RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom

22.3.2012 - (COM(2011)0655 – C7‑0350/2011 – 2011/0283(COD)) - ***I

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Danuta Maria Hübner


Proċedura : 2011/0283(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0067/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom

(COM(2011)0655 – C7‑0350/2011 – 2011/0283(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0655),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0350/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2011[1],

–   wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0067/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda                     1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-kriżi globali finanzjarja u r-reċessjoni ekonomika mingħajr preċedent għamlu ħsara serja lit-tkabbir ekonomiku u lill-istabilità finanzjarja, u ħolqu deterjorament qawwi fil-kondizzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi ta' diversi Stati Membri.

(1) Il-kriżi globali finanzjarja u r-reċessjoni ekonomika mingħajr preċedent għamlu ħsara serja lit-tkabbir ekonomiku u lill-istabilità finanzjarja, u ħolqu deterjorament qawwi fil-kondizzjonijiet finanzjarji, ekonomiċi u soċjali ta' diversi Stati Membri.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Abbażi tal-Artikolu 122(2) tat-Trattat, li jipprovdi l-possibbiltà li tingħata assistenza finanzjarja mill-Unjoni lil Stat Membru li jkun jinsab f'diffikultà jew li jkun mhedded minn diffikultajiet serji kkaġunati minn avvenimenti eċċezzjonali li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja stabbilixxa t-tali mekkaniżmu bil-għan li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.

(3) Skont l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-possibbiltà li tingħata assistenza finanzjarja mill-Unjoni lil Stat Membru li jkun jinsab f'diffikultà jew li jkun mhedded minn diffikultajiet serji kkaġunati, fost l-oħrajn minn avvenimenti eċċezzjonali li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 stabbilixxa mekkaniżmu Ewropew finanzjarja stabbilixxa t-tali mekkaniżmu bil-għan li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Bid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE u 2011/344/UE l-Irlanda u l-Portugall ingħataw din l-għajnuna finanzjarja.

(4) Bid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE u 2011/344/UE, l-Irlanda u l-Portugall rispettivament ingħataw l-għajnuna finanzjarja skont ir-Regolament (UE) Nru 407/2010.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-Ftehim bejn il-Kredituri u l-Ftehim għal Faċilità ta' Self ġew konklużi għall-Greċja nhar it-8 ta' Mejju 2010, daħlu fis-seħħ nhar il-11 ta' Mejju 2010. Huwa jipprevedi li l-Ftehim bejn il-Kredituri se jibqa’ fis-seħħ u effettiv għal tul ta' programm ta' tliet snin sakemm ikun hemm xi ammonti pendenti taħt il-Ftehim għal Faċilità ta' Self.

(6) Il-Ftehim bejn il-Kredituri u l-Ftehim għal Faċilità ta' Self għall-Greċja ffirmati nhar it-8 ta' Mejju 2010, daħlu fis-seħħ fil-11 ta' Mejju 2010. Il-Ftehim bejn il-Kredituri għandu jibqa’ fis-seħħ u effettiv kompletament għal tul ta' programm ta' tliet snin sakemm ikun hemm xi ammonti pendenti taħt il-Ftehim għal Faċilità ta' Self.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/102/KE, 2009/290/KE u 2009/459/KE l-Ungerija, il-Latvja u r-Rumanija rispettivament ngħataw assistenza finanzjarja bħal din.

(8) Permezz tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2009/102/KE u 2009/459/KE, l-Ungerija u r-Rumanija rispettivament ngħataw assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fil-11 ta' Lulju 2011, il-ministri tal-finanzi tas-17-il Stat Membru taż-Żona tal-Euro ffirmaw it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES). Huwa previst li, sal-2013, il-MES jieħu f'idejh il-kompiti li bħalissa qed jitwettqu mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja. Dan il-mekkaniżmu tal-futur għaldaqstant għandu diġà jiġi kkunsidrat f'dan ir-Regolament.

(9) Fil-11 ta' Lulju 2011, il-ministri tal-finanzi tas-17-il Stat Membru taż-Żona tal-Euro ffirmaw it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES). Wara d-deċiżjonjiet meħuda mill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern taż-Żona tal-Euro fil-21 ta’ Lulju u fid-9 ta’ Diċembru 2011, it-Trattat sarulu emendi biex itejbu l-effikaċja tal-mekkaniżmu u ġie ffirmat fit-2 ta’ Frar 2012. Skont it-Trattat, sal-2013 il-MES se jieħu f'idejh il-kompiti li bħalissa qed jitwettqu mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja. Il-MES għaldaqstant għandu diġà jiġi kkunsidrat f'dan ir-Regolament.

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fid-dikjarazzjoni mill-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern taż-Żona tal-Ewro u l-Istituzzjonijiet tal-UE tal-21 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment kienu mistiedna biex issaħħu s-sinerġiji bejn il-programmi ta' self u fondi tal-Unjoni fil-pajjiżi kollha li qed jieħdu assistenza mill-Fond Monetarju Internazzjonali jew tal-Unjoni. Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għal dak il-għan.

(11) Fid-dikjarazzjoni mill-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern taż-Żona tal-Euro u l-Istituzzjonijiet tal-UE tal-21 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) kienu mistiedna biex issaħħu s-sinerġiji bejn il-programmi ta' self u fondi tal-Unjoni fil-pajjiżi kollha li qed jieħdu assistenza mill-Fond Monetarju Internazzjonali jew tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi għal dak il-għan.

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Fid-Dikjarazzjoni tal-Membri tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta’ Jannar 2012, il-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern qablu li jsaħħu l-appoġġ tal-BEI għall-infrastruttura bħala miżura ta’ urġenza u stiednu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BEI biex jikkunsidraw l-għażliet possibbli ħalli jtejbu l-azzjoni tal-BEI ta’ appoġġ għat-tkabbir u biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet xierqa, inklużi possibiltajiet li l-baġit tal-Unjoni jingrana l-kapaċità ta’ finanzjament tal-grupp tal-BEI. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza dik l-istedina fil-kuntest tal-ġestjoni tal-kriżijiet.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex itaffu dawn il-problemi u biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti operazzjonali, kif ukoll biex jissaħħaħ l-irkupru ekonomiku, huwa xieraq li l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri wara li esperjenzaw diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja u li ngħataw assistenza finanzjarja skont wieħed mill-mekkaniżmi ta' assistentenza finanzjarja stipulati hawn fuq jistgħu jikkontribwixxu riżorsi finanzjarji mill-programmi operazzjonali għat-twaqqif ta' strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju li jipprovdi self jew garanziji finanzjarji jew faċilitajiet finanzjarji oħra, b'appoġġ għall-proġetti u l-operazzjonijiet previsti taħt programm operazzjonali.

