RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u dwar ikel għal skopijiet mediċi speċjali

30.4.2012 - (COM(2011)0353 – C7‑0169/2011 – 2011/0156(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Frédérique Ries


Proċedura : 2011/0156(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0059/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u dwar ikel għal skopijiet mediċi speċjali

(COM(2011)0353 – C7‑0169/2011 – 2011/0156(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0353),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 144 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0169/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artkolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa mis-Senat Taljan, fil-qafas tal-protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tisħaq li l-abozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2011[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0000/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u dwar ikel għal skopijiet mediċi speċjali

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, dwar ikel għal skopijiet mediċi speċjali u dwar ikel għal persuni intolleranti għall-glutina u dwar ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji

Ġustifikazzjoni

F'din il-proposta tneħħew ċerti garanziji essenzjali offruti fid-Direttiva Qafas djetetika attwali (2009/39/KE) u fl-ambitu tad-Direttivi Vertikali rilevanti tagħha għad-detriment tal-konsumaturi vulnerabbli. Dawn il-konsumaturi jeħtieġu ikel li jkun speċjalment formulat biex jipprovdi nutrizzjoni speċjalizzata u biex jgħinhom fit-tmexxija djetetika tal-kundizzjonijiet speċifiċi. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jerġa' jiddaħħal il-kunċett tal-ikel maħsub għal nutrizzjoni speċjalizzata. Dan huwa konformi mal-istandard Codex attwali għall-ikel għal użi djetetiċi speċjali (146-1985).

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-moviment liberu ta' ikel sigur u nutrittiv huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv fis-saħħa u l-benessri taċ-ċittadini, u fl-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

(2) Is-sikurezza tal-ikel, speċjalment meta jkun maħsub biex jitma' popolazzjonijiet vulnerabbli bħal pereżempju t-trabi, it-tfal żgħar kif ukoll persuni li għandhom mard partikolari, tikkostitwixxi prerekwiżit essenzjali għall-moviment ħieles ta' tali persuni u għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li tinbidel il-perspettiva: il-funzjonament tajjeb tas-suq intern ma jistax ma jagħtix każ tas-saħħa tal-aktar persuni vulnerabbli.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) F'dan il-kuntest u minħabba li l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni ġiet stabbilita b'tali mod li hija tiggarantixxi li l-ebda ikel ma jitpoġġa fis-suq jekk ikun perikoluż, għandhom jiġu esklużi s-sustanzi suxxettibbli li jkollhom effett negattiv fuq is-saħħa tal-popolazzjonijiet ikkonċernati mill-kompożizzjoni tal-kategoriji ta' ikel koperti minn dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex aċċettabbli li l-leġiżlazzjoni Komunitarja attwalment fis-seħħ taċċetta l-preżenza ta' residwi ta' pestiċidi fil-formuli tat-trabi li jkollhom anqas minn 12-il xahar jew tat-tfal li għandhom anqas minn 3 snin. Esponiment minn kmieni għal dawn il-prodotti tossiċi jista' jkollu effetti irrimedjabbli. Jeħtieġ li jiġi applikat malajr kemm jista' jkun il-prinċipju tal-projbizzjoni tal-użu tal-pestiċidi fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali, bħal pereżempju l-ħalib, kif ukoll li jsiru kontrolli aktar stretti.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel maħsuba għal użu ta’ nutriment partikolari tistabbilixxi regoli ġenerali dwar il-kompożizzjoni u t-tħejjija ta’ ikel simili li huwa mfassal apposta biex jilħaq rekwiżiti ta’ nutriment partikolari għall-persuni li hu maħsub għalihom dan l-ikel. Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1977 u b'hekk għandhom jiġu rreveduti.

(3) Id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel maħsuba għal użu ta’ nutriment partikolari tistabbilixxi regoli ġenerali dwar il-kompożizzjoni u t-tħejjija ta’ ikel simili li huwa mfassal apposta biex jilħaq rekwiżiti ta’ nutriment partikolari għall-persuni li hu maħsub għalihom dan l-ikel. Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1977 u ma jsolvux id-diffikultà tal-konsumatur meta jiġi biex jagħmel għażla informata bejn ikel djetetiku, ikel imsaħħaħ, ikel b'indikazzjoni dwar is-saħħa u ikel għall-konsum normali. L-interazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni adottati riċentement, bħad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, teħtieġ ukoll reviżjoni profonda tad-Direttiva 2009/39/KE.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jaqbel mal-ħsieb tal-Kummissjoni li tagħmel reviżjoni profonda tad-direttiva qafas dwar prodotti tal-ikel maħsuba għal nutrizzjoni partikolari. L-operaturi approfittaw mid-diversi leġiżlazzjonijiet disponibbli għalihom biex jikkumerċjalizzaw prodotti simili taħt ismijiet differenti.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Wara li kkunsidraw ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tas-sostituti tal-ħalib tal-omm fil-pajjiżi terzi min-naħa tal-manifatturi tal-Komunità1.

 

_______________

 

1 ĠU C 172, 8.7.1992, p. 1.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Id-Direttiva 2009/39/KE tipprevedi li jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali dwar iż-żewġ kategoriji speċifiċi ta’ ikel li ġejjin, u li huma klassifikati taħt id-definizzjoni ta’ prodotti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari: 'ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, b’mod partikolari għall-isportivi' u 'ikel għall-persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete)'. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, ma setgħet tintlaħaq ebda konklużjoni ta’ suċċess b’rabta mal-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi minħabba opinjonijiet ferm diverġenti bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati b’rabta mal-għan tal-leġiżlazzjoni speċifika, l-għadd ta’ kategoriji sekondarji tal-ikel li jridu jiġu inklużi, il-kriterji għat-twaqqif ta’ rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-impatt potenzjali fuq l-innovazzjoni fl-iżvilupp tal-prodott. F’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet speċjali tal-ikel għal persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete), rapport tal-Kummissjoni jikkonkludi li ma hemmx bażi xjentifika għat-twaqqif ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni.

(7) Id-Direttiva 2009/39/KE tipprevedi li jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali dwar iż-żewġ kategoriji speċifiċi ta’ ikel li ġejjin, u li huma klassifikati taħt id-definizzjoni ta’ prodotti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari: 'ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, b’mod partikolari għall-isportivi' u 'ikel għall-persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete)'. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, ma setgħet tintlaħaq ebda konklużjoni ta’ suċċess b’rabta mal-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi minħabba opinjonijiet ferm diverġenti bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati b’rabta mal-għan tal-leġiżlazzjoni speċifika. Madankollu, l-impenn meħud mill-Kummissjoni fid-Direttiva 2009/39/KE sabiex tirrikonoxxi r-rekwiżiti nutrizzjonali tal-persuni sportivi għandu jibqa' japplika, kif appoġġat mill-opinjonijiet xjentifiċi tal-EFSA dwar indikazzjonijiet rilevanti għall-individwi attivi, u r-rapport tal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel tat-28 ta' Frar 2001 dwar il-kompożizzjoni u l-ispeċfikazzjoni tal-ikel maħsub għal sforsi muskolari intensi, speċjalment għall-persuni sportivi. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 2015, il-ħtieġa li terġa' teżamina l-liġi ġenerali dwar l-ikel f'dan ir-rigward.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Ir-Rapport tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ġunju 2008 dwar ikel għal persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete), jikkonkludi li ma hemmx bażi xjentifika għat-twaqqif ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni. Għalhekk dan ir-Regolament mhuwiex il-qafas legali xieraq għal din il-kategorija ta' ikel. Skont il-Kummissjoni, huwa aktar importanti, fir-rigward tal-persuni dijabetiċi, li jiġu kkunsidrati l-kwantità u t-tip ta' ikel mikul. Din il-konklużjoni ma topponiex l-istabbiliment ta' strateġija f'livell tal-Unjoni mmirata, b'mod globali, għad-dijabete (tat-tip 1 u tat-tip 2) li taffettwa aktar minn 32 miljun ċittadin Ewropew. Dawn iċ-ċifri li huma mistennija jiżdiedu b'16% sal-2030 minħabba obesità endemika u t-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea, jiġġustifikaw attenzjoni kostanti f'livell tal-Unjoni, anke fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament mhuwiex il-qafas legali xieraq biex jipprovdi d-dimensjonijiet kollha tal-problema kbira tad-dijabete fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Hemm il-ħtieġa, għalhekk, li jitneħħew id-differenzi fl-interpretazzjoni u li jiġu trattati d-diffikultajiet tal-Istati Membri u tal-operaturi meta jikkombinaw il-leġiżlazzjonijiet differenti dwar it-tipi ta' ikel, billi jiġi simplifikat l-ambjent regolatorju; Dan jiżgura li prodotti simili jiġu trattati bl-istess mod fl-Unjoni kollha u li jinħolqu kundizzjonijiet aktar ugwali għall-operaturi kollha fis-suq intern, speċjalment l-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 jistabbilixxi l-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali dwar il-liġi tal-ikel, iwaqqaf l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi proċeduri b’rabta mas-sigurtà tal-ikel għat-twaqqif ta’ prinċipji u definizzjonijiet komuni għal-liġi tal-ikel tal-Unjoni sabiex jiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u t-tħaddim effettiv tas-suq intern. Dan jistabbilixxi l-prinċipji tal-analiżi tar-riskju relatati mal-ikel u jistabbilixxi strutturi u mekkaniżmi għal valutazzjoni xjentifika u teknika li ssir mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa ’l quddiem magħrufa bħala 'l-Awtorità'). B’hekk, ċerti definizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. Barra dan, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tiġi kkonsultata fuq kull kwistjoni li tista’ taffettwa s-saħħa pubblika.

(14) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 jistabbilixxi l-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali dwar il-liġi tal-ikel, iwaqqaf l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi proċeduri b’rabta mas-sigurtà tal-ikel għat-twaqqif ta’ prinċipji u definizzjonijiet komuni għal-liġi tal-ikel tal-Unjoni sabiex jiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jiġi żgurat it-tħaddim effettiv tas-suq intern. Dan jistabbilixxi l-prinċipji tal-analiżi tar-riskju relatati mal-ikel, jiddikjara li skont il-prinċipju tal-prekawzjoni jistgħu jiġu adottati miżuri provviżorji tal-ġestjoni tar-riskji, u jistabbilixxi strutturi u mekkaniżmi għal valutazzjoni xjentifika u teknika li ssir mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa ’l quddiem magħrufa bħala 'l-Awtorità'). B’hekk, ċerti definizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. Barra dan, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tiġi kkonsultata fuq kull kwistjoni li tista’ taffettwa s-saħħa pubblika.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' prekawzjoni, meqjus bħala miżura provviżorja tal-ġestjoni tar-riskji huwa fost il-prinċipji ġenerali tal-leġiżlazzjoni ġenerali dwar l-ikel tat-28 ta Jannar 2002.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Meta jkun hemm riskju għall-ħajja jew għas-saħħa, kemm jekk ikun immedjat jew fit-tul, iżda tkun tippersisti inċertezza xjentifika, il-prinċipju tal-prekawzjoni għandu japplika biex jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, b'kunsiderazzjoni tal-effetti tossiċi kumulattivi u s-sensittivitajiet partikolari tas-saħħa tal-gruppi tal-popolazzjoni partikolarment vulnerabbli speċifikati f'dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Marbuta mal-emenda 9.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Għadd limitat ta’ kategoriji tal-ikel jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta’ tmigħ għal ċerti gruppi tal-popolazzjoni jew jirrappreżentaw sors parzjali ta’ tmigħ; kategoriji simili ta’ ikel huma essenzjali għall-ġestjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u/jew huma essenzjali biex jinżammu s-sustanzi xierqa meħtieġa għal ċerti gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni magħrufa. Dawn il-kategoriji tal-ikel jinkludu l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali. L-esperjenza wriet li d-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE, kif ukoll id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE jiggarantixxu l-moviment ħieles ta’ ikel simili b’mod sodisfaċenti, filwaqt li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. B’hekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jiffoka fuq ir-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, filwaqt li jikkunsidra d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE.

(15) Għadd limitat ta’ kategoriji tal-ikel jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta’ tmigħ għal ċerti gruppi tal-popolazzjoni jew jirrappreżentaw sors parzjali ta’ tmigħ; kategoriji simili ta’ ikel huma essenzjali għall-ġestjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u/jew huma essenzjali biex jinżammu s-sustanzi xierqa meħtieġa għal ċerti gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni magħrufa. Dawn il-kategoriji tal-ikel jinkludu l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, l-ikel għal persuni intolleranti għall-glutina u l-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx (LCD) u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji (VLCD). L-esperjenza wriet li d-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE, kif ukoll id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE jiggarantixxu l-moviment ħieles ta’ ikel simili b’mod sodisfaċenti, filwaqt li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. Il-prodotti ta' dieti b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji attwalment mhumiex koperti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE iżda biss mid-Direttiva Qafas 2009/39/KE. B'hekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jiffoka fuq ir-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar, l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, l-ikel għal persuni intolleranti għall-glutina u l-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx (LCD) u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji (VLCD), filwaqt li jikkunsidra d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Għall-garanzija taċ-ċertezza legali, id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE għandhom jiġu trasferiti għal dan ir-Regolament. Madankollu, id-definizzjonijiet tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali għandhom jiġu adattati b'mod regolari billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku u l-iżviluppi rilevanti fuq livell internazzjonali, kif inhu xieraq.

(16) Għall-garanzija taċ-ċertezza legali, id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE għandhom jiġu trasferiti għal dan ir-Regolament. Madankollu, id-definizzjonijiet tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali u l-ikel għal persuni intolleranti għall-glutina u l-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx (LCD) u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji (VLCD) għandhom jiġu adattati b'mod regolari billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku u l-iżviluppi rilevanti fuq livell internazzjonali, kif inhu xieraq.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Skont ir-rakkomandazzjonijiet tad-WHO, trabi tat-twelid b'piż baxx għandhom jiġu mitmigħa l-ħalib ta' ommhom stess. Madankollu, trabi tat-twelid b'piż baxx u trabi prematuri ħafna drabi jkollhom rekwiżiti nutrizzjonali speċjali li ma jistgħux jiġu sodisfati mill-ħalib tal-omm stess jew mill-formuli standard tat-trabi. L-ikel għal dawn it-trabi għandu jikkonforma mar-regoli applikabbli għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, meta dan it-tip ta' ikel jintgħażel bħala l-formula l-aktar xierqa, b'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni medika speċifika tat-tarbija. Il-formula maħsuba għal trabi tat-twelid b'piż baxx jew prematuri għandha fi kwalunkwe każ tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/141/KE.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Huwa importanti li l-ingredjenti li jintużaw fil-manifattura tal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament ikunu adegwati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrittivi, u jkunu adegwati għall-persuni li huma maħsuba għalihom u li l-livell nutrittiv xieraq ikun stabbilit minn dejta xjentifika aċċettata b'mod ġenerali. Din l-adegwatezza għandha tintwera permezz ta’ reviżjoni sistematika tad-dejta xjentifika disponibbli.

(17) Huwa importanti li l-ingredjenti li jintużaw fil-manifattura tal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament ikunu adegwati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrittivi, u jkunu adegwati għall-persuni li huma maħsuba għalihom u li l-livell nutrittiv xieraq ikun stabbilit minn dejta xjentifika aċċettata b'mod ġenerali. Din l-adegwatezza għandha tintwera permezz ta’ reviżjoni sistematika u indipendenti tad-dejta xjentifika disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Id-dejta xjentifika dwar il-livell nutrittiv xieraq tal-ikel speċjali trid mhux biss tkun sistematika, iżda wkoll ibbażata fuq evalwazzjoni indipendenti, biex ikunu żgurati l-ogħla affidabilità u l-aċċettazzjoni ġenerali tagħha.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Huwa importanti li l-pestiċidi, livelli massimi ta' residwi li huma awtorizzati mid-Direttiva 2006/141/KE u mid-Direttiva 2006/125/KE u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta' sigurtà tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti1 ikunu pprojbiti mis-suq u ma jintużawx fil-produzzjoni tal-ikel kopert mir-regolament.

 

______________________

 

1 ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Il-cadusafos, li huwa membru tal-familja kimika tal-organofosfori, huwa pprojbit fit-territorju tal-UE mill-2008: Għalhekk jeħtieġ li jitħassar mil-lista tal-ħames sustanzi attivi li għalihom il-kontenut massimu ta' residwi jew metaboliti tal-pestiċidi hija ffissata fil-formuli għat-trabi tat-twelid u tat-trabi ta' inqas minn 3 xhur. Dan l-irtirar għandu wkoll japplika għall-fipronil, li l-ħsara li jagħmel ġiet spjegata minn numru ta' awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b) Livelli massimi ta' residwi tal-pestiċidi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni rilevanti, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali1, għandhom japplikaw mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

 

______________

 

1 ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 17c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17c) Madankollu, fid-dawl tan-natura vulnerabbli tat-trabi u tat-tfal żgħar, jeħtieġu restrizzjonijiet rigorużi fuq residwi tal-pestiċidi f'formuli tat-trabi u f'formuli tal-prosegwiment u fl-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar. Il-limiti massimi speċifiċi tar-residwi għal dawn il-prodotti huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-pestiċidi li għandhom sustanzi kklassifikati bħala perikolużi speċifikament għas-saħħa tal-bniedem.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 17d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17d) Fl-istadji kollha tal-katina tal-produzzjoni tal-ikel, in-negozji tal-ikel u l-operaturi tan-negozji tal-ikel, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom jiżguraw li l-ikel kopert minn dan ir-Regolament jikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel b'mod ġenerali u ma' dan ir-Regolament b'mod partikolari.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' responsabbiltà tal-atturi kollha tal-katina tal-produzzjoni tal-ikel għandu jiġi enfasizzat f'dan ir-Regolament.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Ir-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar huma stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel. Dawk ir-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar għandhom, bħala regola ġenerali, japplikaw għall-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, dan ir-Regolament għandu jipprovdi wkoll rekwiżiti addizzjonali għal, jew derogi minn, dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE, fejn hu meħtieġ, sabiex jilħaq l-għanijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament.

(18) Ir-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011. Dawk ir-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar għandhom, bħala regola ġenerali, japplikaw għall-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, dan ir-Regolament għandu jipprovdi wkoll rekwiżiti addizzjonali għal, jew derogi minn, dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, fejn hu meħtieġ, sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sa mill-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar l-ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u dwar ikel għal skopijiet mediċi speċjali, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel, ġiet sostitwita bir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi l-kriterji għat-twaqqif ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, billi jqis id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE. Sabiex jiġu adattati d-definizzjonijiet tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali stabbiliti f’dan ir-Regolament billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku fuq livell internazzjonali, għall-istabbiliment tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni b’rabta mal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament, inkluż għar-rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar, jew derogi minn, dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE u għall-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet nutrittivi u tas-saħħa, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fuq livell ta’ esperti. Waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, il-Kummissjoni, għandha tiggarantixxi trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta' dokumenti rilevanti għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(19) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi l-kriterji għat-twaqqif ta' rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, l-ikel għal persuni intolleranti għall-glutina u l-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx (LCD) u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji (VLCD), billi jqis id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE. Sabiex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni b'rabta mal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fuq livell ta’ esperti. Waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, il-Kummissjoni, għandha tiggarantixxi trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta' dokumenti rilevanti għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex xieraq li jiġu previsti atti delegati għall-aġġornament tad-definizzjonijiet, billi d-definizzjonijiet huma parti essenzjali mir-Regolament li għandhom jinbidlu biss permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista huma att ta' applikazzjoni ġenerali biex jiġu supplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 11(1) huma miftuħa ħafna. Għalhekk għandhom jiġu applikati l-atti delegati.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, tikkjarifika l-istatus tal-ħalib maħsub għat-tfal bejn it-12 u s-36 xahar, li attwalment huma regolati minn atti legali differenti tal-Unjoni, bħal pereżempju r-Regolament (KE) Nru 178/2002, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006, id-Direttiva 2009/39/EC, u r-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn tivvaluta jekk hijiex meħtieġa azzjoni leġiżlattiva addizzjonali, sa mhux aktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Fejn xieraq, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Huwa xieraq li tiġi stabbilita u aġġornata lista tal-Unjoni ta’ vitamini, minerali, aċidi amminiċi u sustanzi oħra li jistgħu jiġu miżjuda mal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, soġġetti għal ċerti kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. Minħabba l-fatt li l-adozzjoni tal-lista timplika l-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta b’mod immedjat atti ta’ implimentazzjoni applikabbli li jaġġornaw il-lista tal-Unjoni, fejn, f’każijiet b’raġuni adegwata relatati mas-saħħa pubblika, ikunu meħtieġa minħabba raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

(20) Huwa xieraq li tiġi stabbilita u aġġornata lista tal-Unjoni ta’ vitamini, minerali u sustanzi oħra li jistgħu jiġu miżjuda mal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, kif ukoll l-ikel maħsub biex jintuża f'dieti ristretti fl-enerġija, soġġetti għal ċerti kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-adozzjoni tal-lista għandha issir b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet tal-ikel tal-gruppi tal-popolazzjonijiet kkonċernati u għandha tikkunsidra l-listi stabbiliti mid-Direttivi 2006/141/KE u 2006/125/KE, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 tat-13 ta' Ottubru 2009 dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari, li ma tapplikax għall-formuli kemm dawk likwidi kif ukoll dawk solidi għat-trabi u tfal żgħar, u li tissostitwixxihom. Minħabba l-fatt li l-adozzjoni u l-aġġornament tal-lista hija miżura ta' applikazzjoni ġenerali biex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha tadotta b’mod immedjat atti delegati applikabbli li jaġġornaw il-lista tal-Unjoni, fejn, f’każijiet b’raġuni adegwata relatati mas-saħħa pubblika, ikunu meħtieġa minħabba raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

 

_________________

 

1 ĠU L 269, 14.10.2009, p. 9.

