Proċedura : 2011/0006(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0077/2012

Testi mressqa :

A7-0077/2012

Dibattiti :

PV 11/03/2014 - 5
CRE 11/03/2014 - 5

Votazzjonijiet :

PV 11/03/2014 - 9.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0189

RAPPORT     ***I
PDF 444kWORD 727k
28.3.2012
PE 466.970v03-00 A7-0077/2012

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

(COM(2011)0008 – C7-0027/2011 – 2011/0006(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Burkhard Balz

EMENDI
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

(COM(2011)0008 – C7-0027/2011 – 2011/0006(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 50, 53, 62 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0027/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Mejju 2011(1),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Mejju 2011(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0077/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

                                        EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(3)*                                                     

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttivi 2002/92/KE, 2003/71/KE u 2009/138/KE u r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 53, 62, u 114 ta’ dan,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bgħatu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(5),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(6),

Billi:

(-1)     Il-kriżi finanzjarja fl-2007 u fl-2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji b'bażi nazzjonali waqgħu lura meta mqabbla mal-globalizzazzjoni finanzjarja u mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta istituzzjonijiet finanzjarji joperaw minn naħa għall-oħra tal-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u l-fiduċja bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(-1a)   F’għadd ta’ riżoluzzjonijiet adottati qabel u matul il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew appella biex ikun hemm avvanz lejn superviżjoni Ewropea iktar integrata, sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ugwali reali għall-operaturi kollha fil-livell tal-Unjoni, u sabiex din is-superviżjoni tirrifletti l-integrazzjoni li qed tiżdied tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni (b'mod partikolari, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' April 2000 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta' Azzjoni, tal-21 ta' Novembru 2002 dwar regoli ta' superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea, tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005-2010) – White Paper, tat-23 ta' Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Hedge funds u l-ekwità privata, u tad-9 ta' Ottubru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta' sorveljanza, u fil-pożizzjonijiet tiegħu tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) u tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu).

(-1b)   F’Novembru 2008, il-Kummissjoni tat istruzzjonijiet lil Grupp ta’ Livell Għoli ppresedut minn Jacques de Larosière biex jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jissaħħu l-arranġamenti superviżorji Ewropej bil-ħsieb li ċ-ċittadini Ewropej jiġu protetti aħjar u terġa’ tinbena l-fiduċja fis-sistema finanzjarja. Fir-rapport finali tiegħu ppreżentat fil-25 ta' Frar 2009 (ir-"Rapport de Larosière"), il-Grupp ta' Livell Għoli rrakkomanda li l-qafas superviżorju jissaħħaħ sabiex jitnaqqsu r-riskju u l-gravità ta' kriżijiet finanzjarji futuri. Irrakkomanda riformi estensivi fl-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Unjoni. Ir-Rapport de Larosière jirrakkomanda wkoll li tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), li tkun tinkludi tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej, waħda għas-settur bankarju, waħda għas-settur tat-titoli u waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, u Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

(-1c)   L-istabbiltà finanzjarja hija prerekwiżit jekk l-ekonomija reali għandha tipprovdi impjiegi, kreditu u tkabbir. Il-kriżi finanzjarja kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, li naqset milli tbassar l-iżviluppi makroprudenzjali negattivi jew li tevita l-akkumulazzjoni ta' riskji eċċessivi fis-sistema finanzjarja.

(1)      Fl-24 ta’ Novembru 2010, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw tliet Regolamenti li jistabbilixxu l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) (flimkien magħrufa bħala l-Awtoritjiet Superviżorji Ewropej (ASE), li jagħmlu parti mis-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji.

(1a)    Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu wara l-laqgħa tiegħu tat-18 u d-19 ta' Ġunju 2009, irrakkomanda li titwaqqaf Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tkun tinkludi tliet ASE ġodda. Irrakkomanda wkoll li l-mira tas-sistema għandha tkun li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, issaħħaħ is-superviżjoni ta' gruppi transkonfinali u tistabbilixxi ġabra unika Ewropea tar-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-suq intern. Enfasizza li l-ASE għandhom ukoll jibbenefikaw minn setgħat superviżorji fir-rigward tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u stieden lill-Kummissjoni sabiex tħejji proposti konkreti dwar kif is-SESF jista' jkollha rwol b'saħħtu f'sitwazzjonijiet ta' kriżi.

(2)      Sabiex is-SESF taħdem effikaċement, jeħtieġ isiru bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-operat tat-tliet ASE. Dawn il-bidliet jikkonċernaw id-definizzjoni tal-ambitu ta’ ċertu setgħat tal-ASE, l-integrazzjoni ta’ ċertu setgħat fi proċessi eżistenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u emendi sabiex jiġi żgurat funzjonament mingħajr intoppi u effikaċi tal-ASE fil-kuntest tas-SESF.

(3)      It-twaqqif ta’ tliet ASE għandu għalhekk jiġi akkumpanjat bl-iżvilupp ta’ ġabra unika tar-regoli sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti u applikazzjoni uniformi u għalhekk jingħata kontribut għal funzjonament saħansitra iżjed effikaċi tas-suq intern u l-implimentazzjoni aktar effikaċi tas-superviżjoni fil-livell mikro. Ir-regolamenti li jistabbilixxu s-SESF jipprovdu li l-ASE jistgħu jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi fl-oqsma stabbiliti b’mod speċifiku fil-leġiżlazzjoni rilevanti, li għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni sabiex jiġu adottati skont l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) permezz ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni. Filwaqt li d-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)(7) identifikat l-ewwel sett ta’ tali oqsma, din id-Direttiva għandha tidentifika sett ieħor ta’ oqsma, partikolarment għad-Direttivi 2002/92/KE, 2003/71/KE u d-Direttiva 2009/138/KE u r-Regolament 1060/2009. Id-Direttiva 2003/41/KE, li għaliha l-Kummissjoni għandha tressaq proposta għal reviżjoni qabel it-tmiem tal-2012, ma għandhiex tiġi koperta minn din id-Direttiva.

(4)      Il-leġiżlazzjoni rilevanti għandha tiddefinixxi dawk l-oqsma fejn l-ASE jingħataw is-setgħat li jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi u kif tali standards għandhom jiġu adottati. Il-leġiżlazzjoni rilevanti għandha tistabbilixxi l-elementi, il-kundizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 290 tat-TFUE fil-każ tal-atti delegati.

(5)      L-identifikazzjoni ta’ oqsma għal standards tekniċi għandha tilħaq bilanċ xieraq bejn il-ħolqien ta’ ġabra unika ta’ regoli armonizzati u l-evitar ta’ regolazzjoni u infurzar ikkumplikati bla bżonn. L-oqsma li jintgħażlu għandhom ikunu biss dawk fejn regoli tekniċi konsistenti jikkontribwixxu b’mod sinifikanti u effikaċi għall-ilħiq tal-miri tal-leġiżlazzjoni rilevanti, filwaqt li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet ta’ politika jittieħdu mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni skont il-proċeduri normali tagħhom.

(6)      Il-kwistjonijiet soġġetti għall-istandards tekniċi għandhom ikunu ġenwinament tekniċi, fejn l-iżvilupp tagħhom jirrikjedi l-kompetenza tal-esperti tas-superviżjoni. L-istandards tekniċi regolatorji adottati bħala atti delegati għandhom jiżviluppaw, jispeċifikaw u jiddeterminaw aktar il-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni konsistenti tar-regoli inklużi fl-istrumenti bażiċi adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi nonessenzjali fl-atti leġiżlattivi. Mill-banda l-oħra, l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati bħala atti ta’ implimentazzjoni għandhom jistipulaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni uniformi tal-atti legalment vinkolanti tal-Unjoni. L-istandards tekniċi ma għandhomx jinvolvu għażliet ta’ politika.

(7)      Fil-każ ta’ standards tekniċi regolatorji jkun xieraq li tiġi applikata l-proċedura prevista fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, rispettivament. L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, rispettivament. Għandu jiġi rikonoxxut li l-istandards tekniċi regolatorji jiġu adottati bħala atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni jiġu adottati bħala atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE.

(8)      L-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni għandhom jikkontribwixxu għal ġabra unika ta' regoli għal-leġiżlazzjoni tas-servizzi finanzjarji kif endorsjat mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2009. Sakemm ċerti rekwiżiti fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni ma jkunux totalment armonizzati, u skont il-prinċipju ta' prekawzjoni dwar is-superviżjoni, standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni li jiżviluppaw, jispeċifikaw jew jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni għal dawk ir-rekwiżiti ma għandhomx jipprevjenu l-Istati Membri milli jirrikjedu informazzjoni addizzjonali jew jimponu rekwiżiti aktar stretti. L-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni għandhom għalhekk jippermettu l-Istati Membri jagħmlu dan f’oqsma speċifiċi, fejn dawk l-atti leġiżlattivi jipprovdu tali diskrezzjoni.

(9)      Kif stipulat fir-regolamenti li jistabbilixxu l-ASE, qabel jitressqu l-istandards tekniċi regolatorji jew ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, l-ASE għandhom, fejn xieraq, iwettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwarhom u janalizzaw il-potenzjal tal-kostijiet u l-benefiċċji relatati.

(10)    Għandu jkun possibbli li l-istandards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni jipprovdu miżuri tranżizzjonali suġġetti għal skadenzi adegwati jekk il-kostijiet ta' implimentazzjoni immedjata jkunu eċċessivi meta mqabbla mal-benefiċċji involuti.

(10a)  Fil-waqt tal-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-ħidma relatata mat-tħejjija tal-ewwel sett ta' miżuri biex jiġu implimentati r-regoli qafas skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)(8), kif ukoll il-konsultazzjoni dwaru, jinsabu fi stadju avvanzat. Fl-interess tal-finalizzazzjoni bikrija ta' dawk il-miżuri, huwa xieraq li l-Kummissjoni titħalla, għal perjodu tranżitorju, tadotta wħud mill-istandards tekniċi regolatorji previsti f'din id-Direttiva, skont il-proċedura għall-adozzjoni tal-atti delegati. Kwalunkwe emendi għal dawn l-istandards jew, wara li jkun skada l-perjodu tranżitorju, kwalunkwe miżuri ġodda biex tiġi implimentata d-Direttiva 2009/138/UE, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija f'din id-Direttiva.

(10b)  Minħabba n-natura estensiva tal-atti delegati u l-istandards tekniċi regolatorji previsti f'din id-Direttiva, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom tliet xhur mid-data ta’ notifika biex joġġezzjonaw għal att delegat jew għal standard tekniku regolatorju. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, għandu jkun possibbli li dan il-perjodu jittawwal bi tliet xhur oħra.

(11)    Ir-Regolamenti li jistabilixxu l-ASE jipprovdu mekkaniżmu sabiex tinsab soluzzjoni għal nuqqas ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet nazzjonali superviżorji. Fejn awtorità superviżorja ma taqbilx mal-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità superviżorja oħra f’oqsma speċifikati fl-atti legali tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 ▌, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 ▌u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 ▌, fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti tirrikjedi kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt ta’ deċiżjonijiet min-naħa ta' awtoritajiet superviżorji nazzjonali ▌minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-ASE kompetenti, fuq talba minn waħda mill-awtoritajiet superviżorji konċernati, għandha tkun tista’ tassisti lill-awtoritajiet fl-ilħuq ta' ftehim fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-ASE li għandu jqis kwalunkwe limitu ta’ żmien rilevanti fil-leġiżlazzjoni rilevanti u l-urġenza u l-kumplessità tan-nuqqas ta’ ftehim. Fil-każ li dan in-nuqqas ta' ftehim jippersisti, l-ASE kompetenti għandhom ikunu jistgħu jaqtgħu l-kwistjoni huma.

(12)    Ir-regolamenti li jistabbilixxu l-ASE jirrikjedu li l-każijiet fejn jistgħu jkunu applikati l-mekkaniżmi għar-rimedju ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn l-awtoritjiet superviżorji nazzjonali ▌ għandhom ikunu speċifikati fil-leġiżlazzjoni settorjali. Din id-Direttiva għandha tidentifika t-tieni sett ta' każijiet bħal dawn ▌. Din id-Direttiva ma għandhiex ixxekkel lill-ASE milli jieħdu azzjoni f'konformità ma' setgħat oħra jew milli jwettqu kompiti speċifikati fir-regolamenti ta' twaqqif tagħhom, inkluża medjazzjoni nonvinkolanti u kontribut għall-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti legali tal-Unjoni. Barra minn hekk, f’dawk l-oqsma fejn xi forma ta’ medjazzjoni nonvinkolanti hija diġà stabbilita fl-att legali rilevanti, jew fejn ikun hemm limiti ta’ żmien għat-teħid ta’ deċiżjonijiet konġunti min-naħa ta’ awtorità superviżorja nazzjonali ▌waħda jew iżjed, ikun hemm bżonn ta’ emendi sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ċarezza u l-inqas tfixkil possibbli fil-proċess għall-ilħuq ta' deċiżjoni konġunta, iżda wkoll li fejn ikun meħtieġ, l-ASE jkunu kapaċi li jsibu soluzzjoni għal nuqqas ta’ ftehim. Il-proċedura vinkolanti għar-rimedju ta' nuqqas ta’ ftehim hija maħsuba biex issolvi sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ma jkunux jistgħu jsolvu bejniethom kwistjonijiet proċedurali jew sostantivi relatati mal-konformità mal-atti legali tal-Unjoni.

(13)    Din id-Direttiva għandha għalhekk tidentifika sitwazzjonijiet meta kwistjoni proċedurali jew sostantiva dwar il-konformità mad-dritt tal-Unjoni tista’ teħtieġ li tkun solvuta u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ma jkunux jistgħu jsolvu l-kwistjoni huma stess. F’sitwazzjoni bħal din, waħda mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati għandha tkun tista’ tqajjem il-kwistjoni mal-ASE kompetenti. Dik l-ASE għandha tieħu azzjoni skont ▌fir-regolament tat-twaqqif tagħha u skont din id-Direttiva. Għandha tkun tista’ tirrikjedi li l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jieħdu azzjoni speċifika jew li ma jieħdux azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni u li tiżgura konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b’effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati. F'każijiet fejn l-att legali rilevanti tal-Unjoni jikkonferixxi diskrezzjoni fuq l-Istati Membri, id-deċiżjonijiet meħuda minn ASE ma għandhomx jissostitwixxu l-eżerċitar tad-diskrezzjoni mill-awtoritajiet superviżorji f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(14)    Id-Direttiva 2009/138/KE ▌ tipprevedi deċiżjonijiet konġunti għal dak li għandu x’jaqsam mal-approvazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-użu ta’ mudell intern fil-livelli ta’ grupp u dawk sussidjarji, l-approvazzjoni ta’ applikazzjonijiet sabiex sussidjarja tkun soġġetta għall-Artikoli 238 u 239 ta’ dik id-Direttiva u l-identifikazzjoni tas-superviżur tal-grupp fuq bażi differenti mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 247 ta’ dik id-Direttiva. F’dawn l-oqsma kollha, emenda għandha tiddikjara b’mod ċar li fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ ftehim, ▌l-AEAPX tista’ ssolvi n-nuqqas ta’ ftehim bl-użu tal-proċess deskritt fir-Regolament (UE) Nru 1094/2010. Dan l-approċċ jagħmilha ċara li filwaqt li l-AEAPX m’għandhiex tissostitwixxi l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni mill-awtoritajiet superviżorji f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, għandu jkun possibbli li n-nuqqas ta’ ftehim ▌jiġi solvut u li l-kooperazzjoni tissaħħaħ qabel ma deċiżjoni finali tittieħed mill-awtorià superviżorja nazzjonali jew tinħareġ lil istituzzjoni. L-AEAPX għandha ssolvi nuqqas ta’ ftehim billi tkun medjatur bejn fehmiet konfliġġenti tal-awtoritajiet superviżorji ▌.

(15)    L-arkitettura superviżorja ġdida stabbilita permezz tas-SESF se teħtieġ lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jikkooperaw mill-qrib mal-ASE. Emendi lil-leġiżlazzjoni rilevanti għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda ostakolu legali għall-obbligi tal-qsim tal-informazzjoni inklużi fir-Regolamenti ▌li jistabbilixxu l-ASE u li l-għoti ta' data ma jwassalx għal burokrazija bla bżonn.

(15a)  L-għarfien mis-superviżur tal-attivi miżmuma minn impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni huwa għodda importanti fir-rigward tas-sorveljanza makroekonomika. Lista sħiħa tal-attivi ta' impriża tista' tkun essenzjali għall-awtoritajiet superviżuri biex jivvalutaw ir-riskji finanzjarji kif suppost, u b'mod partikolari għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma sinifikanti f'termini tad-daqs tagħhom, l-organizzazzjoni interna u n-natura, il-kobor u l-kumplessità tar-riskji inerenti għan-negozju tagħhom. L-awtoritajiet superviżuri għandhom għalhekk ikunu jistgħu jirrikjedu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jippreżentaw lista sħiħa tal-attivi fuq bażi ta’ element b’element meta tali informazzjoni tkun meħtieġa biex huma jwettqu b’mod effikaċi r-rwol superviżorju tagħhom. Lista sħiħa tal-attivi mhijiex essenzjali għall-awtoritajiet superviżorji kkonċernati biex jivvalutaw ir-riskji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kkonċernati ma jkollhomx rwol ewlieni fis-swieq finanzjarji. Dan huwa partikolarment rilevanti għal impriżi li ma għandhomx parti sinifikanti tas-sehem tas-suq totali tas-suq tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja ta' Stat Membru.

(16)    Fl-oqsma fejn il-Kummissjoni attwalment għandha kkonferita s-setgħa permezz tad-Direttiva 2009/138/KE li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni fejn dawn il-miżuri jkunu atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali ħalli jissupplimentaw jew jemendaw ċertu elementi mhux essenzjali ta’ dik id-Direttiva skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont dak l-Artikolu jew standards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

(17)    Sabiex jitħalla jsir il-kalkolu konsistenti ta’ provvedimenti tekniċi min-naħa ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni skont id-Direttiva 2009/138/KE, jeħtieġ li korp ċentrali jikseb, jippubblika, u jaġġorna ċertu informazzjoni teknika relatata mal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju fuq bażi regolari, filwaqt li jikkunsidra l-osservazzjonijiet fis-suq finanzjarju. Il-mod li bih l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju huwa derivat għandu jkun trasparenti b’tali mod li l-impriżi ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni jkunu jistgħu jużaw din l-istruttura tat-terminu fil-politiki dwar il-ġestjoni tar-riskju tagħhom. B’kunsiderazzjoni għan-natura teknika u dik relatata mal-assigurazzjoni ta’ dawn l-inkarigi, dawn għandhom jitwettqu mill-AEAPX.

(17a)  L-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju għandha tiġi ddeterminata abbażi ta' approċċ olistiku u konsistenti fir-rigward tal-istabbiliment tas-suppożizzjonijiet u l-parametri kollha li fuqhom tkun ibbażata l-kurva b'mod li tiġi żgurata l-konsistenza tul iż-żmien u tiġi evitata l-volatilità artifiċjali tal-provvedimenti tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli li jaqbżu r-rekwiżiti kapitali. L-għażla tal-punti ta' tluq tal-estrapolazzjoni tar-rati ta' imgħax mingħajr riskju għandha tippermetti li fil-kalkolu tal-aħjar stima, l-impriżi jkunu jistgħu jikkorrispondu b'bonds il-flussi ta' flus tagħhom li jkunu skontati b'rati mhux estrapolati. F'kundizzjonijiet tas-suq simili għal dawk fid-data tal-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-punt tat-tluq għall-estrapolazzjoni tar-rati ta' imgħax mingħajr riskji f'euro għandu jkun 20 sena.

(18)    Sabiex ikun żgurat li jkunu pprovduti fuq bażi armonizzata ċerti kontributi tekniċi għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza (RKS) permezz tal-użu ta’ formola standard, pereżempju biex ikunu permessi approċċi armonizzati lejn l-użu ta’ klassifikazzjonijiet, għandhom ikunu assenjati kompiti speċifiċi lill-AEAPX. Ir-rikonoxximent tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni għandu jkun allinjat u konsistenti mad-Direttiva 2006/48/KE, inkluża r-reviżjoni li ġejja ta’ dik id-Direttiva, u r-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Għandha tiġi evitata kull sovrapożizzjoni mar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u għaldaqstant ikun ġustifikat rwol għall-Kumitat Konġunt tal-awtoritajiet superviżorji. L-AEAPX għandha tagħmel l-aħjar użu mill-kompetenzi u l-esperjenza tal-AETS. Il-manjiera dettaljata għat-twettiq ta’ dawn il-kompiti għandha tkun speċifikata iktar fil-miżuri li għandhom ikunu adottati permezz ta' atti delegati jew atti ta’ implimentazzjoni.

(19)    Sabiex ikun żgurat approċċ armonizzat taħt id-Direttiva 2009/138/KE biex jiġi ddeterminat meta tkun awtorizzata estensjoni għall-perjodu ta' rkupru f'każijiet ta' ksur tar-RKS, għandhom ikunu speċifikati l-kundizzjonijiet li jikkostitwixxu "waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji". L-AEAPX ▌għandha tkun responsabbli biex tiddetermina jekk dawk il-kundizzjonijiet ġewx issodisfati u l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri permezz ta' atti delegati u atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċeduri rilevanti li għandhom ikunu segwiti.

(20)    Sabiex tkun żgurata konsistenza transettorjali u jiġi eliminat il-miżallinjament bejn l-interessi tad-ditti li “jirripakkjaw” is-selfiet f’titoli negozjabbli u strumenti oħra finanzjarji (oriġinaturi) u l-interessi tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jinvestu f’titoli jew strumenti bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri permezz ta' att delegat fil-kuntest ta' investimenti f'selfiet ripakkjati taħt id-Direttiva 2009/138/KE, li tispeċifika mhux biss ir-rekwiżiti iżda wkoll il-konsegwenzi tal-ksur ta' dawk ir-rekwiżiti.