(13) Sabiex itaffu dawn il-problemi u biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti operazzjonali, kif ukoll biex jissaħħaħ l-irkupru ekonomiku, jeħtieġ li l-Istati Membri li esperjenzaw diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja u li ngħataw assistenza finanzjarja skont wieħed mill-mekkaniżmi ta' assistentenza finanzjarja stipulati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni1, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1311/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom2, jistgħu jikkontribwixxu riżorsi finanzjarji mill-programmi operazzjonali għat-twaqqif ta' strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju li jipprovdi self jew garanziji finanzjarji jew faċilitajiet finanzjarji oħra, b'appoġġ għall-proġetti u l-operazzjonijiet previsti taħt programm operazzjonali.

 

___________

 

1 ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

 

2 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 5.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Fid-dawl tal-għarfien espert ta' ħafna żmien li għandu l-BEI bħala l-finanzjatur ewlieni tal-proġetti ta’ infrastruttura u l-impenn tiegħu biex jappoġġja l-irkupru ekonomiku, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi toħloq fi sħubija mal-BEI strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju. It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi tal-kooperazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-BEI.

(14) Fid-dawl tal-għarfien espert ta' ħafna żmien li għandu l-BEI bħala finanzjatur ewlieni tal-proġetti ta’ infrastruttura u l-impenn tiegħu biex jappoġġja l-irkupru ekonomiku, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tistabbilixxi strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni konkluż mal-BEI għal dan il-għan. Għal finijiet ta’ ċertezza legali, jeħtieġ li t-termini u l-kondizzjonijiet ewlenin u tipiċi ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni tali jkunu eżemplifikati fir-Regolament (KE) Nru 1083/2006. F’dak li jirrigwarda n-natura speċifika tal-istrumenti ta’ kondiviżjoni tar-riskju bħala għodod tal-ġestjoni tal-kriżijiet, maħsuba f’dan ir-Regolament, it-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ kull kooperazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim individwali ta’ kooperazzjoni, li għandu jkun konkluż bejn il-Kummissjoni u l-BEI skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1.

 

___________

 

1 ĠU L 248, 16.9.2002,p.1

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Biex jirrispondu malajr fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, tali strument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jkun implimentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

(16) Biex jirrispondu malajr fil-kuntest tal-kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali attwali, strumenti tal-kondiviżjoni tar-riskju skont dan ir-Regolament għandhom ikunu implimentati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Fl-interess taċ-ċarezza u ċertezza legali, għandha tiddaħħal definizzjoni ta’ strument tal-kondiviżjoni tar-riskju fl-Artikolu 36a ġdid tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. L-istrumenti tal-kondiviżjoni tar-riskju għandhom jintużaw għal self u garanziji kif ukoll għal faċilitajiet finanzjarji oħra għall-finanzjament tal-operazzjonijiet, kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jew mill-Fond ta’ Koeżjoni (FK), fir-rigward tal-ispejjeż tal-investiment li ma jistgħux jiġu ffinanzjati bħala nfiq eliġibbli skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 jew skont ir-regoli tal-Unjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat. Għal dan il-għan, jeħtieġ ukoll li tiġi stabbilita deroga mill-Artikolu 54(5) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Stat Membru li jagħmel talba lill-Kummissjoni biex jibbenefika minn strument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jispeċifika b’mod ċar, fit-talba bil-miktub tiegħu, ir-raġuni għalfejn iqis li jissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet ta’ eliġibilità tal-Artikolu 77(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u għandu jehmeż mat-talba tiegħu l-informazzjoni kollha meħtieġa skont dan ir-Regolament bħala evidenza tal-kondizzjoni ta’ eliġibilità speċifikata. L-Istat Membru li jagħmel it-talba, fit-talba tiegħu għandu wkoll jidentifika l-programmi (inkluża l-lista ta’ proposti għal proġetti u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament relatat) kofinanzjati mill-FEŻR jew mill-FK u l-parti tal-allokazzjonijiet tal-2012 u tal-2013 għal tali programmi li jixtieq jalloka lill-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju. Għaldaqstant, it-talba tal-Istat Membru għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2013 bl-għan li tiġi adottata deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-Istat Membru li jagħmel it-talba fi strument tal-kondiviżjoni tar-riskju sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013. Qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba tal-Istat Membru, il-programmi operazzjonali relatati taħt il-FEŻR u l-FK għandhom jiġu riveduti, skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) 1083/2006.

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 16c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c) L-operazzjonijiet magħżula, eliġibbli taħt strument tal-kondiviżjoni tar-riskju, għandhom ikunu jew proġetti kbar li diġà kienu suġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, jew inkella proġetti oħra, kofinanzjati mill-FEŻR jew mill-FK u koperti b’wieħed jew aktar mill-programmi operattivi tagħhom, f’każijiet fejn dawn il-proġett jħabbtu wiċċhom ma’ nuqqas ta’ finanzjament fir-rigward tal-ispejjeż tal-investimenti li għandhom jitħallsu minn investituri privati. Finalment, l-operazzjonijiet magħżula għandhom ukoll ikunu operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-qafas ta’ referenza strateġiku nazzjonali tal-Istat Membru li qed jagħmel it-talba u tal-linji gwida strateġiċi tal-Komunità dwar il-koeżjoni u li jistgħu minħabba n-natura tagħhom jikkontribwixxu biex jappoġġaw it-tkabbir u jsaħħu l-irkupru ekononiku dment li jkunu disponibbli fondi taħt l-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju.

Emenda  15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 16d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16d) Barra minn hekk, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jispeċifika fit-talba tiegħu l-ammont disponibbli għall-benefiċċju esklussiv tiegħu fi ħdan l-allokazzjoni finanzjarja tiegħu tal-politika ta’ koeżjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u li jista’ jiġi assenjat għall-objettivi tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju esklussivament mill-impenji tal-baġit tal-Unjoni li għandhom isiru fis-snin 2012 u 2013 skont l-Artikolu 75(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, u li m’għandux ikun aktar minn 10 % tal-allokazzjoni totali indikattiva għall-Istat Membru li jagħmel it-talba għas-snin 2007-2013 fir-rigward tal-FEŻR u tal-FK u approvat skont l-Artikolu 28(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. Finalment, jeħtieġ ikun żgurat li l-finanzjament tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, inklużi imposti ta' ġestjoni u spejjeż eliġibbli oħra, għandu jkun limitat b’mod ċar għall-ammont massimu speċifikat hawn fuq tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju u m’għandu jkun hemm l-ebda obbligu ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Kwalunkwe riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet finanzjati taħt l-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju stabbilit għandu, għaldaqstant, jinġarr jew mill-BEI jew mill-korpi nazzjonali jew internazzjonali tas-settur pubbliku jew korpi rregolati permezz tad-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, li magħhom ġie stabbilit l-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni. L-użu mill-ġdid ta’ ammonti ta’ refużjoni jew li jkun għad baqa’, allokati lill-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, għandu jkun magħmul possibbli, skont dan ir-Regolament, għall-istess Stat Membru, fuq talba tiegħu u fi ħdan l-istess strument tal-kondiviżjoni tar-riskju, dment li jkun għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ eliġibilità.