Ġustifikazzjoni

Jekk ikun xieraq li tiġi appoġġata l-idea tal-Kummissjoni li jiġi segwit mudell simplifikat u kkonsolidat tal-lista pożittiva unika tal-vitamini, minerali u nutrijenti oħra, huwa importanti wkoll li jiġu ppreċiżati l-limiti sabiex jinżammu l-ispeċifiċitajiet tal-ikel ta' kull grupp tal-popolazzjoni. Nutrijent miżjud li hu tajjeb għall-persuna marida jista' ma jkunx tajjeb għal tarbija tat-twelid.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Bħalissa, f’konformità mal-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji tas-Saħħa Emerġenti u Identifikati Ġodda (SCENIHR) dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti tan-nanoteknoloġiji, tad-19 ta’ Jannar 2009, hemm informazzjoni mhux adegwata dwar ir-riskji assoċjati man-nanomaterjali artifiċjali u l-metodi ta’ testijiet eżistenti jistgħu ma jkunux adegwati biex ikopru l-kwistjonijiet kollha li jistgħu jinqalgħu b’rabta man-nanomaterjali artifiċjali. B’hekk, in-nanomaterjali artifiċjali ma għandhomx jiġu nklużi fil-lista tal-Unjoni għall-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament, sakemm issir valutazzjoni mill-Awtorità.

(21) Bħalissa, f’konformità mal-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji tas-Saħħa Emerġenti u Identifikati Ġodda (SCENIHR) dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti tan-nanoteknoloġiji, tad-19 ta’ Jannar 2009, hemm informazzjoni mhux adegwata dwar ir-riskji assoċjati man-nanomaterjali artifiċjali u l-metodi ta’ testijiet eżistenti jistgħu ma jkunux adegwati biex ikopru l-kwistjonijiet kollha li jistgħu jinqalgħu b’rabta man-nanomaterjali artifiċjali. B'kunsiderazzjoni ta' din l-opinjoni xjentifika u rigward is-sensittività partikolari tal-kategoriji li għalihom huwa maħsub l-ikel kopert minn dan ir-Regolament, in-nanomaterjali maħdumin ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni għall-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament sakemm is-sikurezza, abbażi ta' biżżejjed metodi ta' testijiet, il-valur nutrizzjonali tagħhom u l-idoneità għall-persuni li għalihom huma maħsuba ma jintwerewx mill-Awtorità.

Ġustifikazzjoni

Abbażi tal-emenda 21 tar-Rapporteur. In-nanomaterjali jistgħu jiġu vvalutati biss b'metodi ta' ttestjar speċifiċi.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Fl-interessi tal-effiċjenza u s-simplifikazzjoni leġiżlattiva, għandu jkun hemm perjodu minimu ta’ eżaminazzjoni dwar il-kwistjoni tal-estensjoni tal-għan tal-lista tal-Unjoni għal kategoriji oħra tal-ikel mmexxija minn leġiżlazzjoni speċifika oħra tal-Unjoni.

(22) Fl-interessi tas-simplifikazzjoni leġiżlattiva u tar-rieda ddikjarata għall-appoġġ tal-innovazzjoni, għandu jkun hemm perjodu minimu ta’ eżaminazzjoni dwar il-kwistjoni tal-estensjoni tal-ambitu tal-lista tal-Unjoni għal kategoriji oħra tal-ikel irregolati minn leġiżlazzjoni speċifika oħra tal-Unjoni. Tali estensjoni għandha tiġi deċiża mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni mill-Awtorità.

Ġustifikazzjoni

F'rabta mal-emenda 17: Huwa importanti li permezz tal-kompetenza tal-EFSA u l-kontroll demokratiku xieraq jiġu rregolati l-estensjonijiet futuri tal-lista għall-kategoriji oħra ta' ikel.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Bħalissa, l-indikazzjonijiet 'mingħajr lattożju' u 'b’livell baxx ta’ lattożju' mhumiex koperti mil-liġi tal-Unjoni. Dawn l-indikazzjonijiet madankollu huma importanti għall-persuni intolleranti għal-lattożju. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tikkjarifika l-istatus tagħhom skont il-liġi ġenerali dwar l-ikel.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) It-'tibdil ta' ikel għall-kontroll tal-piż' u t-'tibdil tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż' huma meqjusa bħala ikel għal użu ta’ nutriment partikolari u huma rregolati mir-regoli speċifiċi adottati skont id-Direttiva 96/8/KE. Madankollu, aktar u aktar ikel maħsub għall-popolazzjoni ġenerali deher fuq is-suq b’indikazzjonijiet simili li huma ppreżentati bħala indikazzjonijiet tas-saħħa għall-kontroll tal-piż. Sabiex tiġi eliminata kwalunkwe konfużjoni potenzjali bejn l-ikel li jitqiegħed fis-suq għall-kontroll tal-piż u fl-interessi taċ-ċertezzi legali u l-koerenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, indikazzjonijiet simili għandhom jiġu rregolati biss mir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u jkunu konformi mar-rekwiżiti tiegħu. Huwa meħtieġ li l-adattamenti tekniċi bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, jinkludu indikazzjonijiet tas-saħħa li jirreferu għall-kontroll tal-piż tal-ġisem għall-ikel ippreżentat bħala 'tibdil ta' ikel għall-kontroll tal-piż' u t-'tibdil tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż' u l-kundizzjonijiet tal-użu assoċjati kif inhuma rregolati skont id-Direttiva 96/8/KE jridu jitwettqu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(27) It-'tibdil ta' ikel għall-kontroll tal-piż' u t-'tibdil tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż' huma attwalment meqjusa bħala ikel għal użu ta' nutriment partikolari u huma rregolati mir-regoli speċifiċi adottati skont id-Direttiva 96/8/KE, filwaqt li l-ikel maħsub għal dieti b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji (VLCD) huwa regolat mid-Direttiva 2009/39/KE biss. Madankollu, aktar u aktar ikel maħsub għall-popolazzjoni ġenerali deher fuq is-suq b’indikazzjonijiet simili li huma ppreżentati bħala indikazzjonijiet tas-saħħa għall-kontroll tal-piż.

 

Huwa f'dan il-kuntest ta' żieda tal-prodotti tal-ikel li għandhom indikazzjonijiet ġeneriċi u r-riskju ta' drawwiet mhux normali tal-ikel miġjuba minn ċerti dieti mhux ikkontrollati li l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel għandha ta' spiss tevalwa xjentifikament id-domanda għall-indikazzjonijiet tas-saħħa rigward sostituti tal-ikliet. L-evalwazzjoni mwettqa mill-Awtorità ma tkopriex is-sigurtà tal-kriterji ta' kompożizzjoni proposti mill-operatur li japplika l-użu ta' indikazzjoni jew ċerti kundizzjonijiet tat-tikkettar. Għalhekk huma meħtieġa dispożizzjonijiet speċifiċi f'dan ir-Regolament dwar l-ikel maħsub għall-użu f'dieti ristretti fl-enerġija għal tnaqqis fil-piż. Tali dispożizzjonijiet huma għodda importanti ta' sigurtà nutrizzjonali u ta' saħħa tal-persuni li jixtiequ jitilfu l-piż.

 

Sabiex tiġi eliminata kwalunkwe konfużjoni potenzjali bejn l-ikel li jitqiegħed fis-suq għall-kontroll tal-piż u fl-interessi taċ-ċertezzi legali u l-koerenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, filwaqt li jitħarsu dawk l-aktar vulnerabbli, indikazzjonijiet simili dwar l-ikel maħsub għall-popolazzjoni ġenerali għandhom jiġu rregolati biss mir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u jkunu konformi mar-rekwiżiti tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-ikel maħsub għal dieti b'ammont baxx (LCD) u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji (VLCD), li għandhom jikkonformaw ma' dan ir-Regolament. Huwa meħtieġ li l-adattamenti tekniċi bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, jinkludu indikazzjonijiet tas-saħħa li jirreferu għall-kontroll tal-piż tal-ġisem għall-ikel ippreżentat bħala 'tibdil ta' ikel għall-kontroll tal-piż' u t-'tibdil tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż' u l-kundizzjonijiet tal-użu assoċjati kif inhuma rregolati skont id-Direttiva 96/8/KE jridu jitwettqu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Bil-għan li jiġi ggarantit livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri proċeduri adegwati għas-superviżjoni, kemm tal-iġjene kif ukoll tal-kompożizzjoni, kemm qabel kif ukoll wara t-tqegħid fis-suq tal-ikel.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 27b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27b) Skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali1, l-Istati Membri għandhom jagħmlu spezzjonijiet dwar il-konformità tal-impriżi ma' dan ir-Regolament u dwar l-atti delegati li jiġu adottati skont dan ir-Regolament, skont approċċ abbażi tar-riskju.

 

____________________

1 ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Huma meħtieġa miżuri tranżizzjonali adegwati li jippermettu lill-operatur tan-negozju tal-ikel biex jadattaw għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(29) Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri adegwati biex tiżgura ċ-ċertezza legali waqt it-tranżizzjoni għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tipprovdi l-assistenza u l-informazzjoni aġġornata meħtieġa lill-operaturi tan-negozju tal-ikel biex ikunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi evitat li l-aġġustamenti regolatorji li jirriżultaw minn din il-proposta joħolqu lakuna legali, anki jekk waqt perjodu tranżitorju.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fis-suq, li f'ċerti settturi, bħal pereżempju l-ikel għat-trabi u l-ikel mediku, jidher li hu ddominat minn ftit kumpaniji kbar, il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kkonċernati, tadotta linji gwida biex tgħin lill-impriżi, partikolarment l-SMEs, jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u b'hekk tgħin il-kompetittività u l-innovazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Unjoni Ewropea għandha taħseb l-ewwel fiż-żgħir u għandha tiffaċilita, iżda b'dispożizzjonijiet legali xierqa, l-aċċess għall-SMEs fis-suq intern.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 29b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29b) Bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess fis-suq għall-operaturi – speċjalment l-SMEs – li jkunu jixtiequ jbigħu prodotti tal-ikel li jirriżultaw minn innovazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti, għandha tadotta linji gwida dwar il-proċedura tat-tqegħid fis-suq, fuq bażi temporanja, ta' tali ikel.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 29c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29c) Għandha tiġi prevista proċedura li tippermetti li l-oġġetti tal-ikel li jirriżultaw minn innovazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi jitqiegħdu fis-suq fuq bażi temporanja biex ikun jista’ jinkiseb benefiċċju xieraq mill-frott tar-riċerka industrijali sa ma ssir l-emenda tad-Direttiva speċifika konċernata. Madankollu, fuq il-bażi tal-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tista’ tingħata biss wara konsultazzjonijiet mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-manifatturi fis-settur jingħataw l-aqwa orjentazzjoni dwar liema passi jridu jsegwu bil-għan li jkunu jistgħu jirrispondu bl-aħjar mod possibbli għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' nutrizzjoni tal-gruppi vulnerabbli. B'hekk il-gruppi vulnerabbli jkunu jistgħu jibbenefikaw malajr mill-progress tekniku u xjentifiku relevanti.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-kategoriji tal-ikel li ġejjin:

1. Dan ir-Regolament, li jikkumplimenta l-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel, jistabbilixxi rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-kategoriji tal-ikel li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-ikel ta' sostituzzjoni li jissostitwixxi parti jew l-ikel kollu ta' kuljum (li jkopri l-ħtiġijiet tal-ikel f'vitamini, minerali, proteini, aċidi tax-xaħam essenzjali, fibri eċċ) jibqa' jkun soġġett għal test speċifiku. Dan huwa l-aħjar mod kif jinżammu ċerti eżiġenzi f'livell tal-kompożizzjoni ta' dan l-ikel u li jiġu differenzjati minn aspetti marbuta mal-indikazzjonijiet (Regolament (KE) Nru 1924/2006).

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ikel għal skopijiet mediċi speċjali.

(c) ikel għal skopijiet mediċi speċjali, inkluża l-formula maħsuba għat-trabi tat-twelid b'piż baxx u prematuri.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) l-ikel għal persuni intolleranti għall-glutina.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 41/2009, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2012 jipprevedi dispożizzjonijiet ta' tikkettar u ta' kompożizzjoni għall-prodotti adattati għall-persuni intolleranti għall-glutina. Huwa għalhekk loġiku li dawn ir-regolari partikolari jiġu ppreservati billi jiddaħħlu f'din il-proposta għal regolament li jkopri l-kategoriji kollha tal-ikel speċjalizzat maħsub għal popolazzjoni vulnerabbli, bħall-persuni li jbatu mill-marda Ċelijaka.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) l-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx tal-kaloriji (LCD) u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji (VLCD).

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 − paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dan ir-Regolament jipprovdi r-regoli għat-twaqqif u l-aġġornament ta’ lista tal-Unjoni ta’ vitamini, minerali u sustanzi oħra li jistgħu jiġu miżjuda mal-kategoriji tal-ikel li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1.

2. Dan ir-Regolament jipprovdi r-regoli għat-twaqqif u l-aġġornament ta’ lista tal-Unjoni definiti b'mod ċar ta’ vitamini, minerali u sustanzi oħra li jistgħu jiġu miżjuda b'għan nutrizzjonali speċifiku mal-kategoriji tal-ikel li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għal skop nutrizzjonali speċifiku.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li wieħed jippreċiża li dan ir-Regolament jikkonċerna l-ikel li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-ikel partikolari u differenzjati ħafna li jkopru biss minn 1% sa 2% tas-suq Ewropew tal-ikel. Il-paragrafu 3 jieħu l-punt 2 kollu tal-Artikolu 7 tal-proposta maħsuba għad-dispożizzjonijiet preliminari li tħassar.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkollhom il-prevalenza fuq kull rekwiżit konflittwali ieħor tal-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-ikel.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li wieħed jippreċiża li dan ir-Regolament jikkonċerna l-ikel li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-ikel partikolari u differenzjati ħafna li jkopru biss minn 1% sa 2% tas-suq Ewropew tal-ikel. Il-paragrafu 3 jieħu l-punt 2 kollu tal-Artikolu 7 tal-proposta maħsuba għad-dispożizzjonijiet preliminari li tħassar.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) id-definizzjonijiet ta’ 'ikel' u 'tqegħid fis-suq' stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3(8) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(a) id-definizzjonijiet ta' 'ikel', 'bejgħ bl-imnut' u 'tqegħid fis-suq' stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3(7) u 3(8) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-definizzjonijiet ta’ 'tikkettar' u 'prodotti tal-ikel ippakkjati' fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/13/KE

(b) id-definizzjonijiet ta’ 'ikel ippakkjat minn qabel' u 'tikkettar' fil-punti (e) u (j) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;

Ġustifikazzjoni

L-allinjament mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 li ġie adottat riċentement dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jissostitwixxi d-Direttiva 2000/13/KE.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) id-definizzjoni ta' 'nanomaterjal maħdum' stabbilita fil-punt (t) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

Ġustifikazzjoni

Billi n-nanomaterjali maħdumin jissemmew kemm fil-proposta tal-Kummissjoni (Premessa 21) kif ukoll f'bosta emendi, jixraq li d-definizzjoni tiddaħħal.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) 'ikel għal skopijiet mediċi speċjali' tfisser ikel maħsub għall-ġestjoni djetetika tal-pazjenti li jintuża taħt sorveljanza medika. Huwa maħsub għat-tmigħ esklużiv jew parzjali tal-pazjenti li l-ħila limitata, debboli jew kompromessa tagħhom ma tippermettilhomx jieħdu, jiddiġerixxu, jassorbixxu, iħaddmu jew ineħħu ikel normali jew ċerti nutrijenti li jkollhom fihom, jew ma' rekwiżiti nutrittivi oħra b'għan mediku, fejn il-ġestjoni djetetika tagħhom ma tistax tinkiseb biss permezz ta’ tibdil fid-dieta normali.

h) 'ikel għal skopijiet mediċi speċjali' tfisser ikel maħsub għall-ġestjoni djetetika tal-pazjenti li jintuża taħt sorveljanza medika. Huwa maħsub għat-tmigħ esklużiv jew parzjali tal-pazjenti li l-ħila limitata, debboli jew kompromessa tagħhom ma tippermettilhomx jieħdu, jiddiġerixxu, jassorbixxu, iħaddmu jew ineħħu ikel normali jew ċerti nutrijenti li jkollhom fihom, jew ma' rekwiżiti nutrittivi oħra b'għan mediku, fejn il-ġestjoni djetetika tagħhom ma tistax tinkiseb biss permezz ta’ tibdil fid-dieta normali. Ikel għal skopijiet mediċi speċjali jinkludi wkoll formula maħsuba għal trabi tat-twelid b'piż baxx u prematuri, li għandha tkun konformi wkoll mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/141.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) 'Formula maħsuba għal trabi tat-twelid b'piż baxx u prematuri' tfisser formula żviluppata speċifikament biex tissodisfa l-bżonnijiet nutrittivi determinati medikalment tat-trabi li jitwieldu qabel iż-żmien jew li jitwieldu b'piż baxx.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt hb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hb) "ikel għal persuni intolleranti għall-glutina" tfisser oġġetti tal-ikel maħsuba għal użi nutrizzjonali partikolari li jkunu prodotti, preparati jew proċessati b'mod speċjali biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta' dieta ta' persuni intolleranti għall-glutina;

Ġustifikazzjoni

Xi garanziji essenzjali li tagħti d-Direttiva Qafas attwali dwar l-ikel ta' nutriment partikolari (2009/39/KE), partikolarment dawk li jikkonċernaw l-"ikel għall-persuni intolleranti għall-glutina" tneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tar-reviżjoni proposta, għad-dannu ta' dawk li jbatu mill-marda Coeliac. Dan l-ikel għal użi nutrizzjonali speċjalizzati huwa rikonoxxut f'livell internazzjonali mill-Istandard Codex rivedut reċentement 118-1978 rev 2008 għal ikel għal użu djetetiku speċjali għal persuni intolleranti għall-glutina.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt hc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hc) "glutina", tfisser frazzjoni tal-proteina mill-qamħ, segala, xgħir, ħafur jew varjetajiet inkroċjati tagħhom u derivati tagħhom u li ma tinħallx fl-ilma jew f'soluzzjoni ta' klorur tas-sodju bi 0,5 M;

Ġustifikazzjoni

Xi garanziji essenzjali li tagħti d-Direttiva Qafas attwali dwar l-ikel ta' nutriment partikolari (2009/39/KE), partikolarment dawk li jikkonċernaw l-"ikel għall-persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina" tneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tar-reviżjoni proposta, għad-dannu ta' dawk li jbatu mill-marda Coeliac. Dan l-ikel għal użi nutrizzjonali speċjalizzati huwa rikonoxxut f'livell internazzjonali mill-Istandard Codex rivedut reċentement 118-1978 rev 2008 għal ikel għal użu djetetiku speċjali għal persuni intolleranti għall-glutina.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt hd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hd) "ikel maħsub għall-użu f'dieti baxxi fil-kaloriji (LCD)" u "ikel maħsub għall-użu f'dieti baxxi ħafna fil-kaloriji (VLCD)" tfisser ikel fformulat speċifikament li, meta jintuża kif indikat mill-manifattur, jissostitwixxi d-dieta totali ta' kuljum.

 

Prodotti VLCD għandhom bejn l-400 u t-800 kalorija kuljum.

