazzjoni tal-enerġija, adottata fl-2003, kellha l-għan li tipprevjeni d-distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni fis-settur tal-enerġija fi ħdan is-suq intern. Hija tistabbilixxi regoli komuni li jirrigwardaw prodotti suġġetti għat-tassazzjoni, il-mument meta jiġu intaxxati u l-eżenzjonijiet awtorizzati. Rati minimi, essenzjalment ibbażati fuq il-kwantità ta’ enerġija kkunsmata, huma stabbiliti għall-fjuwils u l-elettriku. Minbarra dawn ir-rati minimi, l-Istati Membri huma liberi li jiddeterminaw ir-rati nazzjonali tagħhom ta’ tassazzjoni kif jidhrilhom huma.

Il-proposta għal direttiva riveduta tadatta l-istruttura tat-tassazzjoni tal-enerġija bl-iskop li ssostni l-objettiv ta’ ekonomija b’intensità baxxa ta’ karbonju, li tkun ugwalment effikaċi fil-pjan enerġetiku u tevita l-problemi fis-suq intern. Grazzi għall-introduzzjoni ta’ element marbut mas-CO2 fit-tassazzjoni tal-enerġija, il-proposta timmira sabiex din tal-aħħar tkun konformi mal-impenji tal-UE fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Skont il-proposta tal-Kummissjoni, it-taxxi fuq l-enerġija se jkunu maqsuma f’żewġ partijiet: l-ewwel waħda marbuta mal-emissjonijiet tas-CO2 u t-tieni mal-kontenut enerġetiku.

- Tiġi introdotta rata minima singola ta’ taxxa għall-emissjonijiet tas-CO2 (EUR 20/t CO2) għas-setturi kollha mhux koperti mill-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS). Dawn is-setturi, partikolarment il-familji, is-settur tat-trasport, in-negozji ż-żgħar u l-biedja, b’hekk ikunu suġġetti għal tariffa tal-karbonju. Is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli se jkunu eżentati minn din it-taxxa marbuta mas-CO2.

- Ir-rati minimi ta’ tassazzjoni tal-enerġija applikabbli għal prodott ta’ enerġija kwalunkwe mhux se jkunu bbażati fuq il-volum ikkunsmat, iżda fuq il-kontenut enerġetiku tal-prodott (€/GJ). Fi kliem ieħor, kull prodott se jkun intaxxat skont il-kwantità ta’ enerġija li jippermetti li tinkiseb, ħaġa li tikkumpensa awtomatikament l-effiċjenza enerġetika.

Flimkien, il-parti tat-taxxa marbuta mas-CO2 u dik marbuta mal-enerġija se jiffurmaw ir-rata ta’ tassazzjoni ta’ prodott partikolari. L-Istati Membri se jkollhom il-libertà li jiffissaw ir-rati tagħhom stess, lil hinn mir-rati minimi imposti mill-UE, u li jfasslu l-istruttura tagħhom stess għat-tassazzjoni billi jirriproduċu r-relazzjoni li teżisti bejn il-livelli minimi ta’ tassazzjoni għas-sorsi differenti ta’ enerġija (il-prinċipju tal-“proporzjonalità” jew il-klawsola ta’ allinjament). Jistgħu, pereżempju, jiddeċiedu li ma jżidux il-parti tat-taxxa marbuta mal-kontenut enerġetiku lil hinn mir-rata minima u mhux il-parti marbuta mas-CO2, jew bil-kontra.

Fil-każ tat-tisħin domestiku, il-flessibilità li bħalissa għandhom l-Istati Membri biex jeżentaw ċerti prodotti (gass, karbonju u l-coke u l-elettriku) tiġi estiża għall-fjuwils kollha (inklużi ż-żjut minerali) sabiex jiġi żgurat trattament koerenti tal-prodotti tal-enerġija.

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-biedja, dan is-settur se jkompli jibbenefika minn rati mnaqqsa, iżda dawn ikunu subordinati għal objettivi ambjentali, b’mod li l-agrikultura stess tikkontribwixxi għall-isforzi maqsuma bil-ħsieb li jonqos il-konsum enerġetiku. Id-direttiva riveduta għandha tibda tapplika mill-2013, biex tiffunzjona parallelament mat-tielet fażi tal-ETS tal-UE.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Bħala prinċipju, ir-rapporteur tirrikonoxxi li l-proposta preżenti hija kontribut importanti għar-realizzazzjoni tal-istrateġija tal-UE “20-20-20” fil-materja ta' tnaqqis tal-emissjonijiet b'effett ta' serra.

Hija tinnota wkoll li fl-indirizzar ta’ kwistjoni daqshekk wiesgħa u kruċjali bħat-tassazzjoni tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea, il-kunsiderazzjoni tal-imperattivi fil-materja tal-politika dwar il-klima u dik ambjentali, indipendentement minn kemm ikunu meħtieġa, mhijiex suffiċjenti. Għall-Unjoni Ewropea, l-objettivi tal-politika tal-enerġija kif ukoll dawk tal-politika industrijali jikkostitwixxu kwistjonijiet delikati ta’ importanza ugwalment essenzjali. Madankollu jidher li dawn l-għanijiet ġew xi ftit oskurati tul il-proċess ta’ preparazzjoni tal-proposta għar-rieżami tad-direttiva. Għalhekk, huwa essenzjali li jinstab bilanċ tajjeb bejn il-preokkupazzjonijiet li jistgħu jkunu diverġenti jekk mhux kontra xulxin, sabiex l-affarijiet jimxu fid-direzzjoni t-tajba fil-livell tal-UE.

Ir-rapporteur hija wkoll tal-opinjoni li tkun ħaġa għaqlija li wieħed jiżgura approċċ konsistenti fil-kwistjonijiet varji kollha relatati mal-enerġija, li qed jiġu eżaminati bħalissa mill-entitajiet tal-UE. Sabiex l-aspetti kollha dwar it-tassazzjoni tal-enerġija jiġu trattati b’mod xieraq, għandu jiġi żgurat li l-passi li jittieħdu jkunu kompletament kompatibbli, bid-Direttiva dwar l-effiċjenza enerġetika (li fil-mument qed tiġi kkunsidrata minn kumitat ieħor tal-PE) u, b’mod aktar wiesa’, bl-ispinta qawwija ta’ politika Ewropea tal-enerġija li fil-parti l-kbira tagħha għad trid tiġi determinata. Madankollu, hemm possbilità kbira li din ix-xewqa tibqa’ fl-ajru, jew li bil-kemm tiġi kkunsidrata, ħaġa li tista’ tkun ta’ ħsara għall-koerenza tad-deċiżjonijiet.

B’mod ġenerali, ir-rapporteur tappoġġja l-approċċ tal-Kummissjoni f’termini ta’ metodoloġija: bl-intenzjoni li tiġi ntaxxata l-enerġija fuq bażi doppja, skont l-emissjonijiet tas-CO2 u l-kontenut tal-enerġija. Din is-sistema tidher fl-istess ħin iktar loġika u iktar konsistenti minn dik ta’ qabel. Ir-rapporteur tirrikonoxxi l-bażi soda tal-argumenti favur użu aħjar tas-sorsi tal-enerġija u ta’ rikors għall-enerġiji li jniġġsu l-inqas.

Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq is-CO2 ta’ EUR 20/t hija stmata li tiggarantixxi dħul fiskali ta’ EUR 20 biljun għat-totalità tal-pajjiżi tal-UE mis-sena 2020.

Madankollu, l-effett l-aktar tanġibbli tal-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni, jiġifieri minn naħa tassazzjoni fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-kontenut enerġetiku tal-prodott użat, u min-naħa l-oħra r-rispett mill-Istati Membri tal-prinċipju tal-“proporzjonalità" bejn il-limiti minimi ffissati fil-livell tal-UE, ikun iż-żieda sostanzjali fil-prezz tad-diżil fil-parti l-kbira tal-Istati Membri.

Filwaqt li jaċċetta l-prinċipju li r-rata minima għad-diżil għandha togħla, b’konformità mal-metodoloġija loġika u konsistenti li l-Kummissjoni bir-raġun qed tipproponi li tintroduċi, ir-rapporteur tqis li mhuwiex opportun li jinżamm il-prinċipju tal-“proporzjonalità” tale quale, meta jitqiesu l-effetti kunsiderevoli u distabilizzanti li dan inevitabbilment jipproduċi.

Fil-livell aktar istituzzjonali, ir-rapporteur tqis, qabel kollox, li r-rispett rigoruż tal-proporzjonalità min-naħa tal-Istati Membri jfisser intervent dirett fl-iffissar tar-rati tat-taxxa applikabbli għall-forom differenti ta’ enerġija fis-27 Stat Membru, filwaqt li sa issa tapplika r-regola tal-iffissar ta’ livelli ta’ limitu. Il-proposta attwali tikkostitwixxi, għalhekk, de facto, intervent importanti tal-UE fil-politiki fiskali nazzjonali.

Fil-livell tal-politika industrijali ġenerali, żieda qawwija fil-prezz tad-diżil f’numru kbir ta’ Stati Membri (biex jingħata eżempju, fil-Ġermanja ż-żieda tkun ta’ EUR 0.31/lt sal-2023) mhux se tonqos milli tikkawża ħafna iktar problemi milli tkun kapaċi ssolvi.

Minn perspettiva xjentifika ma jistax jiġi kkontestat il-fatt li l-prinċipju tat-termodinamika jagħti lill-mutur diżil vataġġi sinifikanti fil-konfront tal-mutur tal-petrol, partikolarment fir-rigward tal-prestazzjoni u l-effikaċja enerġetika. Esperjenzi reċenti jindikaw li l-kisba tal-mira tal-UE għal tnaqqis fl-emissjonijiet CO2 se tiddependi parzjalment minn żieda fl-użu akbar ta’ vetturi bil-mutur diżil.

Meta wieħed iqis, barra minn hekk, li l-Ewropa tgawdi vantaġġ ta’ kompetittività kunsiderevoli fir-rigward ta’ reġjuni oħra tad-dinja fir-rigward tal-iżvilupp tekonoloġiku tal-muturi diżil u li dan l-iżvilupp jiddependi minn riċerka ta’ livell għoli ħafna, li huwa wieħed mill-preġji tal-UE fil-konfront ta’ setgħat ekonomiċi oħra, ma jidhirx li huwa raġonevoli li l-indusrija tal-karozzi Ewropea, fi żmien meta qed tiffaċċja kompetittività iebsa minn pajjiżi terzi u problemi strutturali, ikollha taqla’ xokk distabilizzanti ta’ dan il-kobor.

Anki l-perjodu ta’ tranżizzjoni ffissat fuq perjodu ta’ għaxar snin sal-2023 mhuwiex biżżejjed biex itaffi l-effetti.

It-tielet argument sostantiv li jopponi l-prinċipju ta’ “proporzjonalità” jikkonċerna l-effett fuq il-prezzijiet għall-konsumatur. Ir-riskju ta’ inflazzjoni li jirriżulta miż-żieda qawwija fil-prezz ta’ ċerti fjuwils ma jistax jiġi injorat, partikolarment peress li l-Istati Membri mhumiex f’pożizzjoni, minħabba s-sitwazzjoni deplorevoli tal-finanzi pubbliċi, li jnaqqsu, pereżempju, ir-rata tat-taxxa fuq il-petrol.

Il-konsumaturi wkoll ikunu ppenalizzati, l-istess bħas-settur kollu tat-trasport, li jkollu jiffaċċja żieda kunsiderevoli tal-ispejjeż.

Peress li l-prezzijiet tal-enerġija huma s-sors prinċipali tal-inflazzjoni, ir-rapporteur tqis li kwalunkwe miżura li aktarx tgħolli l-prezzijiet għandha tiġi evitata.

Għall-istess raġunijiet, ir-rapporteur topponi bil-qawwa l-pjan propost li r-rati minimi ta’ tassazzjoni jiġu allinjati jew mal-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur jew iċ-ċaqliq fil-prezz tas-CO2. Ir-rapporteur tiskanta, barra minn hekk, f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni, li dejjem tkun pronta tuża l-istess argumenti biex tiddenunċja l-indiċizzazzjoni awtomatika tas-salarji, fejn dan għadu japplika, tagħmel il-proposta favur l-indiċizzazzjoni awtomatika tat-taxxi tal-enerġija. Huwa importanti li l-leġiżlaturi jżommu l-kontroll tat-teħid ta’ deċiżjonijiet hawnhekk. Sistema ta’ żieda awtomatika mhijiex xierqa.

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-proposti dwar fjuwils alternattivi bħal-LPG (gass tal-pitrolju likwifikat) u s-CNG (gass naturali kkumpressat), ir-rapporteur tirrikonoxxi li fl-interess tal-konsistenza l-istess rati ta’ tassazzjoni, ibbażati fuq il-kontenut enerġetiku u s-CO2, għandhom japplikaw għall-fjuwils kollha, inklużi dawn. Fi kliem ieħor, is-sistema ta’ tassazzjoni terġa’ tiddistribwixxi awtomatikament il-vantaġġi relattivi ta’ tipi varji ta’ fjuwil f’termini ta’ emissjonijiet tas-CO2, iżda l-ebda vantaġġ kompettittiv ieħor ma jingħata. Madankollu, peress li l-prodotti inkwistjoni attwalment huma intaxxati b’rata baxxa ħafna u jeħtieġ li jkun hemm ċertu żmien qabel ma dawn ikunu jistgħu jikkompetu b’mod effettiv mal-fjuwils tradizzjonali, minħabba l-ispejjeż tal-investimenti u l-infrastrutturi, qed jiġi propost li ż-żieda tat-taxxa minima tiġi limitata għal EUR 5.50/GJ mill-2015 ’l quddiem u li ma tiġix applikata ż-żieda intenzjonata ta’ EUR 9,60/GJ qabel l-2018. Din il-limitazzjoni taż-żieda tippermetti lill-fjuwils alternattivi jibbenefikaw minn vantaġġ li jeħtieġu biex tiġi żviluppata teknoloġija aktar ekonomika fl-enerġija.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (24.11.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku
(COM(2011)0169 – C7‑0105/2011 – 2011/0092(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Angelika Werthmann

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Tradizzjonalment, it-taxxi fuq l-enerġija ġew imposti għal diversi raġunijiet, b’mod partikolari biex jiżdied id-dħul u biex tkun influwenzata l-imġiba tal-konsumaturi lejn użu aktar effiċjenti tal-enerġija u lejn sorsi tal-enerġija aktar nodfa.

L-Istati Membri kollha tal-UE jimponu taxxi fuq l-enerġija, u dawn huma sa ċertu punt armonizzati fuq il-livell tal-UE. Wieħed mill-għanijiet speċifiċi tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija (ETD) tal-2003 li hija attwalment fis-seħħ kien li jipprevjeni distorsjonijiet fil-kompetizzjoni fis-settur tal-enerġija fis-suq intern.

Minn meta ġiet adottata l-ETD, il-qafas bażiku tal-politika nbidel radikalment (Kunsill Ewropew ta' Marzu 2008; Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, Novembru / Diċembru 2010 f'Kankun). Fl-oqsma tal-enerġija u tat-tibdil fil-klima, ġew definiti objettivi politiċi konkreti u ambizzjużi għall-perjodu sal-2020.

L-abbozz ta' proposta tal-Kummissjoni jipprova jirrikonċilja erba' oqsma differenti tat-tibdil tal-klima, l-effikaċità tal-enerġija, is-suq intern u l-promozzjoni tat-tkabbir u tal-impjiegi.

Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li t-tassazzjoni futura tinqasam f'żewġ komponenti: waħda abbażi tal-kontenut tas-CO2 u l-oħra abbażi tal-kontenut tal-enerġija.