Emenda  16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 16e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16e) Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru li jagħmel it-talba tkun korretta u li t-talba tal-Istat Membru tkun iġġustifikata, u għandu jkollha s-setgħa li tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, fi żmien erba' xhur mit-talba tal-Istat Membru, deċiżjoni dwar it-termini u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-Istat Membru li għamel it-talba fl-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju. Madankollu, għandhom jintlaqgħu biss proġetti li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni favorevoli ta’ finanzjament min-naħa tal-BEI jew minn korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali jew korpi rregolati bid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, skont il-każ, bħala eliġibbli għall-finanzjament minn strument tal-kondiviżjoni tar-riskju stabbilit. Għal finijiet ta’ trasparenza u ċertezza legali, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 16f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16f) Minħabba l-iskop ta’ ġestjoni tal-kriżijiet u n-natura tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju introdott b’dan ir-Regolament, kif ukoll minħabba l-kriżi bla preċedent li qed taffettwa lis-swieq internazzjonali u t-tnaqqis tar-rata ekonomika, li għamlu ħsara kbira lill-istabilità finanzjarja ta’ bosta Stati Membri u li jirrikjedu rispons rapidu li jiġġieled kontra l-effetti negattivi fuq l-ekonomija reali, is-suq tax-xogħol u ċ-ċittadini, huwa f’loku li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  18

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa emendat kif ġej:

Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 qed jiġi emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1) fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

"1. Il-budget tal-Unjoni Ewropea allokat lill-Fondi għandu jiġi implementat fil-qafas ta' ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, * bl-eċċezzjoni tal-istrument għall-kondiviżjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 36(2a) u l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 45.

"1. Il-baġit tal-Unjoni Ewropea allokat lill-Fondi għandu jiġi implementat fil-qafas ta' ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skont l‑Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej*, bl-eċċezzjoni tal-istrument imsemmi fl-Artikolu 36a u l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 45 ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  19

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 36 - paragrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fl-Artikolu 36, għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

(2) għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 36a

 

Strument għall-kondiviżjoni tar-riskju

 

1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, strument tal-kondiviżjoni tar-riskju tfisser strument finanzjarju (self, garanzija jew faċilità finanzjarja oħra) li jiggarantixxi l-kopertura totali jew parzjali ta’ riskju definit, fejn xieraq bi ħlas miftiehem.

"2a. L-Istati Membri li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 77(2), jistgħu jikkontribwixxu parti mill-allokazzjonijiet finanzjarji indikati fl-Artikolu 19 u l-Artikolu 20 għal strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, li se jiġi stabbilit mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Bank Ewropew tal-Investiment, jew bi ftehim ma’ korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali jew korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku li jipprovdu garanziji adegwati kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, taħt termini u kondizzjonijiet simili għal dawk applikati għal u mill-Bank Ewropew tal-Investiment, biex ikopri l-provvista u l-allokazzjoni ta' kapital ta' garanziji u self, kif ukoll faċilitajiet finanzjarji oħrajn, mogħtija taħt l-istrument għall-kondiviżjoni tar-riskju.

2. L-Istati Membri li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 77(2), jistgħu jikkontribwixxu parti tar-riżorsi globali distribwiti skont l-Artikoli 19 u 20 għal strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, li għandu jiġi stabbilit permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni, konkluż mill-Kummissjoni jew mal-BEI, jew ma’ korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali jew korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku li jipprovdu garanziji adegwati kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, taħt termini u kondizzjonijiet simili għal dawk applikati għal u mill-BEI("korp implimentattiv kuntrattat"), biex ikopri l-provvista u l-allokazzjoni ta' kapital ta' garanziji u self, kif ukoll faċilitajiet finanzjarji oħrajn, mogħtija taħt l-istrument għall-kondiviżjoni tar-riskju.

 

3. Il-ftehim ta’ kooperazzjoni, imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi regoli b’mod partikolari dwar: l-ammont totali tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u skeda ta’ kif se jkun magħmul disponibbli; il-kondizzjonijiet tal-kont fiduċjarju li għandu jitwaqqaf mill-korp implimentattiv kuntrattat); il-kriterji ta’ eliġibilità għall-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, id-dettalji dwar il-kondiviżjoni eżatta tar-riskju (inkluża l-proporzjon ta' ingranaġġ), li għandu jkun kopert u l-garanziji li għandhom jiġu pprovduti mill-korp implimentattiv kuntrattat; l-ipprezzar tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju abbażi tal-marġni ta’ riskju u l-kopertura tal-ispejjeż amministrattivi kollha tal-istrument; il-proċedura ta’ applikazzjoni u approvazzjoni tal-proposti ta’ proġetti, koperti permezz tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju; il-perjodu ta’ disponibbiltà tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju u r-rekwiżiti ta’ rappurtar.

 

Il-kondiviżjoni eżatta tar-riskju (inkluż il-proporzjon ta' ingranaġġ), li għandu jassumi l-korp implimentattiv kuntrattat skont il-ftehim ta’ kooperazzjoni għandha timmira, bħala medja, li tkun tal-anqas darba u nofs tal-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju.

 

Pagamenti lill-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandhom isiru f'porzjonijiet, skont l-użu skedat tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju li jipprovdi self u garanziji għall-finanzjament ta' operazzjonijiet speċifiċi.

Tali strument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jintuża esklussivament għal self u garanziji, kif ukoll faċilitajiet finanzjarji oħra, biex jiffinanzja operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni, rigward nefqa li mhix koperta bl-Artikolu 56.

4. B’deroga mill-Artikolu 54(5) tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jintuża biex jiffinanzja operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni, rigward spejjeż tal-investiment li ma jistgħux jiġu finanzjati bħala nefqa eliġibbli skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 jew skont ir-regoli tal-Unjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat.

 

Jista’ jintuża wkoll biex jiffinanzja operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Qafas ta’ Referenza Strateġiku Nazzjonali tal-Istat Membru li qed jagħmel it-talba u l-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-Koeżjoni1, u li jagħtu l-akbar valur miżjud lill-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

L-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni fil-qafas ta' ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

5. L-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni fil-qafas ta' ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikoli 54 u 56 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Pagamenti lill-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandhom isiru f'porzjonijiet, skont l-użu skedat tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju li jipprovdi self u garanziji għall-finanzjament ta' operazzjonijiet speċifiċi.