(21)    Sabiex tiġi permessa iżjed konverġenza dwar il-proċeduri għall-approvazzjonijiet superviżorji mniżżla fid-Direttiva 2009/138/KE għall-użu ta’ parametri speċifiċi, politiki dwar it-tibdil ta' mudelli, strumenti bi skopijiet speċjali u t-twaqqif u t-tneħħija ta’ supplimentazzjonijiet kapitali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri permezz ta’ atti delegati li jispeċifikaw il-proċedura f’dawn l-oqsma.

(22)    L-iżvilupp ta’ konverġenza internazzjonali lejn reġimi ta’ solvenza bbażati fuq ir-riskju għandu jiġi inkuraġġat. Sabiex jiġi rikonoxxut li ċerti pajjiżi terzi jista’ jkollhom bżonn ta’ iżjed żmien sabiex jadattaw u jimplimentaw reġim ta’ solvenza li jkun jista’ jissodisfa kompletament il-kriterji ħalli jiġi rikonoxxut bħala ekwivalenti, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati kundizzjonijiet relatati mat-trattament ta' reġimi bħal dawn ta' pajjiżi terzi sabiex dawn il-pajjiżi terzi jiġu rikonoxxuti temporanjament bħala ekwivalenti. Għandu jiġi enfasizzat ukoll li, fil-każ ta' pajjiżi terzi, is-superviżjoni bbażata fuq ir-riskju mhijiex biżżejjed: il-pajjiżi terzi għandu jkollhom ukoll sistemi ta' superviżjoni ta' gruppi simili għal dik tal-Unjoni.

(23)    Sabiex is-Soċjetà Kooperattiva Ewropea, imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE)(9) tkun tista' tipprovdi servizzi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni, huwa meħtieġ li l-lista ta’ forom legali permissibbli ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni taħt id-Direttiva 2009/138/KE titwessa' biex tinkludi s-Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE).

(24)    L-ammont f’euro tal-limitu tar-Rekwiżit Kapitali Minimu għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ▌għandu jiġi adattat. Adattament bħal dan huwa r-riżultat tal-aġġustament perjodiku tal-limiti minimi eżistenti tar-rekwiżit tal-kapital sabiex impriżi bħal dawn jikkunsidraw l-inflazzjoni.

(24a)  Il-kalkolu tar-RKS għall-assigurazzjoni tas-saħħa għandu jirrifletti s-sistemi ta' ugwalizzazzjoni nazzjonali u għandu jqis ukoll il-bidliet fil-leġiżlazzjoni tas-saħħa nazzjonali, peress li huma parti fundamentali tas-sistema ta’ assigurazzjoni fi ħdan dawk is-swieq tas-saħħa nazzjonali.

(25)    Sabiex tiġi riflessa aħjar id-data (31 ta’ Diċembru) li timmarka t-tmiem tas-sena finanzjarja għall-parti l-kbira tal-impriżi tal-assigurazzjoni sabiex ikun hemm tranżizzjoni b’inqas xkiel bejn ir-reġimi l-qodma u dawk ġodda, id-dati rilevanti tat-traspożizzjoni, ir-revoka u l-applikazzjoni fid-Direttiva 2009/138/KE għandhom jiġu estiżi b’xahrejn.

(26)    Ċertu setgħat ta' implimentazzjoni pprovduti mill-Artikolu 202 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (it-Trattat KE) għandhom ikunu sostitwiti b'dispożizzjonijiet xierqa skont l-Artikolu 290 tat-TFUE.

(27)    L-allinjament tal-proċeduri tal-komitoloġija għat-TFUE u, b'mod partikolari, għall-Artikolu 290 tiegħu, għandu jsir abbażi ta' każ b'każ. Sabiex ikunu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u biex ikunu speċifikati r-rekwiżiti stipulati fid-Direttivi emendati b'din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE. B'mod partikolari, l-atti delegati għandhom ikunu adottati fir-rigward ta' dettalji li jikkonċernaw rekwiżiti ta' governanza, stimar, rappurtar superviżorju u divulgazzjoni pubblika, id-determinazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-fondi proprji, il-formula standard għall-kalkolu tar-RKS (inkluża kwalunkwe bidla konsegwenzjali fil-qasam tas-supplimentazzjonijiet kapitali) u l-għażla ta' metodi u suppożizzjonijiet għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi.

(28)    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom tliet xhur mid-data tan-notifika biex joġġezzjonaw għal att delegat. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, għandu jkun possibbli li dak il-perjodu jkun prolongat bi tliet xhur fir-rigward ta’ oqsma sinifikanti ta’ tħassib. Għandu jkun ukoll possibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jinfurmaw lill-istituzzjonijiet l-oħra bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet. Approvazzjoni bikrija bħal din tal-atti delegati hija partikolarment xierqa meta jkun jeħtieġ li jkunu rispettati l-iskadenzi, pereżempju meta jkun hemm skedi ta’ żmien fl-att bażiku għall-Kummissjoni biex tadotta atti delegati.

(28a)  Fid-dawl tal-kriżi finanzjarja u l-mekkaniżmi proċikliċi li kkontribwew għall-ħolqien tagħha u li aggravaw l-effett tagħha, il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, il-KBSB, u l-G20 għamlu rakkomandazzjonijiet biex jittaffew l-effetti proċikliċi tar-regolazzjoni finanzjarja. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom rilevanza diretta għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni bħala komponenti importanti tas-sistema finanzjarja.

(28b)  Sabiex tinkiseb applikazzjoni koerenti u tiġi żgurata sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni kollha, ikun xieraq li l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku jiżviluppa prinċipji speċifikament għall-ekonomija tal-Unjoni u jkun responsabbli li jissorvelja l-applikazzjoni tal-bafer kontraċikliku.

(28c)    Il-kriżi finanzjarja enfasizzat li l-istituzzjonijiet finanzjarji ssottovalutaw sew il-livell ta’ riskji ta’ kreditu tal-kontraparti assoċjati ma' derivati barra l-Borża (OTC). Dan wassal biex il-G20, f’Settembru 2009, jitlob għal aktar derivati OTC biex ikunu kklerjati permezz ta' kontroparti ċentrali. Barra minn hekk, talbu li d-derivati OTC li ma setgħux jiġu kklerjati ċentralment jiġu soġġetti għal rekwiżiti tal-kapital ogħla sabiex jirriflettu sew ir-riskji ogħla assoċjati magħhom.

(28d)  Ir-riskju tad-dejn sovran u d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Ottubru 2011 tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro wrew li trattament ta' riskju żero għall-bonds tal-gvern m'għadux jikkorrispondi mar-realtà ekonomika. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn tipproponi għażliet biex tadatta l-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi bħal dawn kif xieraq u malajr kemm jista' jkun, filwaqt li tikkunsidra l-effetti potenzjalment destabbilizzanti meta jiġu ppreżentati tali proposti matul perjodi ta' stress tas-suq.

(29)    Sabiex tkun possibbli tranżizzjoni mingħajr intoppi skont id-Direttiva 2009/138/KE għal skema ġdida, jeħtieġ li jkun hemm perjodi ta’ introduzzjoni gradwali u perjodi tranżizzjonali speċifiċi.

(30)    Il-perjodi tranżizzjonali għandhom l-għan li jevitaw it-taqlib tas-suq ▌. Il-perjodi tranżizzjonali għandhom jinkoraġġixxu impriżi biex jimxu lejn konformità mar-rekwiżiti partikolari tal-iskema l-ġdida malajr kemm jista’ jkun.

(31)    Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, prinċipalment it-titjib tal-funzjonament tas-Suq Intern permezz tal-iżgurar ta’ livell għoli, effettiv u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali, il-protezzjoni tad-detenturi u l-benefiċjarji ta’ polza u b’dan in-negozji u l-konsumaturi, il-ħarsien tal-integrità, l-effiċjenza u l-funzjonament ordinat tas-swieq finanzjarji, il-manteniment tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti min-naħa tal-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet u ma għandhiex, b'mod partikolari, tistabbilixxi rekwiżiti ta' solvenza għall-korpi tal-pensjonijiet tax-xogħol.

(32)    Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Jannar 2014, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tressiq mill-ASE tal-abbozzi tal-istandards tekniċi pprovduti f'din id-Direttiva u għandha tippreżenta kwalunkwe proposta xierqa.

(33)    Id-Direttivi 2002/92/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE u 2009/138/KE u r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu -1

Emendi għad-Direttiva 2002/92/KE

Id-Direttiva 2002/92/KE hija emendata kif ġej:

(1)       Fl-Artikolu 3(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw fuq bażi regolari u tal-inqas darba kull tliet shur l-informazzjoni miġbura mill-punt uniku ta’ informazzjoni tagħhom lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, li għandha tippubblikaha fuq il-websajt tagħha.

___________

* ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.";

(2)      Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jkunu infurmati skont il-paragrafu 1. Il-Kommissjoni min-naħa tagħha għandha tinnotifika b’dan lill-Istati Membri kollha u lill-AEAPX.";

(3)      Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa li jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw dwarhom lill-Kummissjoni u lill-AEAPX, filwaqt li jindikaw kwalunkwe diviżjoni ta’ dawk id-dmirijiet.";

(4)      Fl-Artikolu 9, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-AEAPX";

(5)      Fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AEAPX għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lill-AEAPX bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex hi twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010, f’konformità mal-Artikolu 35 ta’ dak ir-Regolament.";

(6)      Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"5.      L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti fir-rigward tal-ħtiġijiet ta' informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, bil-kundizzjoni li dawk id-dispożizzjonijiet jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-AEAPX id-dispożizzjonijiet nazzjonali stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni fuq bażi regolari u mill-inqas kull sentejn u l-AEAPX għandha tagħmel disponibbli dik l-informazzjoni fuq is-sit elettroniku tagħha.

Sabiex jiġi stabbilit livell għoli ta' trasparenza bil-mezzi kollha xierqa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li tirċievi relatata ma' dispożizzjonijiet nazzjonali tkun ukoll komunikata lill-konsumaturi u lill-intermedjarji tal-assigurazzjoni.

6.        Biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-paragrafu 5, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-formati u l-mudelli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti meta jittrażmettu u jaġġornaw l-informazzjoni rilevanti għall-AEAPX.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.".

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2003/71/KE

Id-Direttiva 2003/71/KE hija emendata kif ġej:

(1)       Fl-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Meta t-termini finali tal-offerta la jkunu inklużi fil-prospett bażi u lanqas f’suppliment, it-termini finali għandhom ikunu disponibbli għal investituri u inkartati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju (tal-post), kif ukoll ikkomunikati minn dik l-awtorità kompetenti lill-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti u lill-AETS meta ssir kull offerta pubblika hekk kif tkun prattikabbli u fejn possibbli, qabel il-bidu tal-offerta pubblika jew ammissjoni għal negozjar. It-termini finali għandhom jinkludu biss informazzjoni relatata man-nota dwar it-titoli u ma għandhomx jintużaw biex jissupplimentaw il-prospett bażi. F'każijiet bħal dawn għandu japplika l-Artikolu 8(1)(a).";

(2)       L-Artikolu 11(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.      Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha toħloq abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tkun inkorporata b’riferenza.

L-AETS għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(3) L-Artikolu 13(7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"7.      Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-approvazzjoni tal-prospetti, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċeduri għall-approvazzjoni tal-prospett u l-kundizzjonijiet skont liema jistgħu jiġu aġġustati l-limiti taż-żmien.

L-AETS għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(4)       L-Artikolu 14(8) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"8.      Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-dispożizzjonijiet relatati mal-pubblikazzjoni tal-prospett imsemmija fil-paragrafi (1) u (4).

L-AETS għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(5)       L-Artikolu 15(7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"7.      Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta’ dan l-Artikolu, l-AETA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid ta’ reklami li jħabbru l-intenzjoni li jkunu offruti titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għal negozjar f’suq regolat, b’mod partikolari qabel ma l-prospett ikun sar disponibbli għall-pubbliku jew qabel il-ftuħ tas-sottoskrizzjoni, u biex tispeċifika d-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4.

L-AETS għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(5a)     l-Artikolu li ġej huwa inserit:

"Artikolu 31a

Il-persunal u r-riżorsi tal-AETS

L-AETS għandha tivvaluta l-ħtiġijiet ta’ persunal u riżorsi li jirriżultaw mis-setgħat u d-dmirijiet tagħha f'konformità ma' din id-Direttiva u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.".

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2009/138/KE

Id-Direttiva 2009/138/KE hija emendata kif ġej:

(-1)     fl-Artikolu 13 huwa inserit il-punt li ġej:

"(32a) "kontroparti ċentrali awtorizzata" tfisser kontroparti ċentrali fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [EMIR] li tkun awtorizzata skont l-Artikolu 10 ta' dik id-Direttiva;";

(1)       L-Artikolu 17(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.       Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a ▌li għandhom x’jaqsmu mal-lista ta’ forom stabbiliti fil-punti 1 sa 27 tal-Parti A, tal-Parti B u tal-Parti C tal-Anness III.

(1a)     l-Artikolu li ġej huwa inserit:

"Artikolu 25a

Notifika u pubblikazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet, każijiet ta' rtirar ta' awtorizzazzjoni u rifjuti ta' awtorizzazzjoni

Kull awtorizzazzjoni, irtirar ta' awtorizzazzjoni u rifjut ta' awtorizzazzjoni għandhom ikunu nnotifikati lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. L-isem ta’ kull impriża tal-assigurazzjoni jew ta’ kull impriża tar-riassigurazzjoni li tkun ingħatatilha awtorizzazzjoni għandu jiddaħħal f’lista. L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata dik il-lista fuq il-websajt tagħha.

____________

* ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.";

(1b)     fl-Artikolu 29, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4.      Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati, l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni jieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipju tal-proporzjonalità, u b’hekk tkun żgurata l-applikazzjoni proporzjonata ta’ din id-Direttiva, partikolarment għal impriżi tal-assigurazzjoni żgħar.

L-AEAPX għandha tiżgura li l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji, ippreżentati f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (KE) Nru 1094/2010, l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati skont l-Artikolu 15 tiegħu u l-linji gwida u r-rakkommandazzjonijiet adottati f’konformità mal-Artikolu 16 tiegħu, jieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipju tal-proporzjonalità, u b’hekk tkun żgurata l-applikazzjoni proporzjonata ta’ din id-Direttiva, partikolarment għal impriżi tal-assigurazzjoni żgħar.";

(2)       L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)       il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4.       Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35, l-Artikolu 51, l-Artikolu 254(2) u l-Artikolu 256, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-aspetti importanti li dwarhom għandha tiġi divulgata d-dejta statistika aggregata, u tiddetermina l-format, l-istruttura, il-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni tad-divulgazzjoni prevista f’dan l-Artikolu.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(3)       Fl-Artikolu 33, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"Meta awtorità superviżorja tkun infurmat lill-awtoritajiet superviżorji ta’ Stat Membru ospitanti li għandha l-intenzjoni li twettaq verifiki fuq il-post skont il-paragrafu 1 u meta dik l-awtorità superviżorja tkun prattikament ipprojbita milli teżerċita d-dritt tagħha li twettaq dawk il-verifiki fuq il-post jew meta dawk l-awtoritajiet superviżorji jkunu prattikament ipprojbiti milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jipparteċipaw skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirreferu din il-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19, paragrafi 1 sa 3 u 6, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 [AEAPX]. F’dak il-każ, l-AEAPX tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-AEAPX tista' tipparteċipa f’verifiki fuq il-post fejn dawn jitwettqu b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet superviżorji jew aktar.";

(4)       L-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:

(-a)      fil-paragrafu 2, il-punt (a)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(i)     f’perjodi stipulati minn qabel; fejn l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu jillimitaw ir-rappurtar superviżorju regolari għal informazzjoni li tinbidel b’mod sinifikanti matul is-sena sakemm:

         derogi minn rappurtar superviżorju regolari jistgħu jingħataw biss lil impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li l-kontribut kumplessiv tagħhom għas-sehem tas-suq totali ma jaqbiżx l-20 % tas-suq tal-assigurazzjoni tal-ħajja jew mhux tal-ħajja, rispettivament, ta' Stat Membru; kif ukoll

         isir rappurtar sħiħ tal-inqas darba fis-sena.";

(-aa)    fil-paragrafu 2, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

"L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jippreżentaw lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, bħala parti mir-rappurtar regolari tagħhom jew fuq bażi ad hoc, lista sħiħa tal-attivi fuq bażi ta’ element b’element, fil-każ biss meta tali informazzjoni tkun meħtieġa biex l-awtoritajiet superviżorji jwettqu b’mod effikaċi r-rwol superviżorju tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-istabilità finanzjarja.

L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu jeżentaw mill-obbligi tar-rappurtar fuq bażi ta' element b'element lil impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li l-kontribut kumplessiv tagħhom għas-sehem tas-suq totali ma jaqbiżx l-20 % tas-suq tal-assigurazzjoni tal-ħajja jew mhux tal-ħajja, rispettivament, ta' Stat Membru.";

(a)       il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"6.      Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta’ dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni u l-punti fiż-żmien imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

6a.      Biex tissaħħaħ l-applikazzjoni koerenti u konsistenti tal-paragrafu 2, l-AEAPX għandha telabora linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 biex tiddetermina l-kriterji għall-kalkolu tal-ishma tas-suq, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipju tal-proporzjonalità kif ukoll l-aspetti tal-istabilità finanzjarja.

Dawk il-linji gwida għandhom jintużaw ukoll għall-finijiet tad-derogi mir-rappurtar superviżorju regolari fil-livell tal-grupp, meta tali derogi jkunu applikati mutatis mutandi skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 254(2).

Dawk il-kriterji għandhom jiġu rieżaminati tal-anqas kull ħames snin.

7.        Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AEAPX tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għat-tressiq ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji. Il-proċeduri jistgħu jinkludu, fejn xieraq, rekwiżiti għall-approvazzjoni, mill-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew superviżorju tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, tal-informazzjoni ppreżentata.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(5)       L-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)       il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'li ġej:

"6.       Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a, li jistabbilixxu iżjed speċifikazzjonijiet għaċ-ċirkostanzi fejn tkun tista’ tiġi imposta supplimentazzjoni kapitali.

6a.      Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta’ supplimentazzjonijiet kapitali, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġiji għall-kalkolu tas-supplimentazzjonijiet kapitali.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

6b.      Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l- AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għal deċiżjonijiet ħalli jiġu stabbiliti, ikkalkulati u mneħħija s-supplimentazzjonijiet kapitali.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(6)       Fl-Artikolu 38(2), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

"Meta awtorità superviżorja tkun infurmat lill-awtoritajiet superviżorji ta’ Stat Membru ospitanti li għandha l-intenzjoni li twettaq spezzjoni fuq il-post skont l-ewwel subparagrafu u meta dik l-awtorità superviżorja tkun prattikament ipprojbita milli teżerċita d-dritt tagħha li twettaq dik l-ispezzjoni fuq il-post, l-awtorità superviżorja tista’ tirreferi din il-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19, paragrafi 1 sa 3 u 6, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F’dak il-każ, l-AEAPX tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-AEAPX għandha tkun intitolata tipparteċipa fi spezzjonijiet fuq il-post fejn dawn jitwettqu b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet superviżorji jew aktar.";

(7)       L-Artikolu 50 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 50

Standards tekniċi regolatorji

1.        Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta' din it-Taqsima, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar dan li ġej:

(a)    l-elementi tas-sistemi msemmija fl-Artikoli 41, 44, 46 u 47, u b’mod partikolari l-oqsma li għandhom jiġu koperti mill-immaniġġjar tal-attivi u l-passivi u l-politika tal-investiment, kif imsemmi fl-Artikolu 44(2), tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(b)    il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 44, 46, 47 u 48;

(c)    ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42 u l-funzjonijiet soġġetti għalihom;

(d)    il-kundizzjonijiet li bihom tista’ ssir l-esternalizzazzjoni, b’mod partikolari lil fornituri ta' servizzi li jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

2.        Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1), l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar l-elementi ta' dik il-valutazzjoni.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(8)       Fl-Artikolu 51(2), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

           "Madankollu, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe żvelar li jkun mandatorju skont kwalunkwe rekwiżit ġuridiku jew regolatorju ieħor, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għalkemm ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmi fil-punt (e)(ii) tal-paragrafu 1 jiġi żvelat, matul perjodu tranżitorju li jintemm mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017 is-supplimentazzjoni kapitali jew l-impatt tal-parametri speċifiċi li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun mitluba li tuża f'konformita' mal-Artikolu 110 ma jkunux meħtieġa li jiġu żvelati separatament.";

(9)       L-Artikolu 52 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 52

Informazzjoni għall-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u rapporti mingħandha

1.        L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet superviżorji jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-AEAPX fuq bażi annwali:

(a)       is-supplimentazzjoni kapitali medja għall kull impriża u d-distribuzzjoni tas-supplimentazzjonijiet kapitali imposti mill-awtorità superviżorja tul is-sena ta' qabel, imkejla bħala perċentwal tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, murija separatament kif ġej:

(i)     għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha;

(ii)     għall-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja;

(iii)    għall-impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(iv)    għall-impriżi tal-assigurazzjoni li jeżerċitaw attivitajiet kemm tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja;

(v)    għall-impriżi tar-riassigurazzjoni;

(b)    għal kull divulgazzjoni stabbilita fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, il-proporzjon ta’ supplimentazzjonijiet kapitali impost skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 37(1) rispettivament.

2.        L-AEAPX għandha tiddivulga pubblikament, fuq bażi annwali, l-informazzjoni li ġejja:

(a)    għall-Istati Membri kollha flimkien, id-distribuzzjoni totali ta’ supplimentazzjonijiet kapitali, imkejla bħala perċentwal tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, għal kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)     għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha;

(ii)     għall-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja;

(iii)    għall-impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(iv)    għall-impriżi tal-assigurazzjoni li jeżerċitaw attivitajiet kemm tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja;

(v)    għall-impriżi tar-riassigurazzjoni;

(b)    għal kull Stat Membru meħud separatament, id-distribuzzjoni ta’ supplimentazzjonijiet kapitali, imkejla bħala perċentwal tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, li tkopri l-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni f’dak l-Istat Membru;

(c)    għal kull attività ta' divulgazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, il-proporzjon ta’ supplimentazzjonijiet kapitali imposti skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 37(1) rispettivament.