 

Prodotti LCD għandhom bejn t-800 u l-1200 kalorija kuljum.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali skont it-tifsira tal-punt (h) tal-ewwel subparagrafu jaqa' taħt waħda mit-tliet kategoriji li ġejjin:

 

(i) ikel komplut mil-lat nutrizzjonali b'formulazzjoni nutrittiva standard li, meta użata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tista' tikkostitwixxi l-uniku sors ta' tmigħ għal persuni li għalihom huwa maħsub;

 

(ii) ikel komplut mil-lat nutrizzjonali b'formulazzjoni adattata għan-nutrijenti speċifika għall-mard, disturbi jew kundizzjoni medika, li, meta użata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tista' tikkostitwixxi l-uniku sors ta' tmigħ għal persuni li għalihom huwa maħsub;

 

(iii) ikel komplut mil-lat nutrizzjonali b'formulazzjoni standard jew b'formulazzjoni adattata għan-nutrijenti speċifika għall-mard, disturbi jew kundizzjoni medika li mhuwiex adatt għall-użu bħala l-uniku sors ta' tmigħ.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni se jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 15 għall-adattament tad-definizzjonijiet tal-'formula tat-trabi', 'formula tal-prosegwiment', l-'ikel ibbażat fuq iċ-ċereali' u l-'ikel għat-trabi' u l-'ikel għal skopijiet mediċi speċjali' billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku u l-iżviluppi rilevanti fuq livell internazzjonali, kif inhu xieraq.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Marbuta mal-emenda 13 fil-premessa 16: Il-kontroll demokratiku tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jeħtieġ li jkun eżerċitat fuq id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 li huma fundamentali għal din il-proposta għal regolament.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk ikun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

1. L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk ikun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-prodotti tal-ikel.

 

2. Il-prodotti tal-ikel impurtati fl-Unjoni bl-għan li jitpoġġew fis-suq għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel. Il-prodotti tal-ikel esportati jew esportati mill-ġdid mill-Unjoni bil-għan li jitpoġġew fis-suq f'pajjiż terz jirrispettaw il-preskrizzjonijiet applikabbli tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel, ħlief jekk ċirkustanzi partikolari fil-pajjiż importatur marbuta pereżempju mal-kundizzjonijiet klimatiċi jew mat-topografija jiġġustifikaw kompożizzjoni u kondizzjonament differenti.

 

3. L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jitqiegħed biss fis-suq f’għamla ta’ ikel ippakkjat minn qabel.

 

4. L-Istati Membri ma jistgħux jirrestrinġu jew jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' ikel li jikkonforma ma' dan ir-Regolament għal raġunijiet relatati mal-kompożizzjoni, il-manifattura, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jiġu pprovduti l-istess regoli ta' sigurtà u ta' kwalità għall-prodotti tal-ikel impurtat fit-territorju tal-Unjoni bħall-ikel maħsub għall-esportazzjoni, kif jipprovdu wkoll l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament ġenerali dwar l-ikel tat-28 ta' Jannar 2002. Għall-koerenza akbar tat-test, l-aspetti "prodotti tal-ikel ippakkeġġjati minn qabel" u "l-moviment ħieles tal-merkanzija" huma inklużi fl-Artikolu "tqegħid fis-suq".

Emenda  50

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sabiex tippermetti tqegħid fis-suq malajr tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u li jirriżulta minn progress xjentifiku u teknoloġiku, il-Kummissjoni tista', wara konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel, tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15, li jawtorizzaw għall-perjodu ta' sentejn, it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li ma jissodisfawx ir-regoli ta' kompożizzjoni stabbiliti minn dan ir-Regolament u mir-regolament delegati għall-gruppi ta' prodotti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1).

Ġustifikazzjoni

Klawżola ta' innovazzjoni li tippermetti proċedura mgħaġġla taħt il-ħarsien tal-EFSA tinsab fil-leġiżlazzjoni attwali. Minkejja li tintuża ftit, din il-proċedura għandha tinżamm f'din il-proposta.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

imħassar

Ikel ippakkjat minn qabel

 

L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jkun awtorizzat biss fis-suq bl-imnut f’għamla ta’ ikel ippakkjat minn qabel.

 

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jiġu pprovduti l-istess regoli ta' sigurtà u ta' kwalità għall-ikel impurtat fit-territorju tal-Unjoni bħall-ikel maħsub għall-esportazzjoni, kif speċifikat, pereżemju fl-Artikoli 11 u 12 tal-Liġi Ġenerali Dwar l-Ikel, ir-Regolament tat-28 ta' Jannar 2002. Għall-koerenza akbar tat-test, l-aspetti "prodotti tal-ikel ippakkeġġjati minn qabel" u "l-moviment ħieles tal-merkanzija" huma inklużi fl-Artikolu "tqegħid fis-suq".

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

imħassar

Moviment ħieles tal-prodotti

 

L-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet relatati mal-kompożizzjoni, il-manifattura, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tagħhom, jillimitaw jew jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ ikel li jkun konformi ma’ dan ir-Regolament.

 

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jiġu pprovduti l-istess regoli ta' sigurtà u ta' kwalità għall-ikel impurtat fit-territorju tal-Unjoni bħall-ikel maħsub għall-esportazzjoni, kif speċifikat, pereżemju fl-Artikoli 11 u 12 tal-Liġi Ġenerali Dwar l-Ikel, ir-Regolament tat-28 ta' Jannar 2002. Għall-koerenza akbar tat-test, l-aspetti "prodotti tal-ikel ippakkeġġjati minn qabel" u "l-moviment ħieles tal-merkanzija" huma inklużi fl-Artikolu "tqegħid fis-suq".

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6

 

Prinċipju ta' prekawzjoni

 

Meta, wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni xjentifika disponibbli, ikun hemm raġunijiet raġonevoli għal tħassib għall-possibbiltà ta' effetti negattivi iżda tippersisti l-inċertezza xjentifika, jistgħu jiġu adottati miżuri tal-ġestjoni tar-riskji, li jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni li għalihom huwa maħsub l-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1).

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi introdott il-prinċipju ta' prekawzjoni f'dan ir-regolament li jindirizza pubbliku ta' konsumaturi partikolarment fraġli: trabi, tfal żgħar, morda u pazjenti li jsofru minn obesità.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6b

 

Sorveljanza

 

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jiżguraw id-dħul fis-seħħ ta' sistema adegwata ta' kontroll li tiżgura li l-operaturi fis-suq jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti tas-saħħa relevanti.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 7 − paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għadu jkollhom il-prevalenza fuq kull rekwiżit konflittwali ieħor tal-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-ikel.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minħabba raġunijiet ta' ċarezza legali, dan l-Artikolu jitħassar u d-dispożizzjonijiet li jinsabu fih huma mdaħħlin fl-Artikoli 1 u 3 tal-proposta.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"Artikolu 8a

 

Ikel għall-konsum normali

 

Fit-tikkettar, preżentazzjoni u reklamar tal-ikel għall-konsum normali dan li ġej għandu jkun projbit:

 

(a) l-użu tal-espressjoni ‘nutrizzjoni speċjalizzata’, waħidha jew flimkien ma’ kliem ieħor, bħala indikazzjoni ta' tali ikel;

 

(b) markaturi oħra kollha jew kull preżentazzjoni li x’aktarx jagħtu l-impressjoni li l-ikel jappartjeni lil waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 1(1) .

Ġustifikazzjoni

Biex il-konsumatur ma jiġix imqarraq, jeħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni simili għal dik fl-Artikolu 2.2b tad-Direttiva Qafas attwali li tiżgura li l-prodotti li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament biss jistgħu jiġu ppreżentati bħala li jkopru l-ħtiġijiet speċifiċi tal-gruppi fil-mira. Il-konsumaturi vulnerabbli jeħtieġu tikkettar xieraq sabiex jirċievu informazzjoni adegwata dwar il-kompożizzjoni ta' dan l-ikel speċifiku. Għandha ssir distinzjoni ċara bejn prodotti tal-ikel għal nutrizzjoni speċjali jew partikolari u prodotti tal-ikel għall-konsum normali.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kompożizzjoni tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun adegwata biex tissodisfa l-ħtiġijiet nutrittivi tiegħu, u li tkun adegwata għall-persuni li għalihom hija maħsuba, bi qbil mad-dejta xjentifika ġenerali aċċettata.

1. Il-kompożizzjoni tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun adegwata biex tissodisfa l-ħtiġijiet nutrittivi tiegħu, u li tkun adegwata għall-persuni li għalihom hija maħsuba, bi qbil mad-dejta xjentifika ġeneralment aċċettata, evalwata mill-pari u vvalutata indipendentement u mal-opinjoni medika.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 1.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jipprovdu informazzjoni adegwata lill-konsumatur u ma għandhomx jiżgwidaw.

3. It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom ikunu eżatti, ċari u jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u ma għandhomx jiżgwidaw. Tali prodotti m'għandhomx jiġu attribwiti proprjetajiet għall-prevenzjoni, trattament jew kura tal-mard tal-bniedem, jew jimplikaw tali proprjetajiet.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a. L-ittekkettjar tal-formuli u l-formuli tal-prosegwiment għat-trabi m’għandux ikollu stampi ta’ trabi, u lanqas m’għandu jinkludi stampi oħra jew kitba li tista’ tidealizza l-użu tal-prodott. Madankollu, rappreżentazzjonijiet grafiċi għall-identifikazzjoni faċli tal-prodott u għall-illustrazzjoni tal-metodi tal-preparazzjoni għandhom ikunu permessi. Id-Direttiva 2006/141/KE għandha tiġi emendata skont dan.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. It-tixrid ta’ kwalunkwe informazzjoni utli jew ir-rakkomandazzjonijiet b’referenza għall-kategoriji tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1 (1) għandhom isiru esklużivament mill-persuni bi kwalifiki fil-mediċina, in-nutrizzjoni, il-farmaċewtika jew professjonisti oħra responsabbli mill-kura materna u dik tas-saħħa tat-trabi.

4. It-tixrid ta’ kwalunkwe informazzjoni utli jew ir-rakkomandazzjonijiet b’referenza għall-kategorija tal-ikel imsemmija fil-punti (a), (b) (c) u (ca) tal-Artikolu 1(1) jistgħu jsiru esklużivament lill-persuni bi kwalifiki fil-mediċina, fin-nutrizzjoni, jew fil-farmaċewtika. Informazzjoni addizzjonali mxerrda minn professjonisti tal-kura tas-saħħa lill-konsumatur finali għandha tkun biss ta' natura xjentifika u fattwali u m'għandhiex ikollha riklamar.

Emenda   61

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ uffiċjali effiċjenti, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru fejn iqiegħdu fis-suq ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) billi jibagħtulha mudell tat-tikketta tal-prodott.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. L-użu ta' pestiċidi fil-prodotti agrikoli maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jiġi limitat kemm jista' jkun, mingħajr ħsara għad-Direttiva 2006/125/KE u d-Direttiva  2006/141/KE.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c. Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) li jistabbilixxu limitazzjonijiet fuq l-użu jew il-projbizzjoni ta' ċerti pestiċidi għandhom jiġu aġġornati regolarment, u għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-pestiċidi li għandhom sustanzi attivi, safeners jew synergists ikklassifikati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet1, bħala mutaġen fil-kategorija 1A jew 1B, karċinoġeni tal-kategorija 1A jew 1B, tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1A jew 1B meqjusa li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, li jistgħu jikkawżaw effett negattiv fil-bnedmin, jew pestiċidi approvati bħala "kandidati għas-sostituzzjoni" skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (EC) Nru 1107/2009.

 

______________

 

1 ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Soġġett għar-rekwiżiti ġenerali tal-Artikoli 7 u 9 u billi titqies id-Direttiva 2006/141/KE, id-Direttiva 2006/125/KE u d-Direttiva 1999/21/KE kif ukoll kwalunkwe progress tekniku u xjentifiku, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta Regolamenti delegati, mhux aktar tard minn [sentejn (2) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], bi qbil mal-Artikolu 15, b’rabta ma’ dan li ġej:

2. Soġġett għar-rekwiżiti ġenerali tal-Artikoli 7 u 9, u għar-rekwiżiti speċifiċi tal-Artikoli 10a u 10b, u billi titqies id-Direttiva 2006/141/KE, id-Direttiva 2006/125/KE, id-Direttiva 1999/21/KE, kif ukoll kwalunkwe progress tekniku u xjentifiku, partikolarment ir-riżultati ta' evalwazzjonijiet tar-riskju u l-prinċipju tal-prekawzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1), mhux aktar tard minn sentejn (2) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, bi qbil mal-Artikolu 15, b’rabta ma’ dan li ġej:

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-proċess għat-tqegħid fis-suq tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) li jirriżulta minn innovazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' kompożizzjoni stipulati skont il-punt (a);

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ir-rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1), inkluża l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet nutrittivi u tas-saħħa.

(c) ir-rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1); dawk ir-rekwiżiti għandhom jinkludu r-regoli relatati speċifiċi diġà fis-seħħ għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1);

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) ir-rekwiżiti għall-informazzjoni li trid tingħata dwar ir-rakkomandazzjonijiet għall-użu xieraq tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1).

Emenda   68

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) Rekwiżit għall-monitoraġġ wara s-suq sabiex jivverifika jekk hemm konformità mar-rekwiżiti speċifiċi.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Suġġett għar-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 9 u billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku rilevanti, il-Kummissjoni għandha taġġorna r-Regolamenti delegati msemmija fil-paragrafu 2 bi qbil mal-Artikolu 15.

3. Suġġett għar-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 9, u r-rekwiżiti speċifiċi tal-Artikoli 10a u 10b, u billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku rilevanti, ir-riżultati ta' evalwazzjonijiet ġodda tar-riskju u l-prinċipju tal-prekawzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), il-Kummissjoni għandha taġġorna l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu bi qbil mal-Artikolu 15.

Ġustifikazzjoni

'Atti delegati' huwa l-kliem standard li kien hemm qbil dwaru li għandu jintuża f'dispożizzjonijiet ta' dan it-tip.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

l-ikel għal persuni intolleranti għall-glutina.

 

Apparti r-rekwiżiti tal-Artikolu 9, l-ikel maħsub għal persuni intolleranti għall-glutina jikkonsistu minn jew li fih ingredjent wieħed jew iżjed magħmulmill-qamħ, mis-segala, mix-xgħir, mill-ħafur jew mill-varjetajiet mit-taħlit tar-razez tagħhom li ġew ipproċessati speċjalment biex titnaqqas il-glutina, m'għandux ikun fih livell ta' glutina ta' aktar minn 100 mg/kg fl-ikel kif mibjugħ lill-konsumatur aħħari.

 

L-ikel maħsub għal persuni intolleranti għall-glutina mibjugħ lill-konsumatur aħħari, li fih livell ta' glutina ta' mhux aktar minn 100 mg/kg, jista' jiġ tikkettat bħala "kontenut baxx ħafna ta' glutina".

 

L-ikel maħsub għal persuni intolleranti għall-glutina mibjugħ lill-konsumatur aħħari, li fih livell ta' glutina ta' mhux aktar minn 20 mg/kg, jista' jiġ tikkettat bħala "mingħajr glutina".

 

L-ikel maħsub għal persuni intolleranti għall-glutina għandu wkoll ikun konformi mal-kriterji li ġejjin:

 

– għandhom jipprovdu bejn wieħed u ieħor l-istess ammont ta' vitamini u minerali bħall-prodotti tal-ikel li qed jissostitwixxu,

 

– għandhom jiġu ppreparati b'attenzjoni partikolari, b'konformità mal-prattiki tajba ta' manifattura (PTM), biex tkun evitata kull kontaminazzjoni bil-glutina,

 

– fejn jintużaw it-termini ""kontenut baxx ħafna ta' glutina" u "mingħajr glutina" huma għandhom jidhru viċin l-isem li taħtu huwa kkummerċjalizzat il-prodott.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm artikolu speċifiku li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ewlenin fir-Regolament (KE) Nru 41/2009 attwali dwar il-kompożizzjoni u t-tikketti sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet djetetiċi tal-persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 10b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-ikel maħsub għall-użu f'dieti b'ammont baxx tal-kaloriji (LCD) u b'ammont baxx ħafna tal-kaloriji (VLCD).

 

1. Il-prodotti LCD u VLCD għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kompożizzjonali stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

 

2. Il-komponenti individwali kollha li jiffurmaw il-prodotti LCD u VLCD, għandhom ikunu f'pakkett uniku.

 

3. L-isem li taħtu jinbiegħu l-prodott LCD u VLCD għandu jkun:

 

(a) għall-prodotti VLCD,

 

'Sostitut tad-dieta totali għall-użu f'dieti b'ammont baxx ħafna ta' kaloriji'."

 

(b) għall-prodotti LCD,

 

'Sostitut tad-dieta totali għall-użu f'dieti b'ammont baxx ħafna ta' kaloriji'."

 

4. L-ittikkettjar tal-prodotti LCD u VLCD għandu jkollu, flimkien mad-dettalji li għalihom hemm provdut fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, id-dettalji mandatorji li ġejjin:

 

(a) il-valur tal-enerġija disponibbli espressa f’kJ u kcal, u l-kontenut ta’ proteini, karboidrati u xaħam, espressi f’forma numerika, għal kull kwantità speċifikata tal-prodott lest għall-użu kif propost għall-konsum;

 

(b) il-kwantità medja ta’ kull mineral u kull vitamina li għalihom, il-kondizzjonijiet mandatorji huma stipulati fil-paragrafu 5 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, espressi f’forma numerika, għal kull kwantità speċifikata tal-prodott lest għall-użu kif propost għall-konsum;

 

(c) istruzzjonijiet għal preparazzjoni xierqa, fejn meħtieġ, u dikjarazzjoni dwar l-importanza li wieħed isegwi dawk l-istruzzjonijiet;

 

(d) jekk prodott, meta użat kif avżat mill-manifattur, jipprovdi l-ammont ta’ kuljum ta’ polyols f’eċċess ta’ 20 g kuljum, ikun hemm dikjarazzjoni b’effett li dak l-ikel jista’ jkollu effett lassattiv;

 

(e) dikjarazzjoni dwar l-importanza li wieħed jieħu ammont ta' fluwidu adegwat kuljum;

 

(f) dikjarazzjoni li l-prodott jipprovdi ammonti adegwati tan-nutrijenti essenzjali kollha għall-ġurnata;

 

(g) dikjarazzjoni li l-prodott m'għandux jintuża għal iktar minn tliet ġimgħat mingħajr parir mediku;

 

5. It-tikkettar, ir-riklamar u l-preżentazzjoni tal-prodotti LCD u VLCD ikkonċernati m'għandhom jagħmlu l-ebda referenza għar-rata jew l-ammont tat-telf tal-piż li jista' jirriżulta mill-użu tagħhom.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 10c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10c

 

Aċċess għas-suq intern għall-SMEs

 

Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kollha u l-Awtorità, tadotta linji gwida xierqa u tipprovdi gwida teknika biex tippermetti lill-impriżi, speċjalment lill-SMEs, li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u tgħinhom fit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-valutazzjoni xjentifika. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tadotta dawn il-linji gwida.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) jistgħu jiġu miżjuda vitamini, minerali, aċidi amminiċi u sustanzi oħra, sakemm tali sustanzi jkunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. B'kunsiderazzjoni tad-Direttivi 2006/141/KE u 2006/125/KE, kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru° 953/2009, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sa mhux aktar tard minn (sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament) lista tal-Unjoni ta' vitamini, minerali u sustanzi oħra li jistgħu jiżdiedu mal-prodotti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) ("il-lista tal-Unjoni").

a) dawn ma għandhomx, fuq bażi tal-evidenza xjentifika disponibbli, jippreżentaw problema ta’ sigurtà għas-saħħa tal-konsumatur; kif ukoll

 

b) għandhom ikunu disponibbli għall-użu mill-ġisem uman.

 

2. Mhux aktar tard minn [sentejn (2) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u sussegwentement taġġorna lista tal-Unjoni tas-sustanzi permessi li jilħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1, permezz tar-Regolamenti ta’ implimentazzjoni. Id-dħul ta’ sustanza fil-lista tal-Unjoni għandha tinkludi speċifikazzjoni dwar is-sustanza, u, fejn ikun meħtieġ, tispeċifika l-kundizzjonijiet tal-użu u l-kriterji tal-purità applikabbli. Dawn ir-Regolamenti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2). Permezz ta’ raġunijiet xierqa ta’ urġenza estrema relatati mar-riskji emerġenti tas-saħħa, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli b’mod immedjat li jaġġornaw il-lista tal-Unjoni bi qbil mal-Artikolu 14(3).

 

 

2. Mal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) jistgħu jiġu miżjuda vitamini, minerali, aċidi amminiċi u sustanzi oħra, sakemm tali sustanzi jkunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

a) dawn ma għandhomx, fuq bażi tal-evidenza xjentifika disponibbli aċċettata b'mod ġenerali u rieżaminata minn esperti, jippreżentaw problema ta’ sigurtà għas-saħħa tal-konsumatur;

 

b) għandhom ikunu disponibbli għall-użu mill-ġisem uman.

 

(ba) għandhom ikunu xierqa għall-użu nutrittiv li għalih ikunu maħsuba.

 

(bb) ikollhom, abbażi ta' evidenza xjentifika aċċettata b'mod ġenerali, effett nutrittiv u/jew fiżjoloġiku.