 

 

6. Stat Membru li jixtieq jibbenefika minn strument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jissottometti talba bil-miktub lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Awwissu 2013. Fit-talba, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jistabbilixxi:

 

(a) li hu jissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 77(2), billi jipprovdi referenza għal Deċiżjoni tal-Kunsill jew att legali ieħor bħala evidenza tal-eliġibilità;

 

(b) il-lista ta’ programmi (inklużi proposti għal proġetti u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament relatati) kofinanzjati mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni u l-parti tal-allokazzjonijiet tal-2012 u tal-2013 ta’ dawn il-programmi li jkun jixtieq ineħħi minn dawk il-programmi biex jerġa’ jalloka dawk l-ammonti għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju;

 

(c) il-lista ta’ proġetti proposti skont il-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, u l-parti tal-allokazzjonijiet tal-2012 u l-2013 li jkun jixtieq ineħħi minn dawk il-programmi biex jerġa’ jalloka dawk l-ammonti għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju;

 

(d) l-ammont disponibbli għall-benefiċċju esklussiv tiegħu fi ħdan l-allokazzjoni finanzjarja tal-politika ta' koeżjoni tiegħu skont l-Artikolu 18(2) u indikazzjoni tal-ammont, li jista’ jkun assenjat għall-objettivi tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju esklussivament mill-impenji tal-baġit tal-UE li għandhom isiru fis-snin 2012 u 2013 skont l-Artikolu 75(1);

L-Istat Membru kkonċernat għandu jindirizza talba lill-Kummissjoni li għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta' implimentazzjoni, li jiddeskrivi s-sistema stabbilita biex tiggarantixxi li l-ammont disponibbli jintuża għall-benefiċċju esklussiv tal-Istat Membru li pprovdih fi ħdan l-allokazzjoni finanzjarja tal-politika ta' koeżjoni tagħha skont l-Artikolu 18(2), kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli għal tali strument għall-kondiviżjoni tar-riskju. Dawn it-termini u l-kondizzjonijiet għandhom mill-inqas jindirizzaw dan li ġej:

7. Wara li tivverifika li t-talba tal-Istat Membru tkun korretta u ġustifikata, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien erba’ xhur mit-talba tal-Istat Membru, permezz ta’ att ta' implimentazzjoni, li tiddeskrivi s-sistema stabbilita biex tiggarantixxi li l-ammont disponibbli jintuża għall-benefiċċju esklussiv tal-Istat Membru li pprovdih fi ħdan l-allokazzjoni finanzjarja tal-politika ta' koeżjoni tagħha skont l-Artikolu 18(2), kif ukoll tistipula t-termini u l-kondizzjonijiet konkreti tal-parteċipazzjoni tal-Istat Membru li jagħmel it-talba fl-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju. It-termini u l-kondizzjonijiet għandhom ikopru b’mod partikolari dan li ġej:

(a) it-traċċabilità u l-kontabilità, informazzjoni dwar l-użu tal-fondi u sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll; kif ukoll

(a) it-traċċabilità u l-kontabilità, informazzjoni dwar l-użu tal-fondi, il-kondizzjonijiet tal-pagamenti u sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll;

(b) l-istruttura tal-imposti u kostijiet amministrattivi u maniġerjali oħra.

(b) l-istruttura tal-imposti u kostijiet amministrattivi u maniġerjali oħra.

 

(c) lista indikattiva tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament; kif ukoll

 

(d) l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni li jista’ jiġi allokat għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju mill-allokazzjonijiet disponibbli tal-Istati Membri, u l-pagamenti parzjali għall-implimentazzjoni prattika.

 

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Meta tiddeċiedi dwar it-talba tal-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk il-proġetti biss li tkun ittieħdet deċiżjoni favorevoli dwar il-finanzjament tagħhom mill-BEI jew minn korp nazzjonali jew internazzjonali tas-settur pubbliku jew korp regolat permezz tad-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, għandhom jiġu aċċettati bħala eliġibbli għall-finanzjament minn strument tal-kondiviżjoni tar-riskju stabbilit.

 

8. Qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, imsemmija fil-paragrafu 7, għandha tkun saret reviżjoni tal-programmi operazzjonali taħt l-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni skont l-Artikolu 33(2).

L-allokazzjonijiet finanzjarji għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandhom ikunu strettament limitati u m'għandhomx joħolqu obbligazzjonijiet kontinġenti għall-baġit tal-Unjoni jew għall-Istat Membru kkonċernat.

9. L-allokazzjonijiet finanzjarji għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandhom ikunu strettament limitati u m’għandhomx ikunu iktar minn 10 % tal-allokazzjoni totali indikattiva għall-Istat Membru li għamel it-talba għas-snin 2007-2013 rigward l-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, li kienet approvata skont l-Artikolu 28(3)b. L-allokazzjonijiet finanzjarji disponibbli għall-proġetti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu huma limitati għall-ammonti li jkun baqa’ wara l-finanzjament tal-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Apparti mill-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, approvata fid-deċiżjoni, li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi strument tal-kondiviżjoni tar-riskju m'għandha toħloq l-ebda obbligazzjoni kontinġenti ulterjuri għall-baġit tal-Unjoni jew għall-Istat Membru kkonċernat.

Kwalunkwe ammont li jibqa' wara t-tlestija ta' operazzjoni koperta minn strument tal-kondiviżjoni tar-riskju jista' jerġa' jintuża, fuq talba tal-Istat Membru konċernat, fi ħdan l-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, jekk l-Istat Membru għadu jilħaq waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti kif speċifikat fl-Artikolu 77(2). Jekk l-Istat Membru ma jissodisfax dawn il-kondizzjonijiet, l-ammont li jibqa' għandu jitqies bħala dħul assenjat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju. Fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat, approprjazzjonijiet għal impenji addizzjonali ġenerati minn dan id-dħul assenjat għandhom jiżdiedu s-sena ta' wara mal-allokazzjoni finanzjarja tal-politika ta’ koeżjoni tal-Istat Membru konċernat."

10. Kwalunkwe ammont ta’ refużjoni jew ammont li jibqa' wara t-tlestija ta' operazzjoni koperta minn strument tal-kondiviżjoni tar-riskju jista' jerġa' jintuża, fuq talba tal-Istat Membru konċernat, fi ħdan l-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, jekk l-Istat Membru għadu jilħaq waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 77(2). Jekk l-Istat Membru ma jissodisfax dawn il-kondizzjonijiet, l-ammont ta’ refużjoni jew l-ammont li jibqa' għandu jitqies bħala dħul assenjat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat, approprjazzjonijiet għal impenji addizzjonali ġenerati minn dan id-dħul assenjat għandhom jiżdiedu s-sena ta' wara mal-allokazzjoni finanzjarja tal-politika ta’ koeżjoni tal-Istat Membru konċernat."

 

_______________

 

1Ara: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/702/KE tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni, ĠU L 291, 21.10.2006, p.11.”

Emenda  20

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2

Regolament (KE) Nru 1083/2006

.

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

  • [1]  ĠU C 43, 15.2.2012, p. 13.

NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest u kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni

Wara ż-żewġ proposti preċedenti għall-emendar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 b’rispons għall-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, il-Kummissjoni qed tipproponi t-tielet Emenda li tistipula d-dispożizzjonijiet għall-ħolqiern ta’ strument tal-kondiviżjoni tar-riskju.