3.        L-AEAPX għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, flimkien ma' rapport li jiddeskrivi fil-qosor il-grad ta’ konverġenza superviżorja fl-użu ta’ supplimentazzjonijiet kapitali bejn l-awtoritajiet superviżorji fl-Istati Membri differenti.";

(10)     L-Artikolu 56 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 56

Rapport dwar il-kundizzjoni ta’ solvenza u dik finanzjarja: atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a ▌, sabiex tispeċifika iżjed l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata skont it-taqsima 3.

Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ din it-taqsima, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-formati u mudelli li għandhom jintużaw.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(11)     L-Artikolu 58(8) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"8.       Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta’ din it-taqsima, l-AEAPX tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi lista eżawrjenti ta’ informazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 59(4), li għandha tiġi inkluża minn akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 58(2).

Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta’ din it-taqsima u biex tikkunsidra żviluppi futuri, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-aġġustamenti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 59(1).

L-AEAPX għandha tippreżenta l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

8a.      Sabiex tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-AEAPX tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi proċeduri, formoli u mudelli komuni għall-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 60.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(11a)  L-artikolu li ġej huwa inserit:

"Artikolu 65a

Kooperazzjoni mal-AEAPX

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jikkooperaw mal-AEAPX għall-finijiet ta’ din id-Direttiva f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jipprovdu lill-AEAPX, mingħajr dewmien, bl-informazzjoni kollha neċessarja biex twettaq dmirijietha b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(12)     Fl-Artikolu 69, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Divulgazzjoni bħal din għandha ssir biss fejn ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ kontroll prudenzjali. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jipprovdu dik l-informazzjoni li jkunu rċevew skont l-Artikoli 65 u 68(1), u l-informazzjoni miksuba permezz ta' verifika fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 33 tista’ tiġi divulgata biss bil-kunsens ċar tal-awtorità superviżorja li minnha tkun oriġinat l-informazzjoni jew l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li fih tkun saret il-verifika fuq il-post.";

(12a)   L-Artikolu 70 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 70

Trażmissjoni ta’ informazzjoni lill-banek ċentrali, u lill-awtoritajiet monetarji, lis-superviżuri tas-sistemi ta’ ħlasijiet u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

1.        Mingħajr preġudizzju għal din it-Taqsima, awtorità superviżorja tista’ tittrażmetti informazzjoni maħsuba għat-twettiq tal-kompiti tagħhom lil dawn li ġejjin:

(a)    il-banek ċentrali fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (inkluż il-BĊE) u korpi oħra b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji meta din l-informazzjoni tkun rilevanti għall-kompiti statutarji rispettivi tagħhom, inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u l-forniment relatat ta' likwidità, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ ħlasijiet, tal-ikklerjar u tas-saldu tat-titoli u l-issalvagwardjar tal-istabilità tas-sistema finanzjarja;

(b)    fejn ikun xieraq, awtoritajiet pubbliċi nazzjonali oħra responsabbli għas-sorveljanza ta' sistemi ta’ ħlas; kif ukoll

(c)    il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), meta dik l-informazjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

2.        Dawn l-awtoritajiet jew korpi jistgħu wkoll jikkomunikaw lill-awtoritajiet superviżorji dik l-informazzjoni li jista' jkollhom bżonn għall-finijiet tal-Artikolu 67. L-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza professjonali stabbiliti f’din it-Taqsima.

3.        F’sitwazzjoni ta’ emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif definita fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-Istati Membri għandhom iħallu lill-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw, mingħajr dewmien, informazzjoni lill-banek ċentrali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (inkluż il-BĊE) meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għall-kompiti statutarji tagħhom inklużi t-twettiq tal-politika monetarja u l-forniment relatat ta' likwidità, is-sorveljanza tas-sistemi tal-ħlasijiet, tal-ikklerjar u tas-saldu tat-titoli u s-salvagwardja tal-istabilità tas-sistema finanzjarja, kif ukoll lill-BERS meta din l-informazzjoni tkun rilevanti għall-kompiti tiegħu.";

(13)     L-Artikolu 71 huwa emendat kif ġej:

(a)       il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2.       L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-eżerċitar ta' dmirijiethom l-awtoritajiet superviżorji jikkunsidraw il-konverġenza għal dak li jirrigwarda l-għodod superviżorji u l-prassi superviżjorji fl-applikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u r-rekwiżiti amministrattivi adottati skont din id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)    l-awtoritajiet superviżorji jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-AEAPX;

(b)    l-awtoritajiet kompetenti jsegwu l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tal-AEAPX u jiddikjaraw ir-raġunijiet jekk ma jagħmlux dan;

(c)    il-mandati nazzjonali kkonferiti lill-awtoritajiet superviżorji ma jfixklux it-twettiq ta' dmirijiethom bħala membri tal-AEAPX jew skont din id-Direttiva.";

(b)       il-paragrafu 3 jitħassar.

(14)     L-Artikolu 75 huwa emendat kif ġej:

(-a)      fil-paragrafu 1, il-punt b tal-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(b)      il-passivi għandhom jiġu stmati fl-ammont li bih jistgħu jiġu trasferiti, jew paċuti, bejn partijiet li għandhom għarfien u rieda u fi tranżazzjoni konkluża f'kundizzjonijiet normali tas-suq. L-applikazzjoni ta' skonti fir-rigward tal-passivi m'għandhiex tikkunsidra informazzjoni rigward attivi miżmuma minn impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.";

(a)       il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigwward tal-istima tal-attivi u l-passivi, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)       il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fl-istimar tal-attivi u l-passivi kif stabbilit fil-paragrafu 1;

(b)       l-istandards tal-kontabilità internazzjonali kif imħaddna mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 li huma konsistenti mal-approċċ tal-istimar tal-attivi u l-passivi kif stabbilit fil-paragrafu 1;

(c)       approċċi tal-istimar fejn il-prezzijiet kwotati tas-suq jew ma jkunux disponibbli jew ma jkunux konsistenti mal-approċċ tal-istimar tal-attivi u l-passivi kif stabbilit fil-paragrafu 1;

(d)       metodi alternattivi ta’ stimar li għandhom jintużaw fejn standards tal-kontabilità internazzjonali, kif imħaddna mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), ikunu temporanjament jew permanentement inkonsistenti mal-approċċ tal-istimar stabbilit fil-paragrafu 1.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(14a)   L-Artikolu 76(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2.      Il-valur tal-provvedimenti tekniċi għandu jikkorrispondi mal-ammont attwali li l-impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni jkollhom iħallsu jekk jittrasferixxu l-passivi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni immedjatament lil impriża oħra ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni. L-iskontar tal-provvedimenti tekniċi ma għandux jiġi affettwat mill-attivi miżmuma mill-impriżi ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni.";

(14b)   Fl-Artikolu 77(2) l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2.      L-aħjar stima għandha tikkorrispondi għall-medja peżata skont il-probabbiltà ta' flussi ta' flus futuri, filwaqt li jitqies il-valur fiż-żmien tal-flus (il-valur preżenti mistenni tal-flussi ta' flus futuri), billi tintuża l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti. L-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti użata biex jiġu skontati l-passivi tal-assigurazzjoni m'għandhiex tikkunsidra attivi miżmuma minn impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.";

(15)     L-artikoli li ġejjin huma inseriti:

"Artikolu 77a

"Informazzjoni teknika prodotta mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol

1.        L-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti li għandha tintuża għall-kalkolu tal-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2) għandha tiġi stabbilita u ppubblikata mill-AEAPX għal kull valuta rilevanti mill-inqas fuq bażi ta’ kull xahar. Il-Kapitolu VII ta’ dan it-Titolu għandu japplika fuq il-bażi ta’ din l-aħjar stima.

2.        Meta l-AEAPX, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, tosserva sitwazzjoni stressata fis-swieq finanzjarji għal valuta partikolari u meta l-AEAPX turi li din is-sitwazzjoni temporanja u eċċezzjonali huwa aktar probabbli milli le li twassal sabiex l-impriżi jbiegħu parti kbira u sostanzjali tal-portafoll tagħhom ta' titoli bi dħul fiss, għandha tiġi ppubblikata struttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti adattata għal kull valuta rilevanti bl-istess frekwenza bħall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.

L-adattament għandu jiġi kkalkulat b'referenza għal porzjon tal-firxa bejn ir-rata tal-imgħax li tkun tista' tinkiseb mill-attivi inklużi f'portafoll rappreżentattiv ta' attivi li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu investew fih u r-rati tal-istruttura tat-terminu bażika tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju. Il-porzjon m'għandux ikun attribwibbli għal valutazzjoni realistika tat-telf mistenni jew tar-riskju tal-kreditu mhux mistenni fuq l-attivi jew ta' kwalunkwe riskju ieħor.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw dik l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti adattata fil-kalkolu tal-aħjar stima fil-każ biss ta' ċerti passivi sostanzjalment mhux likwidi, identifikati skont l-Artikolu 86.

F’dak il-każ, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu pubblikament jiżvelaw l-użu ta’ dik l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti adattata u l-effett monetarju tal-pożizzjoni finanzjarja tagħhom.

3.        L-AEAPX għandha twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 u 2 b’mod trasparenti, oġġettiv u affidabbli.

Artikolu 77b

Estrapolazzjoni

Id-determinazzjoni mill-AEAPX tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju għandha tagħmel użu mill-informazzjoni misluta mill-istrumenti finanzjarji rilevanti u tkun konsistenti magħha. Din għandha tikkunsidra l-istrumenti finanzjarji rilevanti ta' dawk il-maturitajiet fejn is-swieq għal dawk l-istrumenti finanzjarji kif ukoll għall-bonds jistgħu jitqiesu profondi, likwidi u trasparenti. Għal maturitajiet fejn is-swieq għall-istrumenti finanzjarji rilevanti kif ukoll għall-bonds ma jistgħux aktar jitqiesu profondi, likwidi u trasparenti, l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju għandha tiġi estrapolata.

Għal kull valuta, il-parti estrapolata tal-istruttura bażika tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju għandha tkun ibbażata fuq rati forward li jikkonverġu gradwalment minn rata tal-imgħax waħda jew sett ta' rati ta' imgħax fir-rigward tal-itwal maturitajiet li għalihom l-istrumenti finanzjarji rilevanti u l-bonds f'dik il-valuta jistgħu jiġu osservati f'suq profond u likwidu sa rata forward aħħarija.

Il-parti estrapolata tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju bażika għandha tikkonverġi b'dan il-mod lejn ir-rata forward aħħarija b'tali mod li l-maturitajiet li jaqbżu b'10 snin l-itwal maturitajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu, ir-rati forward estrapolati ma jvarjawx b'aktar minn tliet punti ta' bażi mir-rata forward aħħarija.";

(16)     L-Artikolu 86 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 86

Standards tekniċi regolatorji

Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-metodi u l-kalkoli għall-provvedimenti tekniċi, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)    metodoloġiji attwarji u statistiċi għall-kalkolu tal-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2);

(b)    il-metodoloġiji, il-prinċipji u t-tekniki għad-determinazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2);

(c)    iċ-ċirkostanzi li fihom il-provvedimenti tekniċi għandhom jiġu kkalkulati bħala total, jew bħala somma tal-aħjar stima u marġni tar-riskju, u l-metodi li għandhom jintużaw fil-każ fejn provvedimenti tekniċi jiġu kkalkulati fit-total, kif imsemmi fl-Artikolu 77(4);

(d)    il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-marġni tar-riskju inkluż id-determinazzjoni tal-ammont ta’ fondi proprji eliġibbli meħtieġa għas-sostenn tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-kalibrazzjoni tar-rata tal-kost tal-kapital, kif imsemmi fl-Artikolu 77(5);

(da)  il-kriterji dettaljati għall-metodoloġija biex jiġu kkalkulati l-primjum ta’ nuqqas ta’ likwidità u l-metodoloġija biex jiġu identifikati passivi sostanzjali mhux likwidi, kif imsemmi fl-Artikolu 77a;

(e)    il-linji tan-negozju li fuq il-bażi tagħhom l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom jiġu segmentati sabiex jiġu kkalkulati l-provvedimenti tekniċi msemmija fl-Artikolu 80;

(f)     l-istandards li għandhom jintlaħqu għal dak li jirrigwarda l-iżgurar tal-adattezza, il-kompletezza u l-akkuratezza tad-dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi, u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom ikun xieraq li tintuża approssimizzazzjoni, inkluż l-approċċi każ b’każ, għall-kalkolu tal-aħjar stima, kif imsemmi fl-Artikolu 82;

(g)    il-metodoloġiji li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-aġġustament għall-inadempjenza tal-kontroparti msemmi fl-Artikolu 81 imfassla sabiex iqisu t-telf mistenni minħabba l-inadempjenza tal-kontroparti;

(h)    fejn ikun meħtieġ, metodi u tekniki simplifikati għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi, sabiex jiġi żgurat li l-metodi attwarji u statistiċi msemmija fil-punti (a) u (d) ikunu proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji sostnuti minn impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni inklużi l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni captive;

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

▌";

(17)     L-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej:

(a)    It-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 92

Standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni";

(b)    Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.          Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tad-determinazzjoni tal-fondi proprji, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)    il-kriterji ▌għall-għoti tal-approvazzjoni superviżorja ta’ fondi proprji anċillari skont l-Artikolu 90;

(b)    it-trattament tal-parteċipazzjonijiet, skont it-tifsira tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 212(2), f’istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu għal dak li jirrigwarda d-determinzzjoni ta’ fondi proprji.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(ba)     il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

"2a.       Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 90, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-formati u mudelli li għandhom jintużaw għall-għoti ta’ approvazzjoni superviżorja għall-użu ta' fondi proprji anċillari.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

";

(18)     L-Artikolu 97 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 97

Standards tekniċi regolatorji

1.        Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-fondi proprji, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)    lista ta’ oġġetti ta’ fondi proprji, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 96, ikkunsidrati li jissodisfaw il-kriterji, stabbiliti fl-Artikolu 94, li tinkludi għal kull oġġett ta' fondi proprji deskrizzjoni preċiża tal-karatteristiċi li ddeterminaw il-klassifikazzjoni tiegħu;

(b)    il-metodi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet superviżorji, fl-approvazzjoni tal-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni ta’ oġġetti ta’ fondi proprji li mhumiex koperti mil-lista msemmija fil-punt (a);

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment, u fejn ikun xieraq taġġorna, il-lista msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq.

▌";

(19)     L-Artikolu 99 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 99

Standards tekniċi regolatorji dwar l-eliġibilità tal-fondi proprji

1.        Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-eliġibilità tal-fondi proprji, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)    il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 98(1) u (2);

(b)    l-aġġustamenti li għandhom isiru sabiex jirriflettu n-nuqqas ta’ trasferibbiltà ta’ dawk l-oġġetti ta’ fondi proprji li jistgħu jintużaw biss sabiex ikopru telf li joriġina minn settur partikolari ta’ passivi jew minn riskji partikolari (fondi ring-fenced).

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010."

▌;

(19a)   L-artikolu li ġej huwa inserit:

"Artikolu 106a

Kalkolu tas-sottomodulu ta' riskju tal-firxa: mekkaniżmu ta’ aġġustament simetriku

1.        Is-sottomodulu ta' riskju tal-firxa kkalkulat skont il-formola standard għandu jinkludi aġġustament simetriku għar-rekwiżit kapitali tal-firxa applikat biex jiġi kopert ir-riskju li jirriżulta minn bidliet fil-livell tal-prezzijiet tal-bonds u l-prezzijiet ta' titoli oħra bi dħul fiss b'karatteristiċi simili ta' likwidità.

2.        L-aġġustament simetriku magħmul għar-rekwiżit tal-kapital tal-firxa standard ikkalibrat skont l-Artikolu 104(4), li jkopri r-riskju li jirriżulta minn bidliet fil-livell tal-prezzijiet tal-bonds u l-prezzijiet ta' titoli oħra bi dħul fiss b'karatteristiċi simili ta' likwidità, għandu jkun ibbażat fuq funzjoni tal-livell attwali ta' indiċi xieraq ta' titoli bi dħul fiss u fuq livell medju peżat ta' dak l-indiċi. Il-medja aġġustata għandha tkun ikkalkulata fuq perjodu xieraq ta’ żmien li għandu jkun l-istess għall-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

3.        L-aġġustament simetriku magħmul għar-rekwiżit tal-kapital tal-firxa standard ikkalibrat li jkopri r-riskju li jirriżulta minn bidliet fil-livell tal-prezzijiet tal-bonds u l-prezzijiet ta' titoli oħra bi dħul fiss b'karatteristiċi simili ta' likwidità m'għandux iwassal sabiex jiġi applikat rekwiżit tal-kapital tal-firxa li jkun iktar minn 25 % aktar baxx jew ogħla mir-rekwiżit tal-kapital tal-firxa standard.

4.        L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li japplikaw l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fl-Artikolu 77a(2) m'għandhomx japplikaw l-aġġustament simetriku magħmul għar-rekwiżit tal-kapital tal-firxa standard fil-każ meta r-riżultat tal-aġġustament skont l-Artikolu 106a ikun rekwiżit tal-kapital tal-firxa li jkun iktar baxx mir-rekwiżit tal-kapital tal-firxa standard.";

(19b)  Fl-Artikolu 105(6), is-subparagrafu li ġej huwa inserit wara t-tieni subparagrafu:

"Fejn kuntratt tad-derivati jiġi kklerjat permezz ta' kontroparti ċentrali awtorizzata, ir-rekwiżit tal-kapital korrispondenti tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti għandu jkun iktar baxx milli jekk il-kuntratt ma kienx ġie kklerjat b'dan il-mod.";

(20)     L-artikolu li ġej huwa inserit:

"Artikolu 109a

Kontributi tekniċi armonizzati għall-formola standard

1.        Għall-finijiet tal-kalkolu tal-modulu tar-riskju tas-suq u l-modulu tar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti msemmija fl-Artikolu 105(5) u (6), tista' tintuża valutazzjoni esterna tal-kreditu biex tiġi determinata l-possibilità ta' inadempjenza sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    il-valutazzjoni esterna tal-kreditu tinħareġ minn istituzzjoni ta’ valutazzjoni esterna tal-kreditu (IVEK);

(b)    l-IVEK tkun aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun ġiet irreġistrata jew iċċertifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jew, meta IVEK ma tkunx irreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, l-eliġibbiltà tagħha tkun ġiet ivvalutata mill-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt kif stabbilit skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 (il-Kumitat Konġunt) u suġġetta għar-rekwiżiti metodoloġiċi stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 13 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

(c)    il-valutazzjonijiet ta’ kreditu esterni jkunu allokati għal skala oġġettiva tal-passi tal-kwalità tal-kreditu mill-Kumitat Konġunt skont il-paragrafu 2;

2.        Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-Kumitat Konġunt għandu:

(a)    jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku lista tal-IVEK eliġibbli;

(b)    jivverifika li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu individwali jkunu aċċessibbli fuq termini ekwivalenti tal-inqas għall-istituzzjonijiet kollha li għandhom interess leġittimu f’dawk il-valutazzjonijiet ta’ kreditu individwali;

(c)    migħajr preġudizzju għall-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, jalloka valutazzjonijiet esterni tal-kreditu għal skala oġġettiva ta' livelli tal-kwalità tal-kreditu b'applikazzjoni tal-livelli speċifikati skont l-Artikolu 111(1)(n).

Biex tiġi evitata dipendenza żejda fuq l-IVEK, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jivverifikaw l-adegwatezza tal-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu bħala parti mill-ġestjoni tagħhom tar-riskji billi jużaw valutazzjonijiet addizzjonali kull meta jkun possibbli biex jevitaw dipendenza awtomatika fuq il-valutazzjonijiet esterni.

L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti biex jiġu vverifikati l-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1a.      Għall-finijiet tal-iffaċilitar tal-kalkolu tal-modulu tar-riskju tas-suq imsemmi fl-Artikolu 105(5), l-AEAPX għandha:

(a)    tippubblika listi ta’ gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, li skoperturi għalihom għandhom jiġu trattati bħala skoperturi għall-amministrazzjoni ċentrali tal-ġuriżdizzjoni li fiha jkunu stabbiliti, sakemm ma jkun hemm l-ebda differenza fir-riskju bejn tali skoperturi minħabba li l-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali jkollhom poteri speċifiċi ta’ impożizzjoni fiskali, u jkunu jeżistu arranġamenti istituzzjonali speċifiċi li jkollhom l-effett li jnaqqsu r-riskju ta’ inadempjenza;

(b)    tispeċifika l-aġġustamenti li għandhom isiru għall-valuti marbuta mal-euro fis-submodolu tar-riskju tal-valuta msemmi fl-Artikolu 105(5)(e) bl-applikazzjoni tal-krierji speċifikati fl-Artikolu 111(1)(p); kif ukoll

(c)    tispeċifika l-indiċi ta’ ekwità xieraq imsemmi fl-Artikolu 106(2), tikkalkola l-aġġustament simetriku msemmi fl-Artikolu 106 li japplika l-metodi, is-suppożizzjonijiet u l-parametri standard speċifikati skont l-Artikolu 111(1)(c) u l-kriterji dettaljati speċifikati fl-Artikolu 111(1)(o) u tippubblika ż-żewġ settijiet ta’ informazzjoni fuq bażi mensili; kif ukoll

(d)    tispeċifika l-indiċi ta’ dħul fiss xieraq imsemmi fl-Artikolu 106a(2), tikkalkola l-aġġustament simetriku msemmi fl-Artikolu 106a li japplika l-metodi, is-suppożizzjonijiet u l-parametri standard speċifikati skont l-Artikolu 111(1)(c) u l-kriterji dettaljati speċifikati fl-Artikolu 111(1)(o) u tippubblika ż-żewġ settijiet ta’ informazzjoni fuq bażi mensili.