 

2a. Għas-sustanzi msemmija fil-paragrafu 2 li huma nanomaterjali maħdumin, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

 

(a) il-kundizzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 2 intweret abbażi ta' metodi ta' ttestjar adegwati; kif ukoll

 

(b) il-valur nutrittiv tagħhom u kemm ikunu xierqa għall-persuni li għalihom huma maħsuba jkunu ntwerew.

 

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni.

(Il-paragrafu 1 tat-test tal-Kummissjoni sar il-paragrafu 2 u l-paragrafu 2 tat-test tal-Kummissjoni sar il-paragrafu 1, b'modifiki.)

Ġustifikazzjoni

Huwa indispensabbli li l-ikel imsaħħaħ, apparti n-nuqqas ta' periklu tagħhom u l-assimilazzjoni tagħhom mill-ġisem tal-bniedem, jagħtu valur miżjud nutrizzjonali lill-konsumaturi. Speċjalment meta, bħal din il-leġiżlazzjoni, l-ewwel li jkunu kkonċernati huma t-trabi jew il-pazjenti fi sptar li għalihom dan in-nutriment huwa ta' importanza kbira. Barra minn hekk u sabiex tiġi evitata lakuna legali, jeħtieġ illi ssir distinzjoni bejn il-lista attwali tas-sustanzi miżjuda u dik li se tkun probabbilment aġġornata sentejn oħra.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafi 3, 4 u 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Aġġornament tal-lista tal-Unjoni

3. Id-dħul ta’ sustanza fil-lista tal-Unjoni skont il-paragrafu 2 għandu jsir jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella permezz ta’ applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn Stat Membru jew minn parti interessata, li tista’ wkoll tirrappreżenta bosta partijiet interessati (minn issa ’l quddiem magħrufa bħala l-applikant). L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, bi qbil mal-paragrafu 4.

1. Id-dħul ta’ sustanza fil-lista tal-Unjoni għandu jsir jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella permezz ta’ applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn Stat Membru jew minn parti interessata, li tista’ wkoll tirrappreżenta bosta partijiet interessati ("l-applikant"). L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, bi qbil mal-paragrafu 2.

 

1a. L-applikant għandu jibgħat l-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti konferma li rċevietha bil-miktub sa mhux aktar tard minn 14-il ġurnata.

4. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

2. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a) l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(a) l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(b) l-isem u deskrizzjoni ċara tas-sustanza

(b) l-isem u deskrizzjoni ċara tas-sustanza

(c) il-kompożizzjoni tas-sustanza;

(c) il-kompożizzjoni tas-sustanza;

(d) l-użu propost tas-sustanza u l-kundizzjonijiet tagħha;

(d) l-użu propost tas-sustanza u l-kundizzjonijiet tagħha;

(e) reviżjoni sistematika tad-dejta xjentifika u l-istudji xierqa mwettqa skont gwida esperta b'validità ġenerali dwar it-tfassil u t-twettiq ta’ studji simili;

(e) reviżjoni sistematika tad-dejta xjentifika u l-istudji xierqa riveduti mill-pari u mwettqa skont gwida esperta b'validità ġenerali dwar it-tfassil u t-twettiq ta’ studji simili;

(f) evidenza xjentifika li turi l-kwantità tas-sustanza li mhix ta’ periklu għas-saħħa tal-persuni li hija maħsuba għalihom u kemm hi xierqa għall-użi maħsuba;

(f) evidenza xjentifika li turi l-kwantità tas-sustanza li mhix ta’ periklu għas-saħħa tal-persuni li hija maħsuba għalihom u kemm hi xierqa għall-użi maħsuba;

(g) evidenza xjentifika li turi li s-sustanza tista’ tintuża għall-ġisem uman;

(g) evidenza xjentifika li turi li s-sustanza tista’ tintuża għall-ġisem uman u għandha effett nutrittiv jew fiżjoloġiku;

(h) taqsira tal-kontenut tal-applikazzjoni.

(h) taqsira tal-kontenut tal-applikazzjoni.

5. Meta sustanza tkun diġà ġiet inkluża fil-lista tal-Unjoni u jkun hemm tibdil sinifikanti fil-metodi tal-produzzjoni, jew ikun hemm tibdil fid-daqs tal-partikuli, eżempju permezz tan-nanoteknoloġija, is-sustanza mħejjija minn dawn il-metodi l-ġodda għandha tkun meqjusa bħala sustanza differenti u l-lista tal-Unjoni għandha tiġi emendata kif suppost qabel titqiegħed fis-suq tal-Unjoni.

3. Meta sustanza tkun diġà ġiet inkluża fil-lista tal-Unjoni u jkun hemm tibdil sinifikanti fil-metodi tal-produzzjoni, jew ikun hemm tibdil fid-daqs tal-partikuli, pereżempju permezz tan-nanoteknoloġija, is-sustanza mħejjija minn dawn il-metodi l-ġodda jew b'bidla fid-daqs tal-partikuli għandha tkun meqjusa bħala sustanza differenti li ma tkunx inkluża fil-lista u li għandha teħtieġ applikazzjoni separata.

 

4. Jekk sustanza li tkun fil-lista tal-Unjoni ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 11(2) u (2a), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tneħħi dik is-sustanza mil-lista tal-Unjoni.

 

5. Id-dħul ta' sustanza fil-lista tal-Unjoni għandu jinkludi:

 

- speċifikazzjoni tas-sustanza

 

- fejn xieraq, speċfikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-użu, u

 

- fejn xieraq, speċfikazzjoni tal-kriterju tal-purità applikabbli.

 

6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni. F’każ ta' riskji emerġenti tas-saħħa, li jeħtieġu raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, għandha tapplika l-proċedura pprovduta fl-Artikolu 16 għall-atti delegati adottati f’konformità ma’ dan il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

Peress li r-Regolament se japplika biss wara sentejn mid-dħul fis-seħħ, jidher illi l-Kummissjoni l-ewwel għandha tistabbilixxi lista (Artikolu 11) u mbagħad din il-lista tista' tiġi aġġornata fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni (Artikolu 11a). Fir-rigward ta' din il-lista aġġornata, huwa sens tajjeb li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet mhux biss għaż-żieda ta' sustanzi iżda wkoll għat-tneħħija ta' ċerti sustanzi f'ikel speċifiku.

In-nanomaterjali jistgħu jiġu vvalutati biss b'metodi ta' ttestjar speċifiċi. Għalhekk għandu jkun possibbli biss li jiġu inklużi sustanzi fil-lista li ġew ippruvati li huma siguri.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(va) kwalunkwe dejta xjentifika miġbura mill-ittestjar fuq l-annimali għall-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanza.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Klawżola ġenerali tal-kunfidenzjalità

Klawżola ġenerali tat-traspaerenza u tal-kunfidenzjalità

13. Il-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri, bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-garanzija ta’ kunfidenzjalità adegwata tal-informazzjoni li jirċievu skont dan ir-Regolament, minbarra l-informazzjoni li għandha tixxandar skont iċ-ċirkustanzi għall-protezzjoni tas-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew tal-ambjent.

13. Il-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri, bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għandhom jiggarantixxu aċċess wiesgħa kemm jista' jkun għad-dokumenti u partikolarment jassistu u jinfurmaw lill-membri tal-pubbliku rigward proċeduri ta' applikazzjoni tat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti. Huma għandhom jieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa għall-garanzija ta’ kunfidenzjalità adegwata tal-informazzjoni li jirċievu skont dan ir-Regolament, minbarra l-informazzjoni li għandha tixxandar skont iċ-ċirkustanzi għall-protezzjoni tas-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew tal-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Trasparenza akbar fil-proċeduri Komunitarji kif ukoll aċċess eħfef għall-pubbliku għad-dokumenti huma essenzjali.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 15 − paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(3) u 10 ta' dan ir-Regolament għandha tingħata għal perijodu ta’ żmien mhux determinat minn (*) [(*) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att leġiżlattiv bażiku jew minn kull data oħra stabbilita mil-leġiżlatur.]

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10(2) u (3), 10c, 11(3) u 11a(6) ta' dan ir-Regolament għandha tingħata għal perijodu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa hija estiża b'mod taċitu għall-perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponi għal din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem ta' kull perjodu.

Ġustifikazzjoni

Peress li huma atti delegati u sabiex tiġi żgurata koerenza ġuridika bejn atti Komunitarji differenti, din l-emenda tinkludi tar-Regolament Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi

Mhuwiex xieraq li jiġi permess li atti delegati għall-aġġornament tad-definizzjonijiet, billi d-definizzjonijiet huma parti essenzjali tar-Regolament li għandu jitħalla jinbidel esklużivament permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista huma att ta' applikazzjoni ġenerali biex jiġu supplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 15 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(3) u 10 ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data speċifikata aktar tard fih. Din ma għandhiex tħalli effett fuq il-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà qiegħed fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 10(2) u (3), 10c, 11(3) u 11a(6) ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data speċifikata aktar tard fih. Din ma għandhiex tħalli effett fuq il-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà qiegħed fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Kontroll demokratiku msaħħaħ jidher li hu neċessarju fir-rigward tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(3), fejn għal kunsiderazzjonijiet aktar tekniċi marbuta mal-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-prodotti kif ukoll mad-dispożizzjonijiet speċifiċi favur l-SMEs, id-delegazzjoni tas-setgħa lill-Kummissjoni Ewropea hija ġġustifikata aktar faċilment.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(3) u 10 ta’ dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel id-data ta’ skadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż għal xahrejn (2) fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 10(3) u (3), 10c, 11(3) u 11a(6) ta’ dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel id-data ta’ skadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż għal xahrejn (2) fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex xieraq li jiġu previsti atti delegati għall-aġġornament tad-definizzjonijiet, billi d-definizzjonijiet huma parti essenzjali mir-Regolament li għandhom jinbidlu biss permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista huma att ta' applikazzjoni ġenerali biex jiġu supplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11(1) huma miftuħa ħafna. Għalhekk għandhom jiġu applikati l-atti delegati.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

l-ikel għal persuni intolleranti għal-latożju.

 

Sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, u jekk ikun xieraq ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, sabiex tikkjarifika l-istatus tal-indikazzjonijiet ta' tikkettar ta' "mingħajr lattożju" u "kontent baxx ħafna ta' lattożju" skont il-liġi ġenerali dwar l-ikel.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 16b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16b

 

Ħalib maħsub għat-tfal żgħar;

 

Sa ... [ sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel", tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn tivvaluta l-ħtieġa għal dispożizzjonijiet speċjali dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ħalib maħsub għal tfal żgħar bejn sena u tliet snin. Dan ir-rapport għandu jikkunsidra l-ħtiġijiet nutrizzjonali, ix-xejra tal-konsum, in-nutrijenti kkunsmati u l-livell ta' sustanzi kontaminanti u pestiċidi li għalih qed jiġu esposti t-tfal żgħar. Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll jekk dan il-ħalib għandux benefiċċji nutrizzjonali meta mqabbel ma' dieta normali għal tarbija li qed tiġi miftuma. Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha jew:

 

(a) tiddeċiedi li ma jkunx hemm bżonn ta' dispożizzjonijiet speċjali rigward il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ħalib maħsub għal tfal żgħar; jew

 

(b) tibgħat, jekk ikun xieraq, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u fuq il-bażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE, kull proposta leġiżlattiva xierqa.

 

Qabel it-tħejjija tar-rapporti tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq, il-ħalib maħsub għal tfal żgħar bejn is-sena u t-tliet snin għandu jkompli jaqa' taħt l-ambitu tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni bħal pereżempju r-Regolament (KE) Nru 178/2002, ir-Regolament KE Nru 1925/2006 u r-Regolament KE Nru 1924/2006;

Emenda  82

Proposta għal regolament

Anness (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Rekwiżiti kompożizzjonali għall-prodotti LCD u VLCD

 

Dawn l-speċifikazzjonijiet jirreferu għall-prodotti LCD u VLCD lesti għall-użu, imqiegħda fis-suq, jew ikkostitwiti mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-manifattur.

 

1. Enerġija

 

1.1. L-enerġija pprovduta minn prodott VLCD m'għandhiex tkun inqas minn 1680 kJ (400 kcal) u m'għandhiex taqbeż it-3360 kJ (800 kcal) għar-razzjon totali ta' kuljum.

 

1.2. L-enerġija pprovduta minn prodott LCD m'għandhiex tkun inqas minn 3360 kJ (800 kcal) u m'għandhiex taqbeż il-5040 kJ (1200 kcal) għar-razzjon totali ta' kuljum.

 

2. Proteini

 

2.1 Il-proteini li jinsabu fil-prodotti LCD u VLCD m'għandhomx jipprovdu inqas minn 25 % u mhux aktar minn 50 % tal-enerġija totali tal-prodott. Fi kwalunkwe każ, l-ammont tal-proteini ta' dawn il-prodotti m'għandux ikun iktar minn 125g

 

2.2. Il-Punt 2.1 jirreferi għal proteina li l-indiċi kimiku tagħha huwa daqs dak tal-proteini ta' referenza tal-FAO/WHO (1985) stabbilita fit-Tabella 2. Jekk l-indiċi kimiku huwa iktar baxx minn 100 % tal-proteina ta' referenza, il-livelli minimi ta' proteina għandhom jiġu miżjuda b'mod li jikkorrispondi. Fi kwalunkwe każ l-indiċi kimiku tal-proteini għandu jkun għalinqas ugwali għal 80 % ta' dak tal-proteini ta' referenza.

 

2.3. L-"indiċi kimiku" għandu jfisser il-proporzjon l-aktar baxxa bejn il-kwantità ta' kull aċidu amminiku essenzjali tal-proteini tat-test u l-kwantità ta' kull aċidu amminiku li jikkorrispondi tal-proteina ta' referenza.

 

2.4. Fi kwalunkwe każ, iż-żieda ta' aċidu amminiku hija permessa biss għall-għan ta' titjib tal-valur nutrittiv tat-taħlita tal-proteini, u biss fil-proporzjonijiet meħtieġa għal dak il-għan.

 

3. Xaħam

 

3.1. L-enerġija miksuba mix-xaħam m'għandhiex taqbeż it-30 % tal-enerġija disponibbli totali tal-prodott.

 

3.2. L-aċidu linoleiku (fil-forma ta' ma għandux ikun inqas minn 4,5g.

 

4. Fibra tad-dieta

 

Il-kontenut tal-fibra tad-dieta ta' prodotti LCD u VLCD m'għandhiex tkun inqas minn 10 g u m'għandhiex tkun aktar minn 30 g għar-razzjon ta' kuljum.

 

5. Vitamini u minerali

 

Il-prodotti LCD u VLCD għandhom jipprovdu għad-dieta kollha ta' kuljum tal-anqas: 100 % tal-ammonti ta' vitamini u minerali speċifikati fit-Tabella 1.

TABELLA 1

Vitamina A

(µ RE)

700

Vitamina D

(µ)

5

Vitamina E

(mg-TE)

10

Vitamina C

(mg)

45

Tiamina

(mg)

1,1

Riboflavin

(mg)

1,6

Niaċina

(mg-NE)

18

Vitamina B6

(mg)

1,5

Folat

(µ)

200

Vitamina B12

(µ)

1,4

Biotin

(µ)

15

Aċidu Pantoteniku

(mg)

3

Kalċju

(mg)

700

Fosfru

(mg)

550

Potassju

(mg)

3 100

Ħadid

(mg)

16

Żingu

(mg)

9,5

Ram

(mg)

1,1

Jodju

(µ)

130

Selenju

(µ)

55

Sodju

(mg)

575

Manjeżju

(mg)

150

Manganiż

(mg)

1

Tabella 2

XEJRA TAR-REKWIŻIT TAL-AĊIDU AMMINIKU (1)

 

g/100 g proteina

Ċistina + metijonina

1,7

Istidina

1,6

Iżolewċina

1,3

Lewċina

1,9

Liżina

1,6

Fenilalanina + Tirożina

1,9

Treonina

0,9

Triptofan

0,5

Valina

1,3

(1) Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (World Health Organisation - WHO) Rekwiżiti tal-enerġija u tal-proteini. Rapport ta' Laqgħa Konġunta FAO/WHO/UNU. Ġinevra: L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 1985. (WHO Technical Report Series, 724).

  • [1]  ĠU C 24, 28.1.2012, p. 119.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Kuntest

Wieħed jeħtieġ li jmur lura għall-ewwel direttiva tal-1977 sabiex ikun jista' jara l-ikel djetetiku fil-korp leġiżlattiv Ewropew. It-test tad-direttiva, modifikat diversi drabi, ġie kkonsolidat fl-2009 f'direttiva qafas li hija bbażata fuq il-kunċett ta' "prodotti tal-ikel maħsuba għal nutriment partikolari".

34 sena aktar tard, u wara l-eżaminazzjoni kompluta tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ f'dan is-settur prestiġġjuż ħafna (bejn 1% u 2% tas-suq), il-konstatazzjoni magħmula mill-Kummissjoni hija mingħajr appell: illum huwa diffiċli, kemm għall-konsumatur kif ukoll għall-awtoritajiet ta' kontroll, li jagħmlu distinzjoni bejn ikel maħsub għall-konsum ta' kuljum u ikel maħsub għall-gruppi speċifiċi. Il-Kummissjoni tagħti sensiela ta' eżempji preċiżi: bars tal-proteini li jiffavorixxu ż-żieda tal-muskolatura tal-persuni sportivi, supplimenti tal-ikel għan-nisa tqal, ikel imsaħħaħ bil-kalċju u bil-vitamina D adattati għall-anzjani, prodotti għat-tnaqqis fil-piż, eċċ.

Il-valutazzjoni tal-impatt tindika diversi raġunijiet għal dawn l-ambigwitajiet: diverġenzi ta' interpretazzjoni u ta' implimentazzjoni tad-direttiva qafas fl-Istati Membri, piżijiet amministrattivi, modifiki ta' kompożizzjoni u ta' tikkettar, innovazzjoni, kompetittività, prezz, protezzjoni u informazzjoni tal-konsumaturi. Il-konstatazzjoni timponi kull evidenza ta' riformulazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel maħsub għall-popolazzjonijiet speċifiċi.

2. Element ewlieni tal-proposta għal regolament: tneħħija tal-kunċett ta' ikel djetetiku.

Wara proċedura ta' konsultazzjoni mnedija fl-2007 fl-Istati Membri, il-Kummissjoni ppreżentat f'Ġunju 2011 din il-proposta għal regolament dwar l-ikel maħsub għat-trabi u tfal żgħar kif ukoll ikel maħsub għal skopijiet mediċi speċjali. Hi tħassar id-direttivi li ġejjin:

· Id-Direttiva 2009/39/KE dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari, (riformulazzjoni tad-Direttiva Qafas, 1989);

· id-Direttiva 92/52/KEE dwar il-formulae tat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi;

· Id-Direttiva 96/8/KE dwar ikel maħsub sabiex jintuża f’dieti ta’ restrizzjoni ta’ enerġija għat-tnaqqis fil-piż.

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 li jikkonċerna l-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina.

Din ir-reviżjoni profonda għandha għan ta' simplifikazzjoni u b'hekk dan wassal ukoll għal stabbiliment ta' lista unika ta' sustanzi li jistgħu jiżdiedu mal-ikel kopert minn din il-proposta (il-"lista tal-Unjoni"). Barra minn hekk, irid jiġi żgurat li din il-konsolidazzjoni ma tiffavorixxix multiplikazzjoni ta' vitamini, minerali u sustanzi oħra miżjuda f'dan l-ikel speċifiku ħafna.

3. Osservazzjoni tar-rapporteur

Dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

L-għażla meħuda mill-Kummissjoni biex tillimita l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal numru limitat ta' prodotti speċifiċi tal-ikel hija dik it-tajba. Bla dubju ta' xejn, it-trabi, it-tfal li għandhom anqas minn 3 snin u ċerti pazjenti li għalihom nutriment partikolari huwa importanti ħafna, jeħtieġu attenzjoni partikolari u trattament armonizzat fl-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, ir-rapporteur jaqbel mal-Kummissjoni li żżomm il-qafas legali eżistenti għal dawn il-persuni fraġli.

X'inhuma l-konsegwenzi għall-kategoriji l-oħra tal-ikel li ma jibbenefikawx minn qafas legali "apposta"? Fil-fatt, it-tneħħija tal-kunċett tal-ikel djetetiku mill-Kummissjoni mhijiex mingħajr konsegwenzi fuq ċerti leġiżlazzjonijiet fis-seħħ, l-ewwel nett id-Direttiva 96/8/KE dwar ikel maħsub sabiex jintuża f’dieti ta’ restrizzjoni ta’ enerġija għat-tnaqqis fil-piż. Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-ikel ta' sostituzzjoni li jissostitwixxi parti jew l-ikel kollu ta' kuljum (li jkopri l-ħtiġijiet tal-ikel f'vitamini, minerali, proteini, aċidi tax-xaħam essenzjali, fibri...) jibqa' jkun soġġett għal test speċifiku. Dan huwa l-aħjar mod kif jinżammu ċerti eżiġenzi f'livell tal-kompożizzjoni ta' dan l-ikel u li jiġu differenzjati minn aspetti marbuta mal-indikazzjonijiet (Regolament 1924/2006).