Fil-kuntest tad-diskussjonijiet attwali dwar sistema futura possibbli ta' riżorsi proprji ġodda għall-UE [1], il-proposta tal-Kummissjoni ssir aktar importanti mill-aspett baġitarju, peress li t-taxxa tas-CO2 possibbli, tista' tintuża parzjalment għal dawn ir-riżorsi proprji futuri. Flimkien ma' din il-konnessjoni mal-baġit tal-UE, ir-rapporteur tikkunsidra wkoll li huwa importanti li jitqies l-impatt soċjali tal-proposta tal-Kummissjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) It-tassazzjoni relatata mas-CO2 tista' titqies ukoll bħala element possibbli ta' sistema futura tar-riżorsi proprji għall-baġit tal-Unjoni Ewropea bl-għan li jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u jsir kontribut għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Ġustifikazzjoni

Wieħed mill-miri oriġinali tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej kien diġà li l-Unjoni tkun finanzjata biss mir-riżorsi proprji. L-użu ta' parti mit-tassazzjoni relatata mas-CO2, flimkien ma' komponent ieħor possibbli, jista' jkun konformi ma' din il-bażi legali.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Eżenzjonijiet jew tnaqqis għall-benefiċċju tad-djar u organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali jistgħu jifformaw parti minn miżuri soċjali ddefiniti mill-Istati Membri. Il-possibbiltà li jkunu applikati tali eżenzjonijiet jew tnaqqis għandha, għal raġunijiet ta’ trattament ugwali bejn is-sorsi tal-enerġija, tkun estiża għall-prodotti tal-enerġija kollha użati bħala fjuwils tat-tisħin u l-elettriku. Sabiex ikun żgurat li l-impatt tagħhom fuq is-suq intern jibqa’ limitat, tali eżenzjoniiet u tnaqqis għandhom ikunu applikati biss għal attivitajiet mhux tan-negozju.

(17) Eżenzjonijiet jew tnaqqis għall-benefiċċju tad-djar b'introjtu baxx u organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali jistgħu jifformaw parti minn miżuri soċjali ddefiniti mill-Istati Membri. Il-possibbiltà li jkunu applikati tali eżenzjonijiet jew tnaqqis għandha, għal raġunijiet ta’ trattament ugwali bejn is-sorsi tal-enerġija, tkun estiża għall-prodotti tal-enerġija kollha użati bħala fjuwils tat-tisħin, elettriku u fjuwil tal-magni. Sabiex ikun żgurat li l-impatt tagħhom fuq is-suq intern jibqa’ limitat, tali eżenzjoniiet u tnaqqis għandhom ikunu applikati biss għal attivitajiet mhux tan-negozju.

Ġustifikazzjoni

F'termini tal-introjtu disponibbli, it-tassazzjoni futura proposta fuq is-sorsi tal-enerġija se timponi piż sproporzjonalment għoli fuq id-djar b'introjtu baxx meta mqabbla ma' dawk b'introjtu medju u għoli. Jidher li hu xieraq, fid-dawl tal-bżonnijiet ta' mobbiltà professjonali u privati , li l-possibiltà tal-eżenzjonijiet fiskali tkun estiża għall-fjuwils.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Kull ħames snin, u għall-ewwel darba sa qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi teżamina b’mod partikolari l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq fl-UE tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-ajru u bil-baħar. Il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa.

(28) Kull tliet snin, u għall-ewwel darba sa qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi teżamina b’mod partikolari l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq fl-UE tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-ajru u bil-baħar. Il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa. Il-Kummissjoni għandha wkoll tissorvelja s-suq sabiex tiżgura t-trasparenza tas-suq enerġetiku u li l-konsumaturi ma jintlaqtux ħażin minn abbużi fis-suq.

Ġustifikazzjoni

It-tassazzjoni relatata mas-CO2 jista' jkollha riperkussjonijiet ambjentali u fiskali estensivi fi ħdan l-Unjoni, għalhekk l-obbligu ta' rappurtar għandu jinkludi lill-Parlament. Sabiex tkun tista' tingħata gwida politika, il-perjodu tar-rappurtar għandu jitqassar.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) prodotti tal-enerġija użati bħala fjuwil tat-tisħin u l-elettriku jekk użat mid-djar u/jew mill-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta’ tali organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali, l-Istati Membri għandhom jirrestrinġu l-eżenzjoni jew it-tnaqqis għal użu għall-finijiet ta’ attivitajiet mhux tan-negozju. Meta jsir użu mħallat, it-tassazzjoni għandha tapplika bi proporzjon għal kull tip ta’ użu. Jekk użu huwa insinifikanti, dan jista’ jkun ittrattat bħala żero;

(h) prodotti tal-enerġija użati bħala fjuwil tat-tisħin, elettriku u fjuwil tal-magni, b'mod partikolari jekk użati mid-djar b'introjtu baxx u/jew mill-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta’ tali organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali, l-Istati Membri għandhom jirrestrinġu l-eżenzjoni jew it-tnaqqis għal użu għall-finijiet ta’ attivitajiet mhux tan-negozju. Meta jsir użu mħallat, it-tassazzjoni għandha tapplika bi proporzjon għal kull tip ta’ użu. Jekk użu huwa insinifikanti, dan jista’ jkun ittrattat bħala żero;

Ġustifikazzjoni

F'termini tal-introjtu disponibbli, it-tassazzjoni futura proposta fuq is-sorsi tal-enerġija se timponi piż sproporzjonalment għoli fuq id-djar b'introjtu baxx meta mqabbla ma' dawk b'introjtu medju u għoli. Jidher li hu xieraq, fid-dawl tal-bżonnijiet ta' mobbiltà professjonali u privati , li l-possibiltà tal-eżenzjonijiet fiskali tkun estiża għall-fjuwils.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Negozju li juża l-enerġija b’mod intensiv’ għandha tfisser entità tan-negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 11, fejn ix-xiri ta’ prodotti tal-enerġija u l-elettriku jammontaw għal mill-inqas 3.0 % tal-valur tal-produzzjoni jew fejn it-taxxa nazzjonali pagabbli fuq l-enerġija tammonta għal mill-inqas 0.5 % tal-valur miżjud. F’din id-definizzjoni, l-Istati Membri jistgħu japplikaw kunċetti iktar ristretti, li jinkludu d-definizzjonijiet tal-valur tal-bejgħ, tal-proċess u tas-settur.

Negozju li juża l-enerġija b’mod intensiv’ għandha tfisser entità tan-negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 11, fejn ix-xiri ta’ prodotti tal-enerġija u l-elettriku jammontaw għal mill-inqas 5.0 % tal-valur tal-produzzjoni jew fejn it-taxxa nazzjonali pagabbli fuq l-enerġija tammonta għal mill-inqas 0,5 % tal-valur miżjud. F’din id-definizzjoni, l-Istati Membri jistgħu japplikaw kunċetti iktar ristretti, li jinkludu d-definizzjonijiet tal-valur tal-bejgħ, tal-proċess u tas-settur.

Ġustifikazzjoni

Il-limitu ta' 3% huwa baxx wisq u jkun jinkludi wisq negozji. Il-burokrazija li tirriżulta minnu tkun sproporzjonata.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 21

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 29 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull ħames snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Kull tliet snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Ġustifikazzjoni

It-tassazzjoni relatata mas-CO2 jista' jkollha riperkussjonijiet ambjentali u fiskali estensivi fi ħdan l-Unjoni, allura l-obbligu tar-rappurtar għandu jinkludi l-Parlament. Sabiex tkun tista' tingħata gwida politika, il-perjodu tar-rappurtar għandu jitqassar.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

Referenzi

COM(2011)0169 – C7-0105/2011 – 2011/0092(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.5.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Angelika Werthmann

5.5.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Lajos Bokros, Andrea Cozzolino, Jean-Luc Dehaene, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Ivars Godmanis, Estelle Grelier, Carl Haglund, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Antonello Antinoro, Maria Da Graça Carvalho, Frédéric Daerden, Derk Jan Eppink, Paul Rübig, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Arnaud Danjean, Matthias Groote, Bernadette Vergnaud

  • [1]  COM(2011)500; Kunċett ta' riforma "Europe for Growth", Pubblikaturi Alain Lamassoure, Jutta Haug, Guy Verhofstadt

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (7.2.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku
(COM(2011)0169 – C7‑0105/2011 – 2011/0092(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Kathleen Van Brempt

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni timmira li tirrevedi d-Direttiva attwali dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija: billi taqsam ir-rata minima tat-tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija f'żewġ partijiet, jiġifieri tassazzjoni relatata mas-CO2 u tassazzjoni bbażata fuq il-kontenut tal-enerġija, se tippermetti li l-għanijiet tal-politika dwar it-tibdil fil-klima jintlaħqu aħjar u li s-suq intern għall-prodotti tal-enerġija jsir aktar ċar u ġust.

Il-proposta hija pass importanti fid-direzzjoni t-tajba; jiġifieri l-bidla tal-bażi għat-tassazzjoni mill-volum u l-piż għall-kontenut tas-CO2 u l-kontenut tal-enerġija hija waħda fundamentali, meħtieġa u b'bażi tajba. Madankollu, hemm raġunijiet biex wieħed jassumi li ċerti għanijiet mhux se jintlaħqu kompletament u li se jintilfu opportunitajiet biex jiżdied kemm jista' jkun il-kontribut lejn il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-titjib tal-kwalità ambjentali fl-UE u t-trasformazzjoni malajr f'ekonomija b'konsum baxx tal-karbonju.

Ir-Rapporteur għal opinjoni għalhekk tissuġġerixxi li temenda l-proposta tal-Kummissjoni, skont dawn il-prinċipji li ġejjin:

-          mezzi differenti ta' trasport privat għandhom jiġu trattati bl-istess mod sabiex tiżdied kemm jista' jkun l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż u jinħolqu kundizzjonijiet ta' parità, għalhekk għandha titneħħa l-esklużjoni tat-trasport bl-ajru u marittimu,

-          għall-istess raġunijiet, eżenzjonijiet għall-agrikoltura u l-forestrija għandhom jitneħħew,

-          it-tassazzjoni fuq l-enerġija se titlef il-funzjoni ta' tmexxija tagħha jekk ma taqbiżx l-inflazzjoni u ma tkunx marbuta mal-prezzijiet tas-CO2 fis-suq tal-ETS,

-          l-eżenzjoni tal-familji tneħħi l-inċentivi għall-effiċjenza enerġetika fid-djar iżda min-naħa l-oħra, l-inklużjoni tal-familji mingħajr mekkaniżmi ta' korrezzjoni soċjali, twassal għall-faqar enerġetiku, speċjalment għall-gruppi l-aktar vulnerabbli,

-          skont id-definizzjoni tagħha stess, il-bijomassa mhijiex newtrali f'termini ta' CO2.

Bħala konklużjoni, ir-Rapporteur tixtieq tappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni, peress li tikkostitwixxi pass importanti ħafna fid-direzzjoni t-tajba. Madankollu, tista' tagħti saħansitra riżultati aħjar, billi taċċetta ċerti aġġustamenti u tħassar ċerti esklużjonijiet u eżenzjonijiet.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda          1

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Għandha tiġi żgurata konsistenza ġenwina fi ħdan l-Unjoni Ewropea rigward it-tassazzjoni tad-diversi sorsi tal-enerġija, u għandu jiġi introdott qafas għat-tassazzjoni tal-enerġiji rinnovabbli.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Huwa meħtieġ li jkun żgurat li s-suq intern ikompli jiffunzjona kif jixraq fl-ambitu ta rekwiżiti ġodda relatati mal-limitazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għall-iffrankar tal-enerġija, kif approvat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 u tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008.

(2) Huwa meħtieġ li jkun żgurat li s-suq intern jiffunzjona bl-aktar mod favorevoli fl-ambitu ta' rekwiżiti ġodda relatati mal-limitazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għall-iffrankar tal-enerġija, kif approvat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 u tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Għandhom jitqiesu l-konsegwenzi prattiċi ta' ftehim ġdid tat-taxxa, b'mod partikolari fi żmien fejn l-Ewropa tinsab fi kriżi ekonomika u finanzjarja, li l-effetti u l-implikazzjonijiet tagħha għandhom jitkejlu. F'dan ir-rigward, id-data miġbura matul l-istudju tal-impatt għandha tiġi aġġornata.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) It-tassazzjoni relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 tista’ tkun mezz li jkun ta’ benefiċċju mil-lat tal-ispejjeż għall-Istati Membri biex jiksbu t-tnaqqis tal-gassijiet serra meħtieġ skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 fir-rigward ta’ sorsi mhux koperti mill-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE. Minħabba l-irwol potenzjali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern jirrikjedi regoli komuni dwar dik it-tassazzjoni.

(3) It-tassazzjoni relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 tista’ tkun mezz effettiv għall-Istati Membri biex irawmu mġiba ambjentalment sostenibbli fost il-konsumaturi u s-setturi li jniġġsu u biex jiksbu t-tnaqqis tal-gassijiet serra meħtieġ skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 fir-rigward ta’ sorsi mhux koperti mill-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE. Minħabba r-rwol potenzjali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern jirrikjedi regoli komuni dwar dik it-tassazzjoni. Madanakollu, fit-tfassil ta' tali regoli fiskali, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ma tintilifx is-sempliċità tas-sistema fiskali fuq il-konsum jew jiżdied il-piż amministrattiv fir-rigward tat-taxxi fuq il-konsum. Barra minn hekk, taxxa relatata mas-CO2 ma għandhiex iżżid il-prezzijiet tal-enerġija sostanzjalment, peress li tali żieda fil-prezz se jkollha effetti negattivi fuq il-kompetittività ekonomika tal-Unjoni u fuq is-setgħa tax-xiri tal-konsumaturi.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Għaldaqstant, għandha ssir dispożizzjoni għat-tassazzjoni tal-enerġija biex din tkun tikkonsisti minn żewġ komponenti, it-tassazzjoni relatata mas-CO2 u t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Sabiex it-tassazzjoni tal-enerġija tadatta għat-tħaddim tal-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu mitlubin jiddistingwu b’mod espliċitu bejn dawn iż-żewġ komponenti. Dan jippermetti wkoll it-trattament distint tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmula minn bijomassa.

(5) Għaldaqstant, għandha ssir dispożizzjoni għat-tassazzjoni tal-enerġija biex din tkun tikkonsisti minn żewġ komponenti, it-tassazzjoni relatata mas-CO2 u t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Sabiex it-tassazzjoni tal-enerġija tadatta għat-tħaddim tal-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu mitlubin jiddistingwu b’mod espliċitu bejn dawn iż-żewġ komponenti. Dan jippermetti wkoll it-trattament distint tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmula minn bijomassa, sakemm jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà stipulati fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli1.

 

1 ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fl-interess tan-newtralità fiskali, għandhom japplikaw l-istess livelli minimi ta’ tassazzjoni għal kull komponent tat-tassazzjoni tal-enerġija, għall-prodotti tal-enerġija kollha li jintużaw għal skop partikolari. Meta l-livelli minimi tat-tassazzjoni huma hekk preskritti, l-Istati Membri għandhom, anki għal raġunijiet ta’ newtralità fiskali, jiżguraw livelli ugwali ta’ tassazzjoni nazzjonali fuq il-prodotti kollha kkonċernati. Meta jkun meħtieġ, għandhom jiġu previsti perjodi ta’ transizzjoni għall-finijiet ta’ ugwaljanza ta’ dawk il-livelli.

(8) Fl-interess tan-newtralità fiskali, għandhom japplikaw l-istess livelli minimi ta’ tassazzjoni għal kull komponent tat-tassazzjoni tal-enerġija, għall-prodotti tal-enerġija kollha li jintużaw għal skop partikolari. Meta l-livelli minimi tat-tassazzjoni huma hekk preskritti, l-Istati Membri għandhom, anki għal raġunijiet ta’ newtralità fiskali, jiżguraw livelli ugwali ta’ tassazzjoni nazzjonali fuq il-prodotti kollha kkonċernati. Fejn meħtieġ, għandhom jiġu previsti perjodi ta’ tranżizzjoni għall-finijiet ta’ ugwaljanza ta’ dawk il-livelli li jqisu kif xieraq l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-livelli minimi ta’ tassazzjoni relatata mas-CO2 għandhom ikunu ffissati fid-dawl tal-miri nazzjonali għall-Istati Membri kif stabbilit fid-Deċiżjoni 406/2009/KE dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020. Minħabba li dik id-Deċiżjoni tirrikonoxxi li l-isforzi biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra għandhom jiġu distribwiti b’mod ġust bejn l-Istati Membri, għandhom jiġu stabbiliti perjodi ta’ tranżizzjoni għal ċerti Stati Membri.