1b.      Biex tiġi evitata dipendenza żejda fuq l-IVEK, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jivverifikaw l-adegwatezza tal-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu bħala parti mill-ġestjoni tagħhom tar-riskji billi jużaw valutazzjonijiet addizzjonali kull meta jkun possibbli biex jevitaw dipendenza awtomatika tal-ġestjoni tar-riskju fuq il-valutazzjonijiet esterni.

2.        Għall-fini li jkun iffaċilitat il-kalkolu tas-saħħa tal-modulu tas-sottoskrizzjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 105(4), l-AEAPX għandha tippubblika, skont il-kalkoli mogħtija mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kkonċernati, devjazzjonijiet standard fir-rigward ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali speċifiċi tal-Istati Membri li jippermettu l-qsim ta’ pretensjonijiet fir-rigward tar-riskju tas-saħħa fost l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)    il-mekkaniżmu għall-qsim ta’ pretensjonijiet ikun trasparenti u speċifikat bis-sħiħ qabel il-perjodu annwali li japplika għalih;

(b)    il-mekkaniżmu għall-qsim ta’ pretensjonijiet, l-għadd ta’ impriżi tal-assigurazzjoni li jieħdu sehem fis-sistema ta’ ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa (HRES) u l-karatteristiki tar-riskju tan-negozju suġġett għall-HRES jiżguraw li għal kull impriża li tieħu sehem fl-HRES il-volatilità tat-telf annwali tan-negozju suġġett għall-HRES titnaqqas b’mod sinifikanti permezz tal-HRES, kemm fir-rigward tal-primjum kif ukoll tar-riskju tar-riserva;

(c)    l-assigurazzjoni tas-saħħa suġġetta għall-HRES hija obbligatorja u sservi bħala alternattiva parzjali jew sħiħa għall-kopertura tas-saħħa mogħtija mis-sistema statutorja tas-sigurtà soċjali;

(d)    fil-każ ta’ inadempjenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jieħdu sehem fl-HRES, amministrazzjoni waħda jew aktar tal-Istati Membri jiggarantixxu li jissodisfaw bis-sħiħ il-pretensjonijiet tad-detentur tal-polza tan-negozju tal-assigurazzjoni li huwa suġġett għall-HRES.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a, u tistabbilixxi kriterji addizzjonali.";

(21)     L-Artikolu 111 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 111

Standards tekniċi regolatorji rigward l-Artikoli 103 sa 109

1.        Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-Artikolu 101 u l-Artikoli 103 sa 109, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)       formola standard skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 101 u 103 sa 109;

(b)       kwalunkwe submodulu meħtieġ jew li jkopri b’iżjed preċiżjoni r-riskji li jaqgħu taħt il-moduli tar-riskji rispettivi msemmija fl-Artikolu 104 kif ukoll kwalunkwe aġġornament sussegwenti;

(c)       il-metodu, is-suppożizzjonijiet, u l-parametri standard li għandhom jiġu kkalbirati għall-intervall ta' fiduċja msemmi fl-Artikolu 101(3) u li għandhom jintużaw, meta jiġi kkalkolat kull wieħed mill-moduli jew submoduli tar-riskju tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku stipulat fl-Artikoli 104, 105 u 304, il-mekkaniżmu ta' aġġustament simetriku u l-perjodu xieraq ta' żmien, espress f'għadd ta' xhur, kif spjegat fl-Artikolu 106 u fl-Artikolu 106a, u l-approċċ xieraq biex jiġi integrat il-metodu msemmi fl-Artikolu 304 fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kif ikkalkulat skont il-formula standard;

(d)       il-parametri ta’ korrelazzjoni, inklużi, jekk ikun meħtieġ, dawk stabiliti fl-Anness IV, u l-proċeduri għall-aġġornament ta’ dawk il-parametri;

(e)       fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jużaw tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju, il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-bidliet fil-profil tar-riskju tal-impriża konċernata u sabiex jiġi aġġustat il-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(f)        il-kriterji kwalitattivi li t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt (e) għandhom jissodisfaw sabiex jiġi żgurat li r-riskju jkun effettivament ġie ttrasferit lil parti terza,

(fa)     il-metodu li jrid jintuża meta jiġi vvalutat ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' inadempjenza tal-kontraparti fil-każ ta' skoperturi għal kontrapartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 105. Dawn il-parametri għandhom jitfasslu biex jiżguraw il-konsistenza mat-trattament ta' tali skoperturi fil-każ ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u kumpaniji tal-investiment kif inhu meħtieġ mid-Direttiva 2012/xx./UE (CRD IV);

(g)       il-metodi u l-parametri li għandhom jintużaw fil-valutazzjoni tar-rekwiżit kapitali għar-riskju operazzjonali stipulat fl-Artikolu 107, inkluż il-perċentwali msemmi fl-Artikolu 107(3);

(h)       il-metodi u l-aġġustamenti li għandhom jintużaw biex jiġi rifless l-iskop imnaqqas għad-diversifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'rabta mal-fondi li jkunu "ring-fenced";

(i)        il-metodu li għandu jintuża fil-kalkolu tal-aġġustament għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi jew taxxi differiti kif stipulat fl-Artikolu 108;

(j)        is-subsett tal-parametri standard fil-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u s-saħħa li jistgħu jinbidlu b’parametri speċifiċi tas-sottoskrizzjoni kif stabilit fl-Artikolu 104(7);

(k)       il-kriterji konnessi mal-metodi standardizzati li għandhom jintużaw mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għall-kalkolu tal-parametri speċifiċi tas-sottoskrizzjoni msemmija fil-punt (j), u kwalunkwe kriterju li jirrigwarda l-kompletezza, il-preċiżjoni, u l-adattezza tad-dejta użata li għandu jintlaħaq qabel ma tingħata l-approvazzjoni superviżorja flimkien mal-proċedura li għandha tiġi segwita għal approvazzjoni bħal din;

(l)        il-kalkoli simplifikati previsti għal sottomoduli speċifiċi u moduli tar-riskju, kif ukoll il-kriterji li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, inklużi l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni captive, għandhom jissodisfaw sabiex ikunu intitolati li jużaw kull waħda minn dawk is-simplifikazzjonijiet, kif stabilit fl-Artikolu 109;

(m)      l-approċċ li għandu jintuża fir-rigward tal-impriżi relatati fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 212 fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, b’mod parikolari l-kalkolu tas-sottomodulu tar-riskju ta’ ekwità msemmi fl-Artikolu 105(5), b’kunsiderazzjoni tat-tnaqqis probabbli fil-volatilità tal-valur ta’ dawk l-impriżi relatati li joriġinaw min-natura strateġika ta’ dawk l-investimenti u l-influwenza eżerċitata mill-impriża parteċipanti fuq dawk l-impriżi relatati.

(n)       l-allokazzjoni tal-istituzzjonijiet ▌tal-valutazzjoni tal-kreditu u għall-assoċjazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu sa skala ta' passi ta' kwalità tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 109a(1)(c);

(o)       il-kriterji dettaljati għall-indiċi ta’ ekwità msemmi fl-Artikolu 109a(1a)(c) u l-indiċi tat-titoli tad-dħul fiss imsemmi fl-Artikolu 109a(1a)(d);

(p)       il-kriterji dettaljati għall-aġġustamenti għall-valuti marbuta mal-euro bl-għan li jkun iffaċilitat il-kalkolu tas-sottomodulu tar-riskju tal-valuta msemmi fl-Artikolu 109a(1)(b);

(q)       il-kundizzjonijiet għall-kategorizzazzjoni tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 109a(1a)(a);

(r) il-kriterji dettaljati li l-arranġamenti ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali għandhom jissodisfaw, u l-metodoloġija u r-rekwiżiti għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard bl-iskop li jkun iffaċilitat il-kalkolu tal-modulu ta’ sottoskrizzjoni tar-riskju tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 109a(2).

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u formati u mudelli li għandhom jintużaw dwar:

(a)       l-aġġornament tal-parametri ta’ korrelazzjoni msemmija fil-punt (d);

(b)       l-approvazzjoni superviżorja biex jintużaw il-parametri speċifiċi għall-impriża kif imsemmi fil-punt (k).

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

2.        Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, li jistabbilixxu limiti kwantitattivi u kriterji tal-eliġibilità tal-attivi sabiex jiġu indirizzati riskji li mhumiex koperti adegwatament minn sottomodulu.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Tali standards tekniċi regolatorji għandhom japplikaw għal attivi li jkopru provvedimenti tekniċi, minbarra l-attivi miżmuma fir-rigward ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni tal-ħajja fejn ir-riskju ta’ investiment jaqa’ fuq id-detenturi tal-polza. Dawk l-istandards tekniċi regolatorji għandhom jiġu riveduti mill-Kummissjoni fid-dawl ta’ żviluppi fil-formola standard u s-swieq finanzjarji.";

(22)     L-Artikolu 114 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 114

Standards tekniċi u ta' implimentazzjoni rigward il-mudelli interni tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza

1.        Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-mudell intern sħiħ jew parzjali tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(b)       l-adattamenti li għandhom isiru fuq l-istandards stabiliti fl-Artikoli 120 sa 125 sabiex fid-dawl tal-kamp limitat tal-applikazzjoni tal-mudell intern parzjali;

(c)       ▌il-politika għat-tibdil ta’ mudell intern imsemmi fl-Artikolu 115;

(d)       il-mod li bih mudell intern parzjali għandu jiġi integrat kompletament fil-formola standard tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza msemmija fl-Artikolu 113(1)(c) u r-rekwiżiti għall-użu ta’ tekniki alternattivi ta’ integrazzjoni.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Is-setgħa hija ddelagata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u formati u mudelli li għandhom jintużaw dwar:

(a)       l-approvazzjoni ta’ mudell intern skont l-Artikolu 112; kif ukoll

(b)       l-approvazzjoni ta’ bidliet sostanzjali għal mudell intern u bidliet fil-politika għat-tibdil ta’ mudell intern imsemmi fl-Artikolu 115.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(23)     Artikolu 127 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 127

Standards tekniċi regolatorji rigward l-Artikoli 120 sa 126

Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-Artikoli 120 sa 126 u biex ittejjeb il-valutazzjoni aħjar tal-profil tar-riskju u l-ġestjoni tan-negozju ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-użu ta’ mudelli interni fl-Unjoni kollha.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(24)     L-Artikolu 129 huwa emendat kif ġej:

(a)       fil-paragrafu 1, il-punti (i),(ii) u (iii) huma sostitwiti b’dan li ġej:

"(i)     EUR 2 300 000 għall-impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, inklużi kumpaniji tal-assigurazzjoni captive, minbarra fil-każ fejn ir-riskji kollha inklużi f’waħda mill-klassijiet 10 sa 15 elenkati fil-Parti A tal-Anness I, jew xi wħud minnhom, ikunu koperti, li f’dan il-każ m’għandux ikun inqas minn EUR 3 500 000;

(ii)      EUR 3 500 000 għall-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, inklużi impriżi tal-assigurazzjoni captive;

(iii)      EUR 3 500 000 għall-impriżi tar-riassigurazzjoni, minbarra fil-każ ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni captive, li f’dan il-każ ir-Rekwiżit Kapitali Minimu m’għandux ikun inqas minn EUR 1 100 000;";

(b)       fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom, għal perjodu li jiġi fi tmiemu mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, li jirrikjedu li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tapplika l-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu esklussivament għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża kkalkulat skont il-Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsima 2.";

(c)       fil-paragrafu 4, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

"Għall-finijiet tal-kalkoli tal-limiti msemmija fil-paragrafu 3, l-impriżi m'għandhomx ikunu meħtieġa jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fuq bażi ta’ kull tliet xhur.";

(d)       Fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"5.      Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE* sal 31 ta’ Ottubru 2017 fir-rigward tar-regoli tal-Istati Membri u l-prattiki tal-awtoritajiet superviżorji adottati skont il-paragrafi 1 sa 4.

___________

* ĠU L 3, 7.1.2004, p. 34.";

(27)     L-Artikolu 130 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 130

Standards tekniċi regolatorji

Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tar-rekwiżiti kapitali minimi, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali Minimu, imsemmi fl-Artikoli 128 u 129.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(28)     Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 131 id-dati "31 ta’ Ottubru 2012" u "31 ta’ Ottubru 2013" għandhom jiġu sostitwiti rispettivament bid-dati "31 ta’ Diċembru 2012" u "31 ta’ Diċembru 2013 rispettivament".

(29)     L-Artikolu 135 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 135

Standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni rigward ir-rekwiżiti kwalitattivi

1.        Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fr-rigward tal-Artikoli 132(2) u 132(4), l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti kwalitattivi fl-oqsma li ġejjin:

(a)       l-identifikazzjoni, il-kejl, il-monitoraġġ u l-immaniġġjar ▌ta' riskji riżultanti mill-investimenti fir-rigward tal-ewwel supbaragrafu tal-Artikolu 132(2);

(b)       l-identifikazzjoni, il-kejl, il-monitoraġġ u l-immaniġjar ▌tar-riskji speċifiċi li jirriżultaw minn investimenti fi strumenti derivati u attivi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 132(4) u d-determinazzjoni tal-punt safejn l-użu ta' tali attivi jikkwalifika bħala tnaqqis tar-riskju jew ġestjoni effiċjenti tal-portafoll kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 132(4).

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1a.      Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri tar-rappurtar li għandhom jiġu segwiti u formati u mudelli li għandhom jintużaw.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

2.        Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a ▌, li jistabilixxu:

(a)       ir-rekwiżiti li jeħtieġ li jiġu ssodisfati mill-impriżi li jirripakkjaw selfiet f'titoli li jistgħu jkun negozjati jew strumenti finanzjarji (oriġinaturi) sabiex impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun tista' tinvesti f' tali titoli jew strumenti maħruġa wara l-1 ta' Jannar 2011, inklużi rekwiżiti li jiżguraw li l-oriġinatur iżomm imgħax ekonomiku nett ta' mhux inqas minn 5 %;

(b)       rekwiżiti kwalitattivi li jridu jiġu ssodisfati mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jinvestu f'dawn it-titoli jew strumenti.

(c)       l-ispeċifikazzjonijiet għaċ-ċirkostanzi li fihom tista’ tiġi imposta supplimentazzjoni kapitali meta r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu jkunu nkisru, mingħajr ħsara għall-Artikolu 101(3).

2a.      Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-paragrafu 2(c), l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġiji għall-kalkolu tas-supplimentazzjonijiet kapitali msemmijin f'dak il-paragrafu.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

(30) L-Artikolu 138(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

▌"4.    Fil-każ ta’ waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji, kif iddikjarat mill-AEAPX skont dan il-paragrafu, u f’konsultazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010, l-awtorità superviżorja tista’ testendi l-perjodu stabilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 b’perjodu xieraq ta’ żmien b’kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha inkluż il-perjodu medju ta' validità tal-provvedimenti tekniċi.

Meta l-perjodu medju ta' validità tal-provvedimenti tekniċi jkun aktar minn 12-il sena, terz tal-perjodu għandu jitqies xieraq għad-determinazzjoni tal-perjodu fl-ewwel subparagrafu b'massimu ta' seba' snin.

▌Mingħajr ħsara għall-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-AEAPX tista’, wara talba mill-awtorità superviżorja kkonċernata jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tadotta deċiżjoni li tiddetermina l-eżistenza ta’ waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji. Waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji teżisti meta jkun hemm waqgħa fis-swieq finanzjarji fl-Unjoni kollha li tkun mhux prevista u drastika, u li tkun differenti mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li jseħħ bħala parti miċ-ċiklu ekonomiku▌.

L-AEAPX għandha għall-inqas darba fix-xahar tanalizza jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu preċedenti jkunux għadhom japplikaw fid-data tal-analiżi▌. Għal dan l-għan, l-AEAPX tista’, fuq talba mill-awtorità superviżorja kkonċernata jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tadotta deċiżjoni li tiddetermina li l-waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji ma kinitx għadha teżisti.

Mingħajr ħsara għall-kompetenzi tagħhom, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jinfurmaw, fil-qafas tal-kulleġġi ta’ superviżuri, dwar id-deċiżjoni tagħhom li jirrifjutaw l-estensjoni tal-perjodu msemmi fis-subparagrafu 5.

Fejn ikun hemm opinjonijiet diverġenti fil-kulleġġ ta' superviżuri rigward ir-rifjut mill-awtorità superviżorja kkonċernata li testendi l-perjodu msemmi fis-subparagrafu 5, is-superviżur tal-grupp jew kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji jistgħu jikkonsultaw mal-AEAPX. L-AEAPX għandha tiġi kkonsultata matul perjodu ta’ xahar u l-awtoritajiet superviżorji kollha kkonċernati għandhom jiġu infurmati. Meta tkun ġiet ikkonsultata l-AEAPX, l-awtorità superviżorja kkonċernata għandha tikkunsidra dan il-parir kif xieraq qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha. Skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-AEAPX f’dak l-istadju għandha taġixxi bħala medjatur.

Meta fl-aħħar tal-perjodu msemmi fis-subparagrafu 7 ta' dan l-Artikolu, jekk ebda ftehim ma jkun intlaħaq fil-kulleġġ, is-superviżur tal-grupp jew kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati tkun irriferiet ir-rifjut tal-awtorità superviżorja kkonċernata lill-AEAPX skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-awtorità superviżorja kkonċernata għandha tiddiferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b’konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX.

Il-perjodu msemmi fis-subparagrafi 6 u 7 għandu jitqies bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament. L-AEAPX għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferita lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu msemmi jew wara li jkun intlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.

Kull tliet xhur, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata għandha tippreżenta rapport ta’ progress lill-awtorità superviżorja tagħha li fih tispjega l-miżuri li jkunu ttieħdu u l-progress li jkun sar biex jerġa’ jiġi stabbilit il-livell ta’ fondi proprji eliġibbli li jkopri r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex jitnaqqas il-profil tar-riskju biex tiġi żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

L-estensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi rtirata fejn dak ir-rapport ta’ progress juri li ma kien hemm l-ebda progress sinifikanti biex jintlaħaq l-istabbiliment mill-ġdid tal-livell ta’ fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju biex tiġi żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza bejn id-data tal-osservazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-data tal-preżentazzjoni tar-rapport ta’ progress.

▌";

(31)     L-Artikolu 143 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 143

Standards tekniċi regolatorji rigward l-Artikolu 138(4)

1.        Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti mal-Artikolu 138(4), l-AEAPX tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-fatturi u l-kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 138(4) inkluż il-perjodu ▌massimu ta’ żmien, espress f’għadd totali ta’ xhur, li għandu jkun l-istess għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kollha kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 138(4).

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1a.      Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-Artikolu 138(4), l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-AEAPX fid-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji skont l-Artikolu 138(4).

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

2.        Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-Artikolu 138(2), l-Artikolu 139(2) u l-Artikolu 141, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-pjan ta’ rkupru msemmi fl-Artikolu 138(2) u l-iskema finanzjarja msemmija fl-Artikolu 139(2) u fir-rigward tal-Artikolu 141, filwaqt li toqgħod attenta li tevita effetti proċikliċi."

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(31a)   fl-Artikolu 149, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.      Kwalunkwe bidla li impriża tal-assigurazzjoni jkollha l-intenzjoni li tagħmel lill-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 147 għandha tkun suġġetta għall-proċedura prevista fl-Artikoli 147 u 148.";

(32)     is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 155(3):

"Barra minn hekk, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru tad-domiċilju jew dak ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19, paragrafi 1 sa 4 u 6 tar-Regolament (EU) Nru 1094/2010. F’dak il-każ, l-AEAPX tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.";

(32a)   fl-Artikolu 155, il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"9.      L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-AEAPX bl-għadd u t-tipi ta’ każijiet li rriżultaw f’rifjuti skont l-Artikoli 146 u 148 jew li għalihom ittieħdu miżuri skont il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.”;

(33)     fl-Artikolu 158(2), is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

"Barra minn hekk, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru tad-domiċilju jew dak ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19(1) sa (4) u (6) tar-Regolament (EU) Nru 1094/2010. F’dak il-każ, l-AEAPX tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-artikolu.";

(33a)   L-Artikolu 159 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 159

Informazzjoni statistika dwar attivitajiet transkonfinali

Kull impriża tal-assigurazzjoni għandha tinforma lill-awtorità superviżorja kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, separatament, fir-rigward ta’ operazzjonijiet imwettqa skont id-dritt ta’ stabbiliment u dawk imwettqa taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bl-ammont ta’ primjums, klejms u kummissjonijiet, mingħajr tnaqqis ta’ riassigurazzjoni, skont l-Istat Membru u kif ġej:

(a)       għal assigurazzjoni mhux tal-ħajja, skont il-linji tan-negozju kif stipulat fl-att delegat korrispondenti;

(b)       għal assigurazzjoni tal-ħajja, skont kull linja tan-negozju I sa IX, kif stipulat fl-att delegat korrispondenti.

Fir-rigward tal-klassi 10 fil-Parti A tal-Anness I, mhux inkluża r-reponsabbiltà tat-trasportatur, l-impriża kkonċernata għandha tinforma wkoll lill-awtorità superviżorja bil-frekwenza u l-medja tal-ispiża tal-klejms.

L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi fi żmien raġonevoli u f’forma aggregata lill-awtoritajiet superviżorji ta’ kull Stat Membru kkonċernat fuq talba tagħhom.";

(34)     L-Artikolu 172 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 172

Ekwivalenza fir-rigward tal-impriżi tar-riassigurazzjoni

1.        Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a, ▌ billi tispeċifika l-kriterji sabiex tivvaluta jekk ir-reġim tas-superviżjoni ta’ pajjiż terz applikat għal attivitajiet ta’ riassigurazzjoni ta’ impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’dak il-pajjiż terz huwiex ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I▌.