Madankollu, huwa loġiku li ma jiġux inklużi l-prodotti tal-ikel maħsuba għall-persuni sportivi fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament futur. Huwa xieraq li tiġi rikonoxxuta b'mod oġġettiv id-diffikultà li tiġi definita l-kategorija ta' "sportiv", jew anke li jiġi differenzjat ikel adattat għal sforzi muskolari intensi minn prodott li jista' jitqies bħala stimulant jew dopant. Għalhekk jidher li jkun xieraq li jiġu koperti l-prodotti tal-isports mil-liġi ġenerali dwar l-ikel (Regolament tat-28 ta' Jannar 2002) peress li ma jwieġbux ġeneralment għall-ħtiġijiet djetetiċi speċjali.

It-32 miljun ċittadin Ewropew li jsofru mid-dijabete għandhom ukoll jirċievu l-attenzjoni kollha tagħna iżda mhux neċessarjament billi nadottaw standards speċifiċi tal-ikel. Għalhekk huwa xieraq li jiġi appoġġat l-approċċ tal-Kummissjoni li jikkorrispondi ma' dak tal-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti dijabetiċi. Dan huwa kuntest allarmanti: żieda ta' 16% ta' każijiet ta' dijabete minn issa sal-2030 minħabba, b'mod partikolari, l-obesità endemika u t-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea. Inklużjoni tad-dieti baxxi fil-kaloriji maħsuba għall-pazjenti li jsofru minn obesità

Inklużjoni ta' dieti baxxi ħafna fil-kaloriji għall-pazjenti obeżi

L-idea hi li l-prodotti għal dieti baxxi ħafna fil-kaloriji (VLCD) jiġu inkorporati fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, permezz ta' inkorporazzjoni fid-definizzjoni ta' ikel għal skopijiet mediċi. B'differenza mill-ħafna tipi oħra ta' dieti għat-tnaqqis fil-piż (minn 800 sa 1 200 Kcal kuljum), id-dieta baxxa ħafna fil-kaloriji (bejn 400 u 800 kcal kuljum) għandha tiġi limitata strettament fiż-żmien, ġeneralment mhux iktar minn erba' ġimgħat, u għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni u akkumpanjament mediku. Dan huwa minħabba riskji sekondarji għas-saħħa tal-pazjent li jsofri minn obesità.

Dwar il-kopertura legali tal-persuni li jbatu minn intolleranza tal-ikel

Punt ieħor importanti ta' din il-proposta jirrigwarda l-emenda tar-Regolament KE Nru 41/2009 li jikkonċerna l-kompożizzjoni u l-ittikkettar ta’ oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina (Regolament 1924/2006).

Ir-rapporteur ma jaqbilx mal-għażla tal-Kummissjoni, għaliex din ma tiggarantixxix qafas legali adegwat għall-persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina jew forom oħra frekwenta ta' intolleranza tal-ikel. Jeżistu diversi raġunijiet. L-ewwel raġuni hija marbuta mal-fatt li r-Regolament 1924/2006, fil-verżjoni attwali tiegħu, għad m'għandux profili nutrizzjonali, li huma "DNA" reali u determinanti fl-għażla jekk prodott għandux ikollu indikazzjoni jew le. It-tieni raġuni hija indirettament marbuta man-natura tar-Regolament 1924/2006 li huwa bbażat fuq il-prinċipju ta' listi eżawrjenti. Dak li mhuwiex espliċitament pprovdut f'dawn il-listi huwa pprojbit. Għalhekk, fin-nuqqas taż-żieda mill-Kummissjoni tal-indikazzjoni "bla lattożju" fl-Anness tar-Regolament 1924/2006, hemm possibbiltà kbira li l-indikazzjoni "bla lattożju" tiġi projbita. Madankollu, din hija essenzjali għall-persuni intolleranti għal-latożju (il-popolazzjoni Mediterranja hija aktar affettwata mill-Iskandinavja).

Minħabba din "iż-żona griża", ir-rapporteur jippreferi l-għażla aktar adatta li jiġu trasferiti r-regoli dwar l-indikazzjonijiet relatati mal-glutina u mal-lattożju fir-Regolament il-ġdid 1169/2011 dwar l-itikkettar tal-ikel. Leġiżlazzjoni orizzontali li, fl-Artikolu 36 tagħha, tipprovdi diġà għall-possibbiltà li jiġu stabbiliti kriterji dwar l-indikazzjoni għall-allerġeni.

Għall-proċeduri rapidi u mhux għaljin

Huwa essenzjali li l-proċedura ta' notifika, aktar rapida u mhux għalja, tibqa' r-regola ġenerali flimkien ma' Awtorizzazzjoni ta' Kummerċjalizzazzjoni deċiża f'livell nazzjonali u l-possibbiltà li din il-proċedura tissaħħaħ permezz ta' regoli addizzjonali dwar l-itikkettar u l-kompożizzjoni. Huwa wkoll loġiku li regoli aktar stretti mill-proċedura ta' awtorizzazzjoni minn qabel flimkien ma' preavviż tal-EFSA jinżammu għall-indikazzjonijiet fformulati għall-ikel tat-trabi u tfal bejn sena u 3 snin (Anness IV tad-Direttiva 2006/141/KE).

Dwar punti importanti oħra: inkoraġġiment tal-aċċess tal-SMEs u promozzjoni tal-innovazzjoni

L-inkoraġġiment tal-aċċess tal-SMEs fis-suq intern huwa wieħed mill-punti ewlenin tal-Istrateġija 2020 mnedija mill-Kummissjoni. Huwa meħtieġ ukoll li dawn id-dikjarazzjonijiet jidhru b'mod konkret f'kull proposta leġiżlattiva flimkien ma' dispożizzjonijiet li jinkoraġġixxu l-aċċess tal-SMEs fis-suq Komunitarju. Speċjalment meta, bħal fil-każ tal-ikel speċifiku, is-suq Ewropew u dinji jkun dominat minn numru limitat ħafna ta' atturi industrijali. Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur iqis li dan ir-Regolament il-ġdid m'għandux jikkuntenta biss li "dan ma jkollux effetti sproporzjonati fuq l-impriżi ż-żgħar" (kif indikat il-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-impatt tagħhom fl-objettiv Nru 4: Impriżi żgħar u Innovazzjoni) u għandu jkollu impatt ġenwinament pożittiv fuq l-SMEs, li jiffurmaw settur dinamiku u li joħolqu l-impjiegi għall-ekonomija tal-UE.

Le għall-presenza ta' pestiċidi fl-ikel maħsub għall-popolazzjonijiet vulnerabbli

Ir-regolamentazzjoni attwali mhijiex sodisfaċenti. Il-leġiżlaturi Ewropej għandhom jobbligaw lill-industrijalisti jiżguraw li jqiegħdu fis-suq il-prodotti tat-trabi u t-tfal żgħar li jkunu eżenti minn pestiċidi bħal kull tip ieħor ta' sustanza tossika. Din hija r-raġuni għall-preżentazzjoni ta' emendi li jipprovdu għall-prinċipju tal-projbizzjoni tal-pestiċidi fl-ikel speċifiku, filwaqt li tiġi aċċettata l-preżenza ta' risidwi ta' prodotti kimiċi. Jekk ċerti pestiċidi jikkontaminaw l-ambjent, ir-residwi tagħhom jistgħu sfortunatament ikunu preżenti fil-prodotti kkonċernati.

4. L-ewwel konklużjonijiet

Ir-rapporteur jaqbel mal-ħsieb tal-Kummissjoni li tagħmel reviżjoni profonda tad-Direttiva qafas dwar prodotti tal-ikel maħsuba għal nutrizzjoni partikolari u li tneħħi wkoll il-kunċett ta' ikel djetetiku li ħafna drabi ma jagħmilx sens mil-lat nutrizzjonali. Barra minn hekk, ir-rapporteur jixtieq jiżgura aktar is-sigurtà legali għall-atturi industrijali u l-popolazzjonijiet vulnerabbli kkonċernati. Sigurtà li teħtieġ tgħaddi minn kontroll demokratiku regolari tal-Parlament Ewropew dwar id-definizzjonijiet u r-regoli ta' kompożizzjoni tal-ikel maħsub għat-trabi, tfal li għandhom anqas minn 3 snin jew ċerti persuni morda li għalihom nutriment partikolari huwa importanti ħafna. Dan il-qafas legali ssimplifikat iżda li jipproteġi aktar jeħtieġ li jiġi applikat bl-istess mod bħall-ikel importat u esportat u jimplika adozzjoni eħfef tal-prinċipju ta' prekawzjoni. Dan huwa essenzjali sabiex is-suq intern jiffunzjona tajjeb, li ma jistax ma jagħtix każ tas-saħħa tal-aktar persuni vulnerabbli.

5. L-impatt leġiżlattiv

Ir-rapporteur jifraħ bl-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta' DĠ Sanco, iżda wkoll bil-ħafna suġġerimenti li ġew indirizzati lilu mix-shadow rapporteurs kollegi tiegħu, mill-Presidenza Pollakka tal-Kunsill, il-Presidenza futura Daniża u r-rappreżentanti tal-gvernijiet Belġjani u Franċiżi. Ir-rapporteur jixtieq ukoll jirringrazzja lill-atturi tas-settur għall-proposti tagħhom: Nestlé, Danone, Unilever, manifatturi ta' ikel maħsub għal-nutriment partikolari: l-assoċjazzjoni Ewropea tal-manifatturi tal-ikel djetetiku (IDACE), l-industrija tal-ikel għal skopijiet mediċi speċjali (MNI), l-industrija tal-ikel għall-isportivi (ESSNA), l-assoċjazzjoni tal-manifatturi tal-prodotti naturali tas-sojja (ENSA); kif ukoll l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi (BEUC) u l-organizzazzjoni Brittanika "Baby milk action". Ringrazzjament speċjali jmur għal ġuristi lingwisti tal-Parlament Ewropew li kienu kapaċi jgħaqqdu b'mod rigoruż proposti politiċi u koerenza legali.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (10.2.2012)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u dwar ikel għal skopijiet mediċi speċjali
(COM(2011)0353 – C7‑0169/2011 – 2011/0156(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Hannu Takkula

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-kwistjoni tal-ikel maħsub għall-persuni bi ħtiġijiet nutrizzjonali partikulari (minn hawn 'il quddiem 'ikel PARNUTS') ilu qasam fl-attenzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u dan jirrifletti d-domanda ċara tas-suq għal provvista ta' ikel sikur u tajjeb għas-saħħa. Dak li darba kien suq 'niċċa', is-settur tal-ikel PARNUTS kiber b'mod sinifikanti matul l-aħħar snin, u ntwera li kien hemm nuqqas ta' ċarezza meta wieħed jiddistingwi bejn ikel ġenerali u ikel maħsub għal gruppi speċifiċi ta' persuni. Dawn l-iżviluppi huma meqjusa fil-qafas leġiżlattiv propost u għaldaqstant ir-rapporteur għal opinjoni huwa deċiżament favur l-għanijiet ta' din il-proposta.

Osservazzjonijiet ġenerali

Minkejja xi tentattivi prċedenti favur l-armonizzazzjoni, għad hemm differenzi kbar fil-liġijiet nazzjonali fejn għandu x'jaqsam l-ikel PARNUTS. Dawn id-differenzi joħolqu ostakoli għall-movimenti ħieles tal-prodotti, joħolqu piżijiet regolatorji bla bżonn għall-kumpaniji li joperaw fis-settur tan-negozju tal-ikel u fl-aħħar mill-aħħar ifixklu t-tħaddim tas-suq intern.

Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li prodotti simili għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod madwar l-Unjoni Ewropea, jiġi żgurat li jkun hemm informazzjoni xierqa għall-konsumatur u jitħalla li jkun hemm moviment ħieles, u kundizzjonijiet ugwali ta' kompetizzjoni, għall-prodotti. Ir-regoli li maż-żmien saru mhux meħtieġa, kontradittorji u potenzjalment kunfliġġenti jridu jitneħħew, u għandu jiġi żgurat li l-gruppi l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni u dawk bi bżonnijiet speċjali jkunu mħarsa. Sistema legali komuni għall-ikel PARNUTS, kif propost mill-Kummissjoni, trid għaldaqstant tintlaqa' bħala pass maġġuri lejn sikurezza u ċarezza mtejba għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi.

Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li huwa ta' importanza kritika li l-ikel kollu maħsub għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, kif ukoll l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, ikun kopert minn proċess ta' awtorizzazzjoni minn qabel li jkun bir-reqqa u standardizzat. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm sikurezza u effikaċja, dan għandu jitwettaq minn entità indipendenti abbażi ta' tagħrif xjentifku (u riċerka) aġġornati.

Din il-proposta tikkonċentra r-responsabilitajiet għan-notifika u l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni dwar l-ikel PARNUTS fuq il-Kummissjoni Ewropea, u għandha tneħħi għadd ta' ostakoli eżistenti għas-suq. F'dan il-kuntest ir-rapporteur għal opinjoni jilqa' l-introduzzjoni tal-"Lista ta' sustanzi permessi tal-Unjoni" (Artikolu 11), li tgħaqqad it-tliet listi separati li jeżistu bħalissa f'waħda unika, biex b'hekk tinħoloq ċarezza akbar f'dan il-qasam partikulari. Sabiex jiġi ggarantit proċess tranżitorju mingħajr xkiel, ir-rapporteur għal opinjoni jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi din il-lista fiż-żmien opportun u biex taġġornaha regolarment, kif ukoll biex tissimplifika l-proċess għad-dħul f'din il-lista (kif imsemmi fl-Artikolu 11(3)).

Diversi emendi mressqa mill-Kumitat ITRE enfasizzaw il-ħtieġa li fit-test tal-abbozz ta' Regolament jiddaħħlu gruppi addizzjonali ta' prodotti, jiġifieri x-xorb ibbażat fuq il-ħalib maħsub għat-tfal żgħar u l-ikel għall-persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina. Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li l-inklużjoni ta' ikel ieħor għal għanijiet nutrittivi speċjali għandha tiġi analizzata b'attenzjoni fi ħdan il-Kumitat ENVI fil-qafas għall-kwistjonijiet ta' saħħa pubblika.

L-aspetti tar-riċerka u innovazzjoni

Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li t-titjib fil-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ikel speċjali irid jiġi kkumplimentat minn investimenti fir-riċerka u fl-innovazzjoni, peress li dawn ukoll se jwasslu għall-iżvilupp ta' prattiki, prodotti u proċessi ġodda u msaħħa. F'dan il-kuntest, ir-rapporteur għal opinjoni jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li l-aspetti dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel huma mdaħħla fil-kapitolu dwar is-sikurezza tal-ikel fil-programm ta' riċerka u innovazzjoni "Horizon 2020" tal-Unjoni, filwaqt li jrid ikun hemm appoġġ qawwi favur sforzi ulterjuri ta' riċerka interkonnessa u ta' attivitajiet ta' innovazzjoni fis-settur tal-ikel PARNUTS.

Il-modifiki legali fil-proposta tal-Kummissjoni, bħall-esklużjoni tal-ikel dijabetiku, l-ikel b'livell baxx ta' glutina u l-ikel għall-isportivi, kif ukoll l-introduzzjoni tal-lista tal-Unjoni, m'għandhom fl-ebda każ ifixklu l-innovazzjoni. Madankollu, aktar mal-għarfien xjentifiku tagħha fis-settur tal-ikel PARNUTS ikompli jitjieb, iridu jinżammu proċeduri flessibbli bil-għan li jiġu stimulati aktar riċerka u innovazzjoni f'dawn l-oqsma.

L-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)

Ir-rapporteur għal opinjoni jixtieq jiżgura li kwalunkwe bidliet għall-immaniġġjar leġiżlattiv tal-ikel li bħalissa huwa kopert mid-direttiva qafas dwar l-ikel PARNUTS ma jkollhomx effett sproporzjonat fuq l-SMEs, u lanqas ma jnaqqsu t-trasparenza u/jew iżidu piżijiet bla bżonn fuq l-operaturi fin-negozju tal-ikel. Id-dejta attwali tindika li s-settur tal-ikel PARNUTS huwa ddominat mill-SMEs, filwaqt li f'dawn l-aħħar snin irreġistra tkabbir sostanzjali. Ir-rapporteur għal opinjoni jinsab imħasseb dwar il-varjazzjoni kbira eżistenti fil-piż leġiżlattiv bejn l-Istati Membri u jemmen li regolamentazzjoni razzjonalizzata, flimkien ma' miżuri ta' simplifikazzjoni, ikunu ta' vantaġġ għal dan is-settur kollu tas-suq.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Undustrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-moviment liberu ta' ikel sigur u nutrittiv huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv fis-saħħa u l-benessri taċ-ċittadini, u fl-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

(2) Sabiex jiġu ggarantiti s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini, is-sikurezza tal-prodotti tal-ikel tirrappreżenta rekwiżit essenzjali għaċ-ċirkolazzjoni libera tagħhom fis-suq intern, li, mill-banda l-oħra tkun ta' benefiċċju għall-kompetittività Ewropea billi tippermetti suq intern akbar għall-kumpaniji.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Dan ir-regolament huwa bil-għan li tiġi żgurata s-sikurezza tal-ikel li jitqiegħed fis-suq u hu maħsub għal gruppi vulnerabbli bħat-trabi, tfal żgħar u persuni li jbatu minn ċertu mard. Sabiex jiġi ggarantit li s-saħħa ta' dawn il-persuni tingħata livell għoli ta' protezzjoni, huwa essenzjali li ċertu numru ta' sustanzi potenzjalment perikolużi jew rikonoxxuti bħala perikolużi ma jkunux inklużi fil-kompożizzjoni ta' dawn il-prodotti jew fil-kompożizzjoni tal-kontenitur tagħhom.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Id-Direttiva 2009/39/KE tipprevedi li jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali dwar iż-żewġ kategoriji speċifiċi ta’ ikel li ġejjin, u li huma klassifikati taħt id-definizzjoni ta’ prodotti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari: 'ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, b’mod partikolari għall-isportivi' u 'ikel għall-persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete)'. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, ma setgħet tintlaħaq ebda konklużjoni ta’ suċċess b’rabta mal-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi minħabba opinjonijiet ferm diverġenti bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati b’rabta mal-għan tal-leġiżlazzjoni speċifika, l-għadd ta’ kategoriji sekondarji tal-ikel li jridu jiġu inklużi, il-kriterji għat-twaqqif ta’ rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-impatt potenzjali fuq l-innovazzjoni fl-iżvilupp tal-prodott. F’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet speċjali tal-ikel għal persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete), rapport tal-Kummissjoni jikkonkludi li ma hemmx bażi xjentifika għat-twaqqif ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni.

(7) Id-Direttiva 2009/39/KE tipprevedi li jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali dwar iż-żewġ kategoriji speċifiċi ta’ ikel li ġejjin, u li huma klassifikati taħt id-definizzjoni ta’ prodotti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari: 'ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, b’mod partikolari għall-isportivi' u 'ikel għall-persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete)'. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, ma setgħet tintlaħaq ebda konklużjoni ta’ suċċess b’rabta mal-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi minħabba opinjonijiet ferm diverġenti bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati b’rabta mal-għan tal-leġiżlazzjoni speċifika, l-għadd ta’ kategoriji sekondarji tal-ikel li jridu jiġu inklużi, il-kriterji għat-twaqqif ta’ rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-impatt potenzjali fuq l-innovazzjoni fl-iżvilupp tal-prodott. Bil-għan li s-suq intern jiffunzjona sewwa, din il-kategorija ta' ikel għandha tkun regolata mir-Regolament (KE) 1924/2006 u għandha tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dak ir-Regolament. F’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet speċjali tal-ikel għal persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete), rapport tal-Kummissjoni jikkonkludi li ma hemmx bażi xjentifika għat-twaqqif ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Qafas regolatorju għall-ikel maħsub għall-isportivi jista' jtejjeb iċ-ċertezza legali u jipprevjeni li jkun hemm għadd kbir ta' standards nazzjonali, li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Għadd limitat ta’ kategoriji tal-ikel jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta’ tmigħ għal ċerti gruppi tal-popolazzjoni jew jirrappreżentaw sors parzjali ta’ tmigħ; kategoriji simili ta’ ikel huma essenzjali għall-ġestjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u/jew huma essenzjali biex jinżammu s-sustanzi xierqa meħtieġa għal ċerti gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni magħrufa. Dawn il-kategoriji tal-ikel jinkludu l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali. L-esperjenza wriet li d-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE, kif ukoll id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE jiggarantixxu l-moviment ħieles ta’ ikel simili b’mod sodisfaċenti, filwaqt li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. B’hekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jiffoka fuq ir-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, filwaqt li jikkunsidra d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE.

