Proċedura : 2011/0816(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0065/2012

Testi mressqa :

A7-0065/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2012 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0123

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 143kWORD 61k
22.3.2012
PE 476.143v01-00 A7-0065/2012

dwar il-proposta tal-Kunsill Ewropew biex ma tissejjaħx Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati fir-rigward taż-żieda ta' Protokoll dwar il-preokkupazzjonijiet tal-poplu Irlandiż dwar it-Trattat ta' Lisbona, għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(00092/2011 – C7‑0388/2011 – 2011/0816(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Rapporteur: Paulo Rangel

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta tal-Kunsill Ewropew biex ma tissejjaħx Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati fir-rigward taż-żieda ta' Protokoll dwar il-preokkupazzjonijiet tal-poplu Irlandiż dwar it-Trattat ta' Lisbona, għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(00092/2011 – C7‑0388/2011 – 2011/0816(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tas-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill Ewropew, fid-19 ta' Ġunju 2009, dwar il-preokkupazzjonijiet tal-poplu Irlandiż dwar it-Trattat ta' Lisbona (Anness 1 tal-Konklużjonijiet tal-Presidenza);

–   wara li kkunsidra l-ittra mill-Gvern Irlandiż lill-Kunsill fl-20 ta' Lulju 2011, mibgħuta skont l-Artikolu 48(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-proposta għaż-żieda ta' abbozz ta' protokoll dwar il-preokkupazzjonijiet tal-poplu Irlandiż rigward it-Trattat ta' Lisbona ("l-abbozz ta' protokoll") għat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra s-sottomissjoni ta' dik il-proposta mill-Kunsill tal-11 ta' Ottubru 2011 dwar dik il-proposta lill-Kunsill Ewropew, skont l-Artikolu 48(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-ittra mill-President tal-Kunsill Ewropew lill-President tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011, rigward l-abbozz ta' protokoll,

–   wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni biex ma tissejjaħx Konvenzjoni mressqa mill-Kunsill Ewropew skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0388/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 74a u 81(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0065/2012),

A. billi fid-19 ta' Ġunju 2009, il-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tul il-Kunsill Ewropew qablu li jieħdu deċiżjoni sabiex jagħtu serħan il-moħħ u jwieġbu għall-preokkupazzjonijiet tal-poplu Irlandiż dwar it-Trattat ta' Lisbona rigward id-dritt għall-ħajja, il-familja u l-edukazzjoni;

B.  billi l-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tas-27 Stat Membru ddikjaraw ukoll li d-deċiżjoni kienet legalment vinkolanti u kellha tidħol fis-seħħ sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona;

C. billi ddikjaraw ukoll, waqt il-konklużjoni tat-Trattat ta' adeżjoni li jmiss, u skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom, li kellhom jistipulaw id-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni fi protokoll li kellu jiġi mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

D. billi, tabilħaqq il-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern fil-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2009, kienu diġà qablu dwar is-sustanza tad-dispożizzjonijiet proposti fl-abbozz ta' protokoll, sabiex b'hekk diġà nstabet soluzzjoni politika għall-kwistjoni u għalhekk is-sejħa ta' Konvenzjoni ma tidhirx li hi ġustifikata;

1.  Japprova l-proposta tal-Kunsill Ewropew biex ma tissejjaħx Konvenzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

20.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfredo Antoniozzi, Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Daniel Hannan, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Manfred Weber, Luis Yáñez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Brzobohatá, Marietta Giannakou, Anneli Jäätteenmäki, Evelyn Regner, György Schöpflin, Alexandra Thein, Rainer Wieland

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pat the Cope Gallagher

Avviż legali - Politika tal-privatezza