2.        Jekk il-kriterji adottati skont il-paragrafu 1 ġew issodisfati minn pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tiddeċiedi li r-reġim superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz, applikat għall-attivitajiet tar-riassigurazzjoni ta’ impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’dak il-pajjiż terz, huwa ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I ta' din id-Direttiva.

Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jiġu rieżaminati regolarment, biex jieħdu kont ta’ kwalunkwe tibdil sinifikanti fir-reġim superviżorju stipulat fit-Titolu I, u fir-reġim superviżorju tal-pajjiż terz.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq il-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

3.        Meta skont il-paragrafu 2 ir-reġim superviżorju ta’ pajjiż terz ġie meqjus ekwivalenti għal dak stipulat f’din Direttiva, kuntratti tar-riassigurazzjoni konklużi ma’ impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’dak il-pajjiż terz għandhom jiġu trattati bl-istess mod bħal kuntratti tar-riassigurazzjoni konklużi ma' impriżi awtorizzati skont din id-Direttiva.

4.        Bħala deroga mill-paragrafu 2, u anke jekk il-kriterji speċifikati skont il-paragrafu 1 ma ġewx issodisfati, il-Kummissjoni tista’, għal perjodu limitat u b’konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tiddeċiedi li r-reġim superviżorju ta’ pajjiż terz applikat għall-attivitajiet tar-riassigurazzjoni ta’ impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’dak il-pajjiż terz huwa temporanjament ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, jekk dak il-pajjiżi terz ikun tal-inqas ikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)       ikun ta impenji bil-miktub lill-Unjoni biex jadotta u japplika reġim superviżorju li jkun jista' jiġi vvalutat bħala ekwivalenti b’konformità mal-paragrafu 2, qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu limitat;

(b)       ikun stabbilixxa programm ta' konverġenza biex jissodisfa l-impenn skont il-punt (a);

(c)       ikun alloka biżżejjed riżorsi biex jissodisfa l-impenn skont il-punt (a);

(d)       ikollu reġim ta' solvenza li jkun ibbażat fuq ir-riskji u bbażat fuq il-valutazzjoni ekonomika tal-attivi u tal-passivi;

(e)       ikun ikkonkluda ftehimiet għall-iskambju ta’ informazzjoni superviżorja kunfidenzjali, skont l-Artikolu 264;

(f)       ikollu sistema superviżorja indipendenti bbażata fuq prinċipji ewlenin, prinċipji u standards adottati mill-IAIS;

(g)       ikun stabbilixxa obbligi dwar is-segretezza professjonali għall-persuni kollha li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet superviżorji tiegħu, b'mod partikolari dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-AEAPX u l-awtoritajiet superviżorji kif definit fl-Artikolu 13(10).

Kwalunkwe deċiżjoni dwar ekwivalenza temporanja għandha tqis ir-rapporti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 177(2). Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jiġu rieżaminati regolarment, fuq il-bażi tar-rapporti ta’ progress mill-pajjiż terz rilevanti, li jiġu ppreżentati u jkunu vvalutati mill-Kummissjoni u l-AEAPX kull sitt xhur.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq il-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a, li jispeċifikaw aktar il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

5.        Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4 għandu jkun ħames snin mill-1 ta' Jannar 2014 jew sad-data li fiha, f’konformità mal-paragrafu 2, ir-reġim superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz ikun meqjus bħala ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I, skont liema tiġi l-ewwel.

Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'massimu ta' sena oħra, meta dan iż-żmien ikun meħtieġ għall-AEAPX u l-Kummissjoni biex iwettqu l-valutazzjoni tal-ekwivalenza għall-finijiet tal-paragrafu 2.

6.        Il-kuntratti tar-riassigurazzjoni konklużi ma’ impriżi li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz, li r-reġim superviżorju tiegħu tqies bħala temporanjament ekwivalenti skont il-paragrafu 4, għandhom jingħataw l-istess trattament bħal dak stabbilit fil-paragrafu 3. L-Artikolu 173 għandu japplika wkoll għall-impriżi tar-riassigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz, li r-reġim superviżorju tiegħu tqies bħala temporanjament ekwivalenti skont il-paragrafu 4.

(35a)   L-Artikolu 176 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 176

Informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-AEAPX

L-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-AEAPX u lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ sussidjarji diretti jew indiretti li waħda jew aktar mill-impriżi prinċipali tagħhom ikunu regolati bil-liġijiet ta’ pajjiż terz.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll indikazzjoni tal-istruttura tal-grupp ikkonċernat.

Meta impriża rregolata bil-liġi ta’ pajjiż terz takkwista parteċipazzjoni f’impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata fil-Komunità b’mod illi dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ssir sussidjarja ta’ dik l-impriża minn pajjiż terz, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AEAPX u lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri l-oħra.”;

(35b)   L-Artikolu 177(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.      L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-AEAPX dwar kwalunkwe diffikultajiet ġenerali li jkollhom l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tagħhom biex jistabbilixxu ruħhom u jaħdmu f’pajjiż terz jew biex iwettqu attivitajiet f’pajjiż terz.”;

(36)     L-Artikolu 210(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2.       Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tar-riassigurazzjoni finite, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-monitoraġġ, l-immaniġġjar u l-kontroll tar-riskji li jirriżultaw mill-attivitajiet tar-riassigurazzjoni finite.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

2a.      Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri tar-rappurtar li għandhom jiġu segwiti u formati u mudelli li għandhom jintużaw.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(37)     Fl-Artikolu 211, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"2.       Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-Artikolu 211(1), l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji li ġejjin għal approvazzjoni superviżorja:

(a)       l-ambitu tal-awtorizzazzjoni;

(b)       il-kundizzjonijiet mandatorji li għandhom jiġu inklużi fil-kuntratti kollha li jinħarġu;

(c)       ir-rekwiżiti idonji u xierqa tajba kif imsemmi fl-Artikolu 42 tal-persuni li jkunu qegħdin imexxu l-istrument bi skop speċjali;

(d)       ir-rekwiżiti idonji u xierqa għall-azzjonisti jew membri li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikattiva fl-istrument bi skop speċjali;

(e)       proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tajbin, mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati u rekwiżiti tal-immaniġjar tar-riskji;

(f)        rekwiżiti kontabilistiċi, u dawk prudenzjali u tal-informazzjoni statistika;

(g)       rekwiżiti tas-solvenza.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

2a.      Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 211(1) u (2), l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u formati u mudelli li għandhom jintużaw għall-għoti ta’ approvazzjoni superviżorja biex jiġu stabbiliti strumenti bi skop speċjali.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

2b.      Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 211 (1) u (2), l-AEAPX tista’ tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u formati u mudelli li għandhom jintużaw għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, fejn l-istrument bi skop speċjali li jassumi riskju minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ikun stabbilit fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru li fih l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija awtorizzata.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

3.        L-istrumenti bi skop speċjali awtorizzati qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 għandhom ikunu soġġetti għal-liġi tal-Istat Membru li jkun awtorizza l-istrument bi skop speċjali. Madankollu, kull attività ġdida mibdija bi strument bi skop speċjali bħal dan wara dik id-data għandha tkun soġġetta għall-paragrafi 1, 2 u 2a.";

(37a)   Fl-Artikolu 212(1), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(e) "kulleġġ ta’ superviżuri” tfisser struttura permanenti iżda flessibbli għall-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar is-superviżjoni ta’ grupp, li l-membri tiegħu jkunu:

         is-superviżur tal-grupp,

         l-awtoritajiet superviżorji li jissorveljaw l-impriżi tal-grupp, li ma jkunux is-superviżur tal-grupp, u

-          l-AEAPX, li għall-fini ta’ din id-definizzjoni għandha tkun ikkunsidrata awtorità superviżorja.”;

(38)     L-Artikolu 216 huwa emendat kif ġej:

(a)       fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“F’dan il-każ, l-awtorità superviżorja għandha tispjega d-deċiżjoni tagħha kemm lis-superviżur tal-grupp kif ukoll lill-impriża prinċipali aħħarija fil-livell tal-Unjoni. Is-superviżur tal-grupp għandu jinnotifika lill-kulleġġ tas-superviżuri skont l-Artikolu 248(1)(a).”;

(b)      fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-awtorità superviżorja għandha tispjega tali deċiżjonijiet kemm lill-impriża kif ukoll lis-superviżur tal-grupp. Is-superviżur tal-grupp għandu jinnotifika lill-kulleġġ tas-superviżuri skont l-Artikolu 248(1)(a).”;

(c)       il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"7.       L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom tista’ tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Is-setgħa tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.";

(39)     L-Artikolu 217 huwa emendat kif ġej:

(a)       fil-paragrafu 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“F’dan il-każ, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jispjegaw il-ftehim tagħhom kemm lis-superviżur tal-grupp kif ukoll lill-impriża prinċipali aħħarija fil-livell tal-Unjoni. Is-superviżur tal-grupp għandu jinnotifika lill-kulleġġ tas-superviżuri skont l-Artikolu 248(1)(a).”;

(b)       il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a, li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom tkun tista’ tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

(40)     L-Artikolu 227 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 227

Ekwivalenza relatata mal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta' pajjiżi terzi

1.        Meta tiġi kkalkolata s-solvenza, f’ konformita’ mal-Artikolu 233, tal-grupp ta’ xi impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li hija impriża parteċipanti f’xi impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f’pajjiż terz, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha, għall-fini ta’ dak il-kalkolu biss, tiġi ttrattata bħala impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata.

Madankollu, fejn il-pajjiż terz li dik l-impriża jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fih jeżiġi li tikseb awtorizzazzjoni u jimponilha reġim ta’ solvenza li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kalkolu għandu jikkunsidra, fir-rigward ta’ dik l-impriża, ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-fondi proprji eliġibbli sabiex jissodisfaw dak ir-rekwiżit kif stipulat mill-pajjiż terz ikkonċernat.

2.        Fejn ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni skont il-paragrafu 4 jew il-paragrafu 6, il-verifika dwar jekk ir-reġim impost mill-pajjiż terz huwiex tal-anqas ekwivalenti għandha ssir mis-superviżur tal-grupp fuq talba tal-impriża parteċipanti jew fuq inizjattiva tagħha stess. L-AEAPX għandha tassisti lis-superviżur tal-grupp f’konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Meta jkun qed jagħmel dan, is-superviżur tal-grupp, megħjun mill-AEAPX, għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u lill-AEAPX qabel ma jieħu deċiżjoni dwar l-ekwivalenza. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed skont il-kriterji adottati skont il-paragrafu 3. Is-superviżur tal-grupp m'għandu jieħu ebda deċiżjoni fir-rigward ta’ pajjiż terz li tikkontradixxi kwalunkwe deċiżjoni meħuda fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz preċedentement ħlief fejn dan ikun neċessarju biex jitqiesu tibdiliet sinifikanti fir-reġim superviżorju stabbilit fit-Titolu I, Kapitolu VI u fir-reġim superviżorju fil-pajjiż terz.

Meta l-awtoritajiet superviżorji ma jaqblux mad-deċiżjoni meħuda skont is-subparagrafu 2, dawn jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19(1), (2), (3) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 fi żmien tliet xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni mis-superviżur tal-grupp. F’dak il-każ, l-AEAPX tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.

3.        Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a sabiex tispeċifika l-kriterji ħalli jiġi vvalutat jekk ir-reġim superviżorju ta’ pajjiż terz huwiex ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I, Kapitolu VI.

4.        Jekk il-kriterji adottati skont il-paragrafu 3 jkunu ġew issodisfati minn pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tiddeċiedi li r-reġim superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz huwa ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, Kapitolu VI.

Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jiġu rieżaminati regolarment biex jieħdu kont ta’ kwalunkwe tibdil sinifikanti fir-reġim superviżorju stipulat fit-Titolu I, Kapitolu VI, u fir-reġim superviżorju fil-pajjiż terz.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq il-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

5.        Bħala deroga mill-paragrafu 4, u anke jekk il-kriterji speċifikati skont il-paragrafu 3 ma ġewx issodisfati, il-Kummissjoni tista’, għal perjodu limitat u b’konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tiddeċiedi li r-reġim superviżorju ta’ pajjiż terz applikat għal impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’dak il-pajjiż terz huwa temporanjament ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, Kapitolu IV, jekk dak il-pajjiżi terz ikun tal-inqas ikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)       ikun ta impenji bil-miktub lill-Unjoni biex jadotta u japplika reġim superviżorju li jkun jista' jiġi vvalutat bħala ekwivalenti b’konformità mal-paragrafu 2, qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu limitat;

(b)       ikun stabbilixxa programm ta' konverġenza biex jissodisfa l-impenn skont il-punt (a);

(c)       ikun alloka biżżejjed riżorsi biex jissodisfa l-impenn skont il-punt (a);

(d)       ikollu reġim superviżorju li jkun ibbażat fuq ir-riskji u bbażat fuq il-valutazzjoni ekonomika tal-attivi u tal-passivi;

(e)       ikun ikkonkluda ftehimiet għall-iskambju ta’ informazzjoni superviżorja kunfidenzjali skont l-Artikolu 264;

(f)       ikollu sistema superviżorja indipendenti bbażata fuq prinċipji ewlenin, prinċipji u standards adottati mill-IAIS;

(g)       ikun stabbilixxa obbligi dwar is-segretezza professjonali għall-persuni kollha li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet superviżorji tiegħu, b'mod partikolari dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-AEAPX u l-awtoritajiet superviżorji kif definit fl-Artikolu 13(10).

Kwalunkwe deċiżjoni dwar ekwivalenza temporanja għandha tqis ir-rapporti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 177(2). Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jiġu rieżaminati regolarment abbażi tar-rapporti ta’ progress mill-pajjiż terz rilevanti, li jiġu ppreżentati u huma vvalutati mill-Kummissjoni u l-AEAPX kull sitt xhur.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq il-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a, li jispeċifikaw aktar il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

6.        Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 għandu jkun ħames snin mid-data msemmija fl-Artikolu 310 jew sad-data li fiha, f’konformità mal-paragrafu 4, ir-reġim superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz ikun meqjus bħala ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I, Kapitolu VI, skont liema sseħħ l-ewwel.

Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'massimu ta' sena oħra, meta dan iż-żmien ikun meħtieġ għall-AEAPX u l-Kummissjoni biex iwettqu l-valutazzjoni tal-ekwivalenza għall-finijiet tal-paragrafu 4.

7.        Meta tkun ittieħdet deċiżjoni skont il-paragrafu 5 li r-reġim superviżorju ta’ pajjiż terz huwa ekwivalenti temporanjament, dak il-pajjiż terz għandu jitqies ekwivalenti għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.";

(40a)   L-Artikolu 231 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 231

Mudell intern għall-grupp

1.        Fil-każ ta’ applikazzjoni għal permess biex ikun ikkalkulat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza konsolidat tal-grupp, kif ukoll ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp, abbażi ta’ mudell intern, sottomess minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u l-impriżi relatati tagħha, jew b’mod konġunt mill-impriżi relatati ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jikkooperaw biex jiddeċiedu jekk jagħtux il-permess jew le u biex jiddeterminaw it-termini u l-kondizzjonijiet, jekk ikun il-każ, li għalihom għandu jkun suġġett l-għoti ta’ dan il-permess.

L-applikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi sottomessa lis-superviżur tal-grupp.

Is-superviżur tal-grupp għandu jinforma u jgħaddi l-applikazzjoni sħiħa lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri mingħajr dewmien.

2.        L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ meta s-superviżur tal-grupp ikun irċieva l-applikazzjoni sħiħa.

3.        Jekk, fi żmien il-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi fil-paragrafu 2, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-AEAPX skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, is-superviżur tal-grupp għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni għandha tkun rikonoxxuta bħala determinanti u applikata mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.

Jekk, skont l-Artikolu 41(2) u (3) u l-Artikolu 44(1)(3) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, id-deċiżjoni proposta mill-bord tiġi rrifjutata, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu deċiżjoni finali. Dik id-deċiżjoni għandha tkun rikonoxxuta bħala determinanti u applikata mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati. Il-perjodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta’ dak ir-Regolament.

L-AEAPX għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

4.        L-AEAPX tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-proċess tad-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fil-paragrafu 1, bil-ħsieb li jkunu ffaċilitati deċiżjonijiet konġunti.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

5.        Meta l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jkunu ħadu deċiżjoni konġunta kif imsemmi fil-paragrafu 2, is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-applikant b’dokument li jistabbilixxi r-raġunijiet kompleti.

6.        F’każ li ma titteħidx deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur mid-data meta l-grupp jirċievi l-applikazzjoni kompleta, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni.

Fit-teħid tad-deċiżjoni, is-superviżur tal-grupp għandu jqis kif xieraq kwalunkwe fehmiet u riżervi tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati espressi waqt il-perjodu applikabbli.

Is-superviżur tal-grupp għandu jagħti lill-applikant u lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra dokument li jispjega d-deċiżjoni motivata bis-sħiħ tiegħu.

Dik id-deċiżjoni għandha tkun rikonoxxuta bħala determinanti u applikata mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.

7.        Fejn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jidhrilha li l-profil tar-riskju ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt is-superviżjoni tagħha jiddevja b’mod sostanzjali mis-suppożizzjonijiet bażiċi tal-mudell intern approvat fuq livell ta’ grupp, u sakemm dik l-impriża ma tkunx indirizzat it-tħassib tal-awtorità superviżorja kif suppost, dik l-awtorità tista’, skont l-Artikolu 37, timponi supplimentazzjoni kapitali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tat-tali mudell intern.

F’ċirkustanzi eċċezzjonali, meta tali supplimentazzjoni kapitali ma tkunx xierqa, l-awtorità superviżorja tista’ titlob lill-impriża kkonċernata biex tikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fuq il-bażi tal-formula standard imsemmija fit-Titolu 1, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, is-Subtaqsimiet 1 u 2. B’ konformità mal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 37(1), l-awtorità superviżorja tista’ timponi supplimentazzjoni kapitali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-formola standard.

L-awtorità superviżorja għandha tispjega kwalunkwe deċiżjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi kemm lill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif ukoll lill-membri l-oħra tal-kulleġġ tas-superviżuri.

L-AEAPX tista’ toħroġ linji gwida biex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u koerenti ta’ dan il-paragrafu.”;

(40b)   Fl-Artikolu 232, it-tielet paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“L-Artikolu 37(1) sa (5), flimkien mal-atti delegati u l-istandards tekniċi regolatorji ta’ implimentazzjoni li jittieħdu b’konformità mal-Artikolu 37(6) sa (7), għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

(40c)   Fl-Artikolu 233(6), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Artikolu 37(1) sa (5), flimkien mal-atti delegati u l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni li jittieħdu b’konformità mal-Artikolu 37(6) sa (7), għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

(44)     L-Artikolu 234 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 234

Standards tekniċi regolatorji rigward l-Artikoli 220 sa 229 u 230 sa 233

Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-prinċipji u l-metodi tekniċi kif spjegat fl-Artikoli 220 sa 229 u l-applikazzjoni tal-Artikoli 230 sa 233, li jirriflettu n-natura ekonomika ta' strutturi legali speċifiċi.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(45)     L-Artikolu 237 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 237

Sussidjarji ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni: deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

1.        Fil-każ ta’ applikazzjonijiet għal permess biex tkun suġġett għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 238 u 239, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jaħdmu flimkien fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri, f’konsultazzjoni sħiħa ma’ xulxin, biex jiddeċiedu jekk jagħtux il-permess mitlub jew le u biex jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet l-oħra, jekk dan ikun il-każ, li għalihom dan il-permess għandu jkun suġġett.

Applikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi sottomessa biss lill-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja. Dik l-awtorità superviżorja għandha tinforma u tgħaddi l-applikazzjoni sħiħa lill-membri l-oħra fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri mingħajr dewmien.

2.        L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta l-awtoritajiet superviżorji kollha fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri jkunu rċevew l-applikazzjoni sħiħa.

3.        Jekk, fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 2, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-AEAPX skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, is-superviżur tal-grupp għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni għandha tkun rikonoxxuta bħala determinanti u applikata mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.

Jekk, skont l-Artikolu 41(2) u (3) u l-Artikolu 44(1)(3) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, id-deċiżjoni proposta mill-bord tiġi rrifjutata, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu deċiżjoni finali. Dik id-deċiżjoni għandha tkun rikonoxxuta bħala determinanti u applikata mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati. Il-perjodu ta’ tliet xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta’ dak ir-Regolament.

L-AEAPX għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referuta lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tliet xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

4.        L-AEAPX tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-proċess tad-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fil-paragrafu 1, bil-ħsieb li jkunu ffaċilitati deċiżjonijiet konġunti.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

5.        Fejn l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jkunu ħadu deċiżjoni konġunta kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja għandha tipprovdi lill-applikant b’dokument li jagħti l-motivazzjonijiet kollha. Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi rikonoxxuta bħala finali u għandha tkun applikata mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.

6.        Fejn ma jkunx hemm deċiżjoni konġunta tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati fil-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 2, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fir-rigward tal-applikazzjoni.

Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, is-superviżur tal-grupp għandu jikkunsidra tajjeb dan li ġej:

(a)       kwalunkwe fehma u riżerva tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati waqt il-perjodu applikabbli;

(b)       kwalunkwe riżerva tal-awtoritajiet l-oħra superviżorji fil-kulleġġ tas-superviżuri espressa waqt il-perjodu applikabbli.

Id-deċiżjoni għandha tagħti l-motivazzjonijiet kollha u għandha tinkludi spjegazzjoni ta’ xi devjazzjoni sinifikanti mir-riżervi tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati. Is-superviżur tal-grupp għandu jagħti kopja tad-deċiżjoni lill-applikant u lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra. Id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tkun applikata mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.”;

(45a)   Fl-Artikolu 238, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4. Il-kulleġġ tas-superviżuri għandu jagħmel kulma jista’ biex jilħaq ftehim dwar il-proposta tal-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja jew dwar miżuri oħra possibbli.