(9) Il-livelli minimi ta’ tassazzjoni relatata mas-CO2 għandhom ikunu ffissati fid-dawl tal-miri nazzjonali għall-Istati Membri kif stabbilit fid-Deċiżjoni 406/2009/KE dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020. Minħabba li dik id-Deċiżjoni tirrikonoxxi li l-isforzi biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra għandhom jiġu distribwiti b’mod ġust bejn l-Istati Membri, għandhom jiġu stabbiliti perjodi ta’ tranżizzjoni

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Fir-rigward tal-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw livell aktar baxx ta tassazzjoni għall-użu kummerċjali milli għall-użu mhux kummerċjali tan-nafta bħala fjuwil tal-karozzi, din id-dispożizzjoni tkun tidher li mhijiex aktar kompatibbli mar-rekwiżit li titjieb l-effiċjenza tal-enerġija u l-ħtieġa li jkun indirizzat l-impatt ambjentali li qiegħed jikber u għaldaqstant għandha titħassar. L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2003/96/KE jawtorizza lil ċerti Stati Membri sabiex japplikaw rata mnaqqsa fuq in-nafta tat-tisħin. Dik id-dispożizzjoni m'għadhiex kompatibbli mat-tħaddim kif jixraq tas-suq intern u mal-objettivi usa’ tat-Trattat. Għaldaqstant għandha titħassar.

(13) Il-possibilità li l-Istati Membri japplikaw livell aktar baxx ta' tassazzjoni għall-użu kummerċjali tan-nafta milli għall-użu mhux kummerċjali tan-nafta bħala fjuwil tal-karozzi għandha tinżamm. L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2003/96/KE jawtorizza lil ċerti Stati Membri sabiex japplikaw rata mnaqqsa fuq in-nafta tat-tisħin. Dik id-dispożizzjoni m'għadhiex kompatibbli mat-tħaddim kif jixraq tas-suq intern u mal-objettivi usa’ tat-Trattat. Għaldaqstant għandha titħassar.

Ġustifikazzjoni

Il-possibilità li l-Istati Membri japplikaw livell aktar baxx ta' tassazzjoni għall-użu kummerċjali taż-żejt tal-gass bħala fjuwil tal-karozzi għandha tinżamm, peress li attwalment l-ebda fjuwil alternattiv m'huwa disponibbli għall-użu fit-trasport kummerċjali.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti l-applikazzjoni ta’ rati ddifferenzjati ta’ tassazzjoni f’ċerti każijiet. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-konsistenza tas-sinjal tal-prezz tas-CO2, il-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddifferenzjaw ir-rati nazzjonali għandha tkun ristretta għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Barra minn hekk, il-possibbiltà li jkun applikat livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-fjuwil tal-karozzi użat mit-taxis mhijiex aktar kompatibbli mal-objettiv tal-politiki li jippromwovu l-fjuwils alternattivi u t-trasportaturi tal-enerġija u l-użu ta’ vetturi aktar nodfa fit-trasport urban u għaldaqstant għandha titneħħa.

(15) L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti l-applikazzjoni ta’ rati ddifferenzjati ta’ tassazzjoni f’ċerti każijiet. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-konsistenza tas-sinjal tal-prezz tas-CO2, il-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddifferenzjaw ir-rati nazzjonali għandha tkun ristretta għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Barra minn hekk, il-possibbiltà li jkun applikat livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-fjuwil tal-karozzi miż-żejt użat mit-taxis mhijiex aktar kompatibbli mal-objettiv tal-politiki li jippromwovu l-fjuwils alternattivi u t-trasportaturi tal-enerġija u l-użu ta’ vetturi aktar nodfa fit-trasport urban u għaldaqstant għandha titneħħa.

Ġustifikazzjoni

Il-gass naturali/il-bijometan huwa l-alternattiv għal fjuwils li ġejjin miż-żejt u għandu b'mod partikolari emissjonijiet baxxi ta' sustanzi tossiċi jew li jikkaġunaw il-kanċer, ftit li xejn emissjonijiet tal-partiċelli, l-ebda emissjoni tal-idrokarburi reattivi, emissjonijiet NOx imnaqqsa, kif ukoll livell tal-istorbju aktar baxx, li jagħmlu fjuwil ideali għall-karozzi f'żoni urbani. Ir-rappor tal-Grupp ta' Esperti dwar il-Fjuwils Futuri għat-Trasport mill-25 ta' Jannar 2011 jiddikkjara li l-metan għandu jiġi promoss bħala wieħed mill-alternattivi prinċipali fit-trasport urban.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Eżenzjonijiet jew tnaqqis għall-benefiċċju tad-djar u organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali jistgħu jifformaw parti minn miżuri soċjali ddefiniti mill-Istati Membri. Il-possibbiltà li jkunu applikati tali eżenzjonijiet jew tnaqqis għandha, għal raġunijiet ta’ trattament ugwali bejn is-sorsi tal-enerġija, tkun estiża għall-prodotti tal-enerġija kollha użati bħala fjuwils tat-tisħin u l-elettriku. Sabiex ikun żgurat li l-impatt tagħhom fuq is-suq intern jibqa’ limitat, tali eżenzjoniiet u tnaqqis għandhom ikunu applikati biss għal attivitajiet mhux tan-negozju.

(17) Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex il-familji li ntlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi finanzjarja u ekonomika, fejn xi wħud minnhom sabu ruħhom f'sitwazzjoni ta' nuqqas ta' sigurtà soċjali u ta' faqar fil-kuntest tal-enerġija minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi estremi, ma jiġux penalizzati ulterjorment minn żieda fil-piż fiskali. Eżenzjonijiet jew tnaqqis għall-benefiċċju tad-djar u organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali jistgħu jifformaw parti minn miżuri soċjali ddefiniti mill-Istati Membri. Il-possibbiltà li jkunu applikati tali eżenzjonijiet jew tnaqqis għandha, għal raġunijiet ta’ trattament ugwali bejn is-sorsi tal-enerġija, tkun estiża għall-prodotti tal-enerġija kollha użati bħala fjuwils tat-tisħin u l-elettriku. Sabiex ikun żgurat li l-impatt tagħhom fuq is-suq intern jibqa’ limitat, tali eżenzjoniiet u tnaqqis għandhom ikunu applikati biss għal attivitajiet mhux tan-negozju.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fil-każ tal-gass tal-pitrolju likwifikat (LPG) u l-gass naturali użati bħala propellanti, il-vantaġġi f’forma ta’ livelli minimi aktar baxxi ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija jew il-possibbiltà li dawk il-prodotti tal-enerġija jkunu eżentati mit-tassazzjoni mhumiex aktar iġġustifikati, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li jiżdied is-sehem tas-suq tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu u għandhom għaldaqstant jitneħħew fuq medda medja ta’ żmien.

(18) Fil-każ tal-gass tal-pitrolju likwifikat (LPG) użat bħala fjuwil tal-magni, il-vantaġġi f’forma ta’ livelli minimi aktar baxxi ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija jew il-possibbiltà li dan il-prodott tal-enerġija jkunu eżentati mit-tassazzjoni mhumiex aktar iġġustifikati, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li jiżdied is-sehem tas-suq tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu u għandhom għaldaqstant jitneħħew fuq medda medja ta’ żmien. Fil-każ tal-gass naturali u l-bijometan użati bħala fjuwils tal-magni, vantaġġi fil-forma ta' livelli minimi aktar baxxi fit-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija jew il-possibbiltà li dawn il-prodotti enerġetiċi ma jiġux intaxxati għandhom jitneħħew biss wara valutazzjoni, li għandha ssir mill-Kummissjoni sal-2023, dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-livell ta' tassazzjoni applikabbli għall-gass naturali fit-trasport bit-triq. Dik il-valutazzjoni għandha, inter alia, teżamina l-progress fid-disponibilità tal-gass naturali u tal-bijometan, it-tkabbir tan-netwerk tal-istazzjonijiet għar-riforniment tal-fjuwil fl-Ewropa, is-sehem tas-suq ta' vetturi li jużaw il-gass naturali fl-Unjoni, l-innovazzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi tal-bijometan bħala fjuwil tat-trasport, il-valur reali tal-livell minimu ta' tassazzjoni

Ġustifikazzjoni

Il-bijometan huwa wieħed mill-pilastri ewlenin biex jintlaħqu l-miri li sal-2020, 10% tal-fjuwil kollu użat ikun bijofjuwil L-iżvilupp tal-bijometan huwa marbut ma' dak tal-vetturi li jaħdmu bil-gass naturali u għalhekk trattament fiskali favorevoli li jippermetti l-iżvilupp ta' infrastruttura għar-riforniment tal-metan. Il-metan, l-alternattiv disponibbli għall-fjuwils li ġejjin miż-żejt, għandu livelli baxxi ħafna ta' NMHC, PM u NOX u l-użu tiegħu jtejjeb il-kwalità tal-arja urbana u jnaqqas il-livell tal-istorbju u tas-CO2. "Klawsola ta 'rieżami" hija l-istrument leġiżlattiv it-tajjeb biex jiġi evalwat il-bżonn li jinżamm trattament fiskali favorevoli għal fjuwils alternattivi, anke fid-dawl tal-iżvilupp ta' fjuwils gassużi minn sorsi rinnovabbli.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Sabiex jinkiseb it-tnaqqis fil-mira ta' 60% tal-emissjonijiet tat-trasport sal-2050, kif indikat fil-White Paper tal-Kummissjoni intitolata "Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport - Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti" permezz tal-mira li "[j]itnaqqas bin-nofs sal-2030 l-użu fit-trasport urban ta' karozzi li jimxu bil-'fjuwil konvenzjonali", l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu u tal-elettriku, indikati bħala l-alternattivi prinċipali li jistgħu jissostitwixxu ż-żejt bħala fjuwil tat-trasport fir-Rapport dwar il-Fjuwils Futuri tat-Trasport imħejji mill-Grupp ta' Esperti dwar fjuwils alternattivi, immexxi mid-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport tal-Kummissjoni u ppreżentat mill-Kummissjoni fil-25 ta' Jannar 2011, għandu jiġi promoss aktar. Peress li l-leġiżlazzjoni tal-UE, bħal-linji gwida l-ġodda tat-TEN-T qiegħda tinkludi dejjem aktar appoġġ għall-integrazzjoni ta' teknoloġiji għall-fjuwil tat-trasport b'livell baxx tal-karbonju, u tinħtieġ ħarsa aktar profonda tal-impatt, attwali u futur, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-Ambjent u l-Enerġija dwar il-qlib għall-użu ta' fjuwils alternattivi bħall-idroġenu u l-elettriku fis-sistema Ewropea tal-enerġija u t-trasport. Il-proposta tal-Kummissjoni li kellha tiġi ppreżentata sal-31 ta' Diċembru 2011, għal metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribut tal-idroġenu li joriġina minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-fjuwil totali, kif imsemmi fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE għandha tiġi akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt tal-bidliet proposti fid-Direttiva 2003/96/KE biex jiġi promoss l-użu tal-idroġenu rinnovabbli bħala fjuwil tat-trasport nadif u effikaċi f' termini ta' enerġija.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti lill-Istati Membri japplikaw għax-xogħlijiet tal-agrikoltura, l-ortikoltura u l-pixxikoltura kif ukoll għall-forestrija mhux biss id-dispożizzjoijiet ġenerali applikabbli għan-negozji iżda wkoll livell ta’ tassazzjoni li jinżel għal żero. Eżami ta’ dik l-għażla wera li safejn hija kkonċernata t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, iż-żamma tagħha tkun kontra l-objettivi tal-politika usa’ tal-Unjoni sakemm ma tkunx marbuta ma’ kontraparti li tiżgura l-avvanzi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija. Fir-rigward tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 it-trattament tas-setturi kkonċernati għandu jkun allinjat mar-regoli li japplikaw għas-setturi industrijali.

(20) L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti lill-Istati Membri japplikaw għax-xogħlijiet tal-agrikoltura, l-ortikoltura u l-pixxikoltura kif ukoll għall-forestrija mhux biss id-dispożizzjoijiet ġenerali applikabbli għan-negozji iżda wkoll livell ta’ tassazzjoni li jinżel għal żero. Fir-rigward ta' tassazzjoni relatata mas-CO2 it-trattament tas-setturi kkonċernati għandhom jikkunsidraw id-daqs u l-eżitu tar-riżervi. Fis-settur tal-agrikoltura, tali tassazzjoni għandha tkun ibbażata wkoll fuq il-kapaċità tal-qbid tal-karbonju, bħal dik offruta mill-mergħat permanenti.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Ir-regoli ġenerali introdotti minn din id-Direttiva jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmulin minn bijomassa li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE fir-rigward kemm tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-bilanċ tas-CO2 kif ukoll għall-kontentut tal-enerġija aktar baxx għal kull unità kwantitattiva, kif imqabbla ma’ wħud mill-fjuwils tal-fossili li jikkompetu magħhom. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2003/96/KE li jawtorizzaw it-tnaqqis jew l-eżenjonijiet għal dawk il-fjuwils għandhom jitneħħew fuq medda medja ta’ żmien. Għall-perjodu interim, għandu jkun żgurat li l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet issir konsistenti mar-regoli ġenerali introdotti permezz ta' din id-Direttiva. Għalhekk, il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE għandhom jibbenefikaw minn vantaġġi addizzjonali tat-taxxa biss jekk ikunu jissodisfaw il-kriterji dwar is-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva.

(21) Ir-regoli ġenerali introdotti minn din id-Direttiva jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmulin minn bijomassa li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE fir-rigward kemm tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-bilanċ tas-CO2 kif ukoll għall-kontentut tal-enerġija aktar baxx għal kull unità kwantitattiva tal-bijofjuwils likwidi, kif imqabbla ma’ wħud mill-fjuwils tal-fossili li jikkompetu magħhom. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2003/96/KE li jawtorizzaw it-tnaqqis jew l-eżenjonijiet għal dawk il-fjuwils għandhom jitneħħew fuq medda medja ta’ żmien. Għall-perjodu interim, għandu jkun żgurat li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet issir konsistenti mar-regoli ġenerali introdotti permezz ta' din id-Direttiva. Għalhekk, il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE għandhom jibbenefikaw minn vantaġġi addizzjonali tat-taxxa biss jekk ikunu jissodisfaw il-kriterji dwar is-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva. Fil-każ tal-bijometan, il-kontenut tal-enerġija għal kull unità kwantitattiva huwa l-istess bħal dak tal-gass naturali. Minħabba l-fatt li l-bijometan injettat fin-netwerk tal-gass naturali jgħin biex jiżdied is-sehem ta' sorsi rinnovabbli, il-bijometan għandu jkun eżenti mit-taxxa fir-rigward tas-CO2 u l-kontenut tal-enerġija, sakemm dan ikun prodott skont il-kriterji ta' sostenibbiltà stipulati fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE.

Ġustifikazzjoni

Il-bijometan huwa wieħed mill-pilastri ewlenin biex tintlaħaq il-mira obbligatorja li sal-2020, 10% tal-fjuwil kollu użat fit-trasport ikun bijofjuwil Ma hemm l-ebda limitazzjoni għat-taħlit tal-gass naturali u l-bijometan bis-saħħa tal-istess kompożizzjoni molekolari. Dawn il-fjuwils jirrappreżentaw l-unika alternattiva disponibbli b'emissjonijiet baxxi minflok fjuwils li ġejjin miż-żejt. Għalhekk il-bijometan jeħtieġ li jkun eżenti mill-piż tat-taxxa relatat mal-enerġija u s-CO2. Il-persentaġġ tal-bijometan injettat fin-netwerk tal-gass naturali se jitnaqqas mit-total tat-taxxa relatat mal-gass naturali.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Kull ħames snin, u għall-ewwel darba sa qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi teżamina b’mod partikolari l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq fl-UE tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-ajru u bil-baħar. Il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa.