Il-Kummissjoni u l-BEI ġew mitluba mill-Kapitajiet ta’ Stat u ta’ Gvern taż-Żona tal-Euro, fil-21 ta’ Lulju 2011, biex itejbu s-sinerġiji bejn il-programmi tas-self u l-fondi tal-Unjoni f’dawk l-Istati Membri li jkunu qed jirċievu assistenza tal-Unjoni jew tal-FMI fil-punt meta tidħol fis-seħħ il-modifika. Bħalissa, l-Istati Membri li qed jirċievu l-assistenza msemmija hawn fuq huma: l-Irlanda, il-Greċja, il-Portugall u r-Rumanija.

Il-miżura hi maħsuba li tindirizza l-ostakli serji li qed iħabbtu wiċċhom magħhom xi Stati Membri, b’mod partikolari l-Greċja, biex jiġbru l-finanzjament privat meħtieġ biex jimplimentaw proġetti infrastrutturali u ta’ investiment produttiv li jistgħu jiġu finanzjati parzjalment biss permezz ta’ fondi pubbliċi.

Dan jgħodd partikolarment għal każijiet ta’ proġetti infrastrutturali li jiġġeneraw dħul nett (bħal awtostradi bi ħlas jew infrastrutturi oħra li jiġbru tariffi mingħand l-utenti), li l-valur tagħhom ma jistax jiġi kopert permezz ta' finanzjament permezz ta’ għotjiet tal-politika ta' koeżjoni. Dan huwa wkoll il-każ għal investimenti produttivi li għalihom l-għajnuna pubblika massima permessa hi limitata permezz ta' regoli dwar l-għajnuna tal-istat. Il-proposta tal-Kummissjoni tirrigwarda biss proġetti li jiġġeneraw qligħ, minħabba li l-ispiża tal-investiment koperta mid-dħul mhix eliġibbli għall-kofinanzjament tal-UE.

Fl-Istati Membri l-aktar milquta mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, u b’mod partikolari l-Greċja, għadd ta’ proġetti strateġiċi li ġew magħżula għall-kofinanzjament permezz tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni qed jissograw li ma jiġux implimentati minħabba li l-investituri tas-settur privat u l-banek jew m’għandhomx il-likwidità biex isellfu l-flus lill-proġetti jew lill-promoturi tal-proġetti jew inkella m’għadhomx iridu jġorru r-riskji tal-investimenti fiċ-ċirkustanzi preżenti.

Il-miżura proposta hi eċċezzjoni għall-qafas normali ta’ implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni, u hija ġġustifikata biss miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali imposti mill-kriżi. Għaldaqstant għandha l-għan li tkopri parti mir-riskji assoċjati mas-self lill-banek jew lill-promoturi tal-proġetti fl-Istati Membri li qed jesperjenzaw diffikultajiet serji jew li huma mhedda b’diffikultajiet serji rigward l-istabilità finanzjarja tagħhom, biex jinżamm l-involviment tal-investituti privati u biex jingħelbu ostakoli importanti għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni.

Skont il-proposta, sabiex jiġi implimentat dan l-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, ikun permess it-trasferiment ta’ parti mill-allokazzjonijiet finanzjarji disponibbli għal dawn l-Istati Membri lura lill-Kummissjoni. L-għan ikun li jiġu provduti kontribuzzjonijiet kapitali biex ikopru t-telf mistenni u dak mhux mistenni ta' self u garanziji biex jiġu estiżi taħt sħubija għall-kondiviżjoni tar-riskju mal-BEI u/jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra b'missjoni ta' politika pubblika li huma lesti li jkomplu jsellfu lill-banek u lill-isponsors tal-proġett bil-għan li jiġi provdut finanzjament komplementarju privat għal proġetti implimentati b'kontribuzzjonijiet tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni. L-allokazzjoni ġenerali taħt il-politika ta' koeżjoni għall-perjodu 2007-2013 għalhekk ma tiġix modifikata. Il-miżuri proposti jkunu temporanji, u jintemmu meta l-Istat Membru joħroġ mill-mekkaniżmu ta’ assistenza finanzjarja. L-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni fil-qafas ta' ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Kummenti tar-rapporteur

Ir-Rapporteur tilqa’ l-proposta u tinnota li l-għan hu li tkun żgurata l-kontinwità tal-implimentazzjoni tal-programmi kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku tal-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja.

Ir-Rapporteur tqis li xi elementi tal-proposta għandhom jiġu ċċarati u qed tressaq emendi għal dan il-għan, biex tiżdied id-definizzjoni ta' strument tal-kondiviżjoni tar-riskju (skont il-proposta ta’ kompromess riċenti għat-test tar-Regolament Finanzjarju) flimkien ma' deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura li għandha tiġi applikata sabiex jiġi stabbilit u implimentat strument tal-kondiviżjoni tar-riskju msejjes fuq ix-xejriet legali ta’ strumenti tal-kondiviżjoni tar-riskju eżistenti f’politiki oħra tal-Unjoni.Barra minn hekk, ir-Rapporteur tissuġġerixxi li għandu jiddaħħal Artikolu 36a ġdid għal finijiet ta' abbozzar leġiżlattiv aħjar, kif ukoll li l-artikolu jiġi strutturat f'paragrafi u sottoparagrafi.

Ir-Rapporteur tipproponi emendi li jispeċifikaw il-limitu massimu baġitarju għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju u ttenni li m’hemm l-ebda responsabilità kontinġenti għall-baġit tal-Unjoni jew l-Istat Membru konċernat apparti l-allokazzjonijiet finanzjarji dedikati għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju.

Biex ikun żgurat li l-mekkaniżmu jkun jinkludi fih proġetti li jiġġeneraw qligħ li jkunu ekonomikament vijabbli biss, ir-Rapporteur tispeċifika li huma biss il-proġetti li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni ta’ finanzjament pożittiva min-naħa tal-BEI jew istituzzjonijiet simili li se jkunu eliġibbli għal finanzjament taħt l-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju. Bl-istess mod, biex ikun enfasizzat li l-baġit tal-Unjoni ma jkoprix ir-riskju kollu iżda li jikkondivih mal-BEI jew xi istituzzjoni simili, il-kondiviżjoni eżatta tar-riskju (il-proporzjon ta' ingranaġġ) għandu bħala medja jkun ta’ mill-inqas 1.5 tal-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju.

Rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proġetti eliġibbli għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, ir-Rapporteur qed tressaq emendi li għandhom jagħtu aċċess preferenzjali lill-proġetti li jiġġeneraw il-qligħ u li jirċievu għajnuna tal-istat li diġà huma inklużi fil-programmi operattivi tal-Istati Membri konċernati iżda li ma jeskludux proġetti oħra li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Qafas ta’ Referenza Strateġiku Nazzjonali tal-Istat Membru li qed jagħmel it-talba u l-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-Koeżjoni u li jistgħu jikkontribwixxu għall-irkupru ekonomiku tal-Istati Membri konċernati.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (1.3.2012)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom
(COM(2011)0655 – C7‑0350/2011 – 2011/0283(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Crescenzio Rivellini

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Unjoni Ewropea tinsab attwalment quddiem kriżi ekonomika u finanzjarja persistenti, li l-effetti tagħha jinħassu mhux biss fuq l-istabbiltà makroekonomika ta' ħafna Stati Membri iżda wkoll fuq l-aċċess għall-finanzjamenti fl-Unjoni Ewropea kollha. Dan kollu qiegħed ipoġġi f'riskju l-implimentazzjoni tal-programmi fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni, billi l-problemi ta' likwidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji qegħdin jillimitaw l-ammont tal-finanzjamenti għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessanti pubbliċi u privati li jwettqu l-proġetti marbuta.

Ir-Rapporteur jilqa' favorevolment il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea (COM(2011)0655) li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (Regolament Ġenerali) u josserva li l-objettiv ewlieni huwa t-titjib tal-aċċess għall-finanzjamenti għall-promoturi tal-proġetti, sabiex ikunu jistgħu jkomplu jimplimentaw fil-post il-programmi tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta' Koeżjoni. Għal dan l-iskop, qed jinħoloq strument tal-kondiviżjoni tar-riskju. L-Istati Membri jittrasferixxu parti mill-allokazzjonijiet finanzjarji tagħhom għal tali strument, li jkun jista' mbagħad jipprovdi kontribuzzjonijiet ta' kapital biex ikopri t-telf previst jew imprevist tas-self u garanziji konċessi fil-qafas ta' sħubija ta' kondiviżjoni tar-riskju mal-Bank Ewropew tal-Investiment u/jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn b'missjoni ta' interess ġenerali. B'tali mod tkun ipprovduta likwidità addizzjonali għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' infrastruttura u ta' investiment produttiv mingħajr ma tkun modifikata l-allokazzjoni ġenerali tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu 2007-2013.

Ir-Rapporteur jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttejjeb l-aċċess għall-finanzjamenti għall-promoturi ta' investimenti fl-infrastruttura u fil-produzzjoni. Minkejja li jaqbel mal-ispirtu ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni, ir-Rapporteur iqis neċessarja l-introduzzjoni ta' xi modifiki biex tittejjeb il-fattibbiltà tal-proposta.

Ibda biex ir-Rapporteur huwa tal-fehma li n-nuqqas ta' likwidità li jħabbat wiċċu miegħu s-settur finanzjarju mhuwiex limitat għall-pajjiżi li rċevew assistenza finanzjarja permezz tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja jew il-Mekkaniżmu ta' Appoġġ tal-Bilanċ tal-Pagamenti. Għaldaqstant, il-promoturi ta' investimenti fl-infrastruttura u fil-produzzjoni fl-Istati Membri kollha qed jesperjenzaw tnaqqis tas-sorsi ta' finanzjament. Ir-Rapporteur iqis għalhekk li l-estensjoni għall-Istati Membri kollha tal-possibbiltà ta' introduzzjoni ta' strument ta' kondiviżjoni tar-riskju simili taf twassal għal żieda tal-investimenti favur it-tkabbir u l-impjiegi fl-Unjoni kollha permezz tal-użu tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta' Koeżjoni, li nkella jafu jirriskjaw li ma jiġux assorbiti sa tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni attwali.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur huwa tal-fehma li biex il-proposta jkollha impatt tanġibbli fuq l-ekonomija tal-Istati Membri li jiddeċiedu li jadottawha, din għandha tkun applikata kemm għall-operazzjonijiet diġà kofinanzjati mill-Fondi Strutturali jew mill-Fond ta' Koeżjoni kif ukoll għall-operazzjonijiet ta' infrastruttura u tal-SMEs rilevanti għall-irkupru ekonomiku tal-Istati Membri kkonċernati. Il-possibbiltà ta' appoġġ favur "il-proġetti tal-infrastruttura rilevanti fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku tal-Istati Membri kkonċernati" diġà hija inkluża fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni. Il-possibbiltà ta' appoġġ favur l-operazzjonijiet tal-SMEs se tiftaħ il-possibbiltà ta' żieda tal-likwidità disponibbli lil wieħed mis-setturi li jipprovdi impjieg lil parti kbira tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea u li attwalment qed ibati minn skarsezza gravi tal-likwidità.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur huwa tal-fehma li bil-għan li tkun possibbli żieda fl-użu tal-istrument u jiġi garantit li s-settur privat jikkontribwixxi f'livell adegwat fil-proġetti appoġġati, għandha titneħħa l-limitazzjoni tal-appoġġ biss favur in-nefqa li mhijiex koperta mill-Artikolu 56.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-kriżi gravi tad-dejn f'bosta Stati Membri tirrikjedi modi innovattivi għall-investiment fil-Fondi Strutturali, li jiffaċilita l-aħjar użu tagħhom kemm fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 kif ukoll dak tal-2014-2020.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex itaffu dawn il-problemi u biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti operazzjonali, kif ukoll biex jissaħħaħ l-irkupru ekonomiku, huwa xieraq li l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri wara li esperjenzaw diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja u li ngħataw assistenza finanzjarja skont wieħed mill-mekkaniżmi ta' assistentenza finanzjarja stipulati hawn fuq jistgħu jikkontribwixxu riżorsi finanzjarji mill-programmi operazzjonali għat-twaqqif ta' strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju li jipprovdi self jew garanziji finanzjarji jew faċilitajiet finanzjarji oħra, b'appoġġ għall-proġetti u l-operazzjonijiet previsti taħt programm operazzjonali.

(13) Sabiex itaffu dawn il-problemi u biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti operazzjonali, kif ukoll biex jissaħħaħ l-irkupru ekonomiku, huwa xieraq li l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri wara li esperjenzaw diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja u li ngħataw assistenza finanzjarja skont wieħed mill-mekkaniżmi ta' assistentenza finanzjarja stipulati hawn fuq jistgħu jikkontribwixxu riżorsi finanzjarji mill-programmi operazzjonali għat-twaqqif ta' strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju li jipprovdi self jew garanziji finanzjarji jew faċilitajiet finanzjarji oħra, b'appoġġ għall-proġetti u l-operazzjonijiet previsti taħt programm operazzjonali. Barra minn hekk, investiment infrastrutturali u produttiv marbut mal-irkupru ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol fl-Istati Membri kkonċernati kif ukoll il-konformità mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 jistgħu jiġu appoġġati wkoll.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 36 – paragrafu 2a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali strument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jintuża esklussivament għal self u garanziji, kif ukoll faċilitajiet finanzjarji oħra, biex jiffinanzja operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni, rigward nefqa li mhix koperta bl-Artikolu 56.