Dak il-ftehim għandu jkun rikonoxxut bħala determinanti u applikat mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.”;

(46)     L-Artikolu 238(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"5.       Meta l-awtorità superviżorja u s-superviżur tal-grupp ma jaqblux, kwalunkwe wieħed mis-superviżuri jista’, fi żmien xahar mill-proposta tal-awtorità superviżorja, jirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u jitlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F’dak il-każ, l-AEAPX tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn dan ir-riferiment. Il-perjodu ta’ xahar għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta’ dak ir-Regolament. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta’ xahar imsemmi f’dan is-subparagrafu jew wara li jkun intlaħaq ftehim fil-kulleġġ skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

L-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lil dik is-sussidjarja għandha tiddiferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista’ tieħu skont l-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b’konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX.

Dik id-deċiżjoni għandha tkun rikonoxxuta bħala determinanti u applikata mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.

Id-deċiżjoni għandha tiddikjara l-motivazzjonijiet sħaħ li fuqhom tkun ġiet ibbażata.

Id-deċiżjoni għandha tiġi sottomessa lis-sussidjarja u lill-kulleġġ tas-superviżuri.”;

(47)     Fl-Artikolu 239, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

"4.       Fejn kwalunkwe mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati ma jaqblux dwar l-approvazzjoni tal-pjan ta’ rkupru fi żmien il-perjodu ta’ erba’ xhur imsemmi fil-paragrafu 1 jew dwar l-approvazzjoni tal-miżuri proposti fi żmien il-perjodu ta’ xahar imsemmi fil-paragrafu 2, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji tista’ ▌tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn dan ir-riferiment. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referuta lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ xhur jew ta’ xahar rispettivament imsemmi f’dan is-subparagrafu jew wara li jkun intlaħaq ftehim fil-kulleġġ skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jew it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2. Il-perjodu ta’ erba’ xhur jew ta’ xahar rispettivament għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta’ dak ir-Regolament.

L-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat lil dik is-sussidjarja għandha tiddiferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b’konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni għandha tkun rikonoxxuta bħala determinanti u applikata mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.

Id-deċiżjoni għandha tiddikjara l-motivazzjonijiet sħaħ li fuqhom tkun ġiet ibbażata.

Id-deċiżjoni għandha tiġi sottomessa lis-sussidjarja u lill-kulleġġ tas-superviżuri.”;

(48)     L-Artikolu 241 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 241

Sussidjarji ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni: atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a, li jispeċifikaw ▌:

(a)       il-kriterji li għandhom jiġu applikati meta jkun qed jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 236 ikunux intlaħqu jew le;

(b)       il-kriterji li għandhom jiġu applikati meta jkun qed jiġi vvalutat x’għandu jiġi kkunsidrat bħala sitwazzjoni ta’ emerġenza skont l-Artikolu 239(2);

(c)       il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet superviżorji waqt skambju ta’ informazzjoni, meta jkunu qegħdin jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom skont l-Artikoli 237 sa 240.";

(49)     L-Artikolu 242(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.      Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni tat-Titolu III, b’mod partikolari fir-rigward tal-koperazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri, u l-funzjonalità tiegħu, u l-prattika superviżorja fir-rigward tal-istabbiliment tas-supplimentazzjonijiet kapitali, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposti għall-emendar ta' din id-Direttiva, fejn ikun xieraq.”;

(50)     L-Artikolu 242(2) huwa emendat kif ġej:

(a)       id-data “31 ta’ Ottubru 2015” tinbidel bid-data “31 ta’ Diċembru 2015”;

(b)       il-punt (e) jitħassar;

(51)     L-Artikolu 244(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4.       Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a ▌għal dak li jirrigwarda d-definizzjoni u l-identifikazzjoni ta’ konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti ▌għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3.

Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tas-superviżjoni ta’ konċentrazzjoni tar-riskju, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-identifikazzjoni ta’ konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti u d-determinazzjoni tal-livelli limitu xierqa għall-finijiet tal-paragrafu 3.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

4a.      Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għar-rappurtar dwar tali konċentrazzjonijiet tar-riskju għall-finijiet tal-paragrafu 2.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(52)     L-Artikolu 245(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4.       Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a għal dak li jirrigwarda d-definizzjoni ta’ tranżazzjoni intragrupp sinifikanti għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3.

Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tas-superviżjoni ta’ tranżazzjonijiet intragrupp, l-AEAPX tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-identifikazzjoni ta’ tranżazzjoni intragrupp sinifikanti għall-finijiet tal-paragrafu 3.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

4a.      Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AEAPX tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għar-rappurtar dwar tali tranżazzjonijiet intragrupp għall-finijiet tal-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(53)     Fl-Artikolu 247, il-paragrafi 3 sa 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"3.      F’każijiet partikolari, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu, wara talba minn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet, jieħdu deċiżjoni konġunta biex jidderogaw mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 fejn l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx xierqa, b’kunsiderazzjoni tal-istruttura tal-grupp u tal-importanza relattiva tal-attivitajiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f’pajjiżi differenti, u jaħtru awtorità superviżorja differenti bħala superviżur tal-grupp.

Għal dak il-għan, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji ikkonċernati tista’ titlob li tinfetaħ diskussjoni dwar jekk il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 humiex xierqa. Din id-diskussjoni m’għandhiex isseħħ aktar spiss minn darba fis-sena.

L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom sabiex tintlaħaq deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-għażla tas-superviżur tal-grupp fi żmien tliet xhur mit-talba għal diskussjoni. Qabel jieħdu d-deċiżjoni tagħhom, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jagħtu l-opportunità lill-grupp sabiex jagħti l-fehma tiegħu.

Is-superviżur tal-grupp maħtur għandu jippreżenta d-deċiżjoni konġunta lill-grupp fejn jiddikjara l-motivazzjonijiet sħaħ.

4.        Jekk, fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji ikkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-AEAPX skont l-Artikolu 19(1), (2), (3) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jiddiferixxu d-deċiżjoni konġunta tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni konġunta tagħhom b’konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi rrikonoxxuta bħala determinanti u applikata mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati. Il-perjodu ta’ tliet xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta’ dak ir-Regolament.

L-AEAPX għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mir-riferiment skont l-ewwel subparagrafu. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referuta lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tliet xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Is-superviżur tal-grupp maħtur għandu jippreżenta d-deċiżjoni konġunta lill-grupp u lill-kulleġġ tas-superviżuri fejn jiddikjara l-motivazzjonijiet sħaħ.

6.        Fl-assenza ta’ deċiżjoni konġunta ▌, l-inkarigu ta’ superviżur tal-grupp għandu jitwettaq mill-awtorità superviżorja identifikata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. ▌

7.        L-AEAPX għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, mill-inqas darba fis-sena, dwar kwalunkwe diffukultà ewlenija fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3 u 6.

Fl-eventwalità li tinħoloq kwalunkwe diffikultà kbira fl-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw aktar dawk il-kriterji.";

(54)     L-Artikolu 248 huwa emendat kif ġej:

(a)       fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Meta superviżur ta’ grupp jonqos milli jwettaq l-inkarigi msemmija fil-paragrafu 1 jew meta l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri ma jikkooperawx sa fejn rikjest f’dan il-paragrafu, kwalunkwe awtorità superviżorja kkonċernata tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19(1), (2), (3) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F’dak il-każ, l-AEAPX tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha mill-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament.";

(aa)     fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3. Is-sħubija tal-kulleġġ tas-superviżuri għandha tinkludi lis-superviżur tal-grupp, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kollha li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali tal-impriżi sussidjarji kollha, kif ukoll l-AEAPX.”;

(b)       fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fl-eventwalità ta’ fehmiet diverġenti li jikkonċernaw l-arranġamenti tal-koordinazzjoni, kwalunkwe membru tal-kulleġġ tas-superviżuri jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u jitlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19(1), (2), (3) u (6), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F’dak il-każ, l-AEAPX tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha mill-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament. Dik id-deċiżjoni għandha tkun rikonoxxuta bħala determinanti u applikata mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.

▌";

(ba)     fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Bla ħsara għad-drittijiet u d-doveri allokati minn din id-Direttiva lis-superviżur tal-grupp u lill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn, l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni jistgħu jagħtu kompiti addizzjonali lis-superviżur tal-grupp, lill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn jew lill-AEAPX fejn dan jirriżulta f’superviżjoni aktar effiċjenti tal-grupp u ma jfixkilx l-attivitajiet superviżorji tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri fir-rigward tar-responsabilitajiet individwali tagħhom.”;

(c)       il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"6.       L-AEAPX għandha tfassal linji gwida għall-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri fuq il-bażi ta’ rieżamijiet sħaħ tal-ħidma tagħhom biex tevalwa l-livell ta’ konverġenza bejniethom. Tali rieżamijiet għandhom isiru mill-inqas darba kull tliet snin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp jgħaddi lill-AEAPX l-informazzjoni dwar il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri kif ukoll dwar kwalunkwe diffikultà li jkun iltaqa’ magħha u li tkun rilevanti għal dawk ir-rieżamijiet.

Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-AEAPX tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri fuq bażi tal-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

7.        Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-arranġamenti tal-koordinazzjoni għas-superviżjoni tal-gruppi għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 6, inkluża d-definizzjoni ta’ “fergħa sinifikanti”.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(55)     L-Artikolu 249 huwa emendat kif ġej:

(a)       fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Bl-għan li jiġi żgurat li l-awtoritajiet superviżorji, inkluż is-superviżur tal-grupp, ikollhom l-istess ammont ta’ tagħrif rilevanti disponibbli għalihom, bla ħsara għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, u irrispettivament minn jekk humiex stabbiliti fl-istess Stat Membru, huma għandhom jipprovdu lil xulxin informazzjoni bħal din sabiex tkun tista’ tippermetti u tiffaċilita t-twettiq tal-kompiti superviżorji tal-awtoritajiet l-oħra skont din id-Direttiva. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u s-superviżur tal-grupp għandhom jgħaddu bla dewmien lil xulxin l-informazzjoni rilevanti kollha malli din tkun disponibbli jew jiskambjaw informazzjoni fuq talba. L-informazzjoni msemmija f’dan is-subparagrafu tinkludi informazzjoni dwar azzjonijiet tal-grupp u tal-awtoritajiet superviżuri, u informazzjoni pprovduta mill-grupp, iżda mhijiex limitata għaliha biss.”

(b)       il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

"1a.     Fejn awtorità superviżorja ma tkunx għaddiet informazzjoni rilevanti jew talba għall-kooperazzjoni, partikolarment għall-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, tkun ġiet rifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien ġimagħtejn, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX.

Meta l-kwistjoni tkun riferuta lill-AEAPX, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 258 TFUE, l-AEAPX tista’ taġixxi skont is-setgħat konferiti lilha permezz tal-Artikolu 19(1), (2), (3) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(c)       il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.       Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

         l-elementi li jkunu, fuq bażi sistematika, ser jinġabru mis-superviżur tal-grupp u jkunu ser jinxterdu lill-awtorijtajiet superviżorji l-oħra kkonċernati jew li jkunu ser jintbagħtu lis-superviżur tal-grupp mill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati.

         l-elementi essenzjali jew rilevanti għas-superviżjoni fuq il-livell ta’ grupp bil-għan li tittejjeb il-konverġenza tar-rappurtaġġ ta’ superviżjoni.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(d)       il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

"4.       Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni fir-rigward tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-AEAPX tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni lis-superviżur tal-grupp kif ukoll il-proċedura għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji kif stabbilit f’dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(56a)   L-Artikolu 250 huwa emendat kif ġej:

"Artikolu 250

Konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji

1.        Bla ħsara għall-Artikolu 248, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom, meta deċiżjoni tkun ta’ importanza għall-kompiti superviżorji ta’ awtoritajiet superviżorji oħrajn, qabel ma tittieħed dik id-deċiżjoni, jikkonsultaw ma’ xulxin fil-kulleġġ tas-superviżuri fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(a)       it-tibdil fl-istruttura tal-azzjonisti, l-istruttura organizzativa jew ta’ ġestjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp, li jeħtieġu l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji; kif ukoll

(b)       sanzjonijiet prinċipali jew miżuri eċċezzjonali meħuda mill-awtoritajiet superviżorji, li jinkludu l-impożizzjoni ta’ supplimentazzjoni kapitali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont l-Artikolu 37 u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitu fuq l-użu ta’ mudell intern għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont it-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, is-Subtaqsima 3.

Għall-finijiet tal-punt (b), is-superviżur tal-grupp għandu jkun ikkonsultat dejjem.

Għall-finijiet tal-konsultazzjoni dwar l-impożizzjoni ta' supplimentazzjoni kapitali skont l-Artikolu 37, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 238(4) u (5) għandha tapplika mutatis mutandis, fis-sens li huwa biss is-superviżur tal-grupp li jista' jirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX.

Barra minn hekk, fejn deċiżjoni tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li waslet mingħand awtoritajiet superviżorji oħra, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jikkonsultaw ma' xulxin qabel ma tittieħed dik id-deċiżjoni.";

(58)     Fl-Artikolu 255(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Meta t-talba lil awtorità superviżorja oħra biex tagħmel verifika skont dan il-paragrafu ma titteħidx azzjoni dwarha fi żmien ġimagħtejn, jew meta l-awtorità superviżorja tkun prattikament ipprojbita milli teżerċita d-dritt tagħha li tipparteċipa skont it-tielet subparagrafu, l-awtorità li tagħmel it-talba tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u tista’ titlob l-assistenza tagħha f’konformità mal-Artikolu 19(1), (2), (3) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F’dak il-każ, l-AEAPX tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.";

(58a)   Fl-Artikolu 255(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-AEAPX għandha tkun intitolata tipparteċipa f'verifiki fuq il-post fejn dawn jitwettqu b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet superviżorji jew aktar.";

(59)     L-Artikolu 256 huwa emendat kif ġej:

(a)       il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u kumpaniji holding tal-assigurazzjoni u kumpaniji holding finanzjarji mħalltin biex jiżvelaw pubblikament, fuq bażi annwali, rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja fil-livell tal-grupp. L-Artikoli 51, 53, 54 u 55 għandhom japplikaw mutatis mutandis.";

(b)       il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a ▌li jispeċifikaw aktar l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata ▌għal dak li jirrigwarda r-rapport uniku dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja.";

(c)       il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

"5. Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni fir-rigward tar-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tal-grupp, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-formati u l-mudelli li għandhom jintużaw għad-divulgazzjoni tar-rapport dwar is-solvenza u finanzjarju tal-grupp kif stabbilit f’dan l-Artikolu.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.";

(59a)   L-artikolu li ġej huwa inserit:

“Artikolu 256a

Struttura tal-grupp

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex jiżvelaw pubblikament, fil-livell tal-grupp tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, fuq bażi annwali, l-istruttura legali u l-istruttura governattiva u organizzattiva, inklużi l-entitajiet regolati kollha, l-entitajiet mhux regolati u l-fergħat materjali li jappartjenu lill-grupp.”;

(60)     L-Artikolu 258(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a ▌għall-koordinazzjoni tal-miżuri tal-infurzar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2."

(61)     L-Artikolu 259 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 259

Rapportar tal-AEAPX

1.        L-AEAPX għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew kull sena skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

2.        L-AEAPX għandha tirraporta, inter alia, dwar l-esperjenzi kollha rilevanti u sinifikanti tal-attivitajiet superviżorji u tal-kooperazzjoni bejn is-superviżuri fil-qafas tat-Titolu III, u, b’mod partikolari:

(a)       il-proċess tan-nominazzjoni tas-superviżur tal-grupp, l-għadd ta’ superviżuri tal-grupp u l-firxa ġeografika;

(b)       il-ħidma tal-kulleġġ tas-superviżuri, b’mod partikolari l-involviment u l-impenn tal-awtoritajiet superviżorji fejn ma jkunux is-superviżuri tal-grupp.

3.        L-AEAPX tista’, għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tirraporta wkoll dwar it-tagħlimiet ewlenin li jkunu ttieħdu mill-analiżijiet msemmija fl-Artikolu 248(6), fejn ikun xieraq.”;

(62)     L-Artikolu 260 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 213(2), l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jivverifikaw jekk l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, li l-uffiċċju prinċipali tal-impriża prinċipali tagħhom ikun jinsab barra l-Unjoni, humiex suġġetti għal superviżjoni minn awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz, li tkun ekwivalenti għal dik prevista f’dan it-Titolu dwar is-superviżjoni fil-livell tal-grupp tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 213(2).

Meta ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 5, il-verifika għandha ssir mill-awtorità superviżorja li tkun is-superviżur tal-grupp kieku l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 247(2) kellhom japplikaw (minn issa ’l quddiem, “l-aġent superviżur tal-grupp”), fuq talba tal-impriża prinċipali jew ta’ kwalunkwe waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzati fl-Unjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. L-AEAPX għandha tassisti lill-aġent superviżur tal-grupp f’konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Fit-twettiq ta’ dan, dak l-aġent superviżur tal-grupp għandu, megħjun mill-AEAPX, jikkonsulta l-awtoritajiet l-oħra superviżorji kkonċernati u lill-AEAPX, qabel ma jieħu deċiżjoni dwar l-ekwivalenza. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed skont il-kriterji adottati skont il-paragrafu 2. L-aġent superviżur tal-grupp m'għandu jieħu ebda deċiżjoni fir-rigward ta’ pajjiż terz li tikkontradixxi kwalunkwe deċiżjoni meħuda fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz preċedentement ħlief fejn dan ikun neċessarju biex jitqiesu tibdiliet sinifikanti fir-reġim superviżorju stabbilit fit-Titolu I u fir-reġim superviżorju fil-pajjiż terz.

Meta l-awtoritajiet superviżorji ma jaqblux mad-deċiżjoni meħuda skont is-subparagrafu 3, dawn jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19(1), (2), (3) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 fi żmien tliet xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni mill-aġent superviżur tal-grupp. F’dak il-każ, l-AEAPX tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.";

2.        Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a biex tispeċifika l-kriterji sabiex tivvaluta jekk ir-reġim superviżorju f’pajjiż terz għas-superviżjoni ta’ gruppi jkunx ekwivalenti għal dak stabbilit f’dan it-Titolu.

3.        Jekk il-kriterji adottati skont il-paragrafu 2 ġew issodisfati minn pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-Artikolu 301(a), u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tiddeċiedi li r-reġim superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz huwa ekwivalenti għal dak stipulat f’dan it-Titolu.

Tali deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi rieżaminata regolarment biex tieħu kont ta’ kwalunkwe tibdil sinifikanti fir-reġim superviżorju stipulat f’dan it-Titolu, u fir-reġim superviżorju tal-pajjiż terz.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq il-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

4. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 jew 5, japplika l-Artikolu 262.

5.        Bħala deroga mill-paragrafu 3, u anke jekk il-kriterji speċifikati skont il-paragrafu 2 ma ġewx issodisfati, il-Kummissjoni tista’, għal perjodu limitat u b’konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tiddeċiedi li r-reġim superviżorju ta’ pajjiż terz applikat għal impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’dak il-pajjiż terz huwa temporanjament ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, jekk dak il-pajjiżi terz ikun tal-inqas ikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)       ikun ta impenji bil-miktub lill-Unjoni biex jadotta u japplika reġim superviżorju li jkun jista' jiġi vvalutat bħala ekwivalenti b’konformità mal-paragrafu 3, qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu limitat;

(b)       ikun stabbilixxa programm ta' konverġenza biex jissodisfa l-impenn skont il-punt (a);

(c)       ikun alloka biżżejjed riżorsi biex jissodisfa l-impenn skont il-punt (a);

(d)       ikollu reġim superviżorju li jkun ibbażat fuq ir-riskji u bbażat fuq il-valutazzjoni ekonomika tal-attivi u tal-passivi;

(e)       ikun ikkonkluda ftehimiet għall-iskambju ta’ informazzjoni superviżorja kunfidenzjali skont l-Artikolu 264;

(f)       ikollu sistema superviżorja indipendenti bbażata fuq prinċipji ewlenin, prinċipji u standards adottati mill-IAIS;

(g)       ikun stabbilixxa, għall-persuni kollha li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet superviżorji tiegħu, obbligi dwar is-segretezza professjonali, b'mod partikolari dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-AEAPX u l-awtoritajiet superviżorji kif definit fl-Artikolu 13(10).

Kwalunkwe deċiżjoni dwar ekwivalenza temporanja għandha tqis ir-rapporti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 177(2). Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jiġu rieżaminati regolarment, fuq il-bażi tar-rapporti ta’ progress mill-pajjiż terz rilevanti, li jiġu ppreżentati u jkunu vvalutati mill-Kummissjoni u l-AEAPX kull sitt xhur.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq il-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw aktar il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

6. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 għandu jkun ħames snin mid-data msemmija fl-Artikolu 310 jew sad-data li fiha, f’konformità mal-paragrafu 3, ir-reġim superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz ikun meqjus bħala ekwivalenti għal dak stabbilit f’dan it-Titolu, skont liema sseħħ l-ewwel.

Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'massimu ta' sena oħra, meta dan iż-żmien ikun meħtieġ għall-AEAPX u l-Kummissjoni biex iwettqu l-valutazzjoni tal-ekwivalenza għall-finijiet tal-paragrafu 3.

7. Meta tittieħed deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 5 li r-reġim superviżorju f’pajjiż terz huwa ekwivalenti temporanjament, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikolu 261. L-AEAPX għandha toħroġ linji gwida biex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u koerenti mill-Istati Membri ta’ dan il-paragrafu sal-1 ta’ Jannar 2014. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex ikunu konformi ma’ dawk il-linji gwida. Meta Stat Membru jiddeċiedi li ma japplikax l-Artikolu 261 fir-rigward ta’ grupp, l-ebda Stat Membru ieħor ma jista’ japplika dak l-Artikolu fir-rigward ta’ dak il-grupp.”