(28) Kull tliet snin, u għall-ewwel darba sa qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi teżamina b’mod partikolari l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq fl-UE tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-ajru u bil-baħar. Il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"1a. Qabel il-31 ta' Diċembru 2012 il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sabiex tinkludi rata minima tat-taxxa għal vireg tal-kombustibbli nukleari użati għall-produzzjoni tal-elettriku f'din id-Direttiva u biex iżżid il-vireg tal-kombustibbli nukleari mal-prodotti tal-enerġija stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu."

Ġustifikazzjoni

Din ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija ma tindirizzax il-kwistjoni tal-kombustibbli nukleari. Madankollu, l-aspetti esterni assoċjati mal-użu tal-enerġija nukleari, ir-riskju potenzjali f'każ li jseħħ inċident nukleari, u r-rekwiżit għal kundizzjonijiet ta' parità bejn is-sorsi enerġetiċi differenti, kollha jiġġustifikaw l-inklużjoni ta' rata minima tat-taxxa fuq il-vireg tal-kombustibbli nukleari fid-Direttiva. Din ir-rata minima tat-taxxa għandha tikkorrispondi mal-vantaġġ finanzjarju li għandha l-enerġija nukleari minħabba ż-żieda tal-prezzijiet tal-elettriku li jirriżultaw mill-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 3 – punt (b) – it-tieni inċiż

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

użu doppju ta' prodotti ta' enerġija

l-industriji b'intensità għolja ta' enerġija u l-użu doppju tal-prodotti tal-enerġija

Ġustifikazzjoni

Jaqbel li jiġi speċifikat fid-Direttiva li ma għandhiex tapplika għall-industriji li jużaw ħafna enerġija, u b'hekk jiġi żgurat li d-Direttiva tittratta s-setturi kollha li jużaw ħafna enerġija bl-istess mod.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4 – punt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet, differenzjazzjonijiet u tnaqqis previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta livelli minimi ugwali ta’ tassazzjoni huma stabbiliti fl-Anness I fir-rigward ta’ użu speċifiku, livelli ugwali ta’ tassazzjoni huma stabbiliti għal prodotti li jintużaw għal dak l-użu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1)(i), għall-fjuwils tal-karozzi msemmija fl-Anness I Tabella A, dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

3. Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet, differenzjazzjonijiet u tnaqqis previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta livelli minimi ugwali ta’ tassazzjoni huma stabbiliti fl-Anness I fir-rigward ta’ użu speċifiku, livelli ugwali ta’ tassazzjoni huma stabbiliti għal prodotti li jintużaw għal dak l-użu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1)(i), għall-fjuwils tal-karozzi msemmija fl-Anness I Tabella A, dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023. Id-derogi previsti fl-Artikolu 7 għandhom japplikaw għat-trasport kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

Il-possibilità li l-Istati Membri japplikaw livell aktar baxx ta' tassazzjoni għall-użu kummerċjali taż-żejt tal-gass bħala fjuwil tal-karozzi għandha tinżamm, peress li attwalment l-ebda fjuwil alternattiv m'huwa disponibbli għall-użu fit-trasport kummerċjali.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4 – punt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ tal-gass naturali u l-bijometan bħala fjuwil tal-magni, livelli minimi ta' tassazzjoni aktar għoljin fuq il-konsum ġenerali tal-enerġija għandhom japplikaw biss wara valutazzjoni, li trid issir mill-Kummissjoni sal-2023, dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-livell ta' tassazzjoni applikabbli għall-gass naturali fit-trasport bit-triq. Dik il-valutazzjoni għandha, inter alia, teżamina l-progress fid-disponibilità tal-gass naturali u tal-bijometan, it-tkabbir tan-netwerk tal-istazzjonijiet għar-riforniment tal-fjuwil fl-Ewropa, is-sehem tas-suq ta' vetturi li jużaw il-gass naturali fl-Unjoni, l-innovazzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi tal-bijometan bħala fjuwil tat-trasport u l-valur reali tal-livell minimu ta' tassazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-gass naturali u l-bijometan jistgħu jintużaw fil-magni ta' kombustjoni interna eżistenti bl-ebda limitazzjoni għal taħlit. Il-bijometan huwa wieħed mill-pilastri ewlenin biex tintlaħaq il-mira obbligatorja li sal-2020, 10% tal-fjuwil kollu użat fit-trasport ikun bijofjuwil L-iżvilupp tal-bijometan huwa marbut ma' dak tal-Vetturi li jaħdmu bil-Gass Naturali u għalhekk trattament fiskali favorevoli li jippermetti l-iżvilupp ta' infrastruttura għar-riforniment tal-metan. Il-metan, l-alternattiv disponibbli għall-fjuwils li ġejjin miż-żejt, għandu livelli baxxi ħafna ta' NMHC, PM u NOX u l-użu tiegħu jtejjeb il-kwalità tal-arja urbana u jnaqqas il-livell tal-istorbju u tas-CO2.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 5 – it-tielet inċiż

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– għall-użi li ġejjin: it-trasport pubbliku lokali tal-passiġġieri (minbarra t-taxis), il-ġbir tal-iskart, il-forzi armati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-persuni b’diżabilità, l-ambulanzi;”

– għall-użi li ġejjin: it-trasport pubbliku lokali tal-passiġġieri (minbarra t-taxis li jaħdmu b'fjuwils li ġejjin miż-żejt), il-ġbir tal-iskart, il-forzi armati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-persuni b’diżabilità, l-ambulanzi;”

Ġustifikazzjoni

Il-gass naturali/bijometan huwa l-alternattiv għal fjuwils li ġejjin miż-żejt u għandu b'mod partikolari emissjonijiet baxxi ta' sustanzi tossiċi jew li jikkaġunaw il-kanċer, ftit li xejn emissjonijiet tal-partiċelli, l-ebda emissjoni tal-idrokarburi reattivi, emissjonijiet NOx imnaqqsa, kif ukoll livell tal-istorbju aktar baxx, li jagħmlu fjuwil ideali għall-karozzi f'żoni urbani. Ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti dwar il-Fjuwils Futuri għat-Trasport mill-25 ta' Jannar 2011 jiddikjara li l-metan għandu jiġi promoss bħala wieħed mill-alternattivi prinċipali fit-trasport urban.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013, mill-1 ta’ Jannar 2015 u mill-1 ta’ Jannar 2018, il-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tal-magni għandhom ikunu ffissati kif stipulat fl-Anness I, Tabella A.

1. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013, mill-1 ta’ Jannar 2015 u mill-1 ta’ Jannar 2018, il-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tal-magni għandhom ikunu ffissati kif stipulat fl-Anness I, Tabella A.

 

2. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn nafta kummerċjali u mhux kummerċjali.

 

"Iż-żejt tal-gass użat bħala propellant" tfisser żejt tal-gass użat bħala propellant għall-finijiet li ġejjin:

 

(a) għat-trasport ta' oġġetti għal terzi jew għall-kont proprju, permezz ta' vettura bil-magna jew kombinazzjoni ta' vettura artikulata maħsuba esklussivament għat-trasport tal-merkanzija bit-triq,

 

(b) għat-trasport tal-passiġġieri, jew b'servizz regolari jew b'servizz okkażjonali, permezz ta' vettura bil-magna.

 

3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-possibbiltà għat-trasportaturi kummerċjali li japplikaw sistema differenti għar-rendikont tat-taxxa.

Ġustifikazzjoni

Il-possibilità li l-Istati Membri japplikaw livell aktar baxx ta' tassazzjoni għall-użu kummerċjali taż-żejt tal-gass bħala fjuwil tal-karozzi għandha tinżamm, peress li attwalment l-ebda fjuwil alternattiv m'huwa disponibbli għall-użu fit-trasport kummerċjali.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 11 – punt a – punt iii

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti rmiġġati fil-portijiet.

(e) l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti rmiġġati fil-portijiet.

Ġustifikazzjoni

Investimenti fil-portijiet u l-vapuri li jippermettu lill-bastimenti jaqbdu mal-elettriku huma sostanzjali, għalhekk m'għandux ikun hemm data finali għall-eżenzjoni jekk irridu li jkun hemm aktar inizjattivi ta' dan it-tip fil-portijiet Ewropej tagħna fis-snin li ġejjin. L-investimenti jkunu ostakolati jekk ikun hemm theddid li mill-2012 dan l-elettriku jiġi intaxxat.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) prodotti tal-enerġija użati bħala fjuwil tat-tisħin u l-elettriku jekk użat mid-djar u/jew mill-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta’ tali organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali, l-Istati Membri għandhom jirrestrinġu l-eżenzjoni jew it-tnaqqis għal użu għall-finijiet ta’ attivitajiet mhux tan-negozju. Meta jsir użu mħallat, it-tassazzjoni għandha tapplika bi proporzjon għal kull tip ta’ użu. Jekk użu huwa insinifikanti, dan jista’ jkun ittrattat bħala żero;

(h) prodotti tal-enerġija użati bħala fjuwil tat-tisħin u l-elettriku jekk użat mid-djar u/jew mill-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta’ tali organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali, l-Istati Membri għandhom jirrestrinġu l-eżenzjoni jew it-tnaqqis għal użu għall-finijiet ta’ attivitajiet mhux tan-negozju.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) Sal-1 ta’ Jannar 2023, il-gass naturali u l-LPG użati bħala propellanti;

(i) sal-1 ta’ Jannar 2023, il-gass naturali, il-bijometan u l-LPG użati bħala fjuwils tal-magni mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29, subparagrafu 3a;

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i a (ġdid)

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt m (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"(m) L-LPG użat bħala fjuwil biex isaħħan, inkluż permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(3) ta' din id-Direttiva; "

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li japplikaw derogi mil-livelli minimi ta' sisa stabbiliti u mill-prinċipju tan-newtralità fiskali msemmija fil-paragrafu 4(3). Id-derogi huma ġustifikati mir-rwol ambjentali tal-LPG (f'termini ta' tnaqqis tas-CO2 meta mqabbel ma' fjuwils tradizzjonali oħra) u permezz tar-rwol soċjali tiegħu, li permezz tiegħu l-enerġija tista' tiġi provduta għall-użu primarju taċ-ċittadini (għat-tisħin, it-tisjir u t-tisħin tal- ilma) f'żoni marġinali (żoni li m'għandhomx popolazzjoni iffullata, żoni rurali jew muntanjużi u gżejjer).

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw livell ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija ’l isfel sa żero fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għall-agrikoltura, l-ortikultura, xogħlijiet akwakulturali u fil-forestrija. Il-benefiċjarji għandhom ikunu soġġetti għal arranġamenti li jridu jwasslu għal effiċjenza akbar tal-enerġija ekwivalenti b’mod wiesa’ għal dawk li setgħu inkisbu kieku r-rati minimi standard tal-Unjoni kienu ġew osservati.”

3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw livell ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija ’l isfel sa żero fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għall-agrikoltura, l-ortikultura, xogħlijiet akwakulturali u fil-forestrija.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13a* – punt a – punt ia (ġdid)

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

 

 

 

 

 

 

 

__________________

"Fil-każ ta' bijometan, il-kontenut tal-enerġija għal kull unità kwantitattiva huwa l-istess bħal dak tal-gass naturali. Minħabba l-fatt li l-bijometan injettat fin-netwerk tal-gass naturali jgħin biex jiżdied is-sehem ta' sorsi rinnovabbli, il-bijometan għandu jkun eżenti mit-taxxa fir-rigward tas-CO2 u l-kontenut tal-enerġija, sakemm dan ikun prodott skont il-kriterji ta' sostenibbiltà stipulati fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE."

* Wara l-Artikolu 1, punt 13, il-proposta tal-Kummissjoni għandha b'mod inkorrett in-numru "(1)" flok il-punt 14.

 

Ġustifikazzjoni

Il-bijometan huwa wieħed mill-pilastri ewlenin biex tintlaħaq il-mira obbligatorja li sal-2020, 10% tal-fjuwil kollu użat fit-trasport ikun bijofjuwil Ma hemm l-ebda limitazzjoni għat-taħlit tal-gass naturali u l-bijometan bis-saħħa tal-istess kompożizzjoni molekolari. Dawn il-fjuwils jirrappreżentaw l-unika alternattiva disponibbli b'emissjonijiet baxxi minflok fjuwils li ġejjin miż-żejt. Għalhekk il-bijometan jeħtieġ li jkun eżenti mill-piż tat-taxxa relatat mal-enerġija u s-CO2. Il-persentaġġ tal-bijometan injettat fin-netwerk tal-gass naturali se jitnaqqas mit-total tat-taxxa relatat mal-gass naturali.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 21

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 29 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull ħames snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Kull tliet snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Ġustifikazzjoni

Sabiex inkunu nistgħu ninkorporaw malajr evoluzzjonijiet ġodda u żviluppi teknoloġiċi u biex inkunu nistgħu nissorveljaw l-evoluzzjonijiet fis-suq tal-karbonju, il-livelli ta' tassazzjoni għandhom jiġu verifikati għal modifiki possibbli kull tliet snin.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 21

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 29 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sal-2023 il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Kunsill valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-livell ta' tassazzjoni applikabbli għall-gass naturali fit-trasport bit-triq u proposta għall-emenda tagħha. Dik il-valutazzjoni għandha, inter alia, teżamina l-progress fid-disponibilità tal-gass naturali u tal-bijometan, it-tkabbir tan-netwerk tal-istazzjonijiet għar-riforniment tal-fjuwil fl-Ewropa, is-sehem tas-suq ta' vetturi li jużaw il-gass naturali fl-Unjoni, l-innovazzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi tal-bijometan bħala fjuwil tat-trasport uil-valur reali tal-livell minimu ta' tassazzjoni

Ġustifikazzjoni

"Klawsola ta' rieżami" hija l-istrument leġiżlattiv it-tajjeb biex jiġi evalwat il-bżonn li jinżamm trattament fiskali favorevoli għal fjuwils alternattivi, anke fid-dawl tal-iżvilupp ta' fjuwils gassużi minn sorsi rinnovabbli. Il-bijometan huwa wieħed mill-pilastri ewlenin biex tintlaħaq il-mira li sal-2020, 10%.tal-fjuwil kollu użat fit-trasport ikun bijofjuwil Peress li l-iżvilupp tal-bijometan huwa marbut ma' dak tal-Vetturi li jaħdmu bil-Gass Naturali, jinħtieġ trattament fiskali favorevoli fuq perjodu medju. Magni tal-gass naturali/bijometan għandhom emissjonijiet li jniġġsu baxxi ħafna filwaqt li jnaqqsu b'mod sinifikanti l-istorbju u l-emissjonijiet tas-CO2 meta mqabbla mal-magni diesel u petrol.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

Referenzi

(COM(2011)0169 – C7-0105/2011 – 2011/0092(CNS))

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

10.5.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.10.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

31.1.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

16

19

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Vicky Ford, Romana Jordan Cizelj, Filip Kaczmarek, Riikka Manner, Marisa Matias, Miroslav Mikolášik, Bill Newton Dunn, James Nicholson, Bart Staes, Eleni Theocharous, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Julie Girling, Emma McClarkin

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (7.2.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku
(COM(2011)0169 – C7‑0105/2011 – 2011/0092(CNS))

Rapporteur għal opinjoni (*): Béla Kovács

(*) Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-objettiv ġenerali tal-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' Enerġija u elettriku (ETD) huwa li jkun ristrutturat il-mod li bih tiġi intaxxata l-enerġija biex jappoġġa l-objettiv tal-bidla għal ekonomija b'użu baxx tal-karbonju u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u biex jiġu evitati l-problemi għas-Suq Intern. L-għan tal-proposta huwa li tiżgura t-trattament konsistenti tas-sorsi tal-enerġija, tipprovdi u tadatta l-qafas għat-tassazzjoni tal-enerġiji rinovabbli u tipprovdi l-qafas għall-użu tat-tassazzjoni tas-CO2.