Tali strument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jintuża esklussivament għal self u garanziji, bħal faċilitajiet finanzjarji oħra, biex jiffinanzja operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni, jew infrastruttura, proġetti tal-SMEs u proġetti ta’ investiment produttivi marbuta mal-irkupru ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol fl-Istati Membri kkonċernati, u biex jiżgura konformità mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020. Fil-każ tal-Istati Membri li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 77, tali strument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu wkoll jintuża għal operazzjonijiet marbuta mal-objettivi fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni mhux kofinanzjati permezz tal-programmi tal-qafas strateġiku nazzjonali ta' referenza (NSRF).

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi garantit il-fatt li jkun ċar li l-istrumenti tal-kondiviżjoni tar-riskju jikkonformaw mal-objettivi tal-Istrateġija UE2020 billi qegħdin iservu objettivi usa' meta mqabbla ma' dawk tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 36 – paragrafu 20 – subparagrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) it-traċċabilità u l-kontabilità, informazzjoni dwar l-użu tal-fondi u sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll; kif ukoll

(a) it-traċċabilità u l-kontabilità, l-istruttura ta’ governanza f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jipparteċipaw, informazzjoni dwar il-proporzjon ta’ lieva, dwar l-użu tal-fondi u dwar sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll; kif ukoll

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom

Referenzi

COM(2011)0655 – C7-0350/2011 – 2011/0283(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

25.10.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

15.12.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Crescenzio Rivellini

29.11.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

29.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Cătălin Sorin Ivan, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Crescenzio Rivellini, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Søren Bo Søndergaard, Michael Theurer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Derk Jan Eppink, Lucas Hartong, Edit Herczog, Véronique Mathieu, Derek Vaughan

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (13.3.2012)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom
(COM(2011)0655 – C7‑0350/2011 – 2011/0283(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Rolandas Paksas

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ġiet fi żmien meta l-implimentazzjoni tal-programmi għall-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni ltaqgħet ma' problemi serji f'għadd ta' Stati Membri. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja kostanti danneġġat serjament il-baġits tal-Istati Membri, u l-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali disponibbli għall-iffinanzjar tal-investimenti pubbliċi qiegħda tiżdied b'mod kostanti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni min-naħa tas-settur privat u b'mod partikolari tas-settur finanzjarju, qegħdin jiddeterjoraw.

L-objettiv prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni huwa għalhekk li jgħin lill-Istati Membri li ġew affettwati l-aktar mill-kriżi biex jibqgħu għaddejjin bl-implimentazzjoni fil-prattika tal-programmi għall-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni, u b'hekk jinjettaw il-fondi fl-ekonomija. Bil-possibbiltà li parti mill-allokazzjonijiet tal-fondi tal-UE jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti għall-istabbiliment ta' strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju, il-Kummissjoni timmira li tiffaċilita l-għoti ta' fondi b'self u garanziji mill-Bank Ewropew għall-Investiment jew minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra biex jikkofinanzjaw kontribuzzjonijiet finanzjarji privati għall-proġetti implimentati permezz ta' sostenn pubbliku.

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni u l-impatt potenzjalment pożittiv tagħha fuq l-ekonomija tal-UE u l-assorbiment tal-Fondi tal-UE. Sabiex jiġi zgurat li se tiġi applikata bl-aktar mod ottimali u rapidu, ir-Rapporteur jipproponi żewġ emendi fit-test tal-proposta.

L-ewwel nett, ir-Rapportuer jemmen li fl-ambjent attwali ta' kriżi ekonomika, l-Istati Membri kollha - kemm jekk diġà qegħdin jirċievu assistenza finanzjarja mill-mekkaniżmi tal-UE jew jekk qegħdin jaffaċċjaw diffikultajiet fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u qegħdin jissieltu biex jattiraw kapital mis-settur privat biex jikkumplimenta riżorsi finanzjarji pubbliċi li dejjem qed isiru aktar limitati, għandu jkollhom il-possibbiltà li jibbenefikaw mill-introduzzjoni ta' strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju. Tali strumenti jippermettu żieda fl-investiment fit-tkabbir u fi proġetti li jiġġeneraw aktar impjiegi bl-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni li ma ġewx assorbiti sa tmiem il-perjodu ta' programmar 2007-2013.

It-tieni, ir-Rapporteur jaqbel mal-Kummissjoni li l-prijorità, skont strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju, għandha tingħata lill-finanzjament tal-operazzjonijiet ikkofinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni; madanakollu, proġetti ta' infrastruttura oħra rilevanti għall-irkupru ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Istati Membri għandhom ikunu eliġibbli wkoll (il-memorandun spjegattiv tal-proposta tal-Kummissjoni diġà jinkludi tali possibbiltà). B'mod partikolari, xi proġetti tal-infrastruttura għall-ġenerazzjoni tad-dħul li f'sitwazzjoni nieqsa minn kriżi kienu jakkwistaw finanzjament minn sorsi esterni (u għalhekk mhumiex eliġibbli jew mhumiex inklużi fil-programmi operattivi tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013) iżda taħt iċ-ċirkostanzi attwali ma rnexxilhomx isibu finanzjament, jistgħu jibbenefikaw mill-inklużjoni tagħhom fl-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju mingħajr il-bżonn għal emenda fit-tul tal-programmi operattivi.

Fl-aħħar nett, fid-dawl tas-suċċess ta' strumenti simili f'setturi oħra (pereżempju l-Faċiltà għall-Kondiviżjoni tar-Riskju Finanzjarju għar-Riċerka u l-Iżvilupp) ir-Rapporteur jittama li l-istabbiliment ta' tali strument għall-kondiviżjoni tar-riskju se jagħti prova li huwa ta' benefiċċju wkoll għall-Istati Membri li jiddeċiedu li jużawh fis-sitwazzjoni attwali ta' kriżi u jqis li huwa ta' valur, wara li jiskadi l-perjodu attwali ta' programmar, għall-esplorazzjoni tal-possibbiltajiet biex jinħoloq strument analogu permanenti għall-kondiviżjoni tar-riskju li se jibbenefikaw minnu l-Istati Membri kollha taħt kundizzjonijiet iddefiniti b'mod ċar.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-kriżi serja ta' dejn f'ħafna pajjiżi tal-programm titlob għal mezzi ġodda u innovattivi ta' investiment tal-Fondi Strutturali, li se jiffaċilitaw l-aħjar użu possibbli tagħhom fil-perjodi ta' programmar mill-2007 sal-2013.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex itaffu dawn il-problemi u biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti operazzjonali, kif ukoll biex jissaħħaħ l-irkupru ekonomiku, huwa xieraq li l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri wara li esperjenzaw diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja u li ngħataw assistenza finanzjarja skont wieħed mill-mekkaniżmi ta' assistentenza finanzjarja stipulati hawn fuq jistgħu jikkontribwixxu riżorsi finanzjarji mill-programmi operazzjonali għat-twaqqif ta' strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju li jipprovdi self jew garanziji finanzjarji jew faċilitajiet finanzjarji oħra, b'appoġġ għall-proġetti u l-operazzjonijiet previsti taħt programm operazzjonali.