(15) Għadd limitat ta’ kategoriji tal-ikel jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta’ tmigħ għal ċerti gruppi tal-popolazzjoni jew jirrappreżentaw sors parzjali ta’ tmigħ; kategoriji simili ta’ ikel huma essenzjali għall-ġestjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u/jew huma essenzjali biex jinżammu s-sustanzi xierqa meħtieġa għal ċerti gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni magħrufa. Dawn il-kategoriji tal-ikel jinkludu l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, xorb ibbażat fuq il-ħalib u maħsub għal tfal żgħar, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali. L-esperjenza wriet li d-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttivi tal-Kummissjoni 2006/141/KE, 2006/125/KE, 1999/21/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009, kif ukoll id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE jiggarantixxu l-moviment ħieles ta’ ikel simili b’mod sodisfaċenti, filwaqt li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. B’hekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jiffoka fuq ir-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi u għat-tfal żgħar, xorb ibbażat fuq il-ħalib u maħsub għal tfal żgħar u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, filwaqt li jikkunsidra d-Direttivi tal-Kummissjoni 2006/141/KE, 2006/125/KE, 1999/21/KE u 96/8/KE u r-Regolament (KE) Nru 41/2009. Barra minn hekk, il-kunċett ta' "nutrizzjoni speċjalizzata" għandu jinżamm u jkun strettament limitat għall-prodotti li kapaċi juru l-kapaċità unika tagħhom li jissodisfaw il-ħtiġijiet nutrizzjonali speċifiċi tal-gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, minħabba li mingħajr dan, dawn il-prodotti ma jkunux jistgħu jitqiegħdu fis-suq skont il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jerġa' jiddaħħal il-kunċett tal-ikel maħsub għal nutrizzjoni speċjalizzata. Din il-miżura tiddefinixxi kriterji għall-protezzjoni tat-tfal żgħar fir-rigward tal-ikel u tar-rekwiżiti nutrizzjonali u ta' sikurezza tal-ikel li jkunu speċifiċi għal dik l-età, pereżempju l-limiti dwar l-addizzjoni ta' nutrimenti, riskji mikrobijoloġiċi u sustanzi kontaminanti. F'każ li dawn il-prodotti ma jiġux integrati, huma jispiċċaw regolamentati bħala ikel maħsub għall-popolazzjoni ġenerali u jkunu suġġetti għall-kriterji nutrizzjonali u ta' purezza stipulati għall-popolazzjoni adulta li mhux dejjem huma adegwati għat-tfal ta' bejn it-12-il xahar u s-36 xahar.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Huwa importanti li l-ingredjenti li jintużaw fil-manifattura tal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament ikunu adegwati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrittivi, u jkunu adegwati għall-persuni li huma maħsuba għalihom u li l-livell nutrittiv xieraq ikun stabbilit minn dejta xjentifika aċċettata b'mod ġenerali. Din l-adegwatezza għandha tintwera permezz ta’ reviżjoni sistematika tad-dejta xjentifika disponibbli.

(17) Huwa importanti li l-ingredjenti li jintużaw fil-manifattura tal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament ikunu adegwati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrittivi, u jkunu adegwati għall-persuni li huma maħsuba għalihom u li l-livell nutrittiv xieraq ikun stabbilit minn dejta xjentifika aċċettata b'mod ġenerali. Din l-adegwatezza għandha tintwera permezz ta’ reviżjoni sistematika u indipendenti tad-dejta xjentifika disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Id-dejta xjentifika dwar il-livell nutrittiv xieraq tal-ikel speċjali trid mhux biss tkun sistematika, iżda wkoll ibbażata fuq evalwazzjoni indipendenti, biex ikunu żgurati l-ogħla affidabilità u l-aċċettazzjoni ġenerali tagħha.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Bil-għan li tiġi aġġornata l-lista tas-sustanzi pprojbiti, l-Awtorità u l-awtoritajiet nazzjonali b'kompetenza f'din il-materja għandhom iwettqu valutazzjoni regolari primarjament abbażi ta' dejta ġdida u żviluppi xjentifiċi u statutorji fl-Istati Membri jew fil-livell internazzjonali.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi l-kriterji għat-twaqqif ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, billi jqis id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE. Sabiex jiġu adattati d-definizzjonijiet tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali stabbiliti f’dan ir-Regolament billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku fuq livell internazzjonali, għall-istabbiliment tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni b’rabta mal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament, inkluż għar-rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar, jew derogi minn, dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE u għall-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet nutrittivi u tas-saħħa, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fuq livell ta’ esperti. Waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, il-Kummissjoni, għandha tiggarantixxi trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta' dokumenti rilevanti għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(19) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi l-kriterji għat-twaqqif ta' rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali, l-ikel tat-trabi, xorb abbażi ta' ħalib maħsub għat-tfal żgħar, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, billi jqis id-Direttivi tal-Kummissjoni 2006/141/KE, 2006/125/KE, 1999/21/KE u 96/8/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009. Sabiex jiġu adattati d-definizzjonijiet tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, xorb ibbażat fuq il-ħalib u maħsub għal tfal żgħar, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali stabbiliti f’dan ir-Regolament billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku kif ukoll l-iżviluppi fuq livell internazzjonali, għall-istabbiliment tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni kif ukoll il-proċess għat-tqegħid fis-suq ta' ikel imsawwar bis-saħħa ta' innovazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi b’rabta mal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament, inkluż għar-rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar, jew derogi minn, dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE u għall-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet nutrittivi u tas-saħħa, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fuq livell ta’ esperti. Waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, il-Kummissjoni, għandha tiggarantixxi trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta' dokumenti rilevanti għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Trid tiġi ggarantita wkoll proċedura ċara u effiċjenti li tqis kif jixraq il-ħarsien tas-saħħa tal-konsumatur sabiex il-prodotti tal-ikel li jirriżultaw minn innovazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi jitqiegħdu fis-suq malajr.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jerġa' jiddaħħal il-kunċett tal-ikel maħsub għal nutrizzjoni speċjalizzata. Dan jiżgura li għal dawn il-prodotti jkunu japplikaw l-aktar regoli stretti fir-rigward tan-nutrizzjoni, tar-riskji mikrobijoloġiċi, tal-pestiċidi, tal-kontaminanti, tas-sustanzi li jagħtu l-kulur u tas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa. F'każ li dawn il-prodotti ma jiġux integrati, huma jispiċċaw regolamentati bħala ikel maħsub għall-popolazzjoni ġenerali u jkunu suġġetti għall-kriterji nutrizzjonali u ta' purezza stipulati għall-popolazzjoni adulta li mhux dejjem huma adegwati għat-tfal ta' bejn it-12-il xahar u s-36 xahar.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Bħalissa, l-indikazzjonijiet 'mingħajr glutina' u 'b’livell baxx ta’ glutina' jistgħu jintużaw għall-ikel maħsub għal użu ta’ nutriment partikolari u għall-konsum normali tal-ikel skont ir-regoli speċifikati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-prodotti tal-ikel li huma xierqa għan-nies li huma intolleranti għall-glutina. Indikazzjonijiet simili jistgħu jiġu interpretati bħala indikazzjonijiet nutrittivi, kif inhuma definiti fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006. Għal għan ta’ simplifikazzjoni, dawn l-indikazzjonijiet għandhom jiġu regolati biss bir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u f’konformità mar-rekwiżiti msemmija. Huwa meħtieġ li l-adattamenti tekniċi bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, li jinkludu l-indikazzjonijiet nutrittivi 'mingħajr glutina' u 'b’livell baxx ta’ glutina' u l-kundizzjonijiet tal-użu assoċjati magħhom kif inhuma rregolati mir-Regolament (KE) Nru 41/2009 jitwettqu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(26) Bħalissa, l-indikazzjonijiet 'mingħajr glutina' u 'b’livell baxx ta’ glutina' jistgħu jintużaw għal ikel għal nutrizzjoni speċjalizzata maħsub għal persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina skont ir-regoli speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 41/2009. Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi1 jipprevedi l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' atti implimentattivi li jirregolaw informazzjoni volontarja dwar il-preżenza possibbli u mhux intenzjonata fl-ikel ta' sustanza li tikkawża allerġiji jew intolleranzi. Għal raġunijiet ta' koerenza u ta' simplifikazzjoni tal-qafas legali, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 biex tadotta atti implimentattivi li jirregolaw l-informazzjoni volontarja dwar l-assenza jew il-preżenza mnaqqsa fl-ikel ta' sustanzi li jikkawżaw intolleranzi, bħall-glutina u l-lattożju, u biex jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 41/2009. Jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1169/2001 jiġi emendat għal dan il-għan u li d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni meħtieġa jiġu adottati mill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-att ta' implimentazzjoni konċernat għandu jżomm fuq l-ikel ikkonċernat id-dikjarazzjonijiet 'mingħajr glutina' u 'b'livell baxx ta' glutina' fuq l-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu assoċjati magħhom kif speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 41/2009, li ma jippermettix l-użu tad-dikjarazzjoni 'b'livell baxx ta' glutina' għal dawn il-prodotti tal-ikel, kif ukoll indikazzjoni tal-grupp ta' persuni li għalihom huwa maħsub, kif inhuma rregolati attwalment mir-Regolament (KE) Nru 41/2009, u jipprovdu, għalhekk, l-istess livell ta' protezzjoni għall-konsumatur. Dan l-ikel għal nutrizzjoni speċjalizzata maħsuba għall-persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina għandu jinżamm f'dan ir-Regolament, billi l-provvista ta' ikel sikur maħsub għal persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina u t-tgħarrif tal-persuni bil-marda coeliac dwar l-assenza ta' glutina huwa importanti għall-ġestjoni ta' din il-marda. Dan huwa b'konformità mal-istandard internazzjonali għall-ikel għal dieti speċjali għal persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina (CODEX STAN 118-1979 rivedut fl-2008).

 

1 ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.

Ġustifikazzjoni

Il-persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina għandhom igawdu minn qafas regolatorju maħsub għall-ħtiġijiet tagħhom.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Bil-għan li jiġi ggarantit livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri proċeduri adegwati għas-superviżjoni, kemm tal-iġjene kif ukoll tal-kompożizzjoni, kemm qabel kif ukoll wara t-tqegħid fis-suq tal-ikel.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Huma meħtieġa miżuri tranżizzjonali adegwati li jippermettu lill-operatur tan-negozju tal-ikel biex jadattaw għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(29) Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri adegwati biex tiżgura ċ-ċertezza legali waqt it-tranżizzjoni għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tipprovdi l-assistenza u l-informazzjoni aġġornata meħtieġa lill-operaturi tan-negozju tal-ikel biex ikunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi evitat li l-aġġustamenti regolatorji li jirriżultaw minn din il-proposta joħolqu lakuna legali, anki jekk waqt perjodu tranżitorju.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Għandha tiġi prevista proċedura li tippermetti li l-oġġetti tal-ikel li jirriżultaw minn innovazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi jitqiegħdu fis-suq fuq bażi temporanja biex ikun jista’ jinkiseb benefiċċju xieraq mill-frott tar-riċerka industrijali sa ma ssir l-emenda tad-Direttiva speċifika konċernata. Madankollu, għal raġunijiet ta' protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tista’ tingħata biss wara li tkun ikkonsultata l-Awtorità.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-manifatturi fis-settur jingħataw l-aqwa orjentazzjoni dwar liema passi jridu jsegwu bil-għan li jkunu jistgħu jirrispondu bl-aħjar mod possibbli għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' nutrizzjoni tal-gruppi vulnerabbli. B'hekk il-gruppi vulnerabbli jkunu jistgħu jibbenefikaw malajr mill-progress tekniku u xjentifiku relevanti.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 29b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29b) Bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess fis-suq għall-operaturi u, b'mod partikulari, l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, li jkunu jixtiequ jbigħu prodotti tal-ikel li jirriżultaw minn innovazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi, il-Kummissjoni Ewropea, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati relevanti, għandha tadotta linji gwida dwar il-proċedura tat-tqegħid fis-suq, fuq bażi temporanja, ta' prodotti tal-ikel li jirriżultaw minn innovazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) ħalib maħsub għat-tfal żgħar;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ix-xorb b'bażi ta' ħalib maħsub għat-tfal żgħar huma prodotti rikki fin-nutrijenti u mfassla apposta biex jirrispondu għall-ħtiġijiet nutrizzjonali tat-tfal żgħar ta' bejn it-12-il xahar u s-36 xahar. It-tneħħija ta' dawn il-prodotti mir-Regolament twassal għal tnaqqis fil-miżuri tas-sikurezza tal-ikel, kompożizzjoni nutrizzjonali mhux speċifika u għal assenza ta' armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni. Minħabba f'hekk, dawn il-prodotti jispiċċaw regolati bħala ikel maħsub għall-popolazzjoni ġenerali u jkunu għaldaqstant suġġetti għall-kriterji nutrizzjonali stipulati għall-popolazzjoni adulta li mhumiex adegwati għat-tfal ta' bejn it-12-il xahar u s-36 xahar.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 6a

 

Sorveljanza

 

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jiżguraw id-dħul fis-seħħ ta' sistema adegwata ta' kontroll li tiżgura li l-operaturi fis-suq jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti tas-saħħa relevanti.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kompożizzjoni tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun adegwata biex tissodisfa l-ħtiġijiet nutrittivi tiegħu, u li tkun adegwata għall-persuni li għalihom hija maħsuba, bi qbil mad-dejta xjentifika ġenerali aċċettata.

1. Il-kompożizzjoni tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun adegwata biex tissodisfa l-ħtiġijiet nutrittivi tiegħu, u li tkun adegwata għall-persuni li għalihom hija maħsuba, bi qbil mad-dejta xjentifika u opinjoni medika aċċettata b'mod ġenerali u evalwata indipendentement.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 1.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jipprovdu informazzjoni adegwata lill-konsumatur u ma għandhomx jiżgwidaw.

3. It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) ma għandhomx jiżgwidaw u għandhom:

 

(a) jipprovdu informazzjoni ċara u adegwata lill-konsumatur; kif ukoll

 

(b) ikunu bbażati fuq il-parir ta' persuni indipendenti li jkollhom kwalifiki fil-mediċina, fin-nutrizzjoni jew fil-farmaċewtika, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni li għalihom huwa maħsub l-ikel, bl-użu ta' dejta xjentifika vvalidata mill-Awtorità.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fit-tikkettar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel għall-konsum normali, dan li ġej għandu jkun projbit:

 

(a) l-użu tal-kliem “nutrizzjoni speċjalizzata”, waħedom jew flimkien ma’ kliem ieħor, bħala indikazzjoni ta' dawk il-prodotti tal-ikel;

 

(b) kull marka jew preżentazzjoni oħra li x’aktarx tagħti l-impressjoni li hemm involut wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2).

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tinżamm dispożizzjoni simili għal dik fl-Artikolu 2.2b tad-Direttiva Qafas attwali li tiggarantixxi li l-prodotti li jkunu konformi mar-Regolament biss jistgħu jiġu ppreżentati bħala li jkopru l-ħtiġijiet speċifiċi tal-gruppi fil-mira. Irid ikun hemm distinzjoni ċara bejn ikel b'dikjarazzjonijiet ta' nutrizzjoni u l-ikel normali. Il-prodotti tal-ikel b'nutrizzjoni jew dikjarazzjonijiet ta' saħħa approvati biss għandhom ikunu jistgħu jikkomunikaw dwar l-adegwatezza tagħhom għal kundizzjonijiet speċifiċi.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. It-tixrid ta’ kwalunkwe informazzjoni utli jew ir-rakkomandazzjonijiet b’referenza għall-kategoriji tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1 (1) għandhom isiru esklużivament mill-persuni bi kwalifiki fil-mediċina, in-nutrizzjoni, il-farmaċewtika jew professjonisti oħra responsabbli mill-kura materna u dik tas-saħħa tat-trabi.

4. Ir-responsabilità għat-tixrid ta’ kwalunkwe informazzjoni utli jew ir-rakkomandazzjonijiet b’referenza għall-kategoriji tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun esklużivament tal-persuni bi kwalifiki fil-mediċina, in-nutrizzjoni, il-farmaċewtika jew professjonisti oħra responsabbli mill-kura materna u dik tas-saħħa tat-trabi u għandha tkun ibbażata fuq dejta xjentifika li tista' tiġi vverifikata indipendentement.

Ġustifikazzjoni

Kull informazzjoni dwar dawn il-kategoriji ta' ikel imxerrda b'mezzi passivi (pereżempju permezz tal-internet) għandha titfassal minn professjonisti kwalifikati u tkun ibbażata fuq dejta xjentifika li tista' tiġi vverifikata.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Soġġett għar-rekwiżiti ġenerali tal-Artikoli 7 u 9 u billi titqies id-Direttiva 2006/141/KE, id-Direttiva 2006/125/KE u d-Direttiva 1999/21/KE kif ukoll kwalunkwe progress tekniku u xjentifiku, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta Regolamenti delegati, mhux aktar tard minn [sentejn (2) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], bi qbil mal-Artikolu 15, b’rabta ma’ dan li ġej:

2. Soġġett għar-rekwiżiti ġenerali tal-Artikoli 7 u 9 u billi titqies id-Direttiva 2006/141/KE, id-Direttiva 2006/125/KE, id-Direttiva 1999/21/KE, kif ukoll kwalunkwe progress tekniku u xjentifiku, partikolarment ir-riżultati ta' evalwazzjonijiet tar-riskju u l-prinċipju prekawzjonarju, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta Regolamenti delegati għall-ikel kopert mill-Artikolu 1(1), mhux aktar tard minn sentejn (2) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, bi qbil mal-Artikolu 15, b’rabta ma’ dan li ġej:

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-limitazzjonijiet speċifiċi fil-kompożizzjoni tal-pakketti li fihom ikun hemm l-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1);

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tikkontrolla jew li tipprojbixxi sustanzi fil-pakkett li fih ikun hemm l-ikel tat-trabi jew tat-tfal li jista' jkollu effett fuq prodott qabel ma dan jiġi kkunsmat, pereżempju l-użu tal-bisfenol A fil-lega tal-landa li jista' jmur fil-prodott.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) id-derogi mid-daqs minimu tat-tipa minħabba r-rekwiżiti speċifiċi addizzjonali dwar informazzjoni mandatorja li għandha tingħata fuq it-tikketti ta' ċertu ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u minn rekwiżiti oħra dwar il-leġġibilità stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar speċifiku li japplikaw għal dawn il-gruppi ta’ prodotti se jiġu eżaminati mill-ġdid u rriformulati fil-forma ta’ atti ddelegati. Ikun xieraq f'dal-punt li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' informazzjoni għall-konsumatur u tar-rekwiżiti ta' leġġibilità applikabbli għal dawn il-prodotti, li jistgħu jeħtieġu deroga mid-daqs minimu tat-tipa u ċerti krierji oħra dwar il-leġġibilità stabbiliti għall-ikel ġenerali.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) il-proċess għat-tqegħid fis-suq ta' ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) li jirriżulta minn innovazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi li ma jikkonformawx mar-regoli dwar il-kompożizzjoni stipulati mir-regolamenti ddelegati;

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti tal-ikel li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huma meħtieġa jipprovdu informazzjoni ulterjuri sostanzjali meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet tat-tikkettar tal-ikel ġenerali, sabiex jiżguraw l-użu sikur tagħhom. Id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar speċifiku li japplikaw għal dawn il-gruppi ta’ prodotti se jiġu eżaminati mill-ġdid u rriformulati fil-forma ta’ atti ddelegati. Ikun xieraq f'dal-punt li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' informazzjoni għall-konsumatur u tar-rekwiżiti ta' leġġibilità applikabbli għal dawn il-prodotti, li jistgħu jeħtieġu deroga mid-daqs minimu tat-tipa u ċerti krierji oħra dwar il-leġġibilità stabbiliti għall-ikel ġenerali.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) ir-rekwiżiti ta' informazzjoni li trid tingħata dwar ir-rakkomandazzjonijiet għall-użu adegwat tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1).

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti tal-ikel li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huma meħtieġa jipprovdu informazzjoni ulterjuri sostanzjali meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet tat-tikkettar tal-ikel ġenerali, sabiex jiżguraw l-użu sikur tagħhom.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Suġġett għar-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 9 u billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku rilevanti, il-Kummissjoni għandha taġġorna r-Regolamenti delegati msemmija fil-paragrafu 2 bi qbil mal-Artikolu 15.

3. Suġġett għar-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 9 u billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku rilevanti, ir-riżultati ta' evalwazzjonijiet ġodda tar-riskju u l-prinċipju prekawzjonarju, il-Kummissjoni għandha taġġorna r-Regolamenti delegati msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu bi qbil mal-Artikolu 15.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex tippermetti tqegħid fis-suq malajr tal-prodotti tal-ikel maħsuba għal nutriment partikolari u li jirriżultaw minn progress xjentifiku u teknoloġiku, il-Kummissjoni tista', wara konsultazzjoni mal-Awtorità, tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15, li jawtorizzaw għall-perjodu ta' sentejn, it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li ma jissodisfawx ir-regoli ta' kompożizzjoni stabbiliti minn dan ir-Regolament u mir-regolament delegati għall-gruppi ta' prodotti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1).