(63)     Fl-Artikolu 262, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Fin-nuqqas ta’ superviżjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 260, jew meta Stat Membru ma japplikax l-Artikolu 261 fil-każ ta’ ekwivalenza temporanja skont l-Artikolu 260(7), dak l-Istat Membru għandu japplika waħda minn dawn li ġejjin għall-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni:

(a)       L-Artikoli 218 sa 235, u l-Artikoli 244 sa 258 mutatis mutandis;

(b)       wieħed mill-metodi stabbiliti fil-parafrafu 2.";

(66)     Fl-Artikolu 300, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-ammonti espressi f’euro f’din id-Direttiva għandhom jiġu riveduti kull ħames snin, billi jiżdied l-ammont bażi f’euro tal-bidla perċentwali fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet tal-Konsumatur għall-Istati Membri kollha kif ippubblikati mill-Eurostat, mill-31 ta’ Diċembru 2012 sad-data tar-reviżjoni u miżjuda sal-eqreb multiplu ta’ EUR 100 000.".

(67)     Fl-Artikolu 301, il-paragrafi 2 u 3 huma mħassra.

(68)     Għandhom jiddaħħlu l-artikoli ▌li ġejjin:

"Artikolu 301a

Eżerċizzju tad-delega

1.        Is-setgħa li tadotta atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1a.      Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 17, 37, 50, 56, 109a, 172, 216, 217, 227, 241, 244, 245, 247, 256, 258 u 260 tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin minn ...(11)*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport għal dak li jirrigwarda s-setgħa delegata mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

1b.      Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 17, 37, 50, 56, 109a, 172, 216, 217, 227, 241, 244, 245, 247, 256, 258 u 260 tista’ tkun revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

2.        Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

3.        Att delegat adottat skont l-Artikoli 17, 37, 50, 56, 109a, 172, 216, 217, 227, 241, 244, 245, 247, 256, 258 u 260 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 301b

Klawsola ta' dħul fis-seħħ differit

Meta tadotta għall-ewwel darba l-istandards tekniċi regolatorji previsti fl-Artikolu 35(6), l-Artikolu 37(6a), l-Artikolu 50, l-Artikolu 58(8), l-Artikolu 75(2), l-Artikolu 86, l-Artikolu 92(1), l-Artikolu 97(1), l-Artikolu 99(1), l-Artikolu 111(1) u (2), l-Artikolu 114(1), l-Artikolu 127, l-Artikolu 130, l-Artikolu 135(1) u (2a), l-Artikolu 143(1) u (2), l-Artikolu 210(2), l-Artikolu 211(2), l-Artikolu 234, l-Artikolu 254(4), l-Artikolu 248(6) u (7), l-Artikolu 249(3) u għal perjodu tranżitorju ta' massimu ta' sentejn wara ... * il-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha ssegwi l-proċedura għall-adozzjoni ta' atti delegati kif stabbilit fl-Artikolu 301a. Kwalunkwe emendi għal dawn l-atti delegati jew, wara li jkun għadda l-perjodu tranżitorju, kwalunkwe standards tekniċi regolatorji ġodda għandhom jiġu adottati skont il-proċeduri kif stabbiliti fl-Artikoli relevanti.";

(69)     Fl-Artikolu 304, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat Ewropew tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u lill-Parlament Ewropew, sal-31 ta’ Diċembru 2015, rapport dwar l-applikazzjoni tal-approċċ stabbilit fil-paragrafu 1 u l-prattika tal-awtoritajiet superviżorji adottati skont it-termini tal-paragrafu 1, akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposti adegwati. Dan ir-rapport għandu jindirizza b'mod partikolari l-każijiet transkonfinali tal-użu ta' dak l-approċċ biex jiġi evitat li jkun hemm arbitraġġ regolatorju mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassgurazzjoni.";

(70)     Tiddaħħal it-taqsima li ġejja:

"TAQSIMA 3

Assigurazzjoni u riassigurazzjoni

Artikolu 308a

Dħul gradwali

1.        Bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2013, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikunu konformi mill-1 ta’ Jannar 2014 mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva.

2.        Mill-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-setgħa li:

(a)       jiddeċiedu dwar:

(i)       l-approvazzjoni li jintużaw parametri speċifiċi skont l-Artikolu 104(7);

(ii)      l-approvazzjoni ta’ fondi proprji anċillari skont l-Artikolu 90;

(iii)     l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni ta’ elementi ta’ fondi proprji msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 95;

(iv)      l-approvazzjoni ta’ mudell intern sħiħ jew parzjali skont l-Artikoli 112 u 113;

(v)       l-approvazzjoni ta' strument bi skop speċjali li għandu jiġi stabbilit fit-territorju tagħhom;

(vi)      l-approvazzjoni ta’ fondi proprji anċillari ta’ kumpanija holding intermedja tal-assigurazzjoni skont l-Artikolu 226(2);

(vii)    deċiżjoni kif imsemmija fl-Artikolu 228;

(viii)   l-approvazzjoni ta’ mudell intern tal-grupp skont l-Artikolu 231 u l-Artikolu 233(5);

(ixi)    il-permess li wieħed ikun suġġett għall-Artikoli 238 u 239, skont l-Artikolu 236;

(b)       jiddeterminaw il-livell u l-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp skont it-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu III, Kapitolu I;

(c)       jiddeterminaw l-għażla tal-metodu biex tiġi kkalkolata s-solvenza tal-grupp skont l-Artikolu 220;

(d)       jagħmlu d-determinazzjoni dwar l-ekwivalenza u l-ekwivalenza temporanja skont l-Artikoli 227 u 260;

(e)       jidentifikaw is-superviżur tal-grupp skont l-Artikolu 247;

(f)       jistabbilixxu kulleġġ ta' superviżuri skont l-Artikolu 248;

(g)       jagħmlu d-determinazzjonijiet li jissemmew fl-Artikoli 262 u 263; kif ukoll

(h)      jiddeterminaw l-applikazzjoni tar-rinunzji u l-perjodi tranżitorji skont l-Artikolu 308a(3) u l-Artikolu 308b.

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jikkunsidraw applikazzjonijiet sottomessi minn impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għal approvazzjoni jew permess skont il-paragrafu 3. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet superviżorji dwar applikazzjonijiet għal approvazzjoni jew permess m'għandhomx isiru applikabbli qabel id-data msemmija fl-Artikolu 310.

3.        Mingħajr ħsara għall-Artikolu 308b, mill-1 ta’ Lulju 2013 l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom:

(a)       jikkalkulaw estimi għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, ir-Rekwiżit Kapitali Minimu u l-ammont ta’ fondi proprji, jiddeterminaw il-karta tal-bilanċ skont din id-Direttiva u jipprovdu lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati b'din l-informazzjoni;

(b)       jipprovdu lill-awtoritajiet superviżorji bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 fuq bażi annwali fir-rigward tas-sena finanzjarja li tintemm fl-1 ta' Lulju 2013 jew wara din id-data.

Id-data ta' referenza tal-karta tal-bilanċ imsemmija fil-punt (a) għandha tkun l-ewwel jum tas-sena finanzjarja li tibda fl-1 ta' Lulju 2012 jew wara din id-data, iżda qabel l-1 ta' Lulju 2013.

L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jissospendu r-rekwiżit stabbilit fil-punt (b) għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li ma jikkonformawx għalkollox mar-rekwiżiti li jħaddmu sistemi u strutturi xierqa skont l-Artikolu 35(5), sakemm l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jibqgħu soġġetti għar-rekwiżiti ta' rappurtar fis-seħħ fil-ġurisdizzjoni rispettiva tagħhom qabel id-data msemmija fl-Artikolu 309(1).

Artikolu 308b

Perjodi tranżitorji

1.        L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew lill-gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b’karta tal-bilanċ b’total ta’ inqas minn EUR 25 biljun, li ma jikkonformawx mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fid-data msemmija fl-Artikolu 310, perjodu li ma jaqbiżx is-sentejn li fih huma jridu jagħmlu dan sakemm tali impriżi jew gruppi, skont l-Artikolu 138(2) u l-Artikolu 142, ikunu ppreżentaw għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-miżuri li huma jipproponu li jieħdu għal dan l-iskop.

2.        L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li mhumiex konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti li jkollhom sistemi u strutturi xierqa skont l-Artikolu 35(5) u l-Artikolu 55(1) fid-data msemmija fl-Artikolu 310, perjodu li ma jaqbiżx is-sentejn biex jagħmlu dan.

3.        Matul dak il-perjodu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li mhumiex konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti li jiżvelaw pubblikament l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 51 u 53, 54 u 55, sabiex jiżvelaw u jinkludu biss fir-rappurtar superviżorju regolari l-informazzjoni li s-sistemi u l-istrutturi implimentati jistgħu jagħtu.

4.        L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li mhumiex konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti li jkollhom sistemi u strutturi xierqa skont l-Artikolu 254 fid-data msemmija fl-Artikolu 310, perjodu li ma jaqbiżx is-sentejn biex jagħmlu dan.

5.        Matul dak il-perjodu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li mhumiex konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti li jiżvelaw pubblikament l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 256, sabiex jiżvelaw u jinkludu biss fir-rappurtar superviżorju regolari l-informazzjoni li s-sistemi u l-istrutturi implimentati jistgħu jagħtu.

6.        Minkejja l-Artikolu 94, elementi bażiċi ta' fondi proprji li ġew emessi qabel ...*, u li jistgħu jintużaw biex jissodisfaw il-marġni tas-solvenza disponibbli sa tal-inqas 50 % tal-marġni tas-solvenza skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/13/KE, l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2002/83/KE u l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2005/68/KE għandhom jiġu inklużi fil-fondi proprji bażiċi tal-Livell 1 għal perjodu massimu ta' 10 snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 310.

7.        Minkejja l-Artikolu 94, elementi bażiċi ta' fondi proprji li ġew emessi qabel ...*, u li jistgħu jintużaw biex jissodisfaw il-marġni tas-solvenza disponibbli sa 25 % tal-marġni tas-solvenza skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/13/KE, l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2002/83/KE u l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2005/68/KE għandhom jiġu inklużi fil-fondi proprji bażiċi tal-Livell 2 għal perjodu massimu ta' 10 snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 310.

8.        Fir-rigward tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jinvestu f’titoli negozjabbli jew strumenti finanzjarji oħrajn ibbażati fuq selfiet ripakkjati li nħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2011, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 135(2)(a) għandhom japplikaw mill-31 ta’ Diċembru 2014, iżda biss f’ċirkostanzi fejn skoperturi sottostanti ġodda jiġu miżjuda jew sostitwiti wara l-31 ta’ Diċembru 2014.

9.        Il-parametri standard li għandhom jintużaw għall-ekwitajiet li l-impriża xtrat fi ...* jew qabel din id-data, meta jiġi kkalkulat is-submodulu ta' riskju tal-ekwitajiet skont il-formula standard mingħajr l-għażla stabbilita fl-Artikolu 304, għandhom jiġu kkalkulati bħala l-medji peżati ta':

(a)       il-parametru standard li għandu jintuża meta jiġi kkalkulat is-submodulu ta' riskju tal-ekwitajiet skont l-Artikolu 304; kif ukoll

(b)       il-parametru standard li għandu jintuża meta jiġi kkalkulat is-submodulu ta' riskju tal-ekwitajiet skont il-formula standard mingħajr l-għażla stabbilita fl-Artikolu 304.

Il-piż għall-parametru espress fil-punt (b) għall-ewwel subparagrafu għandu jiżdied tal-anqas b'mod lineari fi tmiem kull sena minn 0% matul is-sena li tibda fl-1 ta' Jannar 2014 għal 100% minn 7 snin wara l-1 ta' Jannar 2014.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw aktar il-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati, inklużi l-ekwitajiet li jistgħu jkunu soġġetti għall-perjodu tranżitorju.

Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dak il-perjodu tranżitorju, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa' [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

10.      Meta, fi ...*, l-Istati Membri jkunu applikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/41/KE, dawn l-Istati Membri jistgħu, sakemm ikunu ġew adottati l-emendi għall-Artikoli 17 sa 17c tad-Direttiva 2003/41/KE, jibqgħu japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li kienu ġew adottati minnhom bl-għan li jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 19, 27 sa 30, 32 sa 35 u 37 sa 67 tad-Direttiva 2002/83/KE kif fis-seħħ fl-aħħar data ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/83/KE.

11.      Pajjiżi terzi li japplikaw leġiżlazzjoni li hija rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal din id-Direttiva jistgħu japplikaw perjodi tranżitorji ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 10.

12.      L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni matul perjodu ta' seba' snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 309(1) tapplika għall-approvazjoni ta' mudell intern tal-grupp applikabbli għal parti ta' grupp fejn kemm l-impriża kif ukoll l-impriża prinċipali aħħarija jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru u jekk din il-parti tkun parti distinta li jkollha profil tar-riskju differenti b'mod sinifikanti mill-bqija tal-grupp.

Artikolu 308c

Aġġustament ta' korrispondenza għal ċerti obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja

1.        Bħala deroga mill-Artikoli 75, 76 u 77, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja jikkalkulaw ir-rati tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti biex jikkalkulaw l-aħjar stima fir-rigward tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja b'aġġustament ta' korrispondenza kif stabbilit fil-paragrafi 2 u 3, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin relatati mal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja u l-attivi li jkopruhom:

(a)       l-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja tkun assenjat portafoll ta' attivi, li jikkonsistu f'bonds u attivi oħrajn b'karatteristiċi simili ta' flussi ta' flus, biex ikopru l-aħjar stima tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja u żżomm dik l-assenjazzjoni sakemm idumu jeżistu dawk l-obbligi, ħlief għall-fini taż-żamma tal-ekwivalenza tal-flussi ta' flus bejn l-attivi u l-passivi fejn il-flussi ta' flus ikunu nbidlu b'mod materjali bħall-inadempjenza ta' bond;

(b)       il-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja li għalihom jiġi applikat aġġustament ta' korrispondenza u l-portafoll assenjat ta' attivi jkunu iżolati, immaniġġjati u organizzati separatament mill-attivitajiet l-oħra tal-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja, mingħajr possibbiltà ta' trasferiment;

(c)       il-flussi ta' flus futuri tal-portafoll assenjat ta' attivi jikkorrispondu għal kull wieħed mill-flussi ta' flus futuri tal-portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja fl-istess valuta u kwalunkwe nuqqas ta' korrispondenza ma joħloqx riskji li huma materjali fir-rigward tar-riskji inerenti fin-negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja li għalih jiġi applikat aġġustament ta' korrispondenza;

(d)       il-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li fuqhom huma bbażati l-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja ma jagħtux lok għal pagamenti ta' primjums futuri;

(e)       l-uniċi riskji ta' sottoskrizzjoni marbuta mal-portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja huma riskju tal-lonġevità, ta' spiża u ta' reviżjoni u l-kuntratti li fuqhom huma bbażati l-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja ma jinkludu l-ebda opzjoni għad-detentur tal-polza jew opzjoni ta' ċessjoni biss fejn il-valur ta' ċessjoni ma jaqbiżx il-valur tal-attivi, ivvalutati skont l-Artikolu 75, li jkopru l-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja fil-mument li fih tiġi eżerċitata l-opzjoni taċ-ċessjoni;

(f)       il-flussi ta' flus tal-attivi tal-portafoll assenjat ta' attivi huma fissi;

(g)       il-flussi ta' flus tal-attivi tal-portafoll assenjat ta' attivi ma jistgħux jinbidlu mill-emittenti tal-attivi jew minn terzi persuni;

(h)      l-ebda attivi tal-portafoll assenjat ta' attivi m'għandhom kwalità ta' kreditu inqas mill-kwalità ta' kreditu adegwata determinata skont il-paragrafu 7;

(i)       l-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja tiżvela pubblikament l-applikazzjoni tal-aġġustament ta' korrispondenza skont dan l-Artikolu u l-effett monetarju fuq il-pożizzjoni finanzjarja tagħha;

(j)        l-attivitajiet tal-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja li fir-rigward tagħhom jiġi applikat l-aġġustament ta' korrispondenza skont dan l-Artikolu jsiru biss fl-Istat Membru fejn l-impriża ġiet awtorizzata;

(k)       l-awtorità superviżorja approvat l-applikazzjoni tal-aġġustament ta' korrispondenza tal-portafoll ta' obbligi ta' assigurazzjoni tal-ħajja fejn tkun sodisfatta li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (j).

Fejn il-flussi ta' flus tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif imsemmi fil-punt (f) jiddependu fuq l-inflazzjoni, l-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja tista' tuża l-attivi fejn il-flussi ta' flus jkunu fissi, ħlief għal dipendenza fuq l-inflazzjoni, sakemm dawk l-attivi jikkorispondu, bl-inklużjoni tal-inflazzjoni, għall-flussi ta' flus tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

2.        Għal kull valuta u fir-rigward ta' kull maturità, l-aġġustament ta' korrispondenza għandu jiġi kkalkulat skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)       l-aġġustament ta' korrispondenza għandu jkun ugwali għad-differenza bejn dawn li ġejjin:

(i)       ir-rata effettiva annwali, ikkalkulata bħala r-rata ta' skont unika, meta applikata għall-flussi ta' flus tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, twassal għal valur li jkun ugwali għall-valur skont l-Artikolu 75 tal-portafoll ta' attivi assenjati; kif ukoll

(ii)      ir-rata effettiva annwali, ikkalkulata bħala r-rata ta' skont unika li, meta applikata għall-flussi ta' flus tal-portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, twassal għal valur li jkun ugwali għall-valur tal-aħjar stima tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta l-valur taż-żmien jiġi kkunsidrat bl-użu tal-istruttura tat-terminu bażika tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju;

(b)       l-aġġustament ta' korrispondenza m'għandux jinkludi l-firxa fundamentali li tirrifletti r-riskji miżmuma mill-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja;

(c)       l-aġġustament ta' korrispondenza għandu jipprovdi l-inċentivi ta' ġestjoni tajba, filwaqt li titqies tal-inqas il-kwalità tal-kreditu tal-attivi assenjati.

3.        Għall-finijiet tal-paragrafu 2(b), il-firxa fundamentali għandha tkun:

(a)       ivvalutata b'mod dinamiku fuq bażi kontinwa, u għandha tkun ugwali għas-somma ta' dawn li ġejjin:

(i)       il-firxa tal-kreditu li tikkorrispondi għall-probabbiltà ta' inadempjenza tal-attivi; kif ukoll

(ii)      il-firxa tal-kreditu li tikkorrispondi għat-telf mistenni li jirriżulta mid-degradazzjoni tal-attiv.

(b)       mhux inqas minn 75 % tal-medja fuq perjodu twil tal-firxa meta mqabbla mar-rata ta' imgħax mingħajr riskju bażika ta' attivi bl-istess perjodu ta' validità, kwalità tal-kreditu u klassi, kif osservata fis-swieq finanzjarji.

Il-probabbilta ta' inadempjenza msemmija fil-punt (a)(i) għandha tkun ibbażata fuq statistika ta' inadempjenza fuq perjodu twil li tkun rilevanti għall-attiv fir-rigward tal-perjodu ta' validità, il-kwalità tal-kreditu u l-klassi tiegħu.

4.        L-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja li japplikaw il-metodu ta' kalkolu stabbilit fil-paragrafi 2 u 3 m'għandhomx jitħallew japplikaw aġġustamenti oħrajn għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju. L-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja li japplikaw l-aġġustament ta' korrispondenza għal portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja m'għandhomx jerġgħu jħaddnu approċċ li ma jinkludix aġġustament ta' korrispondenza. Meta impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja li tapplika l-aġġustament ta' korrispondenza ma tkunx tista' iktar tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, għandha tinforma immedjatament lill-awtorità superviżorja u tieħu l-miżuri neċessarji biex jerġa' jkun hemm konformita' dawn il-kundizzjonijiet. Meta impriża bħal din ma tkunx tista' terġa' tistabbilixi konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet fi żmien xahrejn, għandha tieqaf tapplika l-aġġustament ta' korrispondenza għal kwalunkwe wieħed mill-obbligi tagħha tal-assigurazzjoni tal-ħajja u għandha tkun tista' biss terġa' tapplika l-aġġustament ta' korrispondenza wara perjodu ta' 24 xahar.

5.        L-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja li japplikaw l-aġġustament ta' korrispondenza stabbilit f'dan l-Artikolu m'għandhomx jitħallew japplikaw l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti adattata msemmija fl-Artikolu 77a jew il-mekkaniżmu ta' aġġustament simetriku msemmi fl-Artikolu 106a.

6.        Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw aktar dan li ġej:

(a)       il-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati mill-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja biex ikunu eliġibbli biex japplikaw l-aġġustament ta' korrispondenza imsemmi f'dan l-Artikolu;

(b)       il-kriterji biex tiġi approvata u vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1;

(c)       is-suppożizzjonijiet u l-metodi li għandhom jiġu applikati fil-kalkolu tal-firxa fundamentali msemmija fil-paragrafu 3;

(d)       il-kriterji biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2(c).

7.        Biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-kwalità tal-kreditu tal-attivi, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kwalità tal-kreditu tal-attivi assenjati, li għandha tkun ogħla mill-kwalità minima ġeneralment meqjusa li tkun ta' grad ta' investiment, għall-finijiet tal-paragrafu 1(h), inkluż, fejn ikun rilevanti, limiti xierqa meħtieġa biex tkun garantita kwalità tal-kreditu adegwata għall-attivi kollha għall-impriża kollha kemm hi.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

8.        Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja jikkalkulaw il-provvedimenti tekniċi kollha tagħhom jew parti materjali minnhom bi struttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti li tinkludi aġġustament ta' korrispondenza ikbar minn żero, għandhom jippreżentaw lill-awtorità superviżorja tagħhom, darba fis-sena, l-informazzjoni li ġejja bil-miktub:

(a)       deskrizzjoni tal-impatt ta' tnaqqis tal-aġġustament ta' korrispondenza għal żero;

(b)       meta t-tnaqqis tal-aġġustament ta' korrispondenza għal żero jirriżulta f'nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, analiżi tal-pjanijiet tal-impriża biex terġa' tistabbilixxi f'sitwazzjoni bħal din il-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex tnaqqas il-profil tar-riskju biex tiżgura l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(c)       l-ammont ta' provvedimenti tekniċi għall-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja li għalihom jiġi applikat l-aġġustament ta' korrispondenza.