Għal dan il-għan, l-ETD riveduta tipproponi li r-rata minima tat- tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija tinqasam f'żewġ partijiet:

1. It-tassazzjoni relatata mas-CO2, abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-prodott tal-enerġija, iffissata għal-livell ta' 20 euro għal kull tunnellata ta' CO2;

2. It-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, abbażi tal-kontenut tal-enerġija mkejjel f'GJ, indipendentement mill-prodott tal-enerġija

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur:

Ir-Rapporteur tal-ITRE jilqa' bħala prinċipju l-objettivi ġenerali tar-reviżjoni proposta tal-ETD, partikolarment l-għan li d-Direttiva tkun aktar konformi mal-objettivi tal-enerġija u tat-tibdil fil-klima tal-UE. Madankollu, r-rapporteur huwa mħasseb dwar l-effett possibbli tal-proposta għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jagħżlu t-taħlita tal-enerġija tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Liżbona. Il-proposta se jkollha konsegwenzi konsiderevoli fuq l-awtonomija tar-reġimi fiskali tal-enerġija tal-Istati Membri, u fuq in-negozji li joperaw fis-suq tal-enerġija. B'hekk l-azzjoni fil-livell tal-UE għandha tkun ġustifikata fid-dettall u għandha tkun konsistenti mal-bażi legali proposta.

Ir-rapporteur jenfasizza li l-valutazzjoni tal-impatt ma tinkludix "dikjarazzjoni dettaljata" sabiex tiffaċilita l-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà (u tal-proporzjonalità), kif huwa meħtieġ skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 2). Filwaqt li l-proposta taqa' taħt il-kompetenza tal-Unjoni u tal-Istat Membru, ir-rapporteur jinnota li r-reviżjoni proposta tal-ETD mhijiex limitata fl-aspetti tagħhha kollha għal dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu l-objettivi, u f'kull każ, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu kemm jista' jkun qrib taċ-ċittadin tal-UE. It-tbegħid minn din il-preżunzjoni m'għandux jitqies bħala xi ħaġa garantita iżda għandu jiġi ġustifikat b'dettall u kjarifika biżżejjed, sabiex iċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu' jifhmu r-raġunijiet kwalitattivi u kwantitattivi li jwasslu għall-konklużjoni li l-azzjoni tal-UE hija meħtieġa.

Ir-rapporteur jinsab ukoll imħasseb dwar xi impatti ekonomiċi u soċjo-ekonomiċi tar-reviżjoni proposta tal-ETD:

Ir-rapporteur jenfasizza l-ewwel nett, li l-miżuri relatati mar-reviżjoni tal-ETD attwali imisshom ġew analizzati fid-dettall fir-rigward tal-impatt fuq l-ekonomiji individwali tal-Istati Membri u t-tieni nett, l-ETD riveduta missha proponiet soluzzjonijiet flessibbli u realistiċi li jkunu adegwati għal dawn l-ekonomiji individwali. Ir-rapporteur ifakkar ukoll li jeħtieġ ikun hemm perjodi ta' tranżizzjoni realistiċi.

Ir-rapporteur jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni ma nkludietx l-politika industrijali b'mod suffiċjenti fil-proposta tagħha. Ir-reviżjoni tal-ETD tipprovdi għal taxxa komuni tal-enerġija abbażi tal-kontenut tal-enerġija tal-fjuwils, li teħtieġ tibdiliet importanti fil-livell tat-tassazzjoni ta' sorsi differenti fil-maġġoranza tal-Istati Membri. Huwa importanti li l-impatt fuq l-industriji u s-setturi kummerċjali kollha jiġu valutati sabiex tiġi żgurata l-kompetittività Ewropea. Ir-reviżjoni tal-ETD m'għandhiex twassal għal tfixkil tas-suq wara t-telf tal-impjieg. Minbarra dan, għandha tiġi żgurata l-koerenza ma' oqsma oħra tal-politika.

Ir-rati minimi ġew iffissati l-aħħar fl-2003 u r-rapporteur jaċċetta li jkun tajjeb jekk dawn jiġu riveduti biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-inflazzjoni akkumulata u l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn ikomplu jipprovdu qafas effikaċi tas-suq uniku li jieħu wkoll inkunsiderazzjoni l-impatt ambjentali ta' fjuwils differenti. Madanakollu, ir-rapporteur innota li l-indiċjar awtomatiku tar-rati minimi jneħħi l-kontroll tal-Istat Membru fuq il-livell tar-rati minimi futuri tal-UE. Ir-rapporteur jibża' wkoll li l-implimentazzjoni tad-direttiva kif proposta mill-Kummissjoni Ewropea, tirriżulta f'żieda fil-prezzijiet, pereżempju, tal-faħam, tal-gass naturali, taż-żejt tat-tisħin, u tad-diżil u jkollha impatt soċjali negattiv dirett minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tat-tisħin u tal-prodotti fabbrikati li jridu jitħallsu mill-utenti finali. L-aġġustament awtomatiku tat-taxxa ġenerali tal-konsum tal-enerġija jista' jesponi l-konumatur finali għal piżijiet mhux raġonevoli u sproporzjonati. Ir-rapporteur ifakkar li l-prezzijiet tal-fjuwils diġà għolew ħafna fl-aħħar snin.

Ir-rapporteur jibża' li l-flessibilità limitata li titħalla lill-Istati Membri fir-reviżjoni proposta tal-ETD twassal għal żjieda fl-ispejjeż tal-enerġija u tal-fjuwil f'setturi bħall-agrikoltura, l-ortikoltura u l-pixxikoltura kif ukoll għall-forestrija.

Ir-rapporteur isostni li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw l-istruttura tat-taxxi nazzjonali tagħhom kif ukoll ir-relattivitajiet bejn ir-rati fiskali nazzjonali għall-prodotti tal-enerġija. Ir-rapporteur ifakkar li l-kwalità tal-arja Ewropea u l-leġiżlazzjoni tas-CO2 kienu jeħtieġu investimenti kbar u għalhekk pereżempju t-tassazzjoni differenti tad-diżil u tal-petrol għandha tibqa' tagħti inċentiva fiskali lid-diżil, peress li dan huwa aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u għandu teknoloġija li tiffranka aktar is-CO2 mill-petrol, u t-taxxa tad-diżil m'għandhiex tkun ogħla mit-taxxa fuq il-petrol.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ekonomija u l-Affarijiet Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fl-interess tan-newtralità fiskali, għandhom japplikaw l-istess livelli minimi ta’ tassazzjoni għal kull komponent tat-tassazzjoni tal-enerġija, għall-prodotti tal-enerġija kollha li jintużaw għal skop partikolari. Meta l-livelli minimi tat-tassazzjoni huma hekk preskritti, l-Istati Membri għandhom, anki għal raġunijiet ta’ newtralità fiskali, jiżguraw livelli ugwali ta’ tassazzjoni nazzjonali fuq il-prodotti kollha kkonċernati. Meta jkun meħtieġ, għandhom jiġu previsti perjodi ta’ transizzjoni għall-finijiet ta’ ugwaljanza ta’ dawk il-livelli.

(8) Fl-interess tan-newtralità teknoloġika, għandhom japplikaw livelli minimi ta’ tassazzjoni għall-prodotti tal-enerġija kollha li jintużaw għal skop partikolari. Rati ugwali ta' tassazzjoni nazzjonali mhumiex neċessarji fejn hija kkonċernata l-politika tal-enerġija.

Emenda  2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Fil-qasam tal-fjuwils tal-karozzi, l-aktar livell minimu favorevoli ta’ tassazzjoni applikabbli għan-nafta, prodott li fil-parti l-kbira tiegħu oriġinarjament kien iddedikat għal użu kummerċjali u għaldaqstant tradizzjonalment intaxxat f’livell aktar baxx, joħloq effett ta’ tgħawwiġ fir-rigward tal-petrol, il-fjuwil li huwa l-kompetitur ewlieni tiegħu. L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/96/KE għaldaqstant jipprevedi l-ewwel passi ta’ allinjament gradwali għal livell minimu ta’ tassazzjoni applikabbli għall-petrol. Huwa meħtieġ li dan l-allinjament jitlesta u gradwalment ikun hemm ċaqliq għal sitwazzjoni fejn in-nafta u l-petrol ikunu intaxxati f’livell ugwali.

imħassar

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Fir-rigward tal-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-użu kummerċjali milli għall-użu mhux kummerċjali tan-nafta bħala fjuwil tal-karozzi, din id-dispożizzjoni tkun tidher li mhijiex aktar kompatibbli mar-rekwiżit li titjieb l-effiċjenza tal-enerġija u l-ħtieġa li jkun indirizzat l-impatt ambjentali li qiegħed jikber u għaldaqstant għandha titħassar. L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2003/96/KE jawtorizza lil ċerti Stati Membri sabiex japplikaw rata mnaqqsa fuq in-nafta tat-tisħin. Dik id-dispożizzjoni m'għadhiex kompatibbli mat-tħaddim kif jixraq tas-suq intern u mal-objettivi usa’ tat-Trattat. Għaldaqstant għandha titħassar.

(13) L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2003/96/KE jawtorizza lil ċerti Stati Membri sabiex japplikaw rata mnaqqsa fuq in-nafta tat-tisħin. Dik id-dispożizzjoni m'għadhiex kompatibbli mat-tħaddim kif jixraq tas-suq intern u mal-objettivi usa’ tat-Trattat. Għaldaqstant għandha titħassar.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Kwalunkwe riforma ta' tassazzjoni fuq l-enerġija għandha tkun tali li jiġi żgurat li s-setturi li ma jaqgħux taħt is-sistema tal-iskambju tal-emissjonijiet ma jiġux żvantaġġati fir-rigward tas-setturi koperti b'dik l-iskema.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fil-każ tal-gass tal-pitrolju likwifikat (LPG) u l-gass naturali użati bħala propellanti, il-vantaġġi f’forma ta’ livelli minimi aktar baxxi ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija jew il-possibbiltà li dawk il-prodotti tal-enerġija jkunu eżentati mit-tassazzjoni mhumiex aktar iġġustifikati, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li jiżdied is-sehem tas-suq tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu u għandhom għaldaqstant jitneħħew fuq medda medja ta’ żmien.

(18) Fil-każ tal-gass likwifikat taż-żejt (LPG) użat bħala fjuwil tal-karozzi, il-vantaġġi f’forma ta’ livelli minimi aktar baxxi ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija jew il-possibbiltà li tali fjuwil ikun eżentat mit-tassazzjoni mhumiex aktar iġġustifikati, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li jiżdied is-sehem tas-suq tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu u għandhom għaldaqstant jitneħħew fuq medda medja ta’ żmien.

 

 

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jimponu tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku skont din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jimponu tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku skont din id-Direttiva, biex jiġu żgurati prodotti u servizzi bi prezzijiet raġonevoli u jeliminaw ir-riskju li ċ-ċittadini jkunu esposti għall-faqar tal-enerġija. Il-Kummissjoni għandha twettaq studji tal-impatt għal dan il-għan.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv ewlieni tal-Unjoni Ewropea huwa li jiġi żgurat il-benesseri taċ-ċittadini tagħha.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt a – punt i

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) li jaqgħu fil-Kodiċi NM 2909 19 10 u 3824 90 91;”

(h) li jinsabu fil-Kodiċi NM 2909 19 10, 3824 9091 u 3824 90 97;”

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt a – punt ii

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) jinsabu fil-Kodiċi NM 2909 19 90, 3823 19 90 u 3824 90 97, jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi.”

(j) jinsabu fil-Kodiċi NM 2909 19 90 u 3823 19 90, jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi.”

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) elettriku użat biex jiġi ppumpjat l-ilma għall-irrigazzjoni;

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4 – punt b – parti introduttorja

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Jiżdiedu l-paragrafu 3 u 4 li ġejjin: “3.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà, peress li tillimita l-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-politika fiskali tagħhom.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet, differenzjazzjonijiet u tnaqqis previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta livelli minimi ugwali ta’ tassazzjoni huma stabbiliti fl-Anness I fir-rigward ta’ użu speċifiku, livelli ugwali ta’ tassazzjoni huma stabbiliti għal prodotti li jintużaw għal dak l-użu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1)(i), għall-fjuwils tal-karozzi msemmija fl-Anness I Tabella A, dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

imħassar

Emenda  12

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, kull użu li għalih huwa stabbilit livell minimu ta’ tassazzjoni, rispettivment, fit-Tabelli A, B u Ċ fl-Anness I għandu jitqies bħala użu waħdieni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-Premessa 12.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jiġu addattati kull tliet snin li jibdew mill-1 ta’ Lulju 2016 sabiex jitqiesu l-bidliet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur minbarra l-enerġija u l-ikel mhux ipproċessat kif ippubblikati mill-Eurostat. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-livelli minimi riżultanti tat-tassazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà, peress li tillimita l-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-politika fiskali tagħhom.

Emenda  14

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-livelli minimi għandhom jiġu addattati awtomatikament, biż-żieda jew it-tnaqqis tal-ammont bażi f’ewro bil-bidla perċentwali f’dak l-indiċi matul it-tliet snin kalendarji preċedenti. Jekk il-bidla perċentwali mill-aħħar addattament tkun inqas minn 0.5%, ma jseħħ l-ebda addattament.”

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-indiċjar awtomatiku tar-rati minimi jneħħi l-kontroll tal-Istat Membru fuq il-livell tar-rati minimi futuri tal-UE.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5 – punt a

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 5 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Sakemm jirrispettaw il-livelli minimi tat-tassazzjoni preskritti minn din id-Direttiva, jistgħu jkunu applikati rati ddifferenzjati tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija mill-Istati Membri, taħt kontroll fiskali, fil-każijiet li ġejjin:”

“Sakemm jirrispettaw il-livelli minimi tat-tassazzjoni stipulati b'konformità ma' din id-Direttiva, jistgħu jkunu applikati rati ddifferenzjati tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija mill-Istati Membri, taħt kontroll fiskali, fil-każijiet li ġejjin:”

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – parti introduttorja

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-Artikolu 7 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

(6) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 11 – punt a – punt i

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Minbarra d-dispożizzjonijiet ġenerali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE(*) fuq l-użu eżentat ta’ prodotti taxxabli, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jeżentaw dan li ġej mit-tassazzjoni b’kundizzjonijiet li huma għandhom jistabbilixxu bil-għan li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ tali eżenzjonijiet u biex jevitaw kwalunkwe evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż:

1. “Minbarra d-dispożizzjonijiet ġenerali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE(*) fuq l-użu eżentat ta’ prodotti taxxabli, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jeżentaw dan li ġej mit-tassazzjoni b’kundizzjonijiet li huma għandhom jistabbilixxu bil-għan li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ tali eżenzjonijiet u biex jevitaw il-faqar fl-enerġija, l-evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż:

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i  (ġdid)

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-i) għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ba) sal-1 ta 'Jannar 2023, l-elettriku użat għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi u ibridi użati għat-trasport bit-triq."