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li terġa' tiddaħħal il-klawsola ta' innovazzjoni prevista fid-Direttiva 2009/29 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari. Din il-proċedura, li attwalment ftit li xejn hija użata, għandha tiġi ffaċilitata sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jistgħu jibbenefikaw mill-aktar fis minn prodotti adatti.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Ħalib maħsub għat-tfal żgħar

 

Sal-aħħar tal-perjodu ta' tranżizzjoni, kif definit fl-Artikolu 18(1), il-Kummissjoni għandha, wara li tkun ikkonsultat lill-Awtorità, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar jekk ikunx hemm lok li jiddaħħlu dispożizzjonijiet speċjali dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar ta' xorb ibbażat fuq il-ħalib għat-tfal żgħar fir-rigward tal-ħtiġijiet nutrizzjonali, ix-xejra tal-konsum, in-nutrijenti kkunsmati u l-livell ta' sustanzi kontaminanti u pestiċidi li għalih qed jiġu esposti t-tfal żgħar, filwaqt li titqies il-leġiżlazzjoni differenti li tirregola l-ikel normali u l-ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar. Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha jew:

 

(a) tiddeċiedi li ma jkunx hemm bżonn ta' dispożizzjonijiet speċjali rigward il-kompożizzjoni u t-tikkettar ta' xorb ibbażat fuq il-ħalib u maħsub għal tfal żgħar;

 

(b) tippreżenta, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 114 TFUE, kull proposta adegwata għal emendi għal dan ir-Regolament; u temenda l-atti delegati relevanti biex tinkludi d-dispożizzjonijiet speċjali konċernati, skont dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Ix-xorb ibbażat fuq il-ħalib u maħsub għat-tfal żgħar attwalment huwa preżenti fis-suq Ewropew skont id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva Qafas 2009/39/KE. Madankollu, hemm nuqqas ta' qbil fost l-Istati Membri tal-UE dwar kif dawn il-prodotti għandhom jiġu rregolati. Bil-għan li jibqa' jingħata livell għoli ta' protezzjoni lil grupp ta' konsumaturi partikolarment vulnerabbli, ikun xieraq li jkun hemm l-opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar jekk għandhomx jiddaħħlu rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar għal dawn il-prodotti fl-atti ddelegati tal-Kummissjoni.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mhux aktar tard minn [sentejn (2) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u sussegwentement taġġorna lista tal-Unjoni tas-sustanzi permessi li jilħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1, permezz tar-Regolamenti ta’ implimentazzjoni. Id-dħul ta’ sustanza fil-lista tal-Unjoni għandha tinkludi speċifikazzjoni dwar is-sustanza, u, fejn ikun meħtieġ, tispeċifika l-kundizzjonijiet tal-użu u l-kriterji tal-purità applikabbli. Dawn ir-Regolamenti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2). Permezz ta’ raġunijiet xierqa ta’ urġenza estrema relatati mar-riskji emerġenti tas-saħħa, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli b’mod immedjat li jaġġornaw il-lista tal-Unjoni bi qbil mal-Artikolu 14(3).

2. Mhux aktar tard minn 6 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u sussegwentement taġġorna lista tal-Unjoni tas-sustanzi permessi li jilħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1, permezz tar-Regolamenti ta’ implimentazzjoni. Id-dħul ta’ sustanza fil-lista tal-Unjoni għandha tinkludi speċifikazzjoni dwar is-sustanza, u, fejn ikun meħtieġ, tispeċifika l-kundizzjonijiet tal-użu u l-kriterji tal-purità applikabbli. Dawn ir-Regolamenti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2). Permezz ta’ raġunijiet xierqa ta’ urġenza estrema relatati mar-riskji emerġenti tas-saħħa, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli b’mod immedjat li jaġġornaw il-lista tal-Unjoni bi qbil mal-Artikolu 14(3).

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(3) u 10 ta' dan ir-Regolament għandha tingħata għal perijodu ta’ żmien mhux determinat minn (*) [(*) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att leġiżlattiv bażiku jew minn kull data oħra stabbilita mil-leġiżlatur.]

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(3) u 10 ta' dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin b'bidu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża taċitament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Bla ħsara għall-kriterji għal ċerti livelli ta’ kontaminanti stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel1, il-kriterji mikrobijoloġiċi stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel2 għandhom japplikaw għal xarbiet abbażi ta’ ħalib maħsuba għat-tfal żgħar li jkunu attwalment fis-suq matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fil-paragrafu 1;

 

1 ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

2 ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1169/2011

 

Fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(aa) informazzjoni dwar l-assenza possibbli jew il-preżenza mnaqqsa ta' sustanzi li jikkawżaw l-intolleranza, bħall-glutina, fl-ikel"

Ġustifikazzjoni

Il-persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina għandhom igawdu minn qafas regolatorju maħsub għall-ħtiġijiet tagħhom.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 18b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18b

 

Ikel maħsub għal sforzi muskolari intensi

 

Mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-ħtieġa li l-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ikel maħsub għal sforzi muskolari intensi jiġu armonizzati. Il-Kummissjoni tista' takkumpanja dan ir-rapport bi proposti biex tiġi mmodifikata l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea se jkollha tipproponi rapport dwar il-ħtieġa li d-dispożizzjonijiet dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ikel maħsub għal sforzi muskolari intensi jiġu armonizzati fid-dawl tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-funzjonament tas-suq intern.

PROĊEDURA

Titolu

Ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u ikel għal skopijiet mediċi speċjali

Referenzi

COM(2011)0353 – C7-0169/2011 – 2011/0156(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.7.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

5.7.2011

 

 

 

Rapporteur(s) preċedenti

Corinne Lepage

 

 

 

Eżami fil-kumitat

12.1.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

6.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

11

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Vicky Ford, Norbert Glante, Robert Goebbels, András Gyürk, Jacky Hénin, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Béla Kovács, Philippe Lamberts, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Herbert Reul, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Antonio Cancian, António Fernando Correia De Campos, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Seán Kelly, Bernd Lange, Werner Langen, Marian-Jean Marinescu, Zofija Mazej Kukovič, Morten Messerschmidt, Vladko Todorov Panayotov, Mario Pirillo, Silvia-Adriana Ţicău

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Theurer

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (15.2.2012)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u dwar ikel għal skopijiet mediċi speċjali
(COM(2011)0353 – C7‑0169/2011 – 2011/0156(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Iliana Ivanova

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Objettivi tal-proposta

Il-proposta tal-Kummissjoni tirrevedi r-regoli dwar il-prodotti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari, kif stabbiliti fid-Direttiva 2009/39/KE u l-atti ta' implimentazzjoni tagħha. Wara aktar minn tletin sena ta' applikazzjoni, id-dispożizzjonijiet sostantivi tad-Direttivi m'għadhomx jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-konsumaturi u għall-aħħar żviluppi tas-suq. Minbarra dan, id-diskussjonijiet mal-Istati Membri u ma' dawk kollha interessati wrew diffikultajiet fl-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas, partikolarment rigward partijiet aktar reċenti tal-leġiżlazzjoni tal-UE, bħar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

Il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi d-Direttiva Qafas billi tabolixxi r-regoli ġenerali dwar l-ikel djetetiku, iżda li żżomm xi wħud mir-regoli għal ikel speċifiku li ġew adottati skont il-Qafas.

Kummenti ġenerali

Ir-Rapporteur għal opinjoni tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni u tappoġġa l-istrateġija ġenerali, filwaqt li żżomm id-Direttivi vertikali dwar il-formuli tat-trabi, l-ikel tat-trabi u l-ikel għal skopijiet mediċi skont Regolament Qafas ġdid, li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni għall-grupp ta' konsumaturi vulnerabbli, u tabbanduna l-kunċett tal-ikel djetetiku, li jista' jiżgwida lill-konsumaturi u wassal għal frammentazzjoni tas-suq.

Ir-Rapporteur tantiċipa li s-simplifikazzjoni proposta tal-qafas legali eżistenti se tnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji, speċjalment fuq l-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, u se tkompli tistimula l-moviment ħieles ta' dawn il-prodotti. Hija tistenna li r-riforma se tħeġġeġ l-innovazzjoni f'dan il-qasam tas-settur tal-ikel, li huwa wieħed mill-aktar kompetittivi fl-industrija Ewropea.

Glutina

Il-Kummissjoni tipproponi li l-ikel għal persuni li jbatu bil-marda coeliac jitqies bħala ikel normali u tipproponi l-irtirar tar-Regolament (KE) Nru 41/2009. Minflok, il-proposta tal-Kummissjoni tissuġġerixxi r-regolazzjoni ta' dan it-tip ta' ikel speċifiku skont ir-Regolament dwar Indikazzjonijiet dwar in-Nutrizzjoni u dwar is-Saħħa. Ir-Rapporteur tagħraf l-importanza tas-suġġett u tikkunsidra li jkun aktar xieraq jekk din il-kategorija ta' ikel tiġi rregolata skont ir-Regolament il-ġdid dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, filwaqt li jinżammu l-kundizzjonijiet eżistenti rigward il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-prodotti, u għalhekk l-istess standard ta' protezzjoni tas-saħħa bħal dak attwali.

Ħalib maħsub għat-tfal żgħar

L-hekk imsejjaħ "ħalib biex jikbru" huwa maħsub għat-tfal żgħar fil-faxxa tal-età ta' bejn is-sena u t-tliet snin u jikkostitwixxi suq dejjem jikber f'ħafna Stati Membri. Ma ġiet stabbilita l-ebda regola sostantiva speċifika għal dawn il-prodotti, li fil-preżent kultant, imma mhux dejjem, jiġu notifikati lill-awtoritajiet nazzjonali skont id-Direttiva Qafas 2009/39/KE bħala "ikel għal użu ta' nutriment partikolari". Ir-Rapporteur tappoġġa l-Kummissjoni fil-proposta tagħha li dan il-ħalib jiġi regolat biss skont ir-Regolament dwar Indikazzjonijiet dwar in-Nutrizzjoni u dwar is-Saħħa, iżda tistieden lill-Kummissjoni teżamina l-pertinenza tad-dispożizzjonijiet speċjali rigward il-kompożizzjoni u t-tikkettar ta' ħalib bħal dan.

Ikel għall-isportivi

Fil-preżent, ma jeżistux regoli speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ikel għall-isportivi. Illum, dan l-ikel huwa meqjus bħala "ikel djetetiku". Il-Kummissjoni tagħraf li direttiva speċifika tista' xxekkel l-innovazzjoni fis-settur, u tipproponi li din il-kategorija ta' ikel tiġi inkluża fir-Regolament dwar Indikazzjonijiet dwar in-Nutrizzjoni u dwar is-Saħħa. Ir-Rapporteur tappoġġa bis-sħiħ l-approċċ tal-Kummissjoni, peress li dan ħa jagħti definittivament aktar ċarezza legali u jinforza l-għarfien u l-ħarsien tal-konsumaturi.

Ikel għat-tnaqqis fil-piż u dieti b' ammont żgħir ħafna ta' kaloriji (VLCDs)

Ir-Rapporteur tikkondividi l-opinjoni tal-Kummissjoni li d-Direttiva 96/8/KE dwar l-ikel għat-tnaqqis fil-piż għandha titħassar, u li l-istess regoli sostantivi għandhom jinżammu skont ir-Regolament dwar Indikazzjonijiet dwar in-Nutrizzjoni u dwar is-Saħħa.

Minħabba r-riskji għas-saħħa li dawn jinvolvu, ir-Rapporteur hija mħassba li fil-preżent m'hemmx regoli speċifiċi fuq il-livell tal-UE dwar il-kompożizzjoni, it-tikkettar u l-użu tal-hekk imsejħa dieti b'ammont żgħir ħafna ta' kaloriji ("VLCDs"), li jikkorrispondu mas-sostituti tad-dieta totali taħt it-800 kcal. Il-VLCDs għandhom ikunu disponibbli biss taħt superviżjoni medika u għandhom jiġu regolati skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE dwar l-ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali.

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta' atti delegati, regoli rigward il-kompożizzjoni speċifika u r-rekwiżiti dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel maħsub għal trabi u tfal żgħar u l-ikel għal skopijiet mediċi. Iżda r-Rapporteur ma taqbilx li l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda d-definizzjonijiet ta' 'formuli tat-trabi', 'ikel għat-trabi', 'ikel għal skopijiet mediċi speċjali', eċċ., peress li dawn jikkonċernaw elementi essenzjali tal-att leġiżlattiv bażiku u għalhekk għandhom jibqgħu fis-setgħa tal-leġiżlatur.

Innovazzjoni

Meta tqis il-progress tekniku u xjentifiku relevanti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li taġġorna fi żmien qasir l-atti delegati li ġew adottati skont dan ir-Regolament. Dan għandu jħeġġeġ l-innovazzjoni fis-settur konċernat.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jitlob lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-moviment liberu ta' ikel sigur u nutrittiv huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv fis-saħħa u l-benessri taċ-ċittadini, u fl-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

(2) Il-garanzija ta' prodotti tal-ikel sikuri u nutrittivi hija aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-saħħa u l-benessri taċ-ċittadini, partikolarment ta' gruppi ta' konsumaturi vulnerabbli, bħat-trabi u t-tfal żgħar, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi taċ-ċittadini. It-titjib fl-armonizzazzjoni tar-regoli jistimula l-moviment ħieles tal-prodotti u għalhekk jikkontribwixxi biex jiġi liberat il-potenzjal veru tas-suq intern.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Id-Direttiva 2009/39/KE tipprevedi li jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali dwar iż-żewġ kategoriji speċifiċi ta’ ikel li ġejjin, u li huma klassifikati taħt id-definizzjoni ta’ prodotti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari: 'ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, b’mod partikolari għall-isportivi' u 'ikel għall-persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete)'. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, ma setgħet tintlaħaq ebda konklużjoni ta’ suċċess b’rabta mal-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi minħabba opinjonijiet ferm diverġenti bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati b’rabta mal-għan tal-leġiżlazzjoni speċifika, l-għadd ta’ kategoriji sekondarji tal-ikel li jridu jiġu inklużi, il-kriterji għat-twaqqif ta’ rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-impatt potenzjali fuq l-innovazzjoni fl-iżvilupp tal-prodott. F’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet speċjali tal-ikel għal persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete), rapport tal-Kummissjoni jikkonkludi li ma hemmx bażi xjentifika għat-twaqqif ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni.

(7) Id-Direttiva 2009/39/KE tipprevedi li jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali dwar iż-żewġ kategoriji speċifiċi ta’ ikel li ġejjin, u li huma klassifikati taħt id-definizzjoni ta’ prodotti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari: 'ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, b’mod partikolari għall-isportivi' u 'ikel għall-persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete)'. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel maħsub li jkun imfassal għal sforzi muskolari intensi, ma setgħet tintlaħaq ebda konklużjoni ta’ suċċess b’rabta mal-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi minħabba opinjonijiet ferm diverġenti bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati b’rabta mal-għan tal-leġiżlazzjoni speċifika, l-għadd ta’ kategoriji sekondarji tal-ikel li jridu jiġu inklużi, il-kriterji għat-twaqqif ta’ rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-impatt potenzjali fuq l-innovazzjoni fl-iżvilupp tal-prodott. Bl-għan li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u li jissaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur, filwaqt li tiġi stimulata l-innovazzjoni, "l-ikel għall-isportivi" mil-lum 'il quddiem għandu jiġi rregolat skont il-liġi dwar l-ikel ġenerali, bħar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel1, ir-Regolament KE Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel2, ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi3, u d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel4 u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fihom. F’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet speċjali tal-ikel għal persuni li jbatu minn problemi ta’ metaboliżmu minħabba l-karboidrati (dijabete), rapport tal-Kummissjoni jikkonkludi li ma hemmx bażi xjentifika għat-twaqqif ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni.

 

________

 

1 ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

 

2 ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

 

3 ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.

 

4 ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

Ġustifikazzjoni

"L-ikel għall-isportivi" huwa attwalment meqjus bħala "ikel għal skopijiet nutrizzjonali partikolari". Madankollu, ma ġew stipulati l-ebda rekwiżiti ta' kompożizzjoni u ta' tkikettar għalih fil-livell tal-UE, u s-sistema ta' notifika tirriżulta f'piż amministrattiv kbir u f'kundizzjonijiet inekwi tas-suq fl-UE. Sabiex titħeġġeġ l-innovazzjoni u jingħata kontribut għal suq intern li jiffunzjona tajjeb, "l-ikel għall-isportivi" għandu jiġi rregolat skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u atti oħra rigward il-liġi dwar l-ikel ġenerali. Ladarba indikazzjoni dwar nutrizzjoni jew saħħa tiġi awtorizzata mill-EFSA, din tista' tintuża minn kumpaniji oħra (partikolarment impriżi żgħar u ta' daqs medju).

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Jeħtieġ, għalhekk, li jiġu evitati d-differenzi fl-interpretazzjoni u fil-mod kif jiġu trattati d-diffikultajiet tal-Istati Membri u tal-operaturi meta jikkombinaw il-leġiżlazzjonijiet differenti dwar it-tipi ta' ikel, billi jiġi simplifikat l-ambjent regolatorju. Dan jiżgura li prodotti simili jiġu trattati bl-istess mod fl-Unjoni kollha u li jinħolqu kundizzjonijiet aktar ugwali għall-operaturi kollha fis-suq intern, speċjalment l-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Għadd limitat ta’ kategoriji tal-ikel jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta’ tmigħ għal ċerti gruppi tal-popolazzjoni jew jirrappreżentaw sors parzjali ta’ tmigħ; kategoriji simili ta’ ikel huma essenzjali għall-ġestjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u/jew huma essenzjali biex jinżammu s-sustanzi xierqa meħtieġa għal ċerti gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni magħrufa. Dawn il-kategoriji tal-ikel jinkludu l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali. L-esperjenza wriet li d-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE, kif ukoll id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE jiggarantixxu l-moviment ħieles ta’ ikel simili b’mod sodisfaċenti, filwaqt li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. B’hekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jiffoka fuq ir-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, filwaqt li jikkunsidra d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE.

(15) Għadd limitat ta’ kategoriji tal-ikel jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta’ tmigħ għal ċerti gruppi tal-popolazzjoni jew jirrappreżentaw sors parzjali ta’ tmigħ; kategoriji simili ta’ ikel huma essenzjali għall-ġestjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u/jew huma essenzjali biex jinżammu s-sustanzi xierqa meħtieġa għal ċerti gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni magħrufa. Dawn il-kategoriji tal-ikel jinkludu l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali. L-esperjenza wriet li d-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE, kif ukoll id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE jiggarantixxu l-moviment ħieles ta’ ikel simili b’mod sodisfaċenti, filwaqt li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-interessi tal-konsumaturi. B’hekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jiffoka fuq ir-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, filwaqt li jikkunsidra d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE. F'dan il-kuntest, bħal ma huwa l-każ għall-ikel kollu, kwalunkwe sustanza li tista' tkun ta' ħsara għas-saħħa tal-kategoriji konċernati għandha tiġi eskluża mill-kompożizzjoni tal-kategoriji ta' ikel koperti b'dan ir-Regolament.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Għall-garanzija taċ-ċertezza legali, id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE għandhom jiġu trasferiti għal dan ir-Regolament. Madankollu, id-definizzjonijiet tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali għandhom jiġu adattati b'mod regolari billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku u l-iżviluppi rilevanti fuq livell internazzjonali, kif inhu xieraq.

(16) Għall-garanzija taċ-ċertezza legali, id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE għandhom jiġu trasferiti għal dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 18.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Ir-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar huma stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel. Dawk ir-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar għandhom, bħala regola ġenerali, japplikaw għall-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, dan ir-Regolament għandu jipprovdi wkoll rekwiżiti addizzjonali għal, jew derogi minn, dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE, fejn hu meħtieġ, sabiex jilħaq l-għanijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament.