9.        L-AEAPX, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, u wara li twettaq konsultazzjoni pubblika, għandha tivvaluta l-applikazzjoni tal-Artikoli 77a, 77b, 106, 106a u 304 u tal-paragrafi 1 sa 8 ta' dan l-Artikolu, inklużi l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati taħthom. Dik il-valutazzjoni għandha ssir fir-rigward tad-disponibbiltà ta' garanziji fuq terminu twil fi prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, l-imġiba tal-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja bħala investituri fuq perjodi twal ta' żmien u, b'mod aktar ġenerali, l-istabbiltà finanzjarja. Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta' Jannar 2021 jew, fejn ikun xieraq għall-aġġustament ta' korrispondenza, sal-1 ta' Jannar 2019.

Ir-rapport għandu jiffoka b'mod partikolari fuq l-effetti fuq:

(a)       il-funzjonament u l-istabbiltà tas-swieq Ewropej tal-assigurazzjoni tal-ħajja;

(b)       is-suq intern u b'mod partikolari l-kompetizzjoni u l-kundizzjonijiet ugwali fis-swieq Ewropej tal-assigurazzjoni tal-ħajja;

(c)       il-ħarsien tad-detenturi tal-poloz;

(d)       kemm l-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja jibqgħu joperaw bħala investituri fuq perjodu twil ta' żmien;

(e)       id-disponibbiltà u l-ipprezzar tal-prodotti ta' renti;

(f)       id-disponibbiltà u l-ipprezzar ta' prodotti oħra (f'kompetizzjoni);

(g)       strateġiji ta' investiment fuq perjodu twil ta' żmien minn impriżi fir-rigward ta' prodotti li għalihom jiġu applikati l-paragrafi 1 sa 7 meta mqabbla ma' dawk marbuta ma' garanziji oħra fuq perjodu twil ta' żmien;

(h)      l-għażla tal-konsumaturi u l-għarfien tal-konsumaturi dwar ir-riskju;

(i)       impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja diversifikati sew u inqas diversifikati sew; kif ukoll

(j)        effetti oħra fuq l-ekonomija reali.

Barra minn hekk, ir-rapport għandu jibni fuq l-esperjenza superviżorja bl-applikazzjoni tal-Artikoli 77a, 77b, 106, 106a u 304 u tal-paragrafi 1 sa 8 ta' dan l-Artikolu, inklużi l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati taħthom.

Ir-rapport għandu jiġi segwit, jekk ikun neċessarju, bi proposti leġiżlattivi xierqa.

10.      Meta r-rapport imsemmi fil-paragrafu 9 jikkonkludi li l-aġġustament ta' korrispondenza mhuwiex il-miżura xierqa fil-kuntest ta' suq li jiffunzjona sew u stabbli tal-assigurazzjoni tal-ħajja u l-prinċipji sottostanti ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 301a biex tissostitwixxi dan l-Artikolu bid-dispożizzjonijiet tranżitorji li ġejjin għall-applikazzjoni tal-aġġustament ta' korrispondenza:

Artikolu 308c

Miżura tranżitorja għall-aġġustament ta' korrispondenza għal ċerti obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja

1.        Bħala deroga mill-Artikoli 75, 76 u 77, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja jikkalkulaw ir-rati tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti biex jikkalkulaw l-aħjar stima fir-rigward tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja b'aġġustament ta' korrispondenza kif stabbilit fil-paragrafi 2 u 3, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin relatati mal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja u l-attivi li jkopruhom:

(a)       l-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja tkun assenjat portafoll ta' attivi, li jikkonsistu f'bonds u attivi oħrajn b'karatteristiċi simili ta' flussi ta' flus, biex ikopru l-aħjar stima tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja u żżomm dik l-assenjazzjoni sakemm idumu jeżistu dawk l-obbligi, ħlief għall-fini taż-żamma tal-ekwivalenza tal-flussi ta' flus bejn l-attivi u l-passivi fejn il-flussi ta' flus ikunu nbidlu b'mod materjali bħall-inadempjenza ta' bond;

(b)       il-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja li għalihom jiġi applikat aġġustament ta' korrispondenza u l-portafoll assenjat ta' attivi jkunu iżolati, immaniġġjati u organizzati separatament mill-attivitajiet l-oħra tal-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja, mingħajr possibbiltà ta' trasferiment;

(c)       il-flussi ta' flus futuri tal-portafoll assenjat ta' attivi jikkorrispondu għal kull wieħed mill-flussi ta' flus futuri tal-portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja fl-istess valuta u kwalunkwe nuqqas ta' korrispondenza ma joħloqx riskji li huma materjali fir-rigward tar-riskji inerenti fin-negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja li għalih jiġi applikat aġġustament ta' korrispondenza;

(d)       il-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li fuqhom huma bbażati l-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja ma jagħtux lok għal pagamenti ta' primjums futuri;

(e)       l-uniċi riskji ta' sottoskrizzjoni marbuta mal-portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja huma riskju tal-lonġevità, ta' spiża u ta' reviżjoni; il-kuntratti li fuqhom huma bbażati l-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja ma jinkludu l-ebda opzjoni għad-detentur tal-polza jew opzjoni ta' ċessjoni biss fejn il-valur ta' ċessjoni ma jaqbiżx il-valur tal-attivi, ivvalutati skont l-Artikolu 75, li jkopru l-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja fil-mument li fih tiġi eżerċitata l-opzjoni taċ-ċessjoni;

(f)       il-flussi ta' flus tal-attivi tal-portafoll assenjat ta' attivi huma fissi;

(g)       il-flussi ta' flus tal-attivi tal-portafoll assenjat ta' attivi ma jistgħux jinbidlu mill-emittenti tal-attivi jew minn terzi persuni;

(h)      l-ebda attivi tal-portafoll assenjat ta' attivi m'għandhom kwalità ta' kreditu inqas mill-kwalità ta' kreditu adegwata determinata skont il-paragrafu 7;

(i)       l-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja tiżvela pubblikament l-applikazzjoni tal-aġġustament ta' korrispondenza skont dan l-Artikolu u l-effett monetarju fuq il-pożizzjoni finanzjarja tagħha;

(j)        l-attivitajiet tal-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja li fir-rigward tagħhom jiġi applikat l-aġġustament ta' korrispondenza skont dan l-Artikolu jsiru biss fl-Istat Membru fejn l-impriża ġiet awtorizzata;

(k)       l-awtorità superviżorja approvat l-applikazzjoni tal-aġġustament ta' korrispondenza tal-portafoll ta' obbligi ta' assigurazzjoni tal-ħajja fejn tkun sodisfatta li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (j);

Fejn il-flussi ta' flus tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif imsemmi fil-punt (f) jiddependu fuq l-inflazzjoni, l-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja tista' tuża l-attivi fejn il-flussi ta' flus jkunu fissi, ħlief għal dipendenza fuq l-inflazzjoni, sakemm dawk l-attivi jikkorispondu, bl-inklużjoni tal-inflazzjoni, għall-flussi ta' flus tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

2.        Għal kull valuta u fir-rigward ta' kull maturità, l-aġġustament ta' korrispondenza għandu jiġi kkalkulat skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)       l-aġġustament ta' korrispondenza għandu jkun ugwali għad-differenza ta' dawn li ġejjin:

(i)       ir-rata effettiva annwali, ikkalkulata bħala r-rata ta' skont unika, meta applikata għall-flussi ta' flus tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, twassal għal valur li jkun ugwali għall-valur skont l-Artikolu 75 tal-portafoll ta' attivi assenjati; kif ukoll

(ii)      ir-rata effettiva annwali, ikkalkulata bħala r-rata ta' skont unika li, meta applikata għall-flussi ta' flus tal-portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, twassal għal valur li jkun ugwali għall-valur tal-aħjar stima tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta l-valur taż-żmien jiġi kkunsidrat bl-użu tal-istruttura tat-terminu bażika tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju.

(b)       l-aġġustament ta' korrispondenza m'għandux jinkludi l-firxa fundamentali li tirrifletti r-riskji miżmuma mill-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

(c)       l-aġġustament ta' korrispondenza għandu jipprovdi l-inċentivi ta' ġestjoni tajba, filwaqt li titqies tal-inqas il-kwalità tal-kreditu tal-attivi assenjati.

3.        Għall-finijiet tal-paragrafu 2(b), il-firxa fundamentali għandha tkun:

(a)       ivvalutata b'mod dinamiku fuq bażi kontinwa, u ugwali għas-somma ta' dawn li ġejjin:

(i)       il-firxa tal-kreditu li tikkorrispondi għall-probabbiltà ta' inadempjenza tal-attivi; kif ukoll

(ii)      il-firxa tal-kreditu li tikkorrispondi għat-telf mistenni li jirriżulta mid-degradazzjoni tal-attiv.

(b)       mhux inqas minn 75 % tal-medja fuq perjodu twil tal-firxa fuq ir-rata ta' imgħax mingħajr riskju bażika tal-attivi bl-istess perjodu ta' validità, kwalità tal-kreditu u klassi, kif osservata fis-swieq finanzjarji.

Il-probabbilta ta' inadempjenza msemmija fil-punt (a)(i) għandha tkun ibbażata fuq statistika ta' inadempjenza fuq perjodu twil li tkun rilevanti għall-attiv fir-rigward tal-perjodu ta' validità, il-kwalità tal-kreditu u l-klassi tiegħu.

4.        L-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja li japplikaw il-metodu ta' kalkolu stabbilit fil-paragrafi 2 u 3 m'għandhomx jitħallew japplikaw aġġustamenti oħrajn għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju. L-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja li japplikaw l-aġġustament ta' korrispondenza għal portafoll ta' obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja m'għandhomx jerġgħu jħaddnu approċċ li ma jinkludix aġġustament ta' korrispondenza. Meta impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja li tapplika l-aġġustament ta' korrispondenza ma tkunx tista' iktar tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, għandha tinforma immedjatament lill-awtorità superviżorja u tieħu l-miżuri neċessarji biex jerġa' jkun hemm konformita' dawn il-kundizzjonijiet. Meta impriża bħal din ma tkunx tista' terġa' tistabbilixi konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet fi żmien xahrejn, għandha tieqaf tapplika l-aġġustament ta' korrispondenza għal kwalunkwe wieħed mill-obbligi tagħha tal-assigurazzjoni tal-ħajja u għandha tkun tista' biss terġa' tapplika l-aġġustament ta' korrispondenza wara perjodu ta' 24 xahar.

5.        L-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja li japplikaw l-aġġustament ta' korrispondenza stabbilit f'dan l-Artikolu m'għandhomx jitħallew japplikaw l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti adattata msemmija fl-Artikolu 77a jew il-mekkaniżmu ta' aġġustament simetriku msemmi fl-Artikolu 106a.

6.        Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw aktar dan li ġej:

(a)       il-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati mill-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja biex ikunu eliġibbli biex japplikaw l-aġġustament ta' korrispondenza imsemmi f'dan l-Artikolu;

(b)       il-kriterji biex tiġi approvata u vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1;

(c)       is-suppożizzjonijiet u l-metodi li għandhom jiġu applikati fil-kalkolu tal-firxa fundamentali msemmija fil-paragrafu 3;

(d)       il-kriterji biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2(c).

7.        Biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-kwalità tal-kreditu tal-attivi, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kwalità tal-kreditu tal-attivi assenjati, li għandha tkun ogħla mill-kwalità minima ġeneralment meqjusa li tkun ta' grad ta' investiment, għall-finijiet tal-paragrafu 1, punt h, inkluż, fejn ikun rilevanti, limiti xierqa meħtieġa biex tkun garantita kwalità tal-kreditu adegwata għall-attivi kollha għall-impriża kollha kemm hi.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

8.        Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja jikkalkulaw il-provvedimenti tekniċi kollha tagħhom jew parti materjali minnhom bi struttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti li tinkludi aġġustament ta' korrispondenza ikbar minn żero, għandhom jippreżentaw lill-awtorità superviżorja tagħhom, darba fis-sena, l-informazzjoni li ġejja bil-miktub:

(a)       deskrizzjoni tal-impatt ta' tnaqqis tal-aġġustament ta' korrispondenza għal żero;

(b)       meta t-tnaqqis tal-aġġustament ta' korrispondenza għal żero jirriżulta f'nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, analiżi tal-pjanijiet tal-impriża biex terġa' tistabbilixxi f'sitwazzjoni bħal din il-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex tnaqqas il-profil tar-riskju biex tiżgura l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(c)       l-ammont ta' provvedimenti tekniċi għall-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja li għalihom jiġi applikat l-aġġustament ta' korrispondenza.

9.        Għal kull valuta u fir-rigward ta' kull maturità, ir-rata tal-imgħax għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja peżata ta':

(a)       ir-rata tal-imgħax imsemmija fil-paragrafi 1 sa 8; kif ukoll

(b)       ir-rata tal-imgħax għal dik il-maturità tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti kif imkejla skont l-Artikoli 75, 76 u 77.

L-ippeżar għar-rata tal-imgħax għandu jiżdied tal-inqas b'mod lineari fi tmiem kull sena minn parti waħda minn seba' matul l-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, għal 100 % minn seba' snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.";

(72)     fl-Artikolu 309, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.       “L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 4, 10, 13, 14, l-Artikolu 17(3), l-Artikoli 18, 23, 26 sa 32, 34 sa 49, 51 sa 55, l-Artikolu 58(8), l-Artikoli 67, 68, 71, 72, 74 sa 85, 87 sa 91, 93 sa 96, 98,100 sa 110, 112, 113, 115 sa 126, 128, 129, 131 sa 134, 136 sa 142, 143, 144, 146, 148, 162 sa 167, 172, 173, 178, 185, 190, 192, 210 sa 233, 235 sa 240, 243 sa 258, 260 sa 263, 265, 266, 303 u 304 u l-Annessi III u IV sal-31 ta’ Diċembru 2012. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.";

(73)     fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 310, id-data "1 ta’ Novembru 2012" hija sostitwita bid-data "1 ta’ Jannar 2014".

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 310a

Persunal u riżorsi tal-AEAPX

L-AEAPX għandha tivvaluta l-ħtiġijiet ta’ persunal u riżorsi li jirriżultaw mis-setgħat u d-dmirijiet tagħha f'konformità ma' din id-Direttiva u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.";

(74)     L-Artikolu 311 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 311

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 308a u 308b għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013.

L-Artikoli 1, 2, 3, 5 sa 9, 11, 12, 15, 16, l-Artikolu 17(2), l-Artikoli 19 sa 22, 24, 25, 33, 57, l-Artikolu 58(1) sa (7), l-Artikoli 59 sa 66, 69, 70, 73, 145, 147, 149 sa 161, 168 sa 171, 174 sa 177, 179 sa 184, 186 sa 189, 191, 193 sa 209, 267 sa 300, 302, 305 sa 308 u l-Annessi I u II, V, VI u VII għandhom japplikaw mill-1 Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni qabel id-data msemmija fit-tielet subparagrafu.";

(75)     fl-Anness III, parti A, il-punt 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"28.     fi kwalunkwe każ u bħala alternattiva għall-forom ta’ impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja mniżżla fil-punti (1) sa (27) u (29), il-forma tal-Kumpanija Ewropea (SE) kif iddefinita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001(1)";

(76)     fl-Anness III, Parti A, jiżdied il-punt 29 li ġej:

"29.     sa fejn l-Istat Membru kkonċernat jippermetti li l-forma legali ta’ soċjetà kooperattiva tibda teżerċita n-negozju tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja u bħala alternattiva għall-forom ta’ impriżi tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja mniżżla fil-punti (1) sa (28), il-forma ta’ Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) kif iddefinita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003(12).";

(77)     fl-Anness III, parti B, il-punt 28 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"28.     fi kwalunkwe każ u bħala alternattiva għall-forom ta’ impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mniżżla fil-punti (1) sa (27) u (29), il-forma ta’ Kumpanija Ewropea (SE) kif iddefinita fir-Regolament (KE) Nru 2157/2001";

(78)     fl-Anness III, Parti B, jiżdied il-punt li ġej:

"29.     sa fejn l-Istat Membru kkonċernat jippermetti li l-forma legali ta’ soċjetà kooperattiva tibda teżerċita n-negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja u bħala alternattiva għall-forom ta’ impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja mniżżla fil-punti (1) sa (28), il-forma ta’ Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) kif iddefinita fir-Regolament (KE) Nru 1435/2003."

(79)     fl-Anness III, Parti C, il-punt 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"28.     fi kwalunkwe każ u bħala alternattiva għall-forom ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni mniżżla fil-punti (1) sa (27) u (29), il-forma ta’ Kumpanija Ewropea (SE) kif iddefinita fir-Regolament (KE) Nru 2157/2001"

(80)     fl-Anness III, Parti C, jiżdied il-punt li ġej:

"29.     sa fejn l-Istat Membru kkonċernat jippermetti li l-forma legali ta’ soċjetà kooperattiva tibda teżerċita n-negozju tar-riassigurazzjoni u bħala alternattiva għall-forom ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni mniżżla fil-punti (1) sa (28), il-forma ta’ Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) kif iddefinita fir-Regolament (KE) Nru 1435/2003.";

(81)     it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VII hija emendata kif ġej:

(a)       Taħt "Din id-Direttiva", l-Artikolu 13(27) jiddaħħal bħala korrispondenti tal-Artikolu 5(d) tad-Direttiva 73/239/KEE.

(b)       Taħt "Din id-Direttiva", ir-referenzi għall-Artikoli 210(1)((f) u ▌(g) għandhom jinbidlu rispettivament b’referenzi għall-Artikolu 212(1)(f) u ▌(g).

Artikolu 2a

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 huwa emendat kif ġej:

L-Artikolu 2(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.      Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tapplika għar-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament bħala kundizzjoni biex tiġi rikonoxxuta bħala Istituzzjoni ta’ Valutazzjoni Esterna tal-Kreditu (IVEK) skont l-Artikolu 81 tad-Direttiva 2006/48/KE jew l-Artikolu 109a tad-Direttiva 2009/138/KE, kemm-il darba ma toħroġx biss klassifikazzjonijiet ta’ kreditu msemmijin fil-paragrafu 2.”.

Artikolu 2b

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Jannar 2015 u kull sena wara din id-data, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jispeċifika jekk l-ASE jkunux ippreżentaw l-abbozzi ta’ standards teknici regolatorji u ta’ implimentazzjoni previsti fid-Direttivi 2002/92/KE, 2003/71/KE u 2009/138/KE, kemm jekk il-preżentazzjoni ta' dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji jew ta' implimentazzjoni tkun obbligatorja kif ukoll jekk tkun fakultattiva, flimkien ma' kull proposta li tista’ tkun xierqa.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.        L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(3), (6), (8), (9), (12), (13), (24), (25), (28), (30), (32), (33), (37), (40) sa (43), (45), (46), (47), (53) sa (55), (57), (59), (62), (63), (66) u (75) sa (80) ta' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2012. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta' Jannar 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

2.        L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2(15), (20) u (59a) għandu japplika mill-1 ta' Jannar, 2013.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew                                          Għall-Kunsill

Il-President                                                             Il-President

[…]                                                                       […]

(1)

     ĠU C 159, 18.5.2011, p. 10.

(2)

     ĠU C 218, 23.7.2011, p. 82.

(3)

*              Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(4)

              ĠU C 159, 18.5.2011, p. 10.

(5)

              ĠU C 218, 23.7.2011, p. 82.

(6)

             Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta'... .

(7)

             ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120.

(8)

             ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(9)

              ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1.

(10)

                    ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(11)

*             ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(12)

ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (27.6.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

(COM(2011)0008 – C7‑0027/2011 – 2011/0006(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Dimitar Stoyanov

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 68

Id-Direttiva 2009/138/KE:

Artikolu 301c – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiżdied b’xahar.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiżdied b’xahar.

Ġustifikazzjoni

It-terminu għall-oġġezzjonijiet għandu jiżdied sabiex il-Parlament u l-Kunsill ikollhom biżżejjed żmien għall-istudju tal-att iddelegat propost u biex iħejju opinjoni ta' kwalità tajba fuqu.

Emenda  2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 70

Id-Direttiva 2009/138/KE:

Artikolu 308a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-Artikolu 308b(6), l-Artikolu 35(5) ma għandux japplika għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1).

1. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-Artikolu 308b(6), l-Artikolu 35(5) ma għandux japplika għal perjodu massimu ta' tliet snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1).

Ġustifikazzjoni

Fl-istadju preliminari tat-taħditiet, tqanqlet il-kwestjoni tal-avarija bejn l-Artikoli 308a(1) u 308b(b)(a) - tal-ewwel jiddisponi perijodu tranżittiv ta’ ħames snin, tat-tieni ta’ tliet snin. Skont ir-rappreżentant tal-Kummissjoni, il-perijodu l-korrett huwa tliet snin. L-iskop ta’ din l-emenda huwa li tiġi eleminata din l-ineżattezza teknika.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

Referenzi

COM(2011)0008 – C7-0027/2011 – 2011/0006(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

3.2.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

3.2.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Dimitar Stoyanov

28.2.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.4.2011

24.5.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Vytautas Landsbergis, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, József Szájer

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jörg Leichtfried, María Muñiz De Urquiza


PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

Referenzi

COM(2011)0008 – C7-0027/2011 – 2011/0006(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

18.1.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

3.2.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

3.2.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Burkhard Balz

20.10.2009

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.3.2011

31.8.2011

11.10.2011

22.11.2011

Data tal-adozzjoni

21.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Elena Băsescu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philippe De Backer, Herbert Dorfmann, Enrique Guerrero Salom, Sophia in ‘t Veld, Thomas Mann, Mario Mauro

Data tat-tressiq

28.3.2012

Avviż legali - Politika tal-privatezza