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) prodotti tal-enerġija użati bħala fjuwil tat-tisħin u l-elettriku jekk użat mid-djar u/jew mill-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta’ tali organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali, l-Istati Membri għandhom jirrestrinġu l-eżenzjoni jew it-tnaqqis għal użu għall-finijiet ta’ attivitajiet mhux tan-negozju. Meta jsir użu mħallat, it-tassazzjoni għandha tapplika bi proporzjon għal kull tip ta’ użu. Jekk użu huwa insinifikanti, dan jista’ jkun ittrattat bħala żero;

(h) l-elettriku, il-gass narurali, il-faħam, il-fjuwils solidi u prodotti tal-enerġija oħra użati bħala fjuwil tat-tisħin u l-elettriku jekk użat mid-djar u/jew mill-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta’ tali organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali, l-Istati Membri għandhom jirrestrinġu l-eżenzjoni jew it-tnaqqis għal użu għall-finijiet ta’ attivitajiet mhux tan-negozju. Meta jsir użu mħallat, it-tassazzjoni għandha tapplika bi proporzjon għal kull tip ta’ użu. Jekk użu huwa insinifikanti, dan jista’ jkun ittrattat bħala żero;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) Sal-1 ta’ Jannar 2023, il-gass naturali u l-LPG użati bħala propellanti;”

(i) Sal-1 ta’ Jannar 2023, il-gass naturali, il-bijogass, u l-LPG użati bħala propellanti u l-LPG użat bħala fjuwil;”

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt ia (ġdid)

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"(la) il-gass naturali u l-bijometanu użati bħala fjuwil għat-trasport tal-anqas sakemm il-proporzjon ta' enerġija rinnovabbli użat fis-settur tat-trasport jitla' għal 10%. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kontinwament it-tendenzi tas-suq u għandha tressaq proposta leġiżlattiva xierqa fiż-żmien opportun.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt ii

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

imħassar

“Il-punti minn (a) sa (e) u (g) japplikaw biss għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija.”

 

Emenda  23

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13 – punt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw livell ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija ’l isfel sa żero fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għall-agrikoltura, l-ortikultura, xogħlijiet akwakulturali u fil-forestrija. Il-benefiċjarji għandhom ikunu soġġetti għal arranġamenti li jridu jwasslu għal effiċjenza akbar tal-enerġija ekwivalenti b’mod wiesa’ għal dawk li setgħu inkisbu kieku r-rati minimi standard tal-Unjoni kienu ġew osservati.”

3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw livell 'l isfel sa żero fuq il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għall-irrigazzjoni, l-agrikoltura, l-ortikultura, xogħlijiet akwakulturali u fil-forestrija.

Ġustifikazzjoni

Fil-futur, l-Istati Membri għandhom jiġu permessi wkoll japplikaw livell ta' tassazzjoni 'l isfel sa żero fuq ix-xogħlijiet tal-agrikoltura, l-ortikoltura u l-pixxikoltura kif ukoll għall-forestrija.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt 1 – punt a – punt i

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Sal-1 ta’ Jannar 2023, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, japplikaw eżenzjoni jew rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija taħt il-kontroll fiskali fuq il-prodotti taxxabbli msemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva meta tali prodotti huma magħmula minn, jew ikun fihom, wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin u fejn, safejn għandhom x'jaqsmu l-bijofjuwils u bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE, dawn il-prodotti jkunu jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva.”

1. “Sal-1 ta’ Jannar 2023, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, japplikaw eżenzjoni jew rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija taħt il-kontroll fiskali fuq il-prodotti taxxabbli msemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva meta tali prodotti huma magħmula minn, jew ikun fihom, wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin jew fejn, safejn għandhom x'jaqsmu l-bijofjuwils u bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE, dawn il-prodotti jkunu jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva jew, safejn huwa kkonċernat il-fjuwil, sakemm is-sehem tas-suq tagħhom jibqa' inqas minn 5%."

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 18 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja jistgħu, għall-użu li hemm referenza għalih fl-Artikoli 8 u 9, japplikaw perjodu ta’ tranżizzjoni sal-1 ta’ Jannar 2021 biex idaħħlu t-tassazzjoni relatata mas-CO2. Jekk l-Unjoni tiddeċiedi li l-livelli tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 jitnaqqsu b’aktar minn 20% meta mqabbla mal-livelli miksuba fl-1990, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni ta’ dawn il-perjodi ta’ tranżizzjoni u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta bil-għan li tqassarhom u/jew timmodifika l-livelli minimi tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 kif stabbilit fl-Anness I.

5. Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja jistgħu, għall-użu li hemm referenza għalih fl-Artikoli 8 u 9, japplikaw perjodu ta’ tranżizzjoni sal-1 ta’ Jannar 2030 biex idaħħlu t-tassazzjoni relatata mas-CO2. Jekk l-Unjoni tiddeċiedi li l-livelli tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 jitnaqqsu b’aktar minn 20% meta mqabbla mal-livelli miksuba fl-1990, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni ta’ dawn il-perjodi ta’ tranżizzjoni u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta biex jitnaqqsu l-livelli minimi tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 meta mqabbla ma' dawk stipulati fl-Anness I.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 19

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 27 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħa biex ikunu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 2(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux iddeterminat.

1. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 21

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 29 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull ħames snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Kull ħames snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-impatt tal-applikazzjoni tagħha fuq l-ekonomija tal-Unjoni u l-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Jekk dak ir-rapport jikkonkludi li jinħtieġu emendi għal din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 21

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 29 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu, inter-alia, jeżamina l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tal-użu tal-elettriku fit-trasport u tal-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-arja u bil-baħar, stabbiliti f’din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jqis it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern, il-valur reali tal-livelli minimi tat-tassazzjoni u l-objettivi usa’ tat-Trattat.

Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu, inter-alia, jeżamina l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tal-użu tal-elettriku fit-trasport u tal-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-arja u bil-baħar, stabbiliti f’din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jqis l-impatt fuq il-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi u fuq il-faqar enerġetiku fost il-popolazzjoni fl-Istati Membri, it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern, il-valur reali tal-livelli minimi tat-tassazzjoni u l-objettivi usa’ tat-Trattat u s-suċċess tal-isforzi biex id-dħul mit-taxxa jintuża biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija tas-settur.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 2003/96/KE

Anness I – Tabella A – Kolonna 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tassazzjoni relatata mas-CO2

Tassazzjoni relatata mas-CO2

1 ta’ Jannar 2013

1 ta’ Jannar 2013

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 2003/96/KE

Anness I – Tabella A – Kolonna 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija

imħassar

1 ta’ Jannar 2018

 

9.6 €/GJ

 

9.6 €/GJ

 

9.6 €/GJ

 

9.6 €/GJ

 

9.6 €/GJ

 

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 2003/96/KE

Anness I – Tabella A – Kolonna 7

Test propost mill-Kummissjoni

Gass naturali

Kodiċi NM

2711 11 00 u 2711 21 00

20 €/t CO2

1.5 €/GJ

5.5 €/GJ

9.6 €/GJ

Emenda

Gass naturali

Kodiċi NM

2711 11 00 u 2711 21 00

20 €/t CO2

1.0 €/GJ

1.0 €/GJ

1.0 €/GJ

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 2003/96/KE

Anness I – Tabella B – Kolonna 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tassazzjoni relatata mas-CO2

Tassazzjoni relatata mas-CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 2003/96/KE

Anness I – Tabella C – Kolonna 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tassazzjoni relatata mas-CO2

Tassazzjoni relatata mas-CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

20 EUR/t CO2

12 EUR/t CO2

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

Referenzi

COM(2011)0169 – C7-0105/2011 – 2011/0092(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

10.5.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.10.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

6.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

25

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Vicky Ford, Norbert Glante, Robert Goebbels, András Gyürk, Jacky Hénin, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Béla Kovács, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Herbert Reul, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Antonio Cancian, António Fernando Correia De Campos, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Seán Kelly, Bernd Lange, Werner Langen, Marian-Jean Marinescu, Zofija Mazej Kukovič, Morten Messerschmidt, Vladko Todorov Panayotov, Mario Pirillo, Silvia-Adriana Ţicău

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Theurer

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (2.12.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku
(COM(2011)0169 – C7‑0105/2011 – 2011/0092(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Brian Simpson

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

I. Il-proposta tal-Kummissjoni

Id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija (ETD) tiffissa rati minimi għat-tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija użati bħala fjuwil tal-magni, fjuwils għat-tisħin, u għall-elettriku. Ir-rati minimi ġeneralment japplikaw għall-volum tal-prodott tal-enerġija kkunsmat. Il-Kummissjoni tħoss li din is-sistema għandha għadd ta' effetti negattivi, fosthom li toħloq inċentivi li jmorru kontra l-għanijiet tal-UE li jirrigwardaw it-tibdil fil-klima jew li jgħawġu s-suq intern.

Bil-proposta tagħha għal reviżjoni, il-Kummissjoni għandha l-għan li tirrimedja dawn l-effetti negattivi. Waħda mill-ideat ewlenin tagħha hija struttura ġdida ta' tassazzjoni fuq l-enerġija billi taqsam ir-rata minima ta' tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija f'żewġ partijiet:

1) Waħda bbażata fuq l-emissjonijiet tas-CO2 tal-prodott tal-enerġija. It-tassazzjoni tas-CO2 tkun żero għas-sorsi kollha tal-enerġija li attwalment, jew fil-futur, huma jew ikunu rikonoxxuti bħala ħielsa mis-CO2.

2) L-oħra bbażata fuq il-kontenut tel-enerġija għal kull Gigajoule, irrispettivament mill-prodott tal enerġija, biex jingħata inċentiv biex tiġi ffrankata l-enerġija.

Fl-istess ħin, il-proposta għandha l-għan li tagħmel l-ETD aktar konsistenti ma' politiki oħra tal-UE, bħall-Iskema ta' Skambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE (ETS). F'dan ir-rigward il-Kummissjoni tipproponi li t-taxxa relatata mas-CO2 ma tiġix applikata għall-installazzjonijiet suġġetti għall-ETS, jiġifieri inkluża l-avjazzjoni.

Diversi aspetti ulterjuri tal-proposta jirrigwardaw il-politika tat-trasport, bħal:

- It-tneħħija tal-possibilità li l-Istati Membri jagħmlu differenza fit-trattament ta' taxxa bejn l-użu kummerċjali u non-kummerċjali tan-nafta bħala fjuwil tal-magni;

- It-tneħħija tal-possibilità li tiġi applikata rata aktar baxxa ta' tassazzjoni fuq il-konsum enerġetiku ġenerali għat-taxis, peress li m'għadhiex kompatibbli mal-objettiv tal-politiki li jippromwovu l-fjuwils alternattivi, trasportaturi tal-enerġija alternattivi u l-użu ta' vetturi aktar 'nodfa' fit-trasport urban;

- Li jiġu aġġornati d-definizzjonijiet ta' tankijiet standard u kontenituri speċjali.

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni tipproponi li teżenta l-elettriku mix-xatt mogħti lill-vapuri meta jkunu marbutin mal-moll f'port u li żżomm l-obbligi eżistenti għall-Istati Membri li jeżentaw mit-tassazzjoni l-fjuwil użat għall-finijiet ta' navigazzjoni tal-ajru u marittima. F'dak li għandu x'jaqsam mal-ilmijiet interni, il-Kummissjoni tipproponi li żżomm ir-regoli attwali li jippermettu lill-Istati Membri japplikaw eżenzjonijiet jew tnaqqis totali jew parzjali fil-livell ta' tassazzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Huwa meħtieġ li jkun żgurat li s-suq intern ikompli jiffunzjona kif jixraq fl-ambitu ta’ rekwiżiti ġodda relatati mal-limitazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għall-iffrankar tal-enerġija, kif approvat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 u tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008.

(2) Huwa meħtieġ li jkun żgurat li s-suq intern ikompli jiffunzjona kif jixraq fl-ambitu ta’ rekwiżiti ġodda relatati mal-limitazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għall-iffrankar tal-enerġija, kif approvat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 u tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi ggarantit, skont din id-Direttiva, trattament konsistenti tas-sorsi tal-enerġija sabiex jingħataw kundizzjonijiet verament indaqs għall-konsumaturi tal-enerġija irrispettivament mis-sors tal-enerġija użat.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) It-taxxa fuq il-prodotti tal-enerġija għandha tiġi kkunsidrata b'mod newtrali f’sens ta’ teknoloġija sabiex jingħata ċ-ċans li jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda.

Ġustifikazzjoni

Il-politika tal-Kummissjoni għandha tkun newtrali mit-teknoloġija, sabiex jingħata ċ-ċans li jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda. Fost it-teknoloġiji eżistenti, dawk li huma l-aktar sostenibbli u effiċjenti biss għandhom jinżammu.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) It-tassazzjoni relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 tista’ tkun mezz li jkun ta’ benefiċċju mil-lat tal-ispejjeż għall-Istati Membri biex jiksbu t-tnaqqis tal-gassijiet serra meħtieġ skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 fir-rigward ta’ sorsi mhux koperti mill-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE. Minħabba l-irwol potenzjali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern jirrikjedi regoli komuni dwar dik it-tassazzjoni.

(3) L-għan primarju tat-tassazzjoni fuq l-enerġija huwa li l-konsumaturi jitħeġġew jużaw l-enerġija b'mod aktar effiċjenti u jiksbuha minn sorsi aktar nodfa. It-tassazzjoni relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 tista’ tkun mezz li jkun ta’ benefiċċju mil-lat tal-ispejjeż għall-Istati Membri biex jiksbu t-tnaqqis tal-gassijiet serra meħtieġ skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 fir-rigward ta’ sorsi mhux koperti mill-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE. Minħabba r-rwol potenzjali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern jirrikjedi regoli komuni dwar dik it-tassazzjoni.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Kull wieħed minn dawn il-komponenti għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, li jippermettu t-trattament ugwali ta’ sorsi differenti tal-enerġija. Għall-finijiet tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, għandha ssir referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 kkawżati mill-użu ta’ kull prodott tal-enerġija kkonċernat, bl-użu tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 ta’ referenza stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill . Għall-finijiet tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, għandha ssir referenza għall-kontenut tal-enerġija tal-prodotti tal-enerġija differenti u tal-elettriku kif imsemmi fid-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE. F’dan il-kuntest, għandhom jitqiesu l-vantaġġi ambjentali tal-bijomassa jew prodotti magħmula mill-bijomassa. Dawn il-prodotti għandhom ikunu intaxxati fuq il-bażi tal-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifikati fid-Deċiżjoni 2007/589/KE għal bijomassa jew prodotti magħmula minn bijomassa u l-kontenut tal-enerġija tagħhom kif speċifikat fl-Anness III għad-Direttiva 2009/28/KE. Il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli huma bla dubju l-aktar kategorija kkonċernata importanti. Minħabba li l-vantaġġi ambjentali ta' dawn il-prodotti jvarjaw, skont jekk ikunux jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva, il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-bijomassa u għal prodotti magħmulin mill-bijomassa għandhom japplikaw biss fejn dawn il-kriterji jkunu ssodisfati.

(6) Minħabba li jeħtieġ li jiddaħħal fis-seħħ qafas xieraq għat-tassazzjoni fuq l-enerġija, kull wieħed minn dawn il-komponenti għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, li jippermettu t-trattament ugwali ta’ sorsi differenti tal-enerġija. Għall-finijiet tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, għandha ssir referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 kkawżati mill-użu ta’ kull prodott tal-enerġija kkonċernat, bl-użu tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 ta’ referenza stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għall-finijiet tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, għandha ssir referenza għall-kontenut tal-enerġija tal-prodotti tal-enerġija differenti u tal-elettriku kif imsemmi fid-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE. F’dan il-kuntest, għandhom jitqiesu l-vantaġġi ambjentali tal-bijomassa jew prodotti magħmula mill-bijomassa. Dawn il-prodotti għandhom ikunu intaxxati fuq il-bażi tal-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifikati fid-Deċiżjoni 2007/589/KE għal bijomassa jew prodotti magħmula minn bijomassa u l-kontenut tal-enerġija tagħhom kif speċifikat fl-Anness III għad-Direttiva 2009/28/KE. Il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli huma bla dubju l-aktar kategorija kkonċernata importanti. Minħabba li l-vantaġġi ambjentali ta' dawn il-prodotti jvarjaw, skont jekk ikunux jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva, il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-bijomassa u għal prodotti magħmulin mill-bijomassa għandhom japplikaw biss fejn dawn il-kriterji jkunu ssodisfati.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Fir-rigward tal-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-użu kummerċjali milli għall-użu mhux kummerċjali tan-nafta bħala fjuwil tal-karozzi, din id-dispożizzjoni tkun tidher li mhijiex aktar kompatibbli mar-rekwiżit li titjieb l-effiċjenza tal-enerġija u l-ħtieġa li jkun indirizzat l-impatt ambjentali li qiegħed jikber u għaldaqstant għandha titħassar. L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2003/96/KE jawtorizza lil ċerti Stati Membri sabiex japplikaw rata mnaqqsa fuq in-nafta tat-tisħin. Dik id-dispożizzjoni m'għadhiex kompatibbli mat-tħaddim kif jixraq tas-suq intern u mal-objettivi usa’ tat-Trattat. Għaldaqstant għandha titħassar.