(18) Ir-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011. Dawk ir-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar għandhom, bħala regola ġenerali, japplikaw għall-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, dan ir-Regolament għandu jipprovdi wkoll rekwiżiti addizzjonali għal, jew derogi minn, dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, fejn hu meħtieġ, sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sa mill-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar l-ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u dwar ikel għal skopijiet mediċi speċjali, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel, ġiet sostitwita bir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi l-kriterji għat-twaqqif ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, billi jqis id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE. Sabiex jiġu adattati d-definizzjonijiet tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali stabbiliti f’dan ir-Regolament billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku fuq livell internazzjonali, għall-istabbiliment tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni b’rabta mal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament, inkluż għar-rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar, jew derogi minn, dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE u għall-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet nutrittivi u tas-saħħa, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fuq livell ta’ esperti. Waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, il-Kummissjoni, għandha tiggarantixxi trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta' dokumenti rilevanti għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(19) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi l-kriterji għat-twaqqif ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi, u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, billi jqis id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE. Sabiex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni b’rabta mal-kategoriji tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament, inkluż għar-rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar, jew derogi minn, dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u għall-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet nutrittivi u tas-saħħa, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fuq livell ta’ esperti. Waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, il-Kummissjoni, għandha tiggarantixxi trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta' dokumenti rilevanti għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, "att leġiżlattiv jista' jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv". L-adattament tad-definizzjonijiet, madankollu, jirrigwarda element essenzjali tal-att leġiżlattiv u m'għandux ikun is-suġġett ta' delega lill-Kummissjoni. Ara wkoll l-Emenda 18.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a) Meta jitqies il-progress tekniku u xjentifiku rilevanti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li taġġorna l-atti delegati li ġew adottati skont dan ir-Regolament. Dan għandu jħeġġeġ l-innovazzjoni fis-settur tal-ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, li m'għandhiex isseħħ askapitu tas-sikurezza tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur għal opinjoni tappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni biex tintroduċi proċedura innovattiva aktar simplifikata, li tippermetti l-aġġornament tal-atti delegati relevanti fil-każ li l-progress tekniku u xjentifiku jintwera minn operatur tas-suq.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Bħalissa, l-indikazzjonijiet 'mingħajr glutina' u 'b’livell baxx ta’ glutina' jistgħu jintużaw għall-ikel maħsub għal użu ta’ nutriment partikolari u għall-konsum normali tal-ikel skont ir-regoli speċifikati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-prodotti tal-ikel li huma xierqa għan-nies li huma intolleranti għall-glutina. Indikazzjonijiet simili jistgħu jiġu interpretati bħala indikazzjonijiet nutrittivi, kif inhuma definiti fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006. Għal għan ta’ simplifikazzjoni, dawn l-indikazzjonijiet għandhom jiġu regolati biss bir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u f’konformità mar-rekwiżiti msemmija. Huwa meħtieġ li l-adattamenti tekniċi bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, li jinkludu l-indikazzjonijiet nutrittivi 'mingħajr glutina' u 'b’livell baxx ta’ glutina' u l-kundizzjonijiet tal-użu assoċjati magħhom kif inhuma rregolati mir-Regolament (KE) Nru 41/2009 jitwettqu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(26) Bħalissa, l-indikazzjonijiet 'mingħajr glutina' u 'b’livell baxx ta’ glutina' jistgħu jintużaw għall-ikel maħsub għal użu ta’ nutriment partikolari u għall-konsum normali tal-ikel skont ir-regoli speċifikati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-prodotti tal-ikel li huma xierqa għan-nies li huma intolleranti għall-glutina. Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jipprevedi l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' atti ta' implimentazzjoni li jirregolaw informazzjoni volontarja dwar il-preżenza possibbli u mhux intenzjonata fl-ikel ta' sustanza li tikkawża allerġiji jew intolleranzi. Għal raġunijiet ta' koerenza u simplifikazzjoni tal-qafas legali, il-Kummissjoni għandha tingħata mandat skont ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 biex tadotta wkoll atti ta' implimentazzjoni li jirregolaw l-informazzjoni volontarja dwar in-nuqqas jew il-preżenza mnaqqsa fl-ikel ta' sustanzi li jikkawżaw intolleranzi, bħall-glutina u l-lattożju, u biex tħassar ir-Regolament (KE) Nru 41/2009. Jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jiġi emendat għal dan il-għan u li l-atti ta' implimentazzjoni meħtieġa jiġu adottati mill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-att ta' implimentazzjoni konċernat għandu jżomm id-dikjarazzjonijiet 'mingħajr glutina' u 'b'livell baxx ta' glutina' fuq l-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu assoċjati magħhom kif jinsabu regolati fil-preżent skont ir-Regolament (UE) Nru 41/2009, u jipprevedi, għalhekk, l-istess livell ta' protezzjoni għall-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tipproponi li l-ikel għal persuni li jbatu bil-marda coeliac jitqies bħala ikel normali, li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 41/2009 rigward il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ikel adattat għal persuni intolleranti għall-glutina u biex jiġu regolati d-dikjarazzjonijiet konċernati, skont ir-Regolament dwar l-Indikazzjonijiet. Ir-Rapporteur għal opinjoni, madankollu, tippreferi tirregola d-dikjarazzjonijiet 'mingħajr glutina' u 'b'livell baxx ta' glutina' skont ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel għall-konsumaturi, li diġà jipprevedi l-adozzjoni ta' regoli speċifiċi biex jindikaw il-preżenza ta' sustanzi li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Attwalment, fil-livell tal-Unjoni, m'hemmx regoli speċifiċi li jarmonizzaw il-kompożizzjoni, it-tikkettar u l-użu ta' 'ħalib maħsub għat-tfal żgħar', jiġifieri ħalib li jiġi reklamat bħala partikolarment adattat għal tfal bejn sena u tliet snin. Xi wħud minn dawn it-tipi ta' ħalib fil-preżent qed jiġu notifikati minn esponenti fis-suq bħala 'ikel għal skopijiet nutrittivi partikolari' skont id-Direttiva 2009/39/KE, filwaqt li oħrajn mhumiex. Minbarra dan, filwaqt li bosta minn dawn it-tipi ta' ħalib qed jiġu kummerċjalizzati bħala 'ħalib biex jikbru', hemm nuqqas ta' evidenza xjentifika tajba li turi l-valur miżjud għas-saħħa jew nutrittivi ta' dan il-ħalib meta mqabbel mal-ħalib normali. Din is-sitwazzjoni tikkawża ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u tinvolvi livelli inekwi ta' ħarsien tal-konsumatur fl-Unjoni kollha. Sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata, il-'ħalib maħsub għat-tfal żgħar' għandu jiġi rregolat skont il-liġi dwar l-ikel ġenerali, bħar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006, ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u d-Direttiva 2002/46/KE u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti fihom. Minbarra dan, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar kemm huma rakkomandabbli dispożizzjonijiet speċjali rigward il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ħalib maħsub għat-tfal żgħar, u tipproponi miżuri skont il-każ.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 27b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27b) Fil-preżent m'hemmx regoli speċifiċi fil-livell tal-Unjoni dwar il-kompożizzjoni, it-tikkettar u l-użu tal-hekk imsejħa "Dieti b'Ammont Żgħir Ħafna ta' Kaloriji" (VLCDs), li jikkorrispondu għal sostituti tad-dieta totali b'inqas minn 800 kcal. Minħabba r-riskji għas-saħħa li huma jinvolvu, il-VLCDs għandhom ikunu disponibbli taħt superviżjoni medika biss u għandhom jiġu regolati skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE.

Ġustifikazzjoni

Minbarra bħala sostituti tal-ikel ta' 200-400 kcal u sostituti tad-dieta totali (dieta bi ftit kaloriji jew "LCD's") ta' 800-1200 kcal, fil-preżent m'hemmx regoli speċifiċi fil-livell tal-UE dwar il-kompożizzjoni, it-tikkettar u l-użu tal-VLCDs. Billi l-kategoriji preċedenti għandhom għalhekk jiġu regolati skont ir-Regolament dwar Indikazzjonijiet dwar in-Nutrizzjoni u dwar is-Saħħa, il-VLCDs għandhom jiġu regolati skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE dwar ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali, minħabba r-riskji għas-saħħa li huma jinvolvu.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 27c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27c) Skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali1, l-Istati Membri għandhom jagħmlu spezzjonijiet dwar il-konformità tal-impriżi ma' dan ir-Regolament u dwar l-atti delegati li jiġu adottati skont dan ir-Regolament, skont approċċ abbażi tar-riskju.

 

____________________

1 ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għas-suq li, f'ċerti setturi, bħal pereżempju l-ikel għat-trabi u l-ikel mediku, jidher li hu ddominat minn ftit kumpaniji kbar, il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kkonċernati, tadotta linji gwida biex tgħin lill-impriżi, partikolarment lill-SMEs, jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u b'hekk tiffaċilita l-kompetittività u l-innovazzjoni,

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment;

(a) formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment għal trabi f'saħħithom;

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ikel proċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar;

(b) ikel proċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar f'saħħithom;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-definizzjonijiet ta’ 'tikkettar' u 'prodotti tal-ikel ippakkjati' fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/13/KE;

(b) id-definizzjonijiet ta’ 'ikel ippakkjat minn qabel' u 'tikkettar' fil-punti (e) u (j) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;

Ġustifikazzjoni

L-allinjament mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 li ġie adottat riċentement dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jissostitwixxi d-Direttiva 2000/13/KE.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) 'ikel għal skopijiet mediċi speċjali' tfisser ikel maħsub għall-ġestjoni djetetika tal-pazjenti li jintuża taħt sorveljanza medika. Huwa maħsub għat-tmigħ esklużiv jew parzjali tal-pazjenti li l-ħila limitata, debboli jew kompromessa tagħhom ma tippermettilhomx jieħdu, jiddiġerixxu, jassorbixxu, iħaddmu jew ineħħu ikel normali jew ċerti nutrijenti li jkollhom fihom, jew ma' rekwiżiti nutrittivi oħra b'għan mediku, fejn il-ġestjoni djetetika tagħhom ma tistax tinkiseb biss permezz ta’ tibdil fid-dieta normali.

(h) 'ikel għal skopijiet mediċi speċjali' tfisser ikel maħsub għall-ġestjoni djetetika tal-pazjenti li jintuża taħt sorveljanza medika. Huwa maħsub għat-tmigħ esklużiv jew parzjali tal-pazjenti li l-ħila limitata, debboli jew kompromessa tagħhom ma tippermettilhomx jieħdu, jiddiġerixxu, jassorbixxu, iħaddmu jew ineħħu ikel normali jew ċerti nutrijenti li jkollhom fihom, jew ma' rekwiżiti nutrittivi oħra b'għan mediku, fejn il-ġestjoni djetetika tagħhom ma tistax tinkiseb biss permezz ta’ tibdil fid-dieta normali. L-ikel għal skopijiet mediċi speċjali għandu jinkludi wkoll "Dieti b'Ammont Żgħir Ħafna ta' Kaloriji" (VLCDs), li jikkorrispondu għal dieta ta' sostituzzjoni totali b'inqas minn 800 kcal.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni se jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 15 għall-adattament tad-definizzjonijiet tal-'formula tat-trabi', 'formula tal-prosegwiment', l-'ikel ibbażat fuq iċ-ċereali' u l-'ikel għat-trabi' u l-'ikel għal skopijiet mediċi speċjali' billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku u l-iżviluppi rilevanti fuq livell internazzjonali, kif inhu xieraq.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, "att leġiżlattiv jista' jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv". L-adattament tad-definizzjonijiet, madankollu, jirrigwarda element essenzjali tal-att leġiżlattiv u m'għandux ikun is-suġġett ta' delega lill-Kummissjoni.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fit-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ prodotti tal-ikel għall-konsum normali, dan li ġej għandu jkun ipprojbit:

 

(a) l-użu tal-espressjoni ‘nutrizzjoni speċjalizzata’, waħidha jew flimkien ma’ kliem ieħor, bħala indikazzjoni ta' dawk il-prodotti tal-ikel;

 

(b) l-immarkar kollu l-ieħor jew kwalunkwe preżentazzjoni li x’aktarx jagħtu l-impressjoni li wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ikun involut.

Ġustifikazzjoni

Hawnhekk, l-għan huwa li tiġi inkluża kwalżola li tidher fid-Direttiva 2009/39/KE biex jiġi evitat li tingħata l-impressjoni li ikel li jissodisfa biss rekwiżit wieħed jista’ jintuża għan-nies jew id-dieti koperti b'dan ir-regolament.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ikel ippakkjat minn qabel

(Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

Allinjament mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, li ġie adottat reċentement.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jkun awtorizzat biss fis-suq bl-imnut f’għamla ta’ ikel ippakkjat minn qabel.

(Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

Allinjament mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, li ġie adottat reċentement.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jipprovdu informazzjoni adegwata lill-konsumatur u ma għandhomx jiżgwidaw.

3. It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandhom jipprovdu informazzjoni adegwata lill-konsumatur, ma għandhomx jiżgwidaw, ma għandhomx jattribwixxu lil tali prodotti proprjetajiet għall-prevenzjoni, it-trattament jew il-kura tal-mard tal-bniedem, jew jimplikaw tali proprjetajiet, u għandhom ikunu bbażati fuq dejta xjentifika vvalidata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. It-tixrid ta’ kwalunkwe informazzjoni utli jew ir-rakkomandazzjonijiet b’referenza għall-kategoriji tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1 (1) għandhom isiru esklużivament mill-persuni bi kwalifiki fil-mediċina, in-nutrizzjoni, il-farmaċewtika jew professjonisti oħra responsabbli mill-kura materna u dik tas-saħħa tat-trabi.

4. It-tfassil u t-tixrid ta’ kwalunkwe informazzjoni jew rakkomandazzjoni utli b’referenza għall-kategoriji tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom isiru esklużivament mill-persuni bi kwalifiki fil-mediċina, in-nutrizzjoni, il-farmaċewtika jew professjonisti oħra responsabbli mill-kura materna u dik tas-saħħa tat-trabi u għandhom ikunu bbażati fuq dejta xjentifika li tkun tista’ tiġi vverifikata indipendentement.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni provduti fl-Artikolu 9.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Repetizzjoni mhux meħtieġa tal-Artikoli 7 u 9.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soġġett għar-rekwiżiti ġenerali tal-Artikoli 7 u 9 u billi titqies id-Direttiva 2006/141/KE, id-Direttiva 2006/125/KE u d-Direttiva 1999/21/KE kif ukoll kwalunkwe progress tekniku u xjentifiku, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta Regolamenti delegati, mhux aktar tard minn [sentejn (2) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], bi qbil mal-Artikolu 15, b’rabta ma’ dan li ġej:

Soġġett għar-rekwiżiti ġenerali tal-Artikoli 7 u 9 u billi jitqiesu d-Direttiva 2006/141/KE, id-Direttiva 2006/125/KE u d-Direttiva 1999/21/KE kif ukoll kwalunkwe progress tekniku u xjentifiku, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, mhux aktar tard minn [sentejn (2) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], bi qbil mal-Artikolu 15, b’rabta ma’ dan li ġej:

Ġustifikazzjoni

'Atti delegati' huwa t-test standard li kien hemm qbil dwaru li għandu jintuża f'dispożizzjonijiet ta' dan it-tip.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Suġġett għar-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 9 u billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku rilevanti, il-Kummissjoni għandha taġġorna r-Regolamenti delegati msemmija fil-paragrafu 2 bi qbil mal-Artikolu 15.

3. Suġġett għar-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 9 u billi jitqies il-progress tekniku u xjentifiku rilevanti, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 bi qbil mal-Artikolu 15.

Ġustifikazzjoni

'Atti delegati' huwa t-test standard li kien hemm qbil dwaru li għandu jintuża f'dispożizzjonijiet ta' dan it-tip.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Ħalib maħsub għat-tfal żgħar

 

Sa ...*, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel li għandha fuq kollox twettaq rieżami indipendenti u komprensiv tad-dejta xjentifika eżistenti, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-ħtieġa ta' dispożizzjonijiet speċjali dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ħalib maħsub għat-tfal żgħar fir-rigward tal-ħtiġijiet nutrizzjonali, ix-xejra tal-konsum, in-nutrijenti kkunsmati u l-livelli ta' esponiment għal kontaminanti u pestiċidi tat-tfal żgħar filwaqt li titqies il-leġiżlazzjoni differenti li tirregola l-ikel normali u l-ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar.

 

Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha jew:

 

(a) tiddeċiedi li ma jkunx hemm bżonn ta' dispożizzjonijiet speċjali rigward il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ħalib maħsub għal tfal żgħar;

 

(b) jew tippreżenta, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 114 TFUE, xi proposta leġiżlattiva xierqa;

 

______________

 

*ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Jidher li bosta awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa jiddubitaw il-valur miżjud tal-hekk imsejjaħ 'ħalib biex jikbru' jew 'ħalib għat-tfal ċkejknin', u/jew jikkunsidrawh bħala rikk wisq fiz-zokkor, fittogħmiet jew fil-minerali, filwaqt li numru żgħir ta' assoċjazzjonijiet ta' professjonisti tas-saħħa appoġġaw il-konsum ta' dan il-ħalib bħala parti mid-dieta ta' kuljum tat-tfal ċkejknin. Ikun utli, għalhekk, li jkun hemm l-opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar il-pertinenza li jiġu inklużi rekwiżi kompożizzjonali u ta' tikkettar speċifiċi għal dan il-ħalib, fl-atti delegati tal-Kummissjoni dwar il-formuli tal-prosegwiment jew l-ikel tat-trabi.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mhux aktar tard minn [sentejn (2) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u sussegwentement taġġorna lista tal-Unjoni tas-sustanzi permessi li jilħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1, permezz tar-Regolamenti ta’ implimentazzjoni. Id-dħul ta’ sustanza fil-lista tal-Unjoni għandha tinkludi speċifikazzjoni dwar is-sustanza, u, fejn ikun meħtieġ, tispeċifika l-kundizzjonijiet tal-użu u l-kriterji tal-purità applikabbli. Dawn ir-Regolamenti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2). Permezz ta’ raġunijiet xierqa ta’ urġenza estrema relatati mar-riskji emerġenti tas-saħħa, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli b’mod immedjat li jaġġornaw il-lista tal-Unjoni bi qbil mal-Artikolu 14(3).

2. Mhux aktar tard minn [sentejn (2) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u sussegwentement taġġorna lista tal-Unjoni tas-sustanzi permessi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni. Iż-żieda ta’ sustanza fil-lista tal-Unjoni għandha tinkludi speċifikazzjoni dwar is-sustanza, u, fejn ikun meħtieġ, tispeċifika l-kundizzjonijiet tal-użu u l-kriterji tal-purità applikabbli. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2). Permezz ta’ raġunijiet xierqa ta’ urġenza estrema relatati mar-riskji emerġenti tas-saħħa, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli b’mod immedjat li jaġġornaw il-lista tal-Unjoni bi qbil mal-Artikolu 14(3).

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1169/2011

Artikolu 36 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1169/2011

 

Fl-Artikolu 36, paragrafu 3, tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(aa) informazzjoni dwar l-assenza possibbli jew il-preżenza mnaqqsa fl-ikel ta' sustanzi li jistgħu jikkawżaw intolleranzi bħall-glutina u l-lattożju;".

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tipproponi li l-ikel għal persuni li jbatu bil-marda coeliac jitqies bħala ikel normali, li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 41/2009 rigward il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ikel adattat għal persuni intolleranti għall-glutina u biex jiġu regolati d-dikjarazzjonijiet konċernati, skont ir-Regolament dwar l-Indikazzjonijiet. Ir-Rapporteur għal opinjoni tippreferi tirregola d-dikjarazzjonijiet 'mingħajr glutina' u 'b'livell baxx ta' glutina' skont ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel għall-konsumaturi, li diġà jipprevedi l-adozzjoni ta' regoli speċifiċi biex jindikaw il-preżenza ta' sustanzi li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 18b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18b

 

Gwida teknika għall-SMEs

 

Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kollha u mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni gwida teknika u għodod xierqa li jassistu lill-operaturi tan-negozju tal-ikel, b'mod partikolari lill-SMEs, fil-preparazzjoni u fil-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal valutazzjoni xjentifika lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u, b'mod aktar ġenerali, għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.

PROĊEDURA

Titolu

Ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u ikel għal skopijiet mediċi speċjali

Referenzi

COM(2011)0353 – C7-0169/2011 – 2011/0156(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.7.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

5.7.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.12.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

6.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Jürgen Creutzmann, Cornelis de Jong, Christian Engström, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Mikael Gustafsson, Małgorzata Handzlik, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Franz Obermayr, Phil Prendergast, Mitro Repo, Heide Rühle, Matteo Salvini, Andreas Schwab, Peter Skinner, Michael Theurer, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Gino Trematerra, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Frank Engel, Marielle Gallo, Ildikó Gáll-Pelcz, Liem Hoang Ngoc, María Irigoyen Pérez, Constance Le Grip, Emma McClarkin, Antonyia Parvanova, Olga Sehnalová, Laurence J.A.J. Stassen, Marc Tarabella, Wim van de Camp

PROĊEDURA

Titolu

Ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u ikel għal skopijiet mediċi speċjali

Referenzi

COM(2011)0353 – C7-0169/2011 – 2011/0156(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.6.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.7.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

5.7.2011

IMCO

5.7.2011

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Frédérique Ries

30.8.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.12.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

29.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

62

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Lajos Bokros, Martin Callanan, Nessa Childers, Yves Cochet, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Jo Leinen, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Kārlis Šadurskis, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Vicky Ford, Gaston Franco, Riikka Manner, Vittorio Prodi, Giancarlo Scottà, Kathleen Van Brempt, Anna Záborská, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Hynek Fajmon

Data tat-tressiq

30.3.2012