(13) Sabiex itaffu dawn il-problemi u biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti operazzjonali, kif ukoll biex jissaħħaħ l-irkupru ekonomiku, huwa xieraq li l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri wara li esperjenzaw diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja u li ngħataw assistenza finanzjarja skont wieħed mill-mekkaniżmi ta' assistentenza finanzjarja stipulati hawn fuq jistgħu jikkontribwixxu, b'mod temporanju u mingħajr ħsara għall-perjodu ta' programmar mill-2014 sal-2020, riżorsi finanzjarji mill-programmi operazzjonali għat-twaqqif ta' strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju li jipprovdi self jew garanziji finanzjarji jew faċilitajiet finanzjarji oħra, b'appoġġ għall-proġetti u l-operazzjonijiet previsti taħt programm operazzjonali.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1083/2066

Artikolu 36 – paragrafu 2a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali strument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jintuża esklussivament għal self u garanziji, kif ukoll faċilitajiet finanzjarji oħra, biex jiffinanzja operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni, rigward nefqa li mhix koperta bl-Artikolu 56.

Tali strument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jintuża esklussivament għal self u garanziji, kif ukoll faċilitajiet finanzjarji oħra, biex jiffinanzja operazzjonijiet pendenti li huma parti minn programm operattiv u li huma kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni, jew proġetti ta' infrastruttura relevanti fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Istati Membri kkonċernati, rigward nefqa li mhix koperta bl-Artikolu 56.

Ġustifikazzjoni

L-intenzjoni hi li jiġu finanzjati proġetti tal-infrastruttura importanti oħra li għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw l-impjiegi u t-tkabbir mingħajr ma jkun hemm bżonn emenda li tieħu fit-tul, tal-programmi operattivi. L-iffokar hawnhekk huwa fuq proġetti tal-infrastruttura li jiġġeneraw id-dħul li f'sitwazzjoni nieqsa minn kriżi kienu jakkwistaw finanzjament minn sorsi privati esterni u b'hekk mhumiex eliġibbli jew inklużi fil-programmi operattivi tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013, iżda taħt iċ-ċirkostanzi attwali ma jistgħux isibu finanzjament.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 36 – paragrafu 2a – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni fil-qafas ta' ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

L-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni fil-qafas ta' ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. L-għażla tal-Kummissjoni ta' operazzjoni għandha ssir bi qbil mal-Artikolu 41(1) u għandha turi impatti pożittivi fuq l-ekonomiji lokali u s-swieq tax-xogħol.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 36 – paragrafu 2a – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-iskadenzi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti rispettivi tal-kondiviżjoni tar-riskju.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm it-talba mill-Istati Membri kkonċernati se tkun aċċettata sa tmiem l-2013, l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-kondiviżjoni tar-riskju għandha tintemm fil-futur previst speċifikat mill-Kummissjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 36 – paragrafu 2a – subparagrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) it-traċċabilità u l-kontabilità, informazzjoni dwar l-użu tal-fondi u sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll; kif ukoll

(a) it-traċċabilità, l-iskrutinju demokratiku u l-kontabilità, l-istruttura ta' governanza f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru u l-istituzzjonijiet finanzjarji li qegħdin jipparteċipaw, informazzjoni dwar l-użu tal-fattur ta' lieva, l-użu tal-fondi u sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll; kif ukoll

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 36 – paragrafu 2a – subparagrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe ammont li jibqa' wara t-tlestija ta' operazzjoni koperta minn strument tal-kondiviżjoni tar-riskju jista' jerġa' jintuża, fuq talba tal-Istat Membru konċernat, fi ħdan l-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, jekk l-Istat Membru għadu jilħaq waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti kif speċifikat fl-Artikolu 77(2). Jekk l-Istat Membru ma jissodisfax dawn il-kondizzjonijiet, l-ammont li jibqa' għandu jitqies bħala dħul assenjat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju. Fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat, approprjazzjonijiet għal impenji addizzjonali ġenerati minn dan id-dħul assenjat għandhom jiżdiedu s-sena ta' wara mal-allokazzjoni finanzjarja tal-politika ta’ koeżjoni tal-Istat Membru konċernat."

Kwalunkwe ammont li jibqa' wara t-tlestija ta' operazzjoni koperta minn strument tal-kondiviżjoni tar-riskju jista' jerġa' jintuża, fuq talba tal-Istat Membru konċernat, fi ħdan l-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, jekk l-Istat Membru għadu jilħaq waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti kif speċifikat fl-Artikolu 77(2). Jekk l-Istat Membru ma jissodisfax dawn il-kondizzjonijiet, l-ammont li jibqa' għandu jitqies bħala dħul assenjat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju. Fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat, approprjazzjonijiet għal impenji addizzjonali ġenerati minn dan id-dħul assenjat għandhom jiżdiedu s-sena ta' wara mal-allokazzjoni finanzjarja tal-politika ta’ koeżjoni tal-Istat Membru konċernat." L-ammont li jibqa' fil-31 ta' Diċembru 2013 għandu jiġi trasferit għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

L-Istat Membru fil-fatt iċedi l-allokazzjoni tiegħu tal-politika ta' koeżjoni minħabba l-problemi ta' assorbiment. Jekk l-allokazzjoni rispettiva ma tiġix assorbita qabel il-perjodu ta' programmar li jmiss, għandha tiġi trasferita għall-baġit tal-UE.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom

Referenzi

COM(2011)0655 – C7-0350/2011 – 2011/0283(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

25.10.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

25.10.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Rolandas Paksas

25.10.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.1.2012

12.3.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

12.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Werner Langen, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philippe De Backer, Sari Essayah, Vicky Ford, Krišjānis Kariņš, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Gay Mitchell, Theodoros Skylakakis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mario Mauro

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom

Referenzi

COM(2011)0655 – C7-0350/2011 – 2011/0283(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.10.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

25.10.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

15.12.2011

ECON

25.10.2011

EMPL

25.10.2011

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

27.10.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Danuta Maria Hübner

14.11.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.11.2011

25.1.2012

28.2.2012

 

Data tal-adozzjoni

20.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

2

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder, Jean-Paul Besset, Victor Boştinaru, John Bufton, Salvatore Caronna, Nikos Chrysogelos, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Brice Hortefeux, Danuta Maria Hübner, Vincenzo Iovine, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Jens Nilsson, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Younous Omarjee, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Monika Smolková, Ewald Stadler, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Karima Delli, Cornelia Ernst, Ivars Godmanis, Maurice Ponga, Vilja Savisaar-Toomast, Patrice Tirolien, Giommaria Uggias, Derek Vaughan, Sabine Verheyen

Data tat-tressiq

22.3.2012