(13) Fir-rigward tal-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-użu kummerċjali milli għall-użu mhux kummerċjali tan-nafta bħala fjuwil tal-magni, din id-dispożizzjoni tkun tidher li mhijiex aktar kompatibbli mar-rekwiżit li titjieb l-effiċjenza tal-enerġija u l-ħtieġa li jkun indirizzat l-impatt ambjentali li qiegħed jikber u għaldaqstant għandha titħassar. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tanalizza din id-differenzazzjoni bejn l-użu kummerċjali u dak mhux kummerċjali sabiex id-ditti tat-trasport jingħataw l-opportunità li jadattaw għal ħruġ minn perjodu ta' tranżizzjoni jekk ikun previst li din id-differenzazzjoni tintemm wara valutazzjoni xierqa tal-impatt. L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2003/96/KE jawtorizza lil ċerti Stati Membri sabiex japplikaw rata mnaqqsa fuq in-nafta tat-tisħin. Dik id-dispożizzjoni m'għadhiex kompatibbli mat-tħaddim kif jixraq tas-suq intern u mal-objettivi usa’ tat-Trattat. Għaldaqstant għandha titħassar.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti l-applikazzjoni ta’ rati ddifferenzjati ta’ tassazzjoni f’ċerti każijiet. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-konsistenza tas-sinjal tal-prezz tas-CO2, il-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddifferenzjaw ir-rati nazzjonali għandha tkun ristretta għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Barra minn hekk, il-possibbiltà li jkun applikat livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-fjuwil tal-karozzi użat mit-taxis mhijiex aktar kompatibbli mal-objettiv tal-politiki li jippromwovu l-fjuwils alternattivi u t-trasportaturi tal-enerġija u l-użu ta’ vetturi aktar nodfa fit-trasport urban u għaldaqstant għandha titneħħa.

(15) L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti l-applikazzjoni ta’ rati ddifferenzjati ta’ tassazzjoni f’ċerti każijiet. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-konsistenza tas-sinjal tal-prezz tas-CO2, il-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddifferenzjaw ir-rati nazzjonali għandha tkun ristretta għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

It-taxis għandhom jitqiesu bħala mezz ta' trasport pubbliku li jgħin sabiex inaqqas il-konġestjoni. Għaldaqstant huma għandhom jibqgħu jgawdu mill-eżenzjoni tat-taxxa.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Id-Direttiva 2003/96/KE tobbliga lill-Istati Membri li jeżentaw mit-tassazzjoni il-fjuwil użat għan-navigazzjoni fl-ilmijiet Komunitarji kif ukoll l-elettriku prodott abbord il-bastimenti, inklużi meta jkunu irmiġġati f’port. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jestendu dan it-trattament favorevoli tat-taxxa għall-passaġġi tal-ilma interni. F’xi portijiet teżisti alternattiva aktar nadifa bl-użu tal-elettriku mix-xatt li, madankollu, huwa taxxabbli. Sabiex jistabbilixxi l-ewwel inċentiv għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ din it-teknoloġija, sakemm isseħħ l-adozzjoni ta’ qafas aktar komprensiv f’dan il-qasam, Stat Membru jista’ jeżenta mit-tassazzjoni tal-enerġija l-użu tal-elettriku mix-xatt minn bastimenti irmiġġati f’port. Din l-eżenzjoni għandha tapplika matul perjodu twil biżżejjed sabiex ma tiskoraġġix lill-operaturi tal-port milli jagħmlu l-investimenti meħtieġa iżda fl-istess ħin għandha tkun limitata fiż-żmien b’tali mod li ż-żamma tagħha, b’mod sħiħ jew parzjalment, issir soġġetta għal deċiżjoni ġdida fi żmien xieraq.

(19) Id-Direttiva 2003/96/KE tobbliga lill-Istati Membri jeżentaw mit-tassazzjoni l-elettriku prodott abbord il-bastimenti, inklużi meta jkunu rmiġġati f’port. F’xi portijiet teżisti alternattiva aktar nadifa bl-użu tal-elettriku mix-xatt li, madankollu, huwa taxxabbli. Sabiex tiġi evitata l-produzzjoni ta' elettriku bbażat fuq il-fjuwil abbord il-bastiment waqt li jkun irmiġġat, u t-tniġġis relatat tal-arja lokali, sakemm isseħħ l-adozzjoni ta’ qafas aktar komprensiv f’dan il-qasam, l-Istati Membri għandhom jeżentaw mit-tassazzjoni tal-enerġija l-użu tal-elettriku mix-xatt minn bastimenti rmiġġati f’port tal-baħar jew tal-ilmijiet interni. Barra minn hekk, il-produzzjoni tal-elettriku għall-bastimenti rmiġġati f'port m'għandhiex tibqa’ permessibbli meta dawn ikollhom il-possibilità li jużaw elettriku mis-sistema ta’ distribuzzjoni fuq l-art.

Ġustifikazzjoni

Il-projbizzjoni tal-produzzjoni, bl-użu ta' stokks ta' fjuwil abbord, tal-elettriku għall-bastimenti rmiġġati f'port issaħħaħ l-arranġamenti ta' eżenzjoni ppjanati tal-Kummissjoni u se tgħin biex tnaqqas it-tniġġis fil-portijiet.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 19 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Sabiex jiġi promoss l-użu tal-ilmijiet interni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu japplikawlhom trattament favorevoli tat-taxxa.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 19 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) Għandhom jinħolqu kundizzjonijiet indaqs fost id-diversi modi ta' trasport. Ir-rekwiżit li jiġi eżentat l-użu tal-fjuwil f'ċerti setturi għandu jitneħħa gradwalment. Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-pożizzjoni kompetittiva tan-negozji u l-industriji Ewropej, dan għandu jsir b'konsultazzjoni internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit eżistenti li ċerti modi ta' trasport jiġu eżentati ma jaqbilx mal-prinċipju ta' suq ta' trasport Ewropew miftuħ u ġust. Madankollu, huwa importanti li jiġi evitat li l-pożizzjoni kompetittiva tan-negozji tagħna tiġi pperikolata meta mqabbla ma' dik tan-negozji internazzjonali.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 1 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-Istati Membri li jintroduċu sistema ta' imposti għall-użu tat-toroq għall-vetturi jew għall kombinamenti ta' vetturi artikulati intenzjonati esklussivament għat-trasport ta' merkanzija bit-triq għandhom jintaxxaw il-fjuwil użat minn dawn il-vetturi abbażi biss tal-valuri ġenerali tal-konsum tal-enerġija stipulati fit-Tabella A tal-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Il-'Eurovignette' għandha l-għan li tinternalizza l-ispejjez esterni sabiex tkopri wkoll l-ispejjeż tat-tniġġis iġġenerat mit-trasport tal-merkanzija bit-triq. Din l-emenda tevita li tintaxxa darbtejn it-tniġġis iġġenerat mit-trasport tal-merkanzija bit-triq.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 5 - inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– għall-użi li ġejjin: it-trasport pubbliku lokali tal-passiġġieri (minbarra t-taxis), il-ġbir tal-iskart, il-forzi armati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-persuni b’diżabilità, l-ambulanzi;

– għall-użi li ġejjin: it-trasport pubbliku lokali tal-passiġġieri, il-ġbir tal-iskart, il-forzi armati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-persuni b’diżabilità, l-ambulanzi,

Ġustifikazzjoni

It-taxis għandhom jitqiesu bħala mezz ta' trasport pubbliku li jgħin sabiex inaqqas il-konġestjoni. Għaldaqstant huma għandhom jibqgħu jgawdu mill-eżenzjoni tat-taxxa.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013, mill-1 ta’ Jannar 2015 u mill-1 ta’ Jannar 2018, il-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tal-karozzi għandhom ikunu ffissati kif stipulat fl-Anness I, Tabella A.

1. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013, mill-1 ta’ Jannar 2015 u mill-1 ta’ Jannar 2018, il-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tal-magni għandhom ikunu ffissati kif stipulat fl-Anness I, Tabella A.

 

2. L-Istati Membri jistgħu, matul perjodu ta’ tranżizzjoni li għandu jiġi vvalutat skont l-Artikolu29, jagħmlu differenza bejn l-użu kummerċjali u l-użu mhux kummerċjali tan-nafta użata bħala propellant, sakemm il-livelli minimi tal-Komunità jkunu osservati u r-rata għan-nafta kummerċjali użata bħala propellant ma tinżilx taħt il-livell nazzjonali ta' tassazzjoni fis-seħħ kif stipulat fil-Pargarfu 1, indipendentement minn kwalunkwe deroga għal dan l-użu stipulata f'din id-Direttiva.

 

3. 'Nafta kummerċjali użata bħala propellant' tfisser nafta użata bħala propellant għall-finijiet li ġejjin:

 

a) il-ġarr ta' merkanzija f'isem ħaddieħor permezz ta' vetturi bil-magna jew kombinament ta' vetturi intenzjonati esklussivament għall-ġarr ta' merkanzija bit-triq u b'piż gross massimu ta' tagħbija permissibli ta' aktar minn 7.5 tunnellati;

 

b) il-ġarr ta' passiġġieri, b'servizz regolari jew servizz okkażjonali, b'vettura bil-magna tal-kategorija M2 jew tal-kategorija M3, kif definit fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi1.

 

_____________

 

1 ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a – punt iii

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti rmiġġati fil-portijiet.

(e) l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti rmiġġati fil-portijiet tal-baħar u tal-ilmijiet interni.

Ġustifikazzjoni

Jekk verament irridu nnaqqsu b'mod sinifikanti l-emissjonijiet tas-CO2, tas-sulfat, u ta' emissjonijiet oħrajn li jagħmlu ħsara għas-saħħa tal-bniedem fl-inħawi tal-portijiet, m'għandux ikun hemm skadenza għal din l-eżenzjoni. Għandu jingħata trattament aktar favorevoli bl-għan li dawn l-inizjattivi jiġu promossi fost l-awtoritajiet tal-portijiet u jiġu ġġeneralizzati.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt a – punt -i (ġdid)

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-i) il-paragrafu huwa emendat kif ġej:

 

e) il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija bil-ferrovija, bil-metrò, bit-tramm, bit-trolleybus jew bil-karozzi tal-linja li bħala fjuwil jużaw l-elettriku, il-gass naturali jew l-LPG;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda timmodifika t-test tad-Direttiva 2003/96 billi tinkludi l-karozzi tal-linja elettriċi u dawk li jużaw il-gass naturali u l-LPG. L-Istati Membri għandhom jingħataw ukoll skop usa' biex jintroduċu eżenzjonijiet ta' taxxa għall-ferroviji, il-metrò, it-tramm, u għall-karozzi tal-linja urbani b'emissjonijiet baxxi ta' ossidi tan-nitroġenu u ta' partikolati, li jagħmlu ħafna ħsara għas-saħħa pubblika fl-ambjenti urbani.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Eżerċizzju tad-delega

Delega ta' setgħat

1. Is-setgħa biex ikunu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 2(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux iddeterminat.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 27a fir-rigward tat-tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku.

2. Malli l-Kummissjoni tadotta att iddelegat, hija għandha tinnotifikah lill-Kunsill.

 

3. Is-setgħa biex ikunu adottati atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 27a u 27b.”

 

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20

Direttiva 2003/96/KE

Artikoli 27a sa 27c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Revoka tad-delegazzjoni

Eżerċizzju tad-delega

1. Id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill.

(1) Is-setgħa li tadotta atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Fejn il-Kunsill ikun beda proċedura interna biex jiddeċiedi jekk jirrevokax jew le d-delegazzjoni tas-setgħat, huwa għandu jagħmel ħiltu biex jinforma lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel tittieħed l-aħħar deċiżjoni, u għandu jindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.

(2) Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 27 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ...*.

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tibda sseħħ minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(3) Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 27 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. d-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ.

 

(4) Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

(5) Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 27 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu, it-tnejn li huma, infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

 

_________________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Artikolu 27b

 

Oġġezzjoni għal atti ddelegati

 

1. Il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att iddelegat fi żmien [tliet] xhur mid-data tan-notifika.

 

2. Jekk, meta jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ma jkunx oġġezzjona għall-att iddelegat, l-att iddelegat għandu jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data indikata fih.

 

L-att iddelegat jista’ jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li ma jressaqx oġġezzjonijiet.

 

3. Jekk il-Kunsill joġġezzjona għal att iddelegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. Il-Kunsill għandu jiddikjara r-raġunijiet għaliex ikun qed joġġezzjona għall-att iddelegat.

 

Artikolu 27c

 

Informazzjoni lill-Parlament Ewropew

 

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar l-adozzjoni ta’ atti delegati mill-Kummissjoni ta’ kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, jew ir-revoka tad-delegazzjoni tas-setgħat mill-Kunsill."

 

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 21

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 29, paragrafi 1 u 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull ħames snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Kull ħames snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu, inter-alia, jeżamina l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tal-użu tal-elettriku fit-trasport u tal-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-arja u bil-baħar, stabbiliti f’din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jqis it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern, il-valur reali tal-livelli minimi tat-tassazzjoni u l-objettivi usa’ tat-Trattat.

Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu, inter-alia, jeżamina l-livell ta' tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija u tal-elettriku imposta mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali, il-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, id-differenzazzjoni bejn l-użu kummerċjali u dak mhux kummerċjali tan-nafta użata bħala propellant u l-perspettivi biex din id-differenzazzjoni tintemm, l-użu tal-elettriku fit-trasport u l-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-arju u bil-baħar, stabbiliti f’din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll ħarsa ġenerali tad-dispożizzjonijiet ta’ tassazzjoni eżistenti li jinsabu fil-ftehimiet bilaterali tas-servizzi bl-ajru. Ir-rapport għandu jqis it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern, il-valur reali tal-livelli minimi tat-tassazzjoni u l-objettivi usa’ tat-Trattat.

 

L-ewwel rapport għandu jevalwa jekk hemmx ħtieġa li titneħħa l-eżenzjoni skont l-Artikolu 14(1)(b) u (c) għal prodotti tal-enerġija fornuti biex jintużaw bħala fjuwil għan-navigazzjoni bl-ajru u fl-ilmijiet Komunitarji f'każ li jintlaħaq ftehim sabiex jiġu imposti miżuri ta' tnaqqis tas-CO2 fis-settur tal-ajru u dak marittimu fl-IMO jew fl-ICAO jew skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

 

Fin-nuqqas ta' progress fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni għanda tressaq proposti leġiżlattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fiż-żewġ setturi, filwaqt li jitqies ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-karbonju u l-kompetittività tas-settur.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li kwalunkwe deċiżjoni li tikkonċerna s-settur tal-ajru u dak marittimu tittieħed fil-livell internazzjonali sabiex jiġi evitat li jkun hemm tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u riskju tar-rilokazzjoni tal-karbonju. Il-Kummissjoni hija mħeġġa tagħmel kull ma tista' sabiex jintlaħaq ftehim internazzjonali u, f'każ li dan ma jseħħx, għandha tipproponi l-emendi leġiżlattivi relevanti.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

Referenzi

COM(2011)0169 – C7-0105/2011 – 2011/0092(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

10.5.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Brian Simpson

23.5.2011

 

 

 

Rapporteur(s) preċedenti

Sabine Wils

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2011

21.11.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

22.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Philippe De Backer, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Michel Dantin, Wolf Klinz, Dominique Riquet, Laurence J.A.J. Stassen, Sabine Wils

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (21.12.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku
(COM(2011)0169 – C7‑0105/2011 – 2011/0092(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Sergio Gutiérrez Prieto

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta ta’ emenda tad-Direttiva li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku għandha impatt konsiderevoli fuq is-settur primarju.

Min-naħa l-waħda tibdel is-sistema tat-tassassjoni tal-enerġija użata fis-settur agrikolu. Minkejja li żżomm il-possibilità mogħtija lill-Istati Membri li jintroduċu eżenzjonijiet fiskali (saħansitra tapplika livell ta’ tassassjoni ta’ 0 fil-mija) jew tnaqqis bħal fil-każ tad-direttiva attwali, din il-possibilità hi marbuta biss mal-enerġija u tinkludi rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika (l-Artikolu 15(3)). Il-fatt li tagħti lok li jiġi applikat tnaqqis fit-tassassjoni, pereżempju, tad-diesel għall-użu agrikolu fil-kuntest attwali ta’ tnaqqis fil-profitti agrikoli u ż-żieda tal-ispejjeż fissi tal-produzzjoni (meta l-ispejjeż għall-enerġija, minħabba ż-żieda fil-prezz taż-żejt u tal-enerġija jistgħu jaslu biex ikunu 30 % tal-ispejjeż fissi) huwa aħbar tajba għall-vijabbiltà tal-operazzjonijiet Ewropej minħabba li ma jeżistux alternattivi għall-użu tad-diesel fit-tagħmir agrikolu. Madankollu, ir-rabta ta’ dawn il-benefiċċji fiskali ma’ politiki tal-effiċjenza enerġetika bl-għan li jonqsu dawn l-ispejjeż fissi tippresupponi taxxi flessibbli biżżejjed, inkorporati fi strateġiji statali mfassla mas-settur u mifhuma tul ċiklu ta’ snin twil biżżejjed li ma joħloqx piż addizzjonali li jnaqqas is-sostenibilità ekonomika tal-produtturi tagħna li diġà huma limitati bl-eżiġenzi tal-politiki transversali tal-Politika Agrikola Komuni.

Il-proposta ta’ emenda tad-Direttiva 2003/96 tinkorpora eżenzjoni mit-taxxa relatata mas-CO2 għal setturi speċifiċi meqjusa li huma suxxettibbli għar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju skont l-Artikolu 10a(13) tad-Direttiva 2003/87, setturi li l-agrikoltura ma tagħmilx parti minnhom. Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050", ġew rikonoxxuti r-riskji tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fl-agrikoltura, u għaldaqstant il-Kummissjoni għandha tkun imħeġġa li, b’mod parallel mad-Direttiva 2003/96, temenda d-Direttiva 2003/87 sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva u tinkorpora l-agrikoltura mas-setturi li għalihom japplika dan il-benefiċċju fiskali biex ikun żgurat li, bħalma tirrikonoxxi l-Kummissjoni fil-punt 3.2 tal-Komunikazzjoni tagħha dwar din il-proposta, is-setturi jew subsetturi kollha esposti għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jiġu trattati l-istess fid-Direttiva 2003/96.

Rigward il-bijomassa, il-proposta ta’ modifika tad-Direttiva 2003/96 ittejjeb it-trattament fiskali sakemm il-kapaċità enerġetika tagħha tkun iżgħar mill-volum, u b’hekk tintemm id-diskriminazzjoni fiskali kontriha fil-konfront tal-fjuwils fossili. Dan il-fatt jitlob li jsir appell meħtieġ dwar ir-rwol importanti li għandha jkollha l-bijomassa fil-konfigurazzjoni tat-taħlita enerġetika tal-Istati Membri mhux biss għax hi enerġija mhux fossili iżda wkoll għax il-produzzjoni tagħha sservi biex tassorbi l-karbonju. Rigward il-fiskalità, anke jekk mhux fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/96, jeħtieġ isir appell għal armonizzazzjoni tad-diverġenzi kbar fil-VAT li japplikaw l-Istati Membri differenti fir-rigward tal-bijomassa (b’mod speċjali l-Istati konfinali) biex jevitaw il-possibilità ta’ "effett ta’ fruntiera" fl-iżvilupp tal-bijomassa bejn ir-reġjuni u l-pajjiżi differenti tal-Komunità.

Fl-aħħar nett, nitlob li l-Parlament Ewropew jiġi inkluż mal-istituzzjonijiet li jridu jiġu infurmati mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tagħha fil-ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva u jqis pożittivament l-inkorporazzjoni ta’ perjodu tranżitorju sal-2023 għall-applikazzjoni totali tal-bidliet introdotti fid-Direttiva attwali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda                     1

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Għaldaqstant, għandha ssir dispożizzjoni għat-tassazzjoni tal-enerġija biex din tkun tikkonsisti minn żewġ komponenti: it-tassazzjoni relatata mas-CO2 u t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Sabiex it-tassazzjoni tal-enerġija tadatta għat-tħaddim tal-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu mitlubin jiddistingwu b’mod espliċitu bejn dawn iż-żewġ komponenti. Dan jippermetti wkoll it-trattament distint tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmula minn bijomassa.

(5) Għaldaqstant, għandha ssir dispożizzjoni għat-tassazzjoni tal-enerġija biex din tkun tikkonsisti minn żewġ komponenti: it-tassazzjoni relatata mas-CO2 u t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Sabiex it-tassazzjoni tal-enerġija tadatta għat-tħaddim tal-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu mitlubin jiddistingwu b’mod espliċitu bejn dawn iż-żewġ komponenti. Dan jippermetti wkoll it-trattament distint tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmula minn bijomassa fid-dawl tal-vantaġġi li joffru bħala sors ta’ enerġija rinnovabbli, irħisa u li kważi ma toħloqx effett ta’ serra.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti lill-Istati Membri japplikaw għax-xogħlijiet tal-agrikoltura, l-ortikoltura u l-pixxikoltura kif ukoll għall-forestrija mhux biss id-dispożizzjoijiet ġenerali applikabbli għan-negozji iżda wkoll livell ta’ tassazzjoni li jinżel għal żero. Eżami ta’ dik l-għażla wera li safejn hija kkonċernata t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, iż-żamma tagħha tkun kontra l-objettivi tal-politika usa’ tal-Unjoni sakemm ma tkunx marbuta ma’ kontraparti li tiżgura l-avvanzi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija. Fir-rigward tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 it-trattament tas-setturi kkonċernati għandu jkun allinjat mar-regoli li japplikaw għas-setturi industrijali.

(20) L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti lill-Istati Membri japplikaw għax-xogħlijiet tal-agrikoltura, l-ortikoltura u l-pixxikoltura kif ukoll għall-forestrija mhux biss id-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għan-negozji iżda wkoll livell ta’ tassazzjoni li jinżel għal żero, bl-għan li tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika ta’ dawn is-setturi, li diġà huma mxekkla minn rekwiżiti soċjali, fitosanitarji u ambjentali kbar li għalihom is-suq ma jipprovdix kumpens xieraq. Minkejja dan, eżami ta’ dik l-għażla wera li safejn hija kkonċernata t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, iż-żamma tagħha tkun kontra l-objettivi tal-politika usa’ tal-Unjoni sakemm ma tkunx marbuta ma’ kontraparti li tiżgura l-avvanzi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija, u fl-istess waqt toħloq, f'terminu ta’ żmien medju, tnaqqis fl-ispejjeż fissi tal-produzzjoni f’dawn is-setturi. Dan il-progress fl-effiċjenza enerġetika għandu jagħmel parti minn ċiklu ta’ snin twil biżżejjed u għandu jkun sottomess għall-ippjanar pubbliku u monitoraġġ mill-entitajiet pubbliċi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu gwida teknika lill-operaturi f’dawn is-setturi jekk jiġu applikati rekwiżiti addizzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija relatati mar-rati tat-taxxa. Fir-rigward tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 it-trattament tas-setturi kkonċernati għandu jqis il-kapaċitajiet speċifiċi ta’ qbid u ħżin tal-karbonju u r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal kull wieħed mis-setturi u s-subsetturi konċernati, kif ukoll l-impatt possibbli fuq il-produttività u l-vijabbiltà tagħhom. Is-setturi li jipproduċu l-bijomassa b’ħafna potenzjal ta’ assorbiment tal-karbonju għandhom ikunu eżentati. Huwa essenzjali li f’reġjuni b’kapaċità eċċezzjonali li jipproduċu enerġija minn sorsi rinnovabbli tiġi mħeġġa l-indipendenza enerġetika tal-attivitajiet agrikoli u tat-trobbija tal-bhejjem tagħhom.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Is-settur tal-bijomassa hu settur strateġiku, kemm għall-kompożizzjoni tat-taħlita enerġetika ġejjiena tal-Istati Membri kif ukoll għat-tfassil ta’ strateġiji għall-iżvilupp ta’ prodotti tal-bijomassa b’valur miżjud għoli għall-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, minħabba li l-produzzjoni tagħha tassorbi l-karbonju. L-Istati Membri għandhom jevitaw li japplikaw rati eċċessivament diverġenti ta’ tassazzjoni, anke fil-każ tal-VAT, sabiex jevitaw ir-riskju li jinħoloq ‘effett ta’ fruntiera’ bejn l-Istati Membri.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Kull ħames snin, u għall-ewwel darba sa qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi teżamina b’mod partikolari l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq fl-UE tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-ajru u bil-baħar. Il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa.

(28) Kull tliet snin, u għall-ewwel darba sa qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi teżamina b’mod partikolari l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq fl-UE tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-ajru u bil-baħar. Il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-definizzjoni ta' bijomassa użata f'din id-Direttiva hi bla ħsara għall-użu ta' definizzjoni differenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali meta l-iskopijiet ikunu differenti minn dawk ta’ din id-Direttiva.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – ittra a – inċiż ii

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – ittra i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i) li jinsabu fil-Kodiċi NM 2207, 2208 90 91 u 2208 90 99 jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi u huma żnaturati skont l-Artikolu 27(1)(a) u (b) tad-Direttiva 92/83/KE;

i) li jinsabu fil-Kodiċi NM 2207, 2208 90 91 u 2208 90 99 jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi;

Ġustifikazzjoni

Ir-restrizzjoni proposta tad-definizzjoni ta’ etanol żnaturat fl-Artikolu 2 (i) mhix kompatibbli mal-prattika tas-suq u mad-definizzjoni ta’ bijoetanol skont il-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, pereżempju l-Isvezja, l-Awstrija u l-Ġermanja.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt b

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

«3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw livell ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija ’l isfel sa żero fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għall-agrikoltura, l-ortikultura, xogħlijiet akwakulturali u fil-forestrija. Il-benefiċjarji għandhom ikunu soġġetti għal arranġamenti li jridu jwasslu għal effiċjenza akbar tal-enerġija ekwivalenti b’mod wiesa’ għal dawk li setgħu inkisbu kieku r-rati minimi standard tal-Unjoni kienu ġew osservati.”

«3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw livell ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija ’l isfel sa żero fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għall-agrikoltura, l-ortikultura, xogħlijiet akwakulturali u fil-forestrija. L-Istati Membri flimkien mal-benefiċjarji għandhom joħolqu strateġiji speċifiċi li jridu jwasslu għal effiċjenza akbar tal-enerġija ekwivalenti b’mod wiesa’ għal dawk li setgħu inkisbu kieku r-rati minimi standard tal-Unjoni kienu ġew osservati.”

Ġustifikazzjoni

Importanti li l-ħidma ta’ effiċjenza enerġetika li qed tintalab bħala kontroparti ta’ trattament fiskali aħjar tkun ikkoordinata mal-Istati fi strateġiji speċifiċi u b’kollaborazzjoni mas-settur, li tkun tinkorpora perjodu suffiċjenti ta’ żmien li jippermetti ċerta flessibilità u jiffaċilita biżżejjed investiment li jipproduċi ffrankar enerġetiku reali li ma jkunx possibbli mingħajr l-appoġġ pubbliku u investimenti annwali.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – ittra b a (ġdida)

Direttiva 2203/96/KE

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri se jipprovdu gwida ġenerali lill-benefiċjarji, inklużi l-impriżi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju, rigward l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ effiċjenza enerġetika marbuta mar-rata ta’ taxxa mnaqqsa.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt 1 – ittra a – inċiż i

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Sal-1 ta’ Jannar 2023, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, japplikaw eżenzjoni jew rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija taħt il-kontroll fiskali fuq il-prodotti taxxabbli msemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva meta tali prodotti huma magħmula minn, jew ikun fihom, wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin u fejn, safejn għandhom x'jaqsmu l-bijofjuwils u bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE, dawn il-prodotti jkunu jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva.”

1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw, taħt kontroll fiskali, eżenzjoni jew rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni tal-konsum tal-enerġija fuq il-prodotti taxxabbli msemmija fl-Artikolu 2 meta dawn ikunu magħmula minn, jew ikun fihom wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

L-għan hu li jerġa’ jiġi stabbilit l-ispirtu tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/96/KE. Il-bijofjuwils se jikkontribwixxu b’mod sinifikanti fl-isforzi tal-UE li tilħaq l-għanijiet klimatiċi u enerġetiċi tagħha. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jikkummerċjalizzaw fjuwils li jkun fihom bijokarburanti. It-taxxi huma strument importanti waqt il-fażi tal-ewwel kummerċjalizzazzjoni ta’ tip ġdid ta’ fjuwil.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 14

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 18 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Portugall jista’ japplika livelli ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku kkunsmati fir-Reġjuni Awtonomi tal-Ażores u Madejra li huma inqas mil-livelli minimi ta’ tassazzjoni kif stabbilit f’din id-Direttiva sabiex jikkumpensa għall-ispejjeż tat-trasport magħmula minħabba n-natura insulari u dispersa ta’ dawn ir-reġjuni.

3. Spanja u l-Portugall jistgħu japplikaw livelli ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku kkunsmati rispettivament fil-Komunitajiet Awtonomi tal-Gżejjer Kanarji u l-Gżejjer Baleariċi, u fir-Reġjuni Awtonomi tal-Ażores u Madejra li huma inqas mil-livelli minimi ta’ tassazzjoni kif stabbilit f’din id-Direttiva sabiex jikkumpensa għall-ispejjeż tat-trasport magħmula minħabba n-natura insulari u dispersa ta’ dawn ir-reġjuni.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 21

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 29 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull ħames snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Kull tliet snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 21

Direttiva 2003/96/KE

Artikolu 29 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi kwalunkwe każ, il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-finijiet tal-Artikolu 14a ta' din id-Direttiva għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa."

Fi kwalunkwe każ, il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-finijiet tal-Artikolu 14a ta' din id-Direttiva għandha tkun irriveduta b'mod regolari. L-ewwel reviżjoni għandha ssir mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, u għandu jingħata kas b’mod partikolari tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa.”

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

Referenzi

COM(2011)0169 – C7-0105/2011 – 2011/0092(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

9.6.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sergio Gutiérrez Prieto

24.5.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.11.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.12.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Richard Ashworth, Liam Aylward, Luis Manuel Capoulas Santos, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Iratxe García Pérez, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Elisabeth Köstinger, Agnès Le Brun, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Mariya Nedelcheva, James Nicholson, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Spyros Danellis, Marian Harkin, Christa Klaß, Giovanni La Via, Astrid Lulling, Milan Zver

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

Referenzi

COM(2011)0169 – C7-0105/2011 – 2011/0092(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

29.4.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.5.2011

ENVI

10.5.2011

ITRE

10.5.2011

TRAN

10.5.2011

 

AGRI

9.6.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Astrid Lulling

10.5.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

31.8.2011

7.11.2011

19.12.2011

 

Data tal-adozzjoni

29.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

6

16

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Syed Kamall, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Sampo Terho, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Băsescu, Philippe De Backer, Herbert Dorfmann, Sari Essayah, Ashley Fox, Enrique Guerrero Salom, Thomas Händel, Danuta Jazłowiecka, Krišjānis Kariņš, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Sirpa Pietikäinen, Theodoros Skylakakis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Godelieve Quisthoudt-Rowohl

Data tat-tressiq

8.